30 sena Benniena Mużikali
Is-Soċjetà Filarmonika San Pietru tkompli tibbenefika minn diversi fondi Andy Mifsud
Mill-festa tas-sena 2019 sal-lum, is-Soċjetà bbenefikat minn diversi fondi Ewropej u fondi oħra sabiex inkomplu naħdmu u nsaħħu s-Soċjetà u dak li tagħmel għall-membri, studenti tagħha u l-komunità.
LEADER Programme ● Gal Xlokk - Measure 2: Strengthening a healthy cultural identity [Making our premises more inclusive and accessible to everyone] Kif ħabbarna s-sena l-oħra, is-Soċjetà bbenefikat minn fondi Ewropej taħt l-iskema Gal Xlokk li permezz tagħhom din is-sena ġie installat lift fil-binja tas-Soċjetà biex b’hekk kulħadd jista’ jaċċessa faċilment kull sular tal-każin. Dan jgħin biex kulħadd ikun jista’ jattendi bla tbatija għal diversi laqgħat u attivitajiet li norganizzaw fis-sala prinċipali kif ukoll fuq il-bejt, u speċjalment għal dawk il-persuni b’xi diżabilità biex ikunu jistgħu jattendu bla problemi għal-lezzjonijiet tal-mużika. ● Gal Xlokk - Measure 1: Restoration of assets of artistic and cultural value [Restoring cultural heritage artifacts in Birżebbuġa] Permezz ta’ dawn il-fondi Ewropej taħt l-iskema Gal Xlokk, is-Soċjetà rrestawrat l-istatwa artistika tal-Irxoxt li nħadmet fl-1999, u aktar tard din is-sena ser tkun qed tieħu l-istatwa artistika ta’ San Pietru li nħadmet fl-1991 biex tiġi restawrata wkoll. Dawn iż-żewġ statwi nħadmu mill-Kavallier Alfred Camilleri Cauchi u jiġu restawrati minn Aaron Camilleri Cauchi. Sfortunatament minħabba s-sitwazzjoni tal-pandemija, l-istatwa tal-Irxoxt ma ħarġitx din is-sena, għalhekk nistennew sas-sena d-dieħla u b’hekk inkunu nistgħu ngawdu ż-żewġ statwi propjetà tas-Soċjetà restawrati hekk kif dawn ser isibu posthom f’niċeċ ġodda fis-sular ta’ isfel. ● Gal Xlokk - Measure 2: Strengthening a healthy cultural identity [More space for better performance] Permezz ta’ dawn il-fondi Ewropej taħt l-iskema Gal Xlokk, is-Soċjetà ser tkun qed twaqqa’ maħżen żgħir illi għandha fuq wara tal-propjetà u tibni maħżen akbar biex jiżdied l-ispazju fejn naħżnu l-oġġetti kollha b’mod aktar sigur.
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 31 – Festa 2020
29