3 minute read

Is-Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 tirringrazzja lil

Alla l-Imbierek, Ommna Marija u l-Appostlu Missierna San Pietru talli jkunu dejjem magħna filħidma tagħna matul is-sena;

familji kollha tagħna tal-paċenzja u l-appoġġ illi jieħdu bina matul is-sena kollha;

Advertisement

W. Rev. Kappillan, il-Kanonku Anton GaleaScannura, il-Viċi Parrokku Dun Ryan Lee Pace, Dun Peter Ellul, il-Kleru u l-Abbatini tal-parroċċa ta’ Birżebbuġa għas-servizz tagħhom matul is-sena kollha;

id-Direttur Spiritwali Dun Charles Carabott;

lill-helpers kollha tal-knisja parrokkjali tagħna tassagrifiċċji u l-ħidma sabiex id-Dar t’Alla tkun dejjem miżmuma fl-aħjar kundizzjonijiet;

il-familji kollha tagħna tas-sagrifiċċju li jagħmlu waqt il-ħidma tagħna fis-soċjetà;

is-Sindku Joseph Farrugia, il-membri tal-Kunsill Lokali u l-istaff tal-għajnuna tagħhom;

is-Supretendent, l-Ispettur u l-membri tal-Korp tal-Pulizija għall-ħidma tagħhom f’Birżebbuġa, speċjalment għaż-żamma tal-Bon-Ordni matul issena kollha;

Grupp Armar 1 ta’ Awwissu għall-ħidma tagħhom matul is-sena u anke tal-kontinwazzjoni fil-ħidma għall-festa minkejja s-sitwazzjoni xejn feliċi ta’ din is-sena;

is-Surmast Direttur Mro. Michael Bugelli A.T.C.L., l-Assistent Surmast u Għalliem tat-Teorija Mro. Christopher Bonnici B.A.(Hons); M.A.; ALCM u l-Għalliem tal-Allievi fis-Sezzjoni Strumenti tanNifs Mro. Ludwig Noel Desira għall-ħidma tagħhom fit-tagħlim tal-mużika matul is-sena, aktar u aktar matul din is-sena li kellhom jaddattaw għal sistemi ġodda ta’ tagħlim;

l-eks-Assistent Surmast, Mro. Charles Wallace Suda tal-impenn u t-tagħlim kollu li ta matul is-snin illi dam jifforma parti mis-soċjetà tagħna. Nawgurawlu li jkollu l-mistrieħ li jixtieq issa li ddeċieda li jirtira;

il-Bandisti tal-Post u l-Allievi kollha tal-impenn tagħhom fl-istudju u s-servizzi tas-Soċjetà. is-Sezzjoni Banda għax-xogħol fejjiedi u kontinwu li tagħmel matul is-sena;

il-membri fi ħdan l-Għaqda tan-Nar 22 ta’ Frar illi jaħdmu n-nar tal-ajru u tal-art;

is-Sezzjoni Nisa Petrini għall-ħidma u l-attivitajiet illi jtellgħu matul is-sena kollha;

is-Sezzjoni Żgħażagħ Iljuni għall-attivitajiet illi jorganizzaw matul is-sena kollha u għall-impenn tagħhom fil-ħidma tas-Soċjetà;

is-Sezzjoni Armar Estern għall-ħidma kontinwa fuq proġetti ġodda u restawr fis-sede` tas-Soċjetà;

is-Sezzjoni Tisbiħ tal-Każin għall-ħidma kontinwa sabiex is-sede` tagħna tkun dejjem isbaħ u aħjar;

il-Grupp Teatrali 14 ta’ Jannar għall-ħidma kollha mhux biss fid-drama, iżda f’dak kollu li s-soċjetà tkun teħtieġ sabiex l-operat tagħha jibqa’ dejjem għaddej b’mod professjonali;

il-Bord Editorjali u l-Uffiċċju għar-Relazzjonijiet Pubbliċi sabiex is-Soċjetà tkun preżentata bl-aqwa mod kemm fuq din il-pubblikazzjoni u wkoll fiżżamma tal-paġni relatati mas-Soċjetà fuq l-internet u meta nkunu mistiedna fuq mezzi radjufoniċi u televiżivi. dawk illi jiġbru r-reklami, jieħdu r-ritratti, l-artikolisti, il-qarrejja tal-provi u dawk illi jgħinu fil-pubblikazzjoni ta’ dan l-annwal;

il-ħaddiema kollha manwali tas-Soċjetà li matul issena kollha b’sagrifiċċju personali u għall-għeżież tagħhom ikunu fil-bini tas-soċjetà jwettqu diversi ħidmiet u manutenzjoni sabiex kemm il-parti l-antika kif ukoll il-parti l-ġdida tas-sede jinżammu fl-aħjar sitwazzjoni;

l-Awdituri tas-Soċjetà li b’paċenzja u reqqa jeżaminaw il-kotba finanzjarji;

l-Avukat u l-Perit tas-Soċjetà għall-għajnuna kollha tagħhom;

Laura Cunningham, illi b’dedikazzjoni tippreżenta l-kunċerti tal-Banda Birżebbuġa;

dawk illi jiġbru l-kontribuzzjonijiet u lil min jgħin b’għotjiet finanzjarji lis-Soċjetà;

dawk l-individwi u ditti li jirreklamaw fuq il-mezzi tassoċjetà u nħeġġu lill-qarrejja sabiex jgħinu lil dawn l-individwi u d-ditti billi jagħmlu użu mill-prodotti tagħhom;

dawk illi jattendu l-attivitaji et tas-soċjetà;

dawk illi jgħinu lis-Sezzjonijiet sabiex jittellgħu l-attivitajiet tas-soċjetà;

dawk illi kkummissjonaw is-servizz tal-Banda Birżebbuġa matul is-sena u fil-festi tagħhom għallfiduċja li juru fina. Inħarsu ’l quddiem sabiex dak illi ma twettaqx din is-sena, jekk Alla jrid inwettquh issena d-dieħla;

dawk illi jikkummissjonaw in-nar mill-Għaqda tanNar 22 ta’ Frar;

l-Għaqda tan-Nar Our Lady of Consolation talGudja għall-għajnuna tagħhom lill-Għaqda tan-Nar 22 ta’ Frar;

il-Bottegin u l-familja tiegħu kif ukoll lillAmministrazzjoni ta’ Bar Nineteen Ninety li jaħdmu kontinwament sabiex dawn ikollhom klijentela tajba matul is-sena kollha;

dawk kollha li b’xi mod jew ieħor ħadmu jew taw sehemhom lis-soċjetà matul dawn it-tletin sena;

il-President, il-Kumitat u l-Membri tal-Għaqda Mużikali San Pietru fil-Ktajjen għall-koperazzjoni tagħhom;

il-poplu kollu ta’ Birżebbuġa u l-villeġġanti għallkoperazzjoni li juru mas-Soċjetà Filarmonika San Pietru matul il-jiem tal-festa u matul is-sena kollha;

jekk bi żvista nsejna lil xi ħadd nitolbuh jagħdirna u jiskużana.

This article is from: