Triq is-Salini Marsascala
Tel 79791213
Pietru: Ħarisna mill-Ħsarat u l-Vizzjijiet
Werrej Soċjetà Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A. D. 1990
Nittamaw…...............................................................................4
12/13, ‘Ġawhra San Pietru’, Triq Birżebbuġa, Birżebbuġa. Tel: +356 21650347 E-mail: info@birzebbugaband.org Website: www. birzebbugaband.org Facebook Profile: www. facebook.com/ birzebbugaband Facebook Page: www. facebook.com/ BandaBirzebbuga
Mil-Lenti tal-Uffiċjal għar-Relazzjonijiet Pubbliċi.......................9 Struttura tas-Soċjetà...............................................................14 Introduzzjoni mill-President....................................................17 Kif Jaħsibha s-Segretarju Ġenerali.........................................20
_____________________________
L-Appell u l-Apprezzament tal-Kaxxier...................................21
Minn Qalb L-Iljuni 32 Edizzjoni Festa 2021
Bil-pass ta’ Anġlu....................................................................25 Il-Ħsieb tad-Direttur Spiritwali.................................................27
Il-Pubblikazzjoni Annwali u Uffiċjali tas-Soċjetà Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A. D. 1990
Il-Messaġġ tas-Sindku ta’ Birżebbuġa....................................29
Drittijiet miżmuma mis-Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 © 2021
Il-Ħoss tal-Banda, Duwa fi Żmien Pandemija Kerha..............30 Il-Programm tal-Festa.............................................................32
Ħadd ma jista’ jikkopja jew juża parti minn din il-pubblikazzjoni mingħajr il-permess bil-miktub tal-Bord Editorjali fi ħdan l-Uffiċċju Komunikazzjoni u Relazzjonijiet Pubbliċi tas-Soċjetà Il-Kontenut tal-Artikli mhux bilfors jirrifletti l-Opinjoni u l-Prinċipji li tħaddan is-Soċjetà tagħna. _____________________________ Editur Christopher Bonnici B.A.(Hons); M.A.; ALCM; LLCM Qari tal-Provi Christopher Bonnici Marisa Cutajar B.Ed (Hons) Marouska Bonnici B.A.(Hons) Ritratti Anthony Xuereb Ryan Farrugia Jonathan Ellul Bonnici Sebio Aquilina Kurt Law Disinn tal-Faċċata Steven Farrugia Reklamar u Finanzi Walter Pace Christopher Camilleri Henry Bonnici Alexander Caruana
_____________________________ Issettjar u Stampar
Sabiex Nibqgħu Mixjin ’il Quddiem.........................................36 Messaġġ mill-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda................41 Apprezzament lil Joseph C Azzopardi....................................45 Nippreparaw għal Divo Petro.................................................47 Man-Noti tal-Banda................................................................48 Triqitna għall-Għaxar Anniversarju.........................................52 Nagħmlu Ħoss Sabiħ f’Sena Diffiċli........................................56 Festa Differenti għaż-Żgħażagħ ta’ Birżebbuġa ....................61 Bil-Pandemija għal Sena Oħra...............................................64 Mill-Ġdid – Kor Xmun Pietru!..................................................65 Inkomplu Nsebbħu Dak li hu Tagħna!.....................................67 Każin Magħluq – Aktar Ħidma................................................68 Is-Soċjetà Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A.D. 1990 tifraħ ma’ dawn il-Birżebbuġin illi għamlu unur għal raħalna matul is-sena li għaddiet.........................70 Is-Soċjetà Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa turi sogħba...........................................................................73 Is-Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 tirringrazzja lil:.....................................................75
Żurrieq Road, Qrendi Tel: 21680789, 99499084 E-mail: bestprintqrendi@gmail.com
Min irreklama f’din il-pubblikazzjoni........................................76
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 32 – Festa 2021
1
peace of mind
Competitive prices and tailored services for:
MOTOR | HOME | MARINE | COMMERCIAL | HEALTH | TRAVEL Global Insurance Brokers Limited - The provider of solutions to all your business and personal insurance needs since 1988. 45, Ordnance Street, Valletta 89, Triq Zarenu Dalli, Birzebbugia
Tel: 2577 5555 Tel: 2165 2538
Global Insurance Brokers Limited is authorised by the Malta Financial Services Authority (MFSA) under the Insurance Distribution Act (Chapter 487 of the Laws of Malta) and is enrolled within the MFSA’s Brokers’ List.
Pietru: Ħarisna mill-Ħsarat u l-Vizzjijiet Mill-Pinna tal-Editur
Nittamaw… Christopher Bonnici B.A.(Hons); M.A.; ALCM; LLCM Insellmilkom u Paċi u Saħħa lil Kulħadd! Nixtieq nibda l-messaġġ bil-frażi ‘Waslet Festa Oħra’, imma nibża’ li nkun qed inweġġa’ xi sentimenti ta’ xi persuna jew oħra. Għax ngħiduha kif inhi, lil San Pietru nħobbuh, u għalhekk billi nattendu l-funzjonijiet festivi fil-knisja parrokkjali għandna jkollna s-sodisfazzjon illi għallinqas nistgħu ngawdu l-funzjonijiet interni wara li s-sena l-oħra kellna niċċaħdu minnhom ukoll minħabba r-restrizzjonijiet illi kellna. U biex iżżid il-melħ fuq il-ferita, propju Lejlet il-Festa titulari ħarġet id-deċiżjoni li lanqas stajna niċċelebraw il-festa bil-pellegrinaġġ. Kienet festa li fiha kull min iħobb lil San Pietru verament ħass qalbu tingħafas fiha... Ittamajna Ittamajna fuq li ttamajna li l-affarijiet jitjiebu, u kien hemm ċans. Ix-xewqa li almenu naraw lil San Pietru fi triqatna s-sena l-oħra kienet kważi realtà sakemm Lejlet il-Festa ħarġet id-direttiva tal-Kurja Arċiveskovili li dan ma jsirx bħala prekawzjoni. Niftakar lill-Kappillan jgħid fi tmiem il-quddiesa tal-festa li sena oħra bħal dak il-ħin, jekk Alla jrid, San Pietru jkun fil-bieb tal-knisja filbidu tal-purċissjoni... imma għal darba oħra... dan ma kellux ikun, u lil San Pietru se jkollna ngawduh biss minn fuq il-bankun... bħall-festi l-oħra kollha. Niftakru Mis-sena l-oħra ’l hawn tlifna bosta nies b’effett talpandemija, imma mhux biss. Bosta nies tilfu ħajjithom b’kawżi oħra, oħrajn sfaw mingħajr impjieg, oħrajn qed ibatu. Qed niftakar b’mod speċjali fil-membri tassoċjetà u fil-memorja tal-Professur Oliver Friggieri, li bħal diversi oħrajn għallimni fis-snin tal-Università u li għandna fl-arkivji tagħna monument letterarju fl-innu li jfakkar għeluq il-50 sena mill-miġja tal-istatwa titulari f’raħalna, l-innu Inħobbuk Bħalma Niesna Ħabbewk. Lill-editur ta’ qabli Josef Schembri kkuntattjajtu sabiex jagħmlilna artiklu dwaru, imma minħabba d-daqs illi kellu jiġi l-ktieb, jekk Alla jrid, dan l-omaġġ inħalluh għall-pubblikazzjoni tas-sena d-dieħla. Huwa d-dmir tagħna bħala Nsara li niftakru f’dawn in-nies u fl-għeżież tagħhom. Ma nistgħux nifirħu li qegħdin niċċelebraw festa nisranija jekk fuq kollox ma nagħtux kas ta’ min qed ibati. Is-Soċjetà Is-sena l-oħra fakkarna t-tletin sena mit-twaqqif u ma waqafniex hemm. Xtaqna li kieku nagħmlu aktar, xtaqna li kieku mmorru aħjar u nagħmlu l-proġetti li kellna f’moħħna, imma s-sitwazzjoni ma ħallitniex nagħmlu dan. Għall-grazzja t’Alla u ta’ San Pietru, is-
4
Sibt ġimgħa qabel il-festa titulari se jkun qed jittella’ l-Premiere tal-Oratorio Divo Petro fil-Katidral Metropolitan ta’ San Pawl, l-Imdina, li kellu jittella’ f’Novembru 2020. Nittamaw illi kollox imur sewwa ħalli din l-okkażjoni tkun ħolqa oħra fil-kullana ta’ suċċessi fis-soċjetà tagħna. Il-ħaddiema manwali tagħna, b’mod volontarju, pandemija u mhix, qatt ma waqfu, kif se taraw f’paġni oħra ta’ dan l-annwal. Il-ħidma fis-sular ta’ isfel u l-bottegin kif ukoll xogħol ieħor fil-każin ma waqfux, anzi fiż-żmien illi dan kellu jinżamm magħluq, ix-xogħol aktar tkompla ħalli l-membri u l-pubbliku li jiffrekwentaw is-sede tas-soċjetà jkollhom dejjem ambjent aħjar li jilqagħhom. Dan mhux dejjem kien faċli, għax il-ħidma dejjem kellha tibqa’ għaddejja b’rispett sħiħ lejn ir-restrizzjonijiet imposti mill-Awtoritajiet tasSaħħa. L-Istorja tas-Soċjetà Matul din is-sena, is-Soċjetà Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa ppubblikat ukoll il-ktieb talistorja tagħha. Ktieb illi involva ħafna riċerka u ħidma minn diversi persuni li kienu ta’ għajnuna u sapport għalija matul is-sena li fi żmien il-pandemija kelli naħdem fuq din il-ħolma tiegħi li kienet ukoll il-ħolma ta’ bosta membri mis-soċjetà. Nammetti li għalija ma kienx żmien faċli u kien hemm mumenti li bdejt naqta’ qalbi li nlestih. Kont għaddej bl-istudju tiegħi fuq Diploma oħra mużikali mal-London College of Music, il-lezzjonijiet online, u fuq kollox it-twelid ta’ bintna Petra Marie. Imma bil-għajnuna anke tal-mara tiegħi, irnexxieli dejjem inlaħħaq u nsib bilanċ f’kollox. Kull membru u partitarju tas-soċjetà għandu jara li jkollu kopja ta’ din il-pubblikazzjoni Benniena Mużikali tal-Birżebbuġin fillibrerija tiegħu. Dan l-appell imur ukoll għar-riċerkaturi u dawk illi tinteressahom l-istorja tas-soċjetajiet mużikali ta’ pajjiżna. Aħna... mhux Jien! U dan il-ħsieb tal-ktieb tal-istorja jwassalni sabiex naħseb daqsxejn. Kultant jidher isem ta’ persuna waħda fuq biċċa xogħol, imma wara dik il-persuna jkun hemm ħafna oħra, kultant lanqas jidhru f’ritratt wieħed, kultant lanqas jissemma isimhom, imma jkunu għamlu ħafna ħidma minn wara l-kwinti. Nammetti, li kieku ma kellix l-għajnuna ta’ bosta persuni, il-ktieb tassoċjetà ma kienx jitlesta. L-istess din il-pubblikazzjoni. Ejjew dejjem napprezzaw il-ħidma ta’ xulxin, ċkejkna kemm hija ċkejkna. Ejjew dejjem nużaw aktar il-kelma Aħna, grammatikalment Pronom Magħżul Personali tal-Ewwel Persuna fil-Plural, nagħmlu aktar ġid milli ngħidu “jien”. Ejja nħallu l-ego tagħna fil-ġenb u
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 32 – Festa 2021
Pietru: Ħarisna mill-Ħsarat u l-Vizzjijiet niffukaw fuq kif nistgħu naħdmu flimkien, kif nistgħu nieħdu l-fehmiet ta’ xulxin, anke jekk ma nkunux aħna li ħriġna bihom. Is-soċjetà b’hekk timxi ’l quddiem, billi napprezzaw aktar Aħna mhux Jien. Ejjew inkunu rikonoxxenti lejn xulxin. Il-proġetti jsiru bis-saħħa ta’ kulħadd, it-tagħlim isir bis-saħħa ta’ kulħadd, il-pubblikazzjonijiet isiru bis-saħħa ta’ kulħadd... kulħadd huwa importanti, minn min jiffirma l-ewwel karta fi ftehim sa min iwaħħal l-aħħar musmar. Għalhekk inħossni komdu f’din is-soċjetà għaliex minn meta xrift għall-ewwel darba fiha ħassejtni milqugħ u apprezzat. Naf, ma nistax inqandel ġebel jew niżbogħ, imma kapaċi nagħmel affarijiet oħra, u dak illi kapaċi nagħmel dejjem tawni ċ-ċans nagħmlu, anzi joħolquli l-ambjent fejn nagħmlu. Eżempju ta’ dan huwa l-programm Mill-Pinna tal-Kompożituri li beda tista’ tgħid beda b’ċajta bejni, bejn il-President Alexander Caruana, is-Segretarju Henry Bonnici u l-Uffiċjal għarRelazzjonijiet Pubbliċi, Jonathan Ellul Bonnici, li nieħu l-opportunità sabiex nifraħlu fl-okkażjoni taż-Żwieġ tiegħu ma’ Yanica. Il-Festa Titulari Ma tantx stajt nikteb dwar il-festa din is-sena, għax ilkoll nafu x’qed jiġri, imma huwa l-obbligu tiegħi li nħeġġiġkom sabiex aktar mis-soltu niffullaw fil-knisja parrokkjali fil-funzjonijiet liturġiċi tal-festa. Ejjew inkunu preżenti, madwar l-altar ħdejn l-Appostlu Missierna San
Pietru li għalih ma nistgħux nagħmlu l-festa tradizzjonali esterna. Min is-soltu jarma t-toroq, din is-sena jista’ jiġi aktar il-knisja, l-istess min jaħdem u jarma n-nar, min is-soltu jkun qed jarma l-banda u l-kumplament. Ejjew nirringrazzjaw lil Alla l-Imbierek, lil Ommna Marija u lill-Patrun maħbub tagħna talli tana din l-okkażjoni li minkejja kollox niċċelebraw festa oħra f’ġieħu. Ejjew ninġabru flimkien ħalli nitgħallmu aktar dwaru u nsiru nafuh. B’hekk verament ikollna l-unur ngħidu li aħna Petrini Birżebbuġin. Għeluq Inħeġġiġkom tagħmlu dejjem użu mill-ħwienet, ditti u servizzi li jirreklamaw magħna. Nafu għalikom kemm kien żmien diffiċli u għalhekk aktar napprezzaw isservizz tagħkom. Żgur illi l-Kaxxier Walter Pace flimkien mal-Kumitat u l-membri japprezzaw is-sagrifiċċji tagħkom sabiex tgħinuna. Grazzi lil kulħadd u minn qalbi, minkejja kollox nixtieq il-festa t-tajba lilkom ilkoll u jalla s-sena d-dieħla jkollna festa kompluta, sħiħa u li nieħdu gost flimkien u napprezzaw aktar il-ħidma ta’ kull sezzjoni li qed taħdem għal festa dejjem akbar f’ġieħ il-Prinċep tal-Appostli, il-Patrun tagħna, il-Maħbub San Pietru fil-Ktajjen. VIVA L-APPOSTLU MISSIERNA SAN PIETRU! VIVA S-SOĊJETÀ FILARMONIKA SAN PIETRU! VIVA L-BANDA BIRŻEBBUĠA – TAL-ILJUN!
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 32 – Festa 2021
5
CONTACTLESS CARDS JUST TAP & PAY
Talk to us | 2131 2020 | bov.com Issued by Bank of Valletta p.l.c., 58, Triq San Żakkarija, Il-Belt Valletta VLT 1130. Bank of Valletta p.l.c. is a public limited company regulated by the MFSA and is licensed to carry out the business of banking in terms of the Banking Act (Cap. 371 of the Laws of Malta).
A5 ADVERT_LANDSCAPE.indd 3
14/07/2021 11:26
Renting Bluray/DVD/3D Selling of HiFi, TV, Radios, Games, Watches, Alarm Clocks, Calculators, DVD/Bluray/3D Players and Game Console. MP4s,mobile phones, car stereos and surround systems. All kinds of Repairs on Mobiles, Hi-Fi, TV etc… Transfer from Video Tapes, Audio Tapes, 8mm etc to DVD
48, Pretty Bay, BirΩebbu©a Mob: 7997 9714 Tel: 21/2765 0346 Prop. Joe & Marthese Celeste
Pietru: Ħarisna mill-Ħsarat u l-Vizzjijiet
Security Systems ACCESS CONTROL | CCTV | INTERCOMS INTRUDER ALARM SYSTEMS | SHOP SYSTEMS
G 09, New Industrial Park, Valletta Road, Għaxaq, GXQ 2245, Malta +356 27 88 33 88 | info@unitech.com.mt
Triq il-Qaliet, Marsascala Opening Hours Mon – CLOSED Tue - Fri: 9.00am – 6.00pm Sat: 8.00am – 5.00pm Contact: Alexia 2720 0204 8
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 32 – Festa 2021
Pietru: Ħarisna mill-Ħsarat u l-Vizzjijiet
Mil-Lenti tal-Uffiċjal għar-Relazzjonijiet Pubbliċi Jonathan Ellul Bonnici Is-Sena l-oħra bdejt il-messaġġ tiegħi ġimgħa kien qed jiġi rrekordjat il-programm u b’din is-sentenza “X’sena din!! U x’festa jixxandar is-Sibt ta’ wara fejn is-semmiegħa din. Kulħadd jgħid iġri tgħaddi minn fuqna u s-segwaċi xorta setgħu jħallu l-kummenti din is-sena. Imma kif jgħid il-Malti ‘għalltagħhom bid-dediki, sakemm mis-Sibt 3 ta’ magħmul m’hemmx kunsill’.” Imma vera li Lulju erġajna komplejna bl-iskeda tagħna, għall-magħmul m’hemmx kunsill għax din iżda issa konna erġajna morna f’xandira is-sena qed nerġgħu ngħaddu festa oħra diretta bħala wkoll preparazzjoni għall-festa mingħajr dak l-att li nafuh aħna, jiġifieri briju, titulari. Minn qalbi nixtieq nirringrazzja lil banda, tradizzjoni u dak kollu li taf tagħmel Christopher Bonnici, Andy Mifsud kif ukoll is-Soċjetà tagħna. lil Marouska Bonnici li dejjem ħdimna id f’id Iżda din is-sena ser niċċelebraw il-festa tagħna sabiex stajna nipproduċu dan il-programm. Kif ukoll b’mod aktar reliġjuż. Ser ikollna aktar ċans nagħrfu nirringrazzjaw lill-Kumitat Eżekuttiv tal-koperazzjoni li aktar dak li jrid minna l-patrun tagħna San Pietru. Dan sibna mingħandhom. għaliex ser inkunu qed niċċelebraw il-festa Interna. Aħna qed inħarsu ’l quddiem sabiex fiż-żmien qarib Iżda għalkemm din is-sena reġgħet kienet sena inkunu qegħdin f’pożizzjoni aħjar u s-sitwazzjoni tkun oħra impenjattiva għalina minħabba l-pandemija, ix- aħjar sabiex nerġgħu lura għan-normalità ta’ kif konna xogħol ma naqasx. Komplejna nieħdu ħsieb li naraw li qabel. Iżda għalissa nagħmlu ftit aktar sagrifiċċju fuq il-medja soċjali nibqgħu nżommu kuntatt ma’ dawk sabiex fil-futur inkunu nistgħu ngawdu. kollha li jsegwu l-paġna tagħna ‘Banda Birżebbuġa’. F’isem it-tim kollu nixtieq nistieden lil dawk Dejjem ippruvajna nżommu lis-segwaċi aġġornati interessati li jidħlu mal-Bord Editorjali kif ukoll mat-tim b’dak kollu li jkun għaddej kemm mill-bibien ’il ġewwa tal-medja sabiex ikellmuna. Nieħdu gost naraw nies kif ukoll mill-bibien ’il barra, jiġifieri madwar Birżebbuġa ġodda u interessati. B’hekk inkomplu nissaħħu fiskif ukoll madwar Malta. Inħeġġeġ ukoll lis-segwaċi tal- settur tal-medja. paġna tagħna sabiex isegwu wkoll il-paġni tas-sotto Minn qalbi nixtieq nirringrazzja lil kull min jagħti kumitati tagħna. Minn qalbi nixtieq nirringrazzjahom l-għajnuna tiegħu minn qalbu għall-ġid tas-soċjetà tal-koperazzjoni li dejjem sibna mingħandhom. tagħna. Inħeġġeġ lil kull min jista’ sabiex nattendu Din is-sena ħadna l-inizjattiva wkoll sabiex nagħmlu ċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi li ser tkun qed torganizza pass ieħor fuq il-medja soċjali. Nedejna l-programm l-parroċċa fl-okkażjoni tal-festa titulari. ‘Mill-Pinna tal-Kompożituri’, programm imżewwaq Nawguraw il-festa t-tajba lill-poplu kollu ta’ b’marċi tradizzjonali mill-baned Maltin u anke dawk Birżebbuġa u lil dawk kollha li jħaddnu magħhom il-kult barranin. Dan il-programm jiġi ppreżentat b’mod Petrin. mill-aktar professjonali minn Christopher Bonnici, l-Assistent Surmast tal-Banda Birżebbuġa. L-ewwel Viva Missierna San Pietru! programm sar nhar it-30 ta’ Jannar u t-tir ta’ dan il-programm kien li nagħmlu xahar bi preparazzjoni għall-festa tal-Katedra ta’ San Pietru u nieqfu hemm. Waqt dawn il-programmi stidinna l-amministrazzjoni u s-sotto kumitati tas-soċjetà sabiex jagħtuna informazzjoni dwar ix-xogħol li kien għaddej u l-ħidma tal-Kumitat flimkien mas-sotto kumitati. Iżda grazzi għalikom segwaċi ġiena l-ħsieb li dan il-programm jitwal xi ftit oħra. Wasal żmien ir-Randan, żmien il-Ġimgħa Mqaddsa u l-Għid il-Kbir u ħadna ħsieb li naddattaw il-programmi tagħna b’marċi funebri u valzi. Matul dawn il-programmi stidinna wkoll lil diversi persuni kemm mis-soċjetà kif ukoll barra minnha sabiex jagħtu informazzjoni dwar il-Ġimgħa Mqaddsa f’Birżebbuġa. Wara dan ma qtajniex qalbna, il-programm baqa’ jixxandar iżda b’forma differenti. Matul ilWaqt l-ewwel programm Mill-Pinna tal-Kompożituri
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 32 – Festa 2021
9
18, Luqa Road, Qormi QRM 9073 Mob: 9949 0044, 9986 8411 Email: maquilina@isg.com.mt
WORKLOAD LIFTING SERVICES
Specialise in compact and silent lifting services including furniture, aluminium & gypsum boards
Best prices available Up to 12 storeys (37mts) High Max. Load 300kgs Charlton Mob: 9944 5177 Email: workload10@gmail.com
ERVIS DURAJ AUTO ELECTRICIAN MECHANIC
+356 9933 8881 visiongarage@gmail.com visiongarage.mt Xgħajra
f
Pietru: Ħarisna mill-Ħsarat u l-Vizzjijiet
Call Marco Bugeja 320X, Luqa Industrial Estate, Luqa Tel: 2166 1149 • Fax: 2166 2321 • Mob: 9947 2196 Email: automax@maltanet.net • Website: www.automaxmalta.com
For a professionally executed job in Panel Beating • Spray Painting & Baking Spot welding Insurance approved • Chassis Alignment www.automaxmalta.com
12
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 32 – Festa 2021
Pietru: Ħarisna mill-Ħsarat u l-Vizzjijiet
Fruit-Ella Grocer & Green Grocer
a new shop in 80, Triq il-Kartaġiniżi, Birżebbuġa • Mob: 7958 5371
Bonus Ca rd
You will find Groceries, Cheese-Counter (at very good prices), Fresh milk, Bread daily and Fresh fruit and vegetables. Free Delivery Opening Hours: Mon, Tue, Thu, Fri 6.00 - 12.30 & 15.30 - 19.00 Wednesday 6.00 - 15.00 Saturday 6.00 - 13.30 • Sunday 6.30 - 12.00 / Public Holidays Open till 12.00
OMAN’S FRUIT & VEG. 9944 8213 • 2165 8674 Free Delivery St.Philip Street, Birżebbuġa
MARIO’S
SUPER MARKET
St. Philip Street, Birżebbuġa • Tel: 2165 3455
• Free Delivery Service • Orders by phone accepted WE WISH ALL CLIENTS A HAPPY FEAST
SUPERSTAR BUTCHER
Fresh & Frozen Meat
Triq is-Sajjieda, BirΩebbu©a Tel: 21653082 FREE DELIVERY Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 32 – Festa 2021
13
Struttura tas-Soċjetà Struttura Onorarja
President Onorarju għal Għomru, Fundatur u Benefattur Ewlieni Anthony Camilleri Fundaturi tas-Soċjetà Anthony Camilleri, Alexander Caruana, Joseph Caruana, Angelo Cutajar, Raymond Cutajar (RIP), Jason Vella. Presidenti Onorarji Peter Camilleri, il-Perit Michael Schembri B.E.&A. (Hons); A. &C.E. (Għal Għomru), Jason Vella (Għal Għomru), Emanuel Zammit, Paul Polidano, Dr Henry Antoncich L.P. LL.D., il-Prim Imħallef Dr Joseph Azzopardi LL.D., Lonzu Vella, Simon Micallef, Victor Schembri, Pietru Camilleri, il-Kavallier Derek Mifsud Speranza, Dr Marylin Sultana LL.B. N.P., Jason Cutajar, Roderick Cachia, Charles Ellul, Steve Briffa, Francis Cassar. Membri Onorarji Sunny Bonnici, Paul Schembri, Carmelo Galea, Joe Cutajar, Tarcisio Bongailas, Dennis Micallef, Emanuel Mangion, Mikiel Schembri, Pierre Zammit, Marco Camilleri, Benji Caruana, Andre` Taylor, Thaddeo Agius, Aiden Vella, Simon Galea, Eman Farrugia, John Taylor, Daniel Cutajar. Surmastrijiet Onorarji Mro Felicienne Paris B.Ed (Hons); L(Mus)TCL; A(Mus)LCM, Mro Paul Buttigieg ALCM; A(Mus)LCM, Mro Gennaro Sibilano (Rivo di Puglia), Mro Ray Sciberras FLCM Bandist Onorarju Joe Gatt
Struttura Amministrattiva
Il-President Chev. Alexander Caruana OSJ Is-Segretarju Henry Bonnici It-Teżorier Walter Pace Il-Viċi President Andy Mifsud L-Assistenti Segretarji Paul Gafà u Christopher Bonnici L-Assistenti Teżoriera Marouska Bonnici u Christopher Camilleri Is-Surmast Direttur u Għalliem tal-Istrumenti tar-Ramm Mro Michael Bugelli ATCL L-Assistent Surmast u Għalliem tat-Teorija Mużikali Mro Christopher Bonnici B.A.(Hons); M.A.; ALCM, LLCM L-Għalliem tal-Allievi fis-Settur tal-Qasba Mro Ludwig Noel Desira L-Arkivisti Andy Mifsud u Christopher Bonnici Id-Delegat tal-Banda Peter Paul Caruana L-Assistent Delegat Andy Mifsud Id-Direttur Ġenerali Angelo Cutajar L-Assistent Direttur Ġenerali John Taylor Id-Direttur Manutenzjoni Eman Farrugia L-Assistent Direttur Armar tal-Każin Benji Caruana Il-Kordinatur għall-Applikazzjonijiet Paul Gafà Fund raising u attivitajiet Josef Marsh Ir-Rappreżentant tas-Sezzjoni Żgħażagħ Iljuni Nicola Bonnici Mc Intyre Ir-Rappreżentant tal-Kummissjoni Armar Estern Paul Gafà Ir-Rappreżentant tal-Għaqda tan-Nar 22 ta’ Frar Eman Farrugia Ir-Rappreżentant Sezzjoni Banda Andy Mifsud Ir-Rappreżentant tal-Kummissjoni Tisbiħ tal-Każin Emanuel Mangion Ir-Rappreżentant tal-Grupp Teatrali 14 ta’ Jannar Steven Farrugia Ir-Rappreżentanta tan-Nisa Helpers Mary Taylor Id-Direttur tal-Publikazzjonijiet Christopher Bonnici L-Uffiċjal għar-Relazzjonijiet Pubbliċi Jonathan Ellul Bonnici Web Master Andy Mifsud
Kumitat 2021
Christopher Bonnici, Stefan Caruana, Andy Mifsud, Eman Farrugia, Christopher Camilleri, Paul Gafá Biqiegħda: Nicola Bonnici Mc Intyre, Henry Bonnici, Chev. Alexander Caruana OSJ, Walter Pace, Marouska Bonnici
Bilwieqfa:
Pietru: Ħarisna mill-Ħsarat u l-Vizzjijiet
SOUTHMARKET SUPPLIES LTD. CHARLES & PAUL MIFSUD 131/135, Tiger Store, St. Philip Street, Birżebbuġa Tel/Fax: 2165 2070 – Mob: 9947 5998 Stockists for all kinds of:
Food Stuffs, Detergents, Toiletries, Catering Items, etc...
Cardiff Butcher Fresh & Frozen Meat Frozen Foods
1, Ûurrieq Road, BirΩebbu©a • Tel: 2765 2746 • Mob: 7932 7285
16
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 32 – Festa 2021
Free Deliveries
Pietru: Ħarisna mill-Ħsarat u l-Vizzjijiet
Introduzzjoni mill-President Chev. Alexander Caruana OSJ
Minkejja li sfortunatament ma nistgħux niċċelebraw il-festa kif nagħmlu s-soltu, xorta waħda f’dawn il-ġranet ser inkunu qed ningħaqdu flimkien biex nagħtu ġieħ lillmaħbub patrun tagħna San Pietru fil-Ktajjen. U naħseb li din is-sena tajjeb li nirriflettu ftit x’inhu l-veru skop li ssir il-festa. Irridu nammettu li, iktar ma jgħaddi ż-żmien, il-festi tagħna iktar bdew jitilfu l-iskop ewlieni tagħhom. Għax x’inhu l-iskop li nagħmlu festa lill-patrun tal-parroċċa tagħna? Kull parroċċa fid-dinja tkun iddedikata lillpatrun jew patruna bl-iskop li l-parruċċani jitgħallmu mill-ħajja ta’ dak il-qaddis jew qaddisa. Fil-każ tagħna għandna x-xorti li għandna qaddis li għandu ħafna x’jgħallimna. Lil San Pietru jien narah bħala dak ilqaddis li kien verament raġel bħalna bid-difetti ta’ kull bniedem, ma kellu xejn speċjali, la kien xi wieħed bravu fl-iskola, la kien xi bniedem sinjur, la kien xi bniedem popolari imma kien bniedem ħaddiem li biex jgħajjex lil familtu kien ikollu jmur ta’ kuljum jistad biex jaqla’ l-għajxien. Però, meta ltaqa mal-imgħallem Ġesù, Kristu ra ħafna virtujiet fih. Ra li Xmun, li wara semmieh Pietru, kien raġel fuq l-irġiel, meta jagħmel żball, jiddispjaċih u jagħmel minn kollox biex ma jerġax. Kien bniedem li kien jibża’, imma meta mbagħad fih daħal l-Ispirtu s-Santu, nhar Għid il-Ħamsin, bla biża’ ta’ xejn, beda jipprietka u kompla jxandar l-aħbar it-tajba talEvanġelju. Kien bniedem li kien kapaċi jieħu deċiżjoni u ta’ dan, Ġesù ħatru bħala l-ewwel mexxej tal-Knisja tiegħu. Qallu; “Inti tkun il-blata”, għax fih ra bniedem sod fil-fidi li saħansitra kien lest li jieħu l-martirju għallfidi tiegħu. U kien bniedem li kien lest li jħalli kollox biex jimxi wara l-Mulej. U llum nistaqsi, imma aħna li tant inħobbuh lil San Pietru, qegħdin nippruvaw ngħixu bħalu? Qegħdin nagħmlu ħilitna kollha biex il-fidi li ngħatajna
fil-Magħmudija nkomplu nsaħħuha u li nkunu ta’ eżempju għall-oħrajn? Propju dan huwa dak li San Pietru jrid minna din is sena. Qed jgħidilna issa se jkollkom ċans din is-sena li tiġu żżuruni l-knisja. Mhux se jkollkom x’tagħmlu barra għax il-festa ta’ barra mhix se ssir. Mela ejjew flimkien, immaterjali ma’ liema kulur nappartjenu, ningħaqdu flimkien biex nagħmlu festa speċjali lill-patrun tagħna u nitolbuh jgħinna fiż-żmien diffiċli li għaddejjin minnu. Din is-sena apparti li kellna l-Oratorju Divo Petro, ħdimna biex nagħlqu x-xogħlijiet I-kbar li kellna filkażin u issa nistgħu nkunu kuntenti li għandna każin kbir u sabiħ li jixraq lil soċjetà bħal tagħna. Soċjetà li bdejnieha mix-xejn 31 sena ilu u llum kibret u saret waħda mill-iktar popolari fil-gżejjer Maltin. Dan kollu hu mertu għal tant nies li bl-għajnuna tagħhom, dak kollu li dejjem ħlomna, stajna nagħmluh realtà. Jien, minn qalbi, nawgura lil kulħadd il-festa t-tajba, filwaqt li nirringrazzja lil sħabi kollha talkumitat, speċjalment lis-Segretarju u lit-Teżorier li tant naħdmu flimkien, lill-kummissjonijiet kollha fi ħdan issoċjetà tagħna, lis-surmast, bandisti u soċi kollha, lil sħabi l-President, Kumitat, soċi u bandisti tal-Għaqda Mużikali San Pietru fil-Ktajjen tal-kollaborazzjoni sħiħa li jaħdmu biha maghna, lill-W.R. Kappillan u lill-Kleru, lis-Sindku, Viċi Sindku u sħabi kollegi kunsilliera u lill-poplu kollu ta’ Birżebbuġa, li minn dejjem jagħtina l-għajnuna u l-appoġġ tiegħu. Fl-aħħar u b’dedika speċjali lill-għażiża mara tiegħi Charlotte tal-paċenzja kbira li tieħu biex jien inkun nista’ nlaħħaq mal-impenji kollha tiegħi, u liż-żewġ uliedi. Jalla San Pietru jżomm idejh fuqna u jibqa’ jipproteġina u jitlob għalina biex nibqgħu magħqudin taħt il-ħarsa ħelwa tiegħu. Viva San Pietru u Viva Birżebbuġa!
Il-Kumitat Ċentrali flimkien mas-Sezzjonijiet jawguraw il-festa t-tajba lill-membri kollha tas-soċjetà u lill-poplu kollu ta’ Birżebbuġa flimkien mal-villeġġjanti u t-turisti li jżuru Birżebbuġa fix-xhur tas-sajf. VIVA SAN PIETRU APPOSTLU FIL-KTAJJEN, IL-PATRUN TA’ BIRŻEBBUĠA! Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 32 – Festa 2021
17
Dr Owen Bonnici MINISTRU
IL-FESTA T-TAJBA www.owenbonnici.com owen@owenbonnici.com
2180 2000
NEW
Authorised Facility End-of-Life Vehicle Accepting cars for scrap. Scrap vehicle collection can be quickly arranged by us or deliver your old car directly to us.
Best Price for: Steel Scrap Copper Scrap Brass Scrap Aluminium Scrap Stainless Steel Scrap Lead Batteries
Call us now HHF601, Hal-Far Industrial Estate, Birzebbuga BBG 3000
9949 5236 - 7965 1545 - 2165 1475 Email: gasparell.b@gmail.com
Pietru: Ħarisna mill-Ħsarat u l-Vizzjijiet
Kif Jaħsibha s-Segretarju Ġenerali Henry Bonnici
Ma tantx jien bniedem negattiv, imma kif tara li għat-tieni sena konsekuttiva se jkollna niċċaħdu miċ-ċelebrazzjoni tal-festa titulari minn kif nafuha, tibda tistaqsi u fil-verità tiddubita l-iskop illi tkun qed teżisti. Għax bosta mill-għanijiet ewlenin tas-soċjetà mhumiex qegħdin jintlaħqu. It-tagħlim mużikali ma baqax għaddej in persona, il-bottegin fejn jiltaqgħu l-membri spiċċa bosta xhur magħluq, u dan minkejja li dejjem tajna kas ta’ kull protokoll maħruġ mill-Awtoritajiet tas-Saħħa, il-Banda Birżebbuġa waqfet milli tiltaqa’ għall-provi u għas-servizzi u l-festa, għal sena, sentejn... ma saritx. X’ħajja din hux?! Dak illi tkun taħseb illi jiġi b’mod awtomatiku ta’ kull sena, f’daqqa waħda titilfu kollu! Madankollu, matul dawn ix-xhur deher l-ispirtu tal-membri tagħna, illi minkejja kollox iltaqgħu sabiex tkompli l-ħidma fil-każin. Mill-ħażin tieħu li tista’ jgħid ilqawl Malti u bis-saħħa tal-membri tagħna dak illi ġara, għax b’hekk illum il-każin tagħna nbidel ħafna għallaħjar strutturalment. Grazzi lilkom membri, partitarji u benefatturi talli fhimtuna u grazzi talli b’mod volontarju ċċaħħadtu mill-familji u l-għeżież tagħkom sabiex tqattgħu ħafna mill-ħin tagħkom hawn, fit-tieni dar tagħna sabiex meta erġajna ftaħna lqajna lill-membri u lill-partitarji f’binja ħafna isbaħ u aħjar minn kif konna nilqgħuhom qabel għalaqna minħabba l-pandemija.
Ma rridx ninsa nirringrazzja wkoll lillpoplu kollu ta’ Birżebbuġa li kkonkorra bi ħġaru kull meta ħabbattna l-bibien meta ġejna niġbru xi donazzjoni u lilkom illi ta’ kull ġimgħa tgħinuna bil-lotterija li qed norganizzaw. Bħalma lkoll nafu, id-dħul naqas u għalhekk b’dawn l-inizjattivi tkunu qegħdin tgħinuna ħafna. Inħeġġiġkom ilkoll tibqgħu siguri u ibżgħu għal saħħitkom u saħħet l-għeżież tagħkom ħalli jekk Alla jrid, bl-interċessjoni tal-patrun tagħna San Pietru Appostlu ma ndumux ma nirritornaw għan-normal u din is-sitwazzjoni nħalluha warajna, u nkunu nistgħu inkomplu bil-ħidma fis-soċjetà u niċċelebraw il-festa ta’ San Pietru kif aħna mdorrijin. Nagħlaq billi nirringrazzja lil sħabi kollha tal-Kumitat Ċentrali, is-sezzjonijiet, il-familja kollha tiegħi u l-familji kollha tagħna. Grazzi lill-membri, partitarji u benefatturi kollha kif ukoll lill-Kappillan u l-kleru kollu tal-parroċċa. Insellem lis-Supretendent, l-Ispettur u l-Korp tal-Pulizija kif ukoll lill-esponenti tal-Għaqda Mużikali San Pietru filKtajjen u l-Grupp Armar 1 t’Awwissu, b’tama li nkomplu naħdmu u nikkollaboraw flimkien aktar minn qatt qabel hekk kif jgħaddi dan iż-żmien diffiċli. Il-festa t-tajba lill-poplu kollu ta’ Birżebbuġa, speċjalment lilkom morda u anzjani.
Robert Camilleri
Gypsum, Cornice & Soffits Installers St. Peter House, Tal-Papa Road, Birżebbuġa Mob: 9947 8433 20
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 32 – Festa 2021
Pietru: Ħarisna mill-Ħsarat u l-Vizzjijiet
L-Appell u l-Apprezzament tal-Kaxxier Walter Pace
Il-kariga ta’ Kaxxier, speċjalment f’soċjetà volontarja ġeneralment tqanqal daqsxejn ħars bl-ikrah mill-membri tal-għaqda, għaliex il-Kaxxier huwa dak il-persuna li jrid ikun daqsxejn xħiħ. Dan bir-raġun, għaliex biex isiru l-proġetti li jsiru ta’ kull sena fissoċjetà tagħna, irid ikun hemm min jixpruna l-entużjażmu u fl-istess ħin irid ikun hemm min jiġbed l-attenzjoni sabiex ma nonfqux aktar milli jmissna. Din hija l-ħaġa li għalkemm ikun hemm mumenti fejn iħarsu lejja bl-ikrah għax kultant inkun daqsxejn bħal Scrooge, ninsab kburi wisq b’kull sezzjoni u kummissjoni fi ħdan is-soċjetà kbira tagħna, u dan għaliex dejjem jaslu jifhmuni, ġieli jkollna bżonn niddiskutu anke ftit fit-tul, imma dejjem inkunu kapaċi li b’maturità naslu għall-ftehim. Nappella Biex jirnexxielna nfaddlu aktar flus għas-soċjetà tagħna u b’hekk inkunu dejjem nistgħu ninvestu f’aktar proġetti minkejja ż-żmien diffiċli li għaddejjin minnu fuq bażi nazzjonali u mondjali, għandna bżonn dejjem aktar ħaddiema u volontiera mannwali. Forsi l-ħaddiema u l-volontiera li għandna – u huma diversi – jgħiduli mela aħna m’aħniex hawn? Dażgur li intom hawn! U allaħares ma hawnx intom! Kieku ma għandniex dak il-ġmiel ta’ bottegin jilqgħek hekk kif tidħol fil-bini tassede! Kieku min jaf kemm irridu nonfqu flejjes sabiex nagħmlu investiment bħal dak! U għalhekk, l-unika kelma li nista’ ngħidilkom, hija GRAZZI! U mhux dan biss! Ara kemm twettqu aktar proġetti, imma dawk inħallihom għad-Direttur Ġenerali, għax inkella l-Editur malajr jgħidli li qed nirrepeti. (Taf kemm trid toqgħod attent miegħu hux?!) Imma nixtieq nara iktar. Il-bibien miftuħin għal kulħadd. Kull min jixtieq jgħin, tafu li l-bieb miftuħ, u aktar kemm inkunu nies ngħinu, aktar proġett jitlesta malajr, u b’hekk inkunu nistgħu nimbarkaw fuq proġetti
Jonathan Grech owner
oħra, u bħala Kaxxier ngħid niffrankaw iktar flus, għax ix-xogħol ikun sar b’mod volontarju. U fuq kollox... ikollna kburija li x-xogħol isir dejjem min-nies tagħna! Jekk tħossok illi l-ħidma attiva fis-soċjetà ma tgħoddx għalik jew ma għandekx ċans, xorta waħda tista’ tgħin, u dan billi ta’ kull sena ġġedded il-menswalità fi ħdan is-soċjetà. Anzi, inħeġġek illi minbarra inti, tipprova tħeġġeġ imqar persuna oħra sabiex tissieħeb magħna. Napprezza Irrid ngħid GRAZZI kbira lil kull sezzjoni u kummissjoni, in-nies illi qegħdin jaħdmu fis-swali talkażin b’modi differenti, min ibajjad, min jgħaddi d-dawl, min ħaġa, min oħra. Grazzi lilkom il-benefatturi kollha li lanqas nilħqu nikkuntattjawkom, illi tarakom tgħinuna bl-aħjar mod illi tistgħu. Ma nistax ninsa lilkom illi tirreklamaw magħna, talli fi żmien qasir u fi żmien tant diffiċli xorta waħda tgħinuna ħalli din il-pubblikazzjoni reġgħet setgħet tkun f’idejkom. Grazzi lil marti Sue tal-appoġġ u lill-assistenti tiegħi Marouska Bonnici u Christopher Camilleri li bis-saħħa tagħhom, l-uġigħ ta’ ras marbut ma’ din il-kariga jonqos ħafna. Grazzi lil sħabi tal-Kumitat Ċentrali li flimkien naħdmu ħafna u jirnexxilna dejjem naslu għall-ftehim. Insellem lisSegretarju Henry Bonnici li dejjem ikun hemm jagħtini kull sapport u lill-President u l-viċi tiegħu, Alexander Caruana u Andy Mifsud illi b’ilsienhom barra jaħdmu sabiex nakkwistaw dejjem aktar fondi f’inizjattivi nazzjonali u Ewropej illi jagħtuna saħħa kbira fit-twettiq tal-proġetti tagħna. Fl-aħħar u mhux l-inqas lill-poplu kollu ta’ Birżebbuġa tal-appoġġ kbir u kontinwu li jagħti lisSoċjetà Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa. Minkejja kull restrizzjoni, nixtieq il-festa t-tajba lilkom ilkoll, speċjalment lilkom morda u anzjani.
Custom-made Furniture Apertures Restoration
M (+356) 7944 5674 E info@treedfurniture.com F www.facebook.com/treedfurnituremalta
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 32 – Festa 2021
21
HHF 601—Hal-Far Industrial Estate, Birzebbuga , BBG 3000
Pietru: Ħarisna mill-Ħsarat u l-Vizzjijiet
24
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 32 – Festa 2021
Pietru: Ħarisna mill-Ħsarat u l-Vizzjijiet
Bil-pass ta’ Anġlu Kan. Anton Galea Scannura Il-Kappillan
Għadna għaddejjin bis-sitwazzjoni talCovid u għal min iħobb il-festa Maltija din is-sena se tfisser ukoll ċaħda minn xi ħaġa għażiża. Nagħmlu x’nagħmlu l-affarijiet se jkunu differenti minn kif nafuhom. Għall-bniedem ta’ fidi hija stedina biex inħarsu lejn ir-realtà li qed ngħixu mil-lenti talqaddis li nqimu, fil-każ tagħna l-esperjenza ta’ San Pietru fil-Ktajjen. Il-ħelsien ta’ San Pietru millktajjen ma kienx xi att maġiku jew trijonfali imma mixja li fiha ggwidah anġlu. San Pietru kellu jitgħallem jimxi mhux iżjed bil-pass li jagħżel hu, imma li jurih Alla. Għal min jemmen, dan iż-żmien hu żmien biex inbiddlu r-ritmu u nħallu lil Alla jmexxina. Trid ħafna sabar. Mhix kwistjoni li nimxu skont ma jkunu l-affarijiet fil-mument imma nieħdu l-pass li jmiss mingħajr ma ħafna drabi nagħrfu eżattament minn liema triq għandna ngħaddu. Mhix raġuni għalfejn naqtgħu qalbna jew nitilfu s-sabar. Għandna nevitaw xi nases. L-ewwelnett innassa tat-tgergir. Noqogħdu nirrepetu xi dwejjaq ta’ sitwazzjoni qegħdin fiha qisna ma nafux biżżejjed. Tgergir għax nimmissjaw dak li mdorrijin bih. Forsi tgergir għax mhux dejjem tgħaddi tagħna. Tgergir dwar is-sitwazzjoni. Ovvjament sakemm xi ħaġa ma nkunux responsabbli għaliha aħna faċli ngergru. Ma nimpressjonawx ruħna bit-tgergir ta’ dak u l-ieħor għax ma naslu qatt. Allaħares nitmexxew mit-tgergir. Kieku Pietru ntefa’ jgerger anqas kien jinduna li daħal l-anġlu
u kien jibqa’ fil-ħabs. It-tgergir huwa veru ħabs għax joqtollok l-entużjażmu. Nassa oħra hi n-narċiżżiżmu, jiġifieri nehda nħares lejja nnifsi, kemm jien tajjeb u allaħares m’hemmx jien. San Pietru fil-ktajjen malajr fehem li hu ma kienx il-protagonista talKnisja ta’ Ruma. Kienet se tgħaddi mingħajru. Ara naħsbu li aħna ċ-ċentru tad-dinja u allaħares m’hemmx aħna u dak li nagħmlu. Il-Covid fakkritna li ħadd mhu indispensabbli. San Pietru sakemm kien ħaj ta sehmu għall-Knisja ta’ Ruma imma meta miet baqgħet għaddejja. Ma nehdewx inċapċpu lilna nfusna. Napprezzaw it-talenti tagħna, għaliex le imma mhux nippretendu li d-dinja ssir il-mera ta’ mal-ħajt li dejjem tikkumplimentana u tgħid li m’hemmx aqwa minna. L-aħħar nassa hi li nitfgħu l-ħtija fuq xi ħadd. Kieku ried Pietru seta’ qal: “Ara x’għamluli l-insara ta’ Ruma, mank ipproteġewni ftit iżjed” jew seta’ qagħad igerger dwar Erodi, Neruni u ibqa’ sejjer. Meta xi ħaġa ma tiġix għal qalbna nitfgħu t-tort fuq in-nies. Forsi issa nitfgħu t-tort fuq il-Covid. U meta nagħmlu hekk nitilfu ċ-ċans li nkunu ġenwinament kreattivi, li veru nagħmlu xi ħaġa ġdida, sabiħa f’ċirkustanzi ġodda. Nawgura festa li fiha nimxu bil-pass ta’ Pietru malpass tal-anġlu. Nawgura ħafna kreattività li magħquda mal-karità twassalna biex niċċelebraw b’mod ġenwin il-festa ta’ San Pietru fil-Ktajjen, Patrun tal-parroċċa tagħna. Il-Festa t-Tajba!
ANIMAL CRACKERS PET
SHOP
Triq il-Ghodda, Triq il-Ghodda, BirzeBBuGa 2165 0021 BirzeBBuGa 7965 0021 Tel.
moB.
Ûaren Dalli Street, BirΩebbu©a Mob: 7965 9631
Tel. 2165
0021 moB. 7965 0021
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 32 – Festa 2021
25
Pietru: Ħarisna mill-Ħsarat u l-Vizzjijiet Best toy shop in Town, Beach wear & Beach Accessories
E0.35c Anthony Azzopardi Florist for all occasions Importer of fresh flowers and plants Mob: 9985 3254, 9923 0255
jarma quddiem id-daħla taċ-ċimiterju tan-naħa t’isfel
Is-Sidien tal-BANKA TAL-LOTTU Nru 192 tas-SOÇJETÀ FILARMONIKA SAN PIETRU BIRÛEBBUÌA A.D. 1990 li tinsab f’26, Triq San Filippu, BirΩebbu©a jixtiequ lill-klijenti kollha u lill-poplu kollu ta’ BirΩebbu©a IL-FESTA T-TAJBA 26
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 32 – Festa 2021
Pietru: Ħarisna mill-Ħsarat u l-Vizzjijiet
Il-Ħsieb tad-Direttur Spiritwali Dun Charles Carabott
Il-Knisja llum, imwaqqfa minn Kristu taħt it-tmexxija ta’ Pietru tinsab għaddejja minn kriżi serja. Min-naħa hemm dawk li jridu jreġġgħu l-arloġġ lura għal qabel ir-riformi tal-Konċilju Vatikan ll, u oħrajn li jridu bidla mgħaġġla fl-istruttura tal-Knisja, jiġifieri aktar involviment tal-lajċi fit-tmexxija, post aktar importanti għall-mara u l-ordinazzjoni tagħhom bħala saċerdoti, it-tneħħija taċ-ċelibat mis-saċerdozju, l-ordinazzjoni ta’ rġiel diġà miżżewġa, komma aktar wiesgħa għal dawk divorzjati u miżżewga mill-ġdid. U l-Papa jiżfen fin-nofs… attakkat miż-żewġ fazzjonijiet. Għadni kif qrajt rapport tas-sitwazzjoni tal-Knisja filĠermanja… ma tantx huwa inkoraġġanti għall-ġejjieni tal-Knisja. Imma wieħed ma għandu qatt jaqta’ qalbu… ghax nemmnu fi kliem Kristu lil Pietru… ‘Il-bibien tal-infern ma jegħlbuhiex’. Anke jekk dawk li qed ikunu ta’ tant ostakolu għas-suċċessur ta’ Pietru huma nies imlaħħqa fil-Knisja, li qed jimminaw ir-riformi li jrid il Papa Frangisku biex il-Knisja tkun aktar qrib in-nies, aktar qrib in-nagħaġ, Knisja li taqdi u tħenn, lil dawk imwarrba u mistmerra bħar-refuġjati fostna, taqdi lil dawk li ma għandhomx wisq mezzi biex ipoġġu ikel fuq il-mejda wara li jħallsu l-kera tal-garaxx illi qed jgħixu fih. Il-Papa Franġisku, suċċessur dehen ta’ Pietru. Pietru li sema’ lill-Imgħallem jgħidlu: ‘Jien nibqa’ magħkom salaħħar taż-żmien.’ Nibqa’ magħkom minkejja d-dgħufija
ta’ dawk li huma parti mill-Knisja, minn fuq sa isfel, kif baqa’ ma’ Pietru anke wara li fi dgħufitu naqsu bil-kbir fil-ħin ta’ prova. Min-naħa tagħna, ulied Pietru, ma nkabbrux il-ħtijiet ta’ dawk illi jonqsu u jiżbaljaw… għax aħna lkoll midinba u neħtieġu l-maħfra. Lanqas ma għandna nkunu Kattoliċi fuq ‘issue’ waħda… eżempju jien nisrani biss għax kontra l-abort u ma jimpurtanix minn ‘issues’ oħra bħall-ġustizzja u s-solidarjetà ma’ dak li hu żgħir u qed jgħix fil-periferija tas-soċjetà, ma’ eks-priġunieri, ma’ nies b’orjentamenti sesswali differenti minn tagħna, ma’ nies li forsi żbaljaw bil-kbir. Ma nkunux nies li dejjem lesti nikkundannaw lil min il-kuxjenza tiegħu tgħidlu xi ħaġa li l-kuxjenza tagħna tgħidilna mod ieħor. Tiftakruh kliem Kristu lill-Fariżej?... Erġajna għal sena oħra qed niċċelebraw il-festa ‘ġewwa’ bi ftit sinjali tal-atmosfera sabiħa li mdorrijin biha. Tal-inqas kien hemm progress mis-sena l-oħra, u ftit jew wisq nistgħu niltaqgħu ftit u nifirħu flimkien. J’Alla din tkun verament l-aħħar darba li se nkunu mċaħħda milli niċċelebraw il-festa tal-patrun tagħna kif aħna mdorrija matul is-snin l-imgħoddija… ħeqq, l-inqas li nistgħu nagħmlu hu li nitolbu lil Pietru tagħna jidħol għalina quddiem Ġesù biex din l-imxija tgħaddi minn fuqna ħalli nerġgħu nibdew ngħixu ħajja aktar normali.
St. Mary Butcher (Prop. Joe Vella)
For fresh & frozen meat
7, Profs. Anton Tabone Street, BirΩebbu©a – Tel: 21651118 Opening Hours: Tuesday to Friday: 9.00am to 6.00pm, Saturday: 9.00am to 2.00pm Wednesday till 2.00pm Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 32 – Festa 2021
hairstyles
21, Triq Raymond Caruana, Gudja • Tel: 2167 3030
27
Pietru: Ħarisna mill-Ħsarat u l-Vizzjijiet
MG Signs
Plot 90- 91 X , Luqa Industrial Estate, Luqa LQA 3000 T: 21696787 E: sales@mgmalta.com
28
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 32 – Festa 2021
Pietru: Ħarisna mill-Ħsarat u l-Vizzjijiet
Il-Messaġġ tas-Sindku ta’ Birżebbuġa Joseph Farrugia
Għaddiet sena oħra u l-festa, għal darba oħra minħabba l-imxija tal-COVID-19, se ssir b’mod differenti mis-soltu. Iżda nixtieq infakkarkom li l-festa hija l-ispirtu fil-qalb, l-imħabba u r-rispett bejn ir-residenti. Mingħajr dawn il-valuri ma jkun ifisser xejn li jkollna briju, nar mill-isbaħ, marċi brillanti u dekorazzjonijiet mill-isbaħ. Madankollu, xorta nħoss li f’din is-sitwazzjoni, żgur li se jkollna festa ta’ għaqda u atmosfera sabiħa bħalma jkollna kull sena. Matul dawn l-aħħar 23 sena li servejt bħala Sindku ta’ din il-lokalità ħdimt sabiex il-lokalità tagħna tingħata l-aqwa rispett. Dejjem imxejt bil-prinċipju li tkun filKunsill, mhux biex tkun moqdi, iżda biex taqdi. Inutli tkun f’din il-pożizzjoni u ma ssemmax leħen ir-residenti tiegħek. Inutli tkun f’din il-pożizzjoni jekk ma tħossx il-karba tagħhom. Sfortunatament qatt ma għaddietli minn moħħi li kelli nservi dan iż-żmien kollu fit-tmun tal-lokalità tagħna, biss issa nemmen li wasal iż-żmien tiegħi li nirtira. Għalhekk dan ser ikun l-aħħar messaġġ ta’ awguri tiegħi.
Nammetti li tul dawn l-aħħar sentejn iddestin ma kien faċli xejn. Nammetti li saħħti m’għadhiex dik li kienet 23 sena ilu, nixtieq kieku, iżda issa ż-żmien beda jagħmel tiegħu. Kien għalhekk li fl-aħħar seduta talKunsill ħabbart li wasal iż-żmien li nagħmel pass lura u nibqa’ nservi bħala kunsillier fi ħdan il-Kunsill Lokali, biex b’hekk issa jkolli l-opportunità li nara l-lokalità tagħna titmexxa minn persuna bi ħsieb żagħżugħ li jkun jista’ jagħti l-enerġija li hemm bżonn, sabiex nilħqu l-għanijiet ġodda. Qabel nagħlaq irrid nieħu l-opportunità biex nawgura l-festa t-tajba lir-residenti kollha, kif ukoll nirringrazzja lil dawk kollha li għal 23 sena sħaħ fdawni sabiex immexxi lil din il-lokalità tant sabiħa. Nawgura l-festa t-tajba lil sħabi l-kunsillieri, lis-Segretarju Eżekuttiv u l-istaff tal-uffiċċju li jaħdem qatigħ u lil kull entità li filħin liberu tagħha, tiddedika ħinha, sabiex il-festa b’mod jew ieħor tittella’ u tkun ta’ ferħ u għaqda għar-residenti ta’ Birżebbuġa.
Rainbow Stationery 14, Misraħ il-Knisja, Birżebbuġa • Tel: 27874677
For all your stationery requirements for School, Home, Office
• Photo Digital Printing • Passport Photos • All Kinds of Watch Repairs, Batteries, Straps Flowers for All • Scan Services Occasions • Craft Items • One For All Gift Vouchers • Laundry & Dry Cleaning Services Rainbow Sta tionery Gift Vouchers • Me To You • E-Cigarettes & Liquids Available • Greeting Cards • Silver Plated Frames • Perfumes • Magazines • Personalised Hand Made Cards • Original Ink Cartridges & Toners For All Printers • Games, Toys & Gifts for all occasions and much more… Rainbow Stationery Birzebbuga
Email: xmark11@hotmail.com
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 32 – Festa 2021
29
Pietru: Ħarisna mill-Ħsarat u l-Vizzjijiet
Il-Ħoss tal-Banda, Duwa fi Żmien Pandemija Kerha Mro. Michael Bugelli ATCL Għeżież Birżebbuġin u ammiraturi tasSoċjetà tagħna Meta sena ilu kienu talbuni nikteb ilmessaġġ għall-ktieb tal-festa, kien hemm xaqq kbir ta’ dawl li l-pandemija kienet bħal qisha qed tnin. Infetaħ l-ajruport u bdew isiru l-attivitajiet saħansitra anke l-festi. Il-każijiet ta’ infezzjonijiet bdew jonqsu u bdejna nagħmlu kuraġġ. Bdejna naħsbu li sal-Milied din il-pandemija kellha tkun storja oħra fil-ktieb tal-istorja tal-bniedem. Il-gvern beda jagħti l-permess biex isiru l-festi u l-marċi. Għalkemm il-baned u l-għaqdiet tal-festa kienu għarkupptejhom xorta waħda ġabru l-aħħar sforzi tagħhom, qamu għall-okkażjoni u ċċelebraw mill-aħjar li setgħu. Dan seħħ għal dawk li ċċelebraw il-festa tagħhom bejn l-ewwel Ħadd ta’ Lulju u l-aħħar Ħadd ta’ Lulju. Imma meta wasal it-Tnejn 27 ta’ Lulju, il-jum li fih is-soltu niċċelebraw il-Ħruġ min-Niċċa tal-vara tagħna, fuq ilbulletini tal-aħbarijiet bdiet tiġri l-aħbar li kien hemm xi party f’lukanda Maltija li minnha ġew infettati bosta nies u li dawn in-nies sussegwentement kienu infettaw nies oħra anke f’attività festiva li kiene organizzata matul dik l-istess ġimgħa. M’għandniex xi ngħidu. Qalbna għamlet tikk. Ilfesta li kien imiss kienet dik tagħna ta’ San Pietru ta’ Birżebbuġa. Konna ppreparati li niċċelebraw festa modesta imma sabiħa, kemm barra imma anke ġewwa. Il-Ġimgħa konna se nagħmlu l-marċ bid-dimostrazzjoni tal-vara proprjetà tagħna u din kienet se tkun speċjali għax konna se nġibuha mill-Belt Valletta akkumpanjata mill-bċejjeċ tal-baħar; is-Sibt konna se nagħmlu marċ f’mass band mal-banda l-oħra ta’ Birżebbuġa u mbagħad l-Għaqda tan-Nar 22 ta’ Frar kellha taħraq in-nar tal-art; u l-Ħadd konna se nakkumpanjaw bilbanda tagħna l-vara titulari fil-pellegrinaġġ li kellu jsir min-naħa tal-knisja u l-għaqdiet flimkien. Imma kif konna qed nobsru, il-gvern kellu jerġa’ jimponi miżuri ta’ mitigazzjoni u l-permessi għall-marċi u n-nar ġew irtirati f’kemm trodd salib. L-unika konsolazzjoni kienet li lħaqna akkumpanjajna l-vara ħelwa fil-festa sekondarja tal-Madonna tad-Duttrina ta’ Ħal Tarxien. Li kieku saret il-festa tagħna konna nkunu l-unika banda li konna ndoqqu darbtejn f’żewġ pellegrinaġġi differenti u l-ewwel għaqda tan-nar illi ħarqet nar tal-art fl-istaġun sajfi tal-festi tas-sena li għaddiet. Ix-xitan ma ħamilx. Meta kollox kien lest biex niċċelebraw flimkien, fid-dawl ta’ dak li kien qiegħed jiġri f’pajjiżna, il-Kumitat Eżekuttiv ħass il-ħtieġa li jikkanċella kull attività esterna, u dan qabel malgvern ħareġ id-direttivi tiegħu ta’ miżuri. Kulħadd kien imnikket. Aħna li nieħdu ħsieb il-banda ħadna kedda għalxejn fil-preparazzjoni tal-libretti u l-uniformijiet u
30
fil-preparazzjoni tal-bandisti tal-post u dawk mistiedna. Tan-nar, imsieken, wara li kienu diġà ħawlu l-kanen u waqqfu l-irdieden tan-nar tal-art fil-pjazza taħt xemx taħraq, kellhom iżarmaw kollox mill-ġdid mingħajr ma ħadu l-ebda sodisfazzjon. Dispjaċir, dwejjaq u diżappunt. Għadda ż-żmien, wasal Diċembru u bdejna nieħdu pjaċir insellmu lis-sena 2020 biex nilqgħu b’tama kbira l-2021, imma jekk tneħħi l-vaċċin, s’issa din is-sena hija kopja sħiħa bħal dik ta’ qabilha. Xejn festi, xejn attivitajiet, ftit li xejn mużika, forsi ngħid imnalla kien in-nar li qed jimla l-ħafna vojt tad-dilettanti. Madankollu l-entużjażmu huwa wieħed tqil. Għadna ’l bogħod minn dak li veru nixtiequ. Id-dilettanti qed jiċċaħdu minn kollox, anke minn ċelebrazzjonijiet oħra bħal dawk tal-Ġimgħa Mqaddsa. Jekk xejn, dan iż-żmien qed jurina kemm Malta ma tiswa xejn mingħajr il-kultura tagħha. Ir-ruħ tagħna swiedet u ħajjitna saret waħda monotona, mingħajr kulur. J’Alla li din is-sitwazzjoni tiftħilna għajnejna sabiex nindunaw kemm huwa ikrah meta wieħed jipprova joqtol xi tradizzjoni. S’issa jidher li l-vaċċin qed iħalli impatt fuq is-saħħa tan-nies. L-infezzjonijiet jidhru li qed jonqsu sew u l-gvern qiegħed bil-mod il-mod jirrilaxxa aktar miżuri anke jekk b’iktar kawtela mis-sena li għaddiet. Sakemm qed nikteb dan il-messaġġ, ma saret l-ebda festa. Qed isir in-nar u ħafna nies qed jieħdu pjaċir bih. Qed isiru l-festi ta’ ġewwa, sħaħ kif inhu xieraq, mhux il-quddiesa solenni tal-festa biss bħas-sena li għaddiet. Il-mużika tal-banda però tidher li se tkun l-iktar ħaġa li se tkun ħadet daqqa ta’ ħarta. Saru xi programmi u kunċerti żgħar kif ukoll rekordings minn xi baned taħt protokolli stretti ħafna imma mill-bqija xejn ta’ kbir. Ilfesti se jkunu kwieti ħafna, kważi xejn, mejta. Ftit nar, forsi ftit armar ukoll, għall-inqas b’ċelebrazzjonijiet interni sħaħ jew kważi imma l-ħoss tal-banda se jkun veru ftit, ftit li xejn u ironikament huwa l-iktar aspett talfesta li qiegħed f’periklu. Il-banda Maltija kienet diġà f’periklu qabel ilpandemija u wara din il-pandemija jekk mhux se middu jdejna se naraw konsegwenzi koroh ħafna li se jpoġġu lill-baned f’test kbir ta’ sopravvivenza. Innumru ta’ bandisti hemm ċans li jaqla’ daqqa t’isfel kbira. M’hemmx stimolu. Il-baned iridu jagħmlu eżami tal-kuxjenza u jmilu quddiem din ir-realtà. Id-diskors bla sens li jsir fuq il-bandisti jrid jieqaf anke f’fora li suppost il-banda tittieħed b’serjetà. Ħafna nies jitkellmu u jċarrtu bl-addoċċ mingħajr huma stess qatt ma kienu bandisti. Min irid ikun jaf x’jiġifieri tkun bandist l-ewwel imur jitgħallem u jistudja u mbagħad fil-ġimgħa talfesta b’uniformi qmis bajda u qalziet iswed imur idoqq għal ħin twil fil-banda minflok jieħu pjaċir mal-familja
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 32 – Festa 2021
Pietru: Ħarisna mill-Ħsarat u l-Vizzjijiet u mal-ħbieb kif jagħmlu ħafna b’xi flixkun birra kiesaħ f’idejhom. Iż-żmien li jsir rikatt u ksuħat mal-bandisti dalwaqt jispiċċa. Kull banda se jkollha ddur il-politika tagħha u trid tara kif lill-bandist tal-post iżżommu fuq wiċċ l-idejn, mhux b’kapriċċ imma bi dmir, kif kellu jkun minn dejjem. Il-Kumitati jridu jibdew jindirizzaw ċerta imġiba u attitudni żbaljata mill-partitarji tagħhom filkonfront tal-banda u l-bandisti. Għad hawn min għadu jaħseb li l-banda hija tal-bandisti u tas-surmast biss. Ilbanda hija ta’ kulħadd u kull min irid il-banda fil-festa mhux biss irid iġib rispett lejn il-mużika u lill-bandist imma jrid imidd idejh u jgħin fil-loġistika tagħha. Jeħtieġ jieqaf il-paroli fil-vojt, il-kliem satiriku kemm f’fora lokali u anke dawk nazzjonali. Hemm bżonn illi l-mużika tiġi diskussa b’serjetà kullimkien. Min ma jħossux talbanda imma mbagħad għandu sehem prinċipali f’xi banda għandu jagħmel sforz u jipprova jifhem u jieħu ftit iktar interess inkella jagħmel pjaċir lilu nnifsu u minflok wieħed joqgħod ittellef lill-oħrajn jew iwaqqa’ kollox għar-ridikolu, jieħu ftit paċenzja, jillarga ftit u jħalli lil min hu kompetenti jaħdem u jwassal għat-tmiem il-proġett. Is-serjetà u l-iżvilupp tal-banda jibda mis-serjetà tannies, mill-membri u iktar importanti minn dawk li huma parti minn xi għaqda tal-banda. Iktar ’il fuq semmejt li kien hawn baned li tellgħu programmi u kunċerti anke jekk kien hemm restrizzjonijiet kbar. Din is-sena bħal ħafna baned oħra kellna nħallu bosta marċi u programmi barra. Ma stajniex nagħmluhom. Madankollu, bi pjaċir u b’sens kbir ta’ kburija ngħid li l-banda tagħna kienet waħda
mill-ewlenin li mhux biss tellgħet sempliċi kunċert imma se ttella’ kunċert ta’ livell għoli fil-Katidral Metropolitan tal-Imdina. Kienet it-tieni darba li l-banda tagħna daqqet f’dan it-tempju maestuż, ikona tal-Kristjaneżmu ta’ Malta. Nhar is-Sibt 24 ta’ Lulju 2021 il-banda tagħna se tippreżenta għall-ewwel darba l-oratorju mużikali ‘Divo Petro’ b’mużika tas-Surmast Onorarju Ray Sciberras fuq versi tal-poeta Sebastian Saliba. Dan huwa xogħol kbir miktub apposta għall-banda b’siegħa u nofs mużika mill-aktar profonda, b’temi u ritmi mirquma fl-orkestrazzjoni tal-banda mużikali. Huwa oratorju b’idjoma mużikali romantika fl-istess ħin moderna u kontemporanja. Jispikkaw fost l-oħrajn l-Introduzzjoni, il-Marcia Romana, it-Tema tal-Battalja u l-Final. Tassew xogħol li jsaħħrek bis-sehem ta’ diversi vuċijiet solisti u żewġ korijiet, wieħed minnhom tat-tfal. Xogħlijiet simili bħal dan qegħdin biss għand ftit soċjetajiet li jsejħu lilhom infushom ‘antiki’, ta’ ’l fuq minn mitt sena mentri s-soċjetà tagħna tellgħet dan ix-xogħol fi żmien tletin sena minn mindu ġiet imwaqqfa. Tassew għandna biex inkunu kburin. Ħolma oħra se ssir realtà. Bħalissa qed nevalwaw proġetti oħra b’risq ilbanda. Sfortunatament il-COVID għamlilna ħerba mill-pjanijiet li kellna imma determinati li lanqas din il-pandemija ma nħallu li ttellifna. Kellna diversi festi kbar ippreparati għat-tletin sena anniversarju imma bilCOVID kellna nċaqalqu diversi inizjattivi. Nittamaw li l-affarijiet jaġevolawna sabiex inkunu nistgħu nwettqu dak li għandna f’rasna u nkomplu ngħollu ’l fuq isem il-banda u s-soċjetà tagħna.
MANUEL GARAGE Panel Beating Spray Painting Towing Service Żejtun Road, Birżebbuġa Tel: 2166 0167 - Mob: 9947 3095 Email: manuelgarage18@gmail.com Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 32 – Festa 2021
31
Pietru: Ħarisna mill-Ħsarat u l-Vizzjijiet
Il-Programm tal-Festa Il-Ħamis 22 ta’ Lulju 6.30pm: Quddiesa u Adorazzjoni bi tħejjija għall-festa.
Is-Sibt 24 ta’ Lulju 3.00pm: Edizzjoni Speċjali tal-programm Mill-Pinna tal-Kompożituri fuq il-paġna facebook tas-
Soċjetà Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa.
5.30pm: Quddiesa b’suffraġju għal dawk li mietu mill-festa tas-sena l-oħra ’l hawn. Mistiedna b’mod
speċjal l-qraba u l-ħbieb. Insemmu isimhom.
8.30pm: Il-Premiere tal-oratorio Divo Petro, versi tal-poeta Sebastian Saliba, mużika ta’ Mro Ray
Sciberras fil-Katidral Metropolitan tal-Imdina taħt il-patroċinju distint tal-President tarRepubblika Dr George Vella u s-Sinjura Vella
Il-Ħadd 25 ta’ Lulju 9.30am: Quddiesa mmexxija minn Dun Ronnie Zammit li fiha ssir il-preżentazzjoni tat-trabi li twieldu
fis-snin 2020 u 2021. Tingħata tifkira. 10.30am: Edizzjoni Speċjali tal-programm Mill-Pinna tal-Kompożituri fuq il-paġna facebook tasSoċjetà Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa. Waqt dan il-programm, il-Kummissjoni Armar Estern tiftaħ iċ-ċelebrazzjonijiet tal-għaxar anniversarju mit-twaqqif tagħha li se jkun iċċelebrat fis-sena 2022 permezz ta’ inawgurazzjoni ta’ sorpriża. Kulħadd mistieden isegwi mill-pjazza prinċipali ta’ Birżebbuġa b’ħarsien sħiħ lejn id-direttivi tal-Awtoritajiet tas-Saħħa. 11.00am: Quddiesa animata miż-żgħażagħ.
It-Tnejn 26 ta’ Lulju 6.30pm: Quddiesa fil-Knisja Parrokkjali li biha niftħu l-ġimgħa tal-festa. Imexxi l-Kappillan, il-Kanonku
Anton Galea-Scannura.
7.15pm: issir l-attività “Fit-Toroq ma’ Pietru”. Ġbir ta’ ikel u flus bil-karozzi mat-toroq ta’ Birżebbuġa
b’riżq familji fil-bżonn.
It-Tlieta 27 ta’ Lulju 6.30pm: Quddiesa għat-tfal fil-Knisja Parrokkjali. Imexxi Dun Osmar Baldacchino.
L-Erbgħa, 28 ta’ Lulju 2021 – L-Ewwel Jum tat-Tridu. Jum l-Anzjani 8.30am: Quddiesa ta’ tħejjija għall-festa li għaliha huma mistiedna b’mod speċjali t-tfal 6.00pm: Rużarju 6.30pm: Quddiesa ċċelebrata mill-Kan. Dun Ryan L. Pace, viċi-parroku. Mistiedna b’mod speċjali
l-anzjani u l-morda. Wara l-quddiesa, Kurunella, Antifona u Barka Sagramentali.
8:00pm: Żjara ta’ korteżija mill-E.T. President ta’ Malta, Dr George Vella u s-Sinjura Vella fis-sede
tas-soċjetà. Matul din l-okkażjoni se jinawgura x-xogħol illi sar fil-każin fl-aħħar xhur.
Il-Ħamis, 29 ta’ Lulju 2021 – It-Tieni Jum tat-Tridu. Jum l-Għaqdiet u Jum il-Familja 8.30am: Quddiesa ta’ tħejjija għall-festa li għaliha huma mistiedna b’mod speċjali t-tfal 6.00pm: Rużarju 6.30pm: Quddiesa ċċelebrata minn Dun Tony Pace. Mistiedna b’mod speċjali l-għaqdiet tal-parroċċa,
il-familji u l-koppji li qegħdin jiċċelebraw l-10, 25, 30, 35, 40, 45, 50 anniversarju taż-żwieġ u koppji li żżewġu matul is-sena li għaddiet. Wara l-quddiesa, Kurunella, Antifona u Barka Sagramentali.
Il-Ġimgħa, 30 ta’ Lulju 2021 – It-Tielet Jum tat-Tridu. Jum is-Saċerdozju u l-Ħajja Konsagrata 8.30am: Quddiesa ta’ tħejjija għall-festa li għaliha huma mistiedna b’mod speċjali t-tfal 6.00pm: Rużarju 32
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 32 – Festa 2021
Pietru: Ħarisna mill-Ħsarat u l-Vizzjijiet 6.30pm: Quddiesa minn Dun Peter Ellul. Mistiedna s-saċerdoti tal-Parroċċa, reliġjużi u membri
tal-MUSEUM. Wara l-omelija, issir il-Vestizzjoni tal-Abbatini.Wara l-quddiesa, Kurunella, Antifona, l-innu ta’ radd il-ħajr lil Alla Te Deum Laudamus u Barka Sagramentali.
Is-Sibt, 31 ta’ Lulju 2021 – Lejlet il-Festa Titulari ta’ San Pietru Appostlu 9.00am: Ħruq ta’ Musketterija minn fuq il-każin 12.00pm: Ħruq ta’ Musketterija minn fuq il-każin. Ikla fil-Każin għall-membri, benefatturi u l-partitarji.
2.30pm: 5.30pm: 6.30pm:
7.30pm:
Min huwa interessat jitkellem ma’ xi membri tal-kumitat matul il-ġimgħa tal-festa minħabba li l-postijiet huma limitati ferm. Edizzjoni Speċjali tal-programm Mill-Pinna tal-Kompożituri flimkien ma’ Christopher Bonnici, Andy Mifsud u Jonathan Ellul Bonnici. Quddiesa Translazzjoni Solenni minn fuq l-Altar tal-Madonna tar-Rużarju, kant tal-Innu u l-Antifona Solve Jubente Deo (2016). Wara ssir iċ-ċelebrazzjoni tal-Ewwel Għasar Solenni tasSolennità ta’ San Pietru Appostlu fil-Ktajjen u Barka Sagramentali. Imexxi Dun Roderick Baldacchino, saċerdot novell. Waqt it-Translazzjoni, l-Għaqda tan-Nar 22 ta’ Frar issellem lir-relikwa ta’ San Pietru Appostlu permezz ta’ musketterija minn fuq il-każin. Quddiesa
Il-Ħadd, 1 ta’ Awwissu 2021 – Jum il-Festa Titulari ta’ San Pietru Appostlu fil-Ktajjen Il-Ħinijiet tal-Quddies ikun fis-6.00am, 7.00am, 8.00am, 9.30am, 11.00am u 6.30pm.
8.00am: Ħruq ta’ murtali tal-bomba u murtaletti. 9.30am: Konċelebrazzjoni Solenni mmexxija minn Dun Joshua Cortis, saċerdot novell. Wara
11:00am: 12:00pm: 6.00pm: 6.30pm: 8.45pm:
l-Evanġelju, il-Kappillan tal-parroċċa tal-Balluta, Patri Renald Loffreda O.Carm. jinseġ Kuruna ta’ Tifħir lill-Appostlu Missierna San Pietru, il-Patrun ta’ Birżebbuġa. Fi tmiem ilquddiesa titkanta l-antifona Solve Jubente Deo kompożizzjoni ta’ Mro Ray Sciberras. Edizzjoni Speċjali tal-programm Mill-Pinna tal-Kompożituri fl-Assenza tal-Marċ Tradizzjonali ta’ Filgħodu flimkien ma’ Christopher Bonnici, Andy Mifsud u Jonathan Ellul Bonnici. Ħruq ta’ murtali tal-bomba u murtaletti. Ċelebrazzjoni tat-Tieni Għasar Solenni tas-Solennità ta’ San Pietru Appostlu fil-Ktajjen. Quddiesa Solenni ċċelebrata minn Dun Jean-Claude Schembri, saċerdot novell. Fi tmiem il-quddiesa ssir ir-Repożizzjoni tar-Relikwa, Antifona u Barka Sagramentali. L-Għaqda tan-Nar 22 ta’ Frar issellem il-jum solenni tal-1 ta’ Awwissu, Jum San Pietru Appostlu fil-Ktajjen bi ħruq ta’ salut, sett murtali bil-logħob, beraq ikkulurit, murtali biċ-ċentru, murtali tal-kulur, blalen, sfejjer u lampjuni. Il-ħarqa tintemm b’kaxxa infernali tal-kulur.
Il-Ħamis, 5 ta’ Awwissu 2021 Wara l-Quddiesa tas-6.30pm, Adorazzjoni b’ringrazzjament għall-ġid spiritwali tal-festa. L-animazzjoni liturġika fil-Jiem tal-Festa Titulari jsir mill-Kor Parrokkjali b’akkumpanjament tal-orkestra taħt id-direzzjoni tal-Maestro di Cappella, Josette Polidano. Inħeġġu lil kulħadd sabiex minkejja li għandna festa ridotta u bl-ebda mod ma qed titqies bħala festa bħas-soltu, fil-jiem tal-festa ta’ San Pietru Appostlu nattendu bi ħġarna l-funzjonijiet liturġiċi u nattendu l-attivitajiet illi se jkunu organizzati b’rispett sħiħ lejn is-saħħa pubblika. Nappellaw sabiex nirregolaw ruħna mas-Sagramenti tal-Qrar u t-Tqarbin f’dawn il-jiem sbieħ tal-festa. Ejjew ningħaqdu iktar minn snin oħra madwar l-altar u madwar il-patrun tagħna biex nirringrazzjaw lil Alla l-Imbierek, Ommna Marija u lil San Pietru li waqfu magħna speċjalment f’din is-sena diffiċli. Fin-nuqqas ta’ bosta attivitajiet matul is-sena minħabba l-pandemija, kull donazzjoni tkun ferm apprezzata. Il-Kumitat Eżekuttiv jirriserva d-dritt illi dan il-programm jista’ jitbiddel mingħajr avviż prematur skont il-ħtieġa tal-Festa ta’ San Pietru Appostlu.
Bla daqq u briju, marċi u nar; ’mma f’qalbna infaħħruk, patrun!
(Ħajku lil San Pietru ta’ Erica Vella)
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 32 – Festa 2021
33
Il-Perit
Toni Bezzina Jawgura
l-Festa t-Tajba lil kulħadd
Minn fostkom g˙alikom | 21490826
71, Triq Santa Katarina, iż-Żurrieq
| 99430012
perit.toni.bezzina@gmail.com
Zaren Dalli Street, Birżebbuga Tel: 2165 8754 • Mob: 7959 1927 Wide selection of Mobile Phones LCD TVs, Hi-Fi, Sport Cameras & Accessories GO Services, Mobile Repairs & much more
Pietru: Ħarisna mill-Ħsarat u l-Vizzjijiet
Sabiex Nibqgħu Mixjin ’il Quddiem Andy Mifsud F’dawn l-aħħar xhur, mill-festa tas-sena 2020 sal-lum, is-Soċjetà Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa bbenefikat minn diversi fondi Ewropej u fondi oħra sabiex inkomplu ma’ dak li diġà bdejna sabiex inkomplu nsaħħu s-soċjetà u dak li tagħmel għallmembri, studenti tagħha u l-komunità. F’dan l-artiklu se nkun qed nagħti ħarsa ġenerali lejn dawn il-fondi sabiex b’hekk intom il-membri u l-partitarji tkunu tistgħu tapprezzaw dak illi qed isir matul is-sena.
LEADER Programme ● Gal Xlokk - Measure 3: Promotion of the Cultural Heritage [Documenting our history] Permezz ta’ dawn il-fondi Ewropej taħt l-iskema Gal Xlokk inkitbet l-istorja tas-soċjetà, mit-twaqqif tagħha sal-lum u ġiet ippubblikata fi ktieb sabiex ikollna l-istorja dettaljata, affidabbli u preċizż tal-ġrajjiet kollha li seħħew sabiex twaqqfet is-soċjetà u dak kollu li ġara matul il-kors ta’ 31 sena. Dan sar permezz ta’ ħafna riċerki fuq minuti tal-laqgħat tal-kumitat u sezzjonijiet, kotba tal-festa, kif ukoll ta’ diversi intervisti varji ma’ wħud mill-membri tagħha li kienu involuti matul is-snin fis-soċjetà. Dan il-ktieb se jkun il-punt ta’ referenza għall-ġenerazzjonijiet futuri u għal dawk kollha li jixtiequ jkunu jafu aktar dwar il-każin tal-banda tagħna. Illum il-ġurnata, is-Socjeta Filarmonika San Pietru ta ‘Birżebbuġa hija mudell ta’ kif taħdem organizzazzjoni volontarja. Aħna nagħmlu l-almu tagħna biex nippromwovu l-mużika u l-kultura mhux biss f’Birżebbuġa imma fil-gżejjer Maltin kollha. ● Gal Xlokk - Measure 2: Strengthening a healthy cultural identity [Health, Safety and Security at Birzebbuga Band Club] Permezz ta’ dawn il-fondi Ewropej taħt l-iskema Gal Xlokk ser jitwaħħlu kameras CCTV u Intruder Alarm madwar il-każin kollu, Fire Alarm in-naħa ta’ Triq Birżebbuġa u diversi bibien interni sabiex ikun hemm iktar sigurtà fil-każin. It-Taħriġ Mużikali taż-Żgħażagħ fil-Każini tal-Banda ● [Ngħollu l-Livell fit-Tagħlim tat-Timpani] Wara s-suċċess illi kellna sentejn ilu mill-fondi tal-Aġenzija Żgħażagħ biex insaħħ t-tagħlim tal-perkussjoni speċjalment tat-timpani, u s-sena l-oħra biex inkomplu nħarrġu u nsaħħu t-tagħlim liż-żgħażagħ fuq strumenti oħra tal-perkussjoni, din is-sena s-soċjetà bbenifikat minn fondi tal-istess Aġenzija Żgħażagħ sabiex inkomplu nsaħħu t-tagħlim tat-timpani. B’hekk, b’dawn il-fondi s-soċjetà xtrat Timpani Ludwig 32” sabiex b’hekk, issa l-istudenti tagħna jistgħu jitgħallmu fuq sett ta’ erba’ timpani professjonali, kollha talaħħar mudell, bil-pedali sabiex ikunu jistgħu jibdlu n-noti. ● [Inżidu strumenti ġodda fil-kunċerti flimkien] Parti oħra mill-istess fond tal-Aġenzija Żgħażagħ hija l-ħidma flimkien masSoċjetà Filarmonika Marija Mtellgħa s-Sema tal-Imġarr. Din is-sena hija s-sitt sena li qed nagħmlu dan il-proġett flimkien, fejn ir-riżultat jidher sew hekk kif qegħdin nużaw ir-riżorsi ta’ xulxin biex inkunu nistgħu faċilment insaħħu l-iskejjel tal-mużika tagħna. Permezz ta’ dan il-fond xtrajna diversi strumenti bħal glockenspiel, xylophone u syntisizer biex b’hekk inkomplu nespandu t-tagħlim mużikali tagħna u nkunu nistgħu nużawhom anke meta nerġgħu nibdew nikkunċertaw flimkien bejn iż-żewġ soċjetajiet. Apparti minn hekk qed naghmlu diversi master classes fuq suġġetti differenti sabiex ilmużiċisti taż-żewġ baned ikomplu jitħarrġu fit-tagħlim mużikali.
36
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 32 – Festa 2021
Pietru: Ħarisna mill-Ħsarat u l-Vizzjijiet Achievers scheme [Socializing with other musicians] Achievers hija inizjattiva ta’ finanzjament imnedija mis-Segretarjat Parlamentari għar-Riformi, Ċittadinanza, u Simplifikazzjoni tal-Proċessi Amministrattivi fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru immirata għall-Kunsilli Lokali, Kunsilli Reġjonali, u Organizzazzjonijiet Volontarji. L-għan ta’ din l-inizzjattiva huwa li jinkoraġġixxi liż-żgħażagħ joħolqu u jimplimentaw proġetti li fil-qalba tagħhom hemm il-komunità u li jqarrbu żgħażagħ oħra lejn dixxiplini differenti bhal sports, arti, mużika jew kultura li tkun ’il bogħod mill-vizzji. F’dan il-qasam ukoll, is-Soċjetà Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa ser tkompli fuq il-proġett tassena l-oħra, imma ma’ sħabna l-mużiċisti tas-Soċjetà Filarmonika Marija Mtellgħa s-Sema tal-Imġarr u qegħdin nippjanaw ukoll illi nespandu dan il-proġett mal-Banda Santa Marija taż-Żebbuġ, Għawdex. SIS (Small Initiatives Support Scheme) [Preserving our Music] Permezz ta’ dan il-fond, is-soċjetà ordnat kopertini għall-mużika sabiex din tintrefa’ kif xieraq. Barra minn hekk, din il-mużika qed tiġi wkoll skenjata kollha u protetta fuq external hard drive sabiex b’hekk il-mużika tinstab aktar malajr u ma tintilifx għal kollox jekk jinqala’ xi ħaġa. Dan il-proġett qed jaħdmu fuqu l-mużiċisti żgħażagħ tas-soċjetà tagħna. Emergency Fund Permezz ta’ dan il-fond, is-soċjetà ngħatat l-għajnuna sabiex inkomplu ntaffu mill-ispejjeż illi qed ikollna sabiex inkomplu noperaw waqt il-pandemija Covid-19. National Lotteries Good Causes Fund Bl-għajnuna ta’ dan il-fond ser isir il-Fire Alarm f’parti mis-sede tas-soċjetà, speċifikament fil-parti l-ġdida li tinsab f’Misraħ il-Knisja. Grazzi minn qalbi lil dawk kollha li għenu sabiex stajna nibbenefikaw minn tant fondi li fi żmien tant diffiċli għenu ħafna sabiex inkomplu għaddejjin bl-operat tagħna u fejn jista’ jkun anke ntejbuh. Grazzi lil sħabi talKumitat, speċjalment lit-tliet uffiċjali li naħdmu id f’id sabiex naraw illi s-soċjetà tagħna tkun dejjem lesta u bl-aħjar mod possibbli konformi mal-ħtiġijiet illi tiġi mitluba fl-applikazzjonijiet. Insellmilkom u nixtiqilkom il-festa t-tajba. Aktar strumentatura tas-soċjetà
Suspended Cymbal ġdida
Waqt l-għoti tal-ftehim mill-Fond SIS tal-MVCS
Il-Kumitat jixtieq jirringrazzja lil dawk kollha li b’xi mod jew ieħor għenu biex isiru dawn il-proġetti kif ukoll lil dawk illi għenu biex napplikaw għal dawn il-fondi; lill-President tas-Soċjetà Alexander Caruana, lis-Segretarju Ġenerali Henry Bonnici, lill-Kaxxier Walter Pace, lill-Viċi President u lill-Assistent Kaxxier Andy Mifsud u lil Godwin Borg tal-għajnuna tiegħu. Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 32 – Festa 2021
37
Awguri lill-familji kollha għall-festa ta' San Pietru
Ministru ghall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Hajja
+356 7999 9936 info@juliafarrugia.com
/juliafarrugia
Specialising in Dustless Blasting on Fibre & Metal
Triq ta' Rumi Marsaskala (next to Torri Mamo)
mob: 7930 0807
40
Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 32 – Festa 2021
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
stefan@zrinzo.com Uffiċċju Birżebbuġa 40, Triq il-Brolli Uffiċċju Żurrieq 4, Triq it-Taħħan
7968 1171
Il-Festa t-Tajba!
Ħidma b’Impenn Għalik
Segretarju Parlamentari u Kandidat Laburista għall-5 Distrett
Pietru: Ħarisna mill-Ħsarat u l-Vizzjijiet
Pietru: Ħarisna mill-Ħsarat u l-Vizzjijiet
Messaġġ mill-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda Raymond Zammit
Is-Segretarju Ġenerali Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda
Meta qegħdin f’dak li suppost normalment ikun staġun tal-festi, minflok qegħdin f’mument partikulari f’ċirkustanzi li biddlulna n-normalità tal-ħajja attiva tassoċjetajiet tagħna. Għal dawn l-aħħar erbatax-il xahar, is-soċjetajiet tal-banda f’Malta u Għawdex inħakmu mill-effetti talCovid-19 xejn anqas minn ħaddieħor. Kulħadd iħoss l-effett fuqu minn aspetti varji iżda ħaġa komuni għal kulħadd kienet u għadha li l-festa tagħna ma nistgħux nagħmluha kif jistħoqqilha u kif nixtiquha. F’Marzu tas-sena 2020 bdejna bil-ħasda talCovid-19 u bdejna nidħlu fi drawwiet ġodda li kkundizzjonawna mhux ftit. Esperjenzajna kif nistgħu naħdmu mhux bil-mod tas-soltu. Is-Sibt 23 ta’ Jannar 2021 komplejna b’ħasda oħra. L-Għaqda tilfet wieħed minnha, membru li l-Għaqda u kull wieħed minna kien iħares lejh bħala sors ta’ informazzjoni, faraġ u ta’ għajnuna. JC, kif kien l-aktar magħruf, kien maħbub u rispettat u jibqa’ ikona talGħaqda għas-servizz inkondizzjonat li kien jagħti lil kulħadd. Meta f’Settembru hu stess kien proponieni biex neħodlu postu għax kien iddeċieda li jieqaf, mill-ewwel ħassejt il-piż tal-kariga, iżda niftakar kliemu stess meta inkoraġġieni biex naċċetta basta naħdem flimkien malmembri tal-Eżekuttiv u mal-membri kollha tas-soċjetajiet
imsieħba. Kien jemmen fil-kollettiv u li kulħadd jagħti s-sehem tiegħu. Lil JC, l-Għaqda Nazzjonali Każini talBanda sellmitlu kif kien xieraq u se nibqgħu niftakruh għall-ġid u x-xogħol li wettaq b’risq is-soċjetajiet li tant kien iħobb. Kieku dan iż-żmien kien żmien normali ta’ festi, konna nkunu qegħdin fl-aqwa tat-tħejjijiet, madankollu l-ħsieb dwar il-festa ma naqasx. Anke l-Għaqda tagħna, kif tafu żammet il-festa fuq nett fl-aġenda tagħha. L-Eżekuttiv huwa konxju tar-responsabbiltà li kull soċjetà mxiet biha f’dak kollu li rnexxielhom jagħmlu u dan nirrikonoxxuh bis-sħiħ. Flimkien mas-soċjetajiet kollha membri, tant ħdimna għall-ġid tal-Festa Maltija biex tkun dejjem ta’ suċċess, tant li qed nistennew b’ħerqa u b’fiduċja li l-Festa Maltija tiġi rikonoxxuta bħala Wirt Intanġibbli fillista Rappreżentattiva tal-Umanità tal-UNESCO. Kif dejjem ħeġġiġna hekk ukoll qed inkomplu nagħmlu, sabiex sakemm jasal iż-żmien li nkunu nistgħu naħdmu u nagħtu sehemna f’dak kollu li s-soċjetà s-soltu tagħmel, irridu nibqgħu b’saqajna mal-art u b’rasna fuq għonqna, kif ngħidu bil-Malti, billi nsegwu l-istruzzjonijiet tal-awtoritajiet tal-pajjiż biex jirnexxielna naslu fejn nixtiequ. Nawgura lill-membri kollha tas-soċjetà kif ukoll ilpoplu fil-komunità, ħidma fejjieda b’risq il-ġid tal-istess komunità li ngħixu fiha u tal-fraternità bandistika.
Waqt l-aħħar tislima lil JC Azzopardi; is-Soċjetà tagħna tidher preżenti wkoll bl-istandard tagħha
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 32 – Festa 2021
41
73, Pretty Bay, Birżebbuġa Tel: 2767 77 77 Mob: 9966 1254 FRESH FRUIT & VEGETABLES
FREE DELIVERY 7777 4707
Mon - Sun 5.00am - Till late Mariners Snackbar-Pizzeria-Takeaway
L-Inġinier
Stanley
Zammit
IL -KANDIDAT FUQ IL -ĦAMES DIS TRETT
Nawgura l-festa t-tajba lil kulħadd 7942 0596 stanley.zammit@gmail.com StanleyZammitIng Festa Proposal 8.indd 1
08/06/2021 15:15
A U T O R E P“KIKKRA” AIR & VALETING AUTO REPAIR & VALETING New Street, off Tal-Barrani Road, Ûejtun Tel: 2166 4432 or 9944 0599 e-mail: kan@onvol.net www.kanmalta.com • Servicing • VRT Inspection AUTO R E P A I R• Gearboxes & VALETING • Clutches • Engine Changes • Petrol & Diesel Engines • Engine Cleaning • Car Polishing We
bring your car back to life!
AUTO REPAIR & VALETING
AUTO REPAIR & VALETING
Marco Camilleri
Għal kull xogħol ta’ tqegħid ta’ madum tal-art u tal-ħajt.
Mob: 99406418
Pietru: Ħarisna mill-Ħsarat u l-Vizzjijiet
44
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 32 – Festa 2021
Pietru: Ħarisna mill-Ħsarat u l-Vizzjijiet
Apprezzament lil Joseph C Azzopardi Dr Noel Camilleri
Il-President tal-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda
JC, kif kien jafu kulħadd, ma għadux magħna. L-aħbar li waslitli tard il-Ġimgħa filgħaxija kienet waħda li lili ħallietni bla kliem, maħsud u mnikket. Kif ħalliet imnikkta wkoll lill-familja tiegħu li tant għażż u kull min kien jafu u ħadem miegħu. Għalija personali, li JC m’għadux magħna hija telfa kbira peress li f’dawn l-aħħar snin ħdimna ferm viċin flimkien. Bi qsim il-qalb qed nikteb dawn ilkelmtejn għaliex ir-relazzjoni tagħna kienet tmur ferm oltre dik fil-karigi uffiċjali fl-Għaqda. F’ħafna laqgħat li konna nagħmlu dejjem kellna sinerġija waħda: dik biex niksbu l-aħjar għas-soċjetajiet tal-banda, membri tal-Għaqda. Kien hemm affjatament u rabta ferm b’saħħitha. Dejjem lest biex naqsmu l-ideat tagħna u nitgħallmu minn xulxin, imma anke naqsmu l-weġgħat li kellna. Iżda żgur, it-telfa hija ferm akbar għall-familja tiegħu li dejjem għażż u ħabb, u dejjem ħadem biex jara lil martu u lil uliedu ferħana. Ħafna bħali ser iħossu n-nuqqas ta’ JC għaliex kien persuna li kien dejjem lest li jisma’, dejjem disponibbli li jagħti parir, li jgħin, li jagħti direzzjoni lil kull min jitolbu mingħajr ebda aġendi għajr dik li jkun ta’ servizz u ta’ għajnuna. Ma hemm ebda dubju li l-imħabba, l-impenn u l-ħidma lejn il-fraternità bandistika ser tibqa’. Ser tibqa’ għaliex JC dejjem ta dak kollu li jaf mingħajr ma jħares lejn dak li jkun. Dejjem kien lest biex jara kif jagħmel biex dak li jkun jagħtih kuraġġ u appoġġ. Jagħtih spalla biex jimxi ’l quddiem u fejn ma jistax hu, jara kif jagħmel biex jitlob l-għajnuna mingħand ħaddieħor. Dak kien ilkarattru ta’ Joe. Il-pinna ta’ JC kienet unika u dan mhux biss filkalligrafija tiegħu imma aktar importanti minn hekk, filmod kif kien jikteb. Joe kien iwassal il-messaġġ b’mod ċar, preċiż u elokwenti fejn kien meħtieġ u mingħajr
tlaqliq. Dan dejjem għamlu mingħajr qatt ma uża l-kitba tiegħu biex iweġġa’. Jien, u ħafna nies bħali, nafu li JC kien persuna ta’ galbu u ħadem qatigħ b’ħafna enerġija kull fejn kien, b’mod partikolari fl-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda fejn għal ħafna snin okkupa l-post ferm importanti ta’ Segretarju Ġenerali. Bil-ħidma tiegħu, bla waqfien, flimkien ma’ sħabu tal-Eżekuttiv u l-membri tal-Għaqda, għolla r-rikonoxximent mhux biss tal-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda imma anke talmijiet ta’ volontiera li jaħdmu fis-soċjetajiet tal-banda u tal-istess soċjetajiet għaliex huwa dejjem għaraf u emmen b’konvinzjoni, l-importanza tagħhom fit-tessut kulturali, soċjali u edukattiv tas-soċjetà Maltija. Joe kien pilastru għall-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda. Pilastru b’saħħtu, sod u fundamentali fixxogħol tal-Għaqda, dejjem ippreparat u kien persuna li jaf jisma’ u jirrispetta kull opinjoni ġejja minn fejn ġejja. Imma kien ukoll lest u jagħraf jiddeċiedi b’mod kollettiv. Fil-ħidma tiegħu dejjem ħadem mingħajr pretensjonijiet ħlief li jara li l-baned tagħna jkomplu verament jissaħħu anke fl-amministrazzjoni tagħhom. Dan hu l-legat li ħallielna JC. Dan hu l-legat li aħna lkoll għandna nżommu quddiem għajnejna u f’qalbna, u ngħożżu l-entużjażmu li dejjem ħadem bih JC biex flimkien u b’mod kollettiv inkomplu naħdmu ħalli dan il-patrimonju nipproteġuh u nsaħħuh. F’ismi personali, f’isem sħabi kollha tal-Eżekuttiv talGĦNKB u f’isem il-membri tagħha, nagħti l-kondoljanzi mill-aktar profondi u mill-qalb lil martu, lil uliedu u lillfamiljari kollha għal din t-telfa hekk kbira tal-għażiż Joe. Naf li Joe mar jiltaqa’ mal-għażiża bintu u ser jibqa’ jħares fuqna bl-akbar għożża u mħabba. GRAZZI TA’ KOLLOX JOE! GRAZZI JC!
Inħeġġu lill-Membri u ’l-Partitarji sabiex jarmaw il-bjut u l-galleriji tagħhom bil-kuluri ħodor u sofor filwaqt illi jtellgħu l-bnadar u jixegħlu l-globi u l-fustuni, iżda fuq kollox jarmaw xi inkwatru bi xbieha tal-patrun tagħna, San Pietru Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 32 – Festa 2021
45
Pietru: Ħarisna mill-Ħsarat u l-Vizzjijiet
Nippreparaw għal Divo Petro Peter Paul Caruana Id-Delegat tal-Banda Birżebbuġa
Żgur illi f’paġni oħra qrajtu li s-Soċjetà Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa din is-sena, propju s-Sibt 24 ta’ Lulju 2021 se tkun qed ittella’ għall-ewwel darba l-oratorio Divo Petro b’riċerka Biblika ta’ John Saliba, lirika tal-poeta Sebastian Saliba u mużika ta’ Mro Ray Sciberras illi riċentament inħatar Surmast Onorarju tal-Banda Birżebbuġa. Flimkien mal-Banda Birżebbuġa se jkunu qed jieħdu sehem diversi strumenti li m’aħniex imdorrijin bihom regolarment fil-baned Maltin. Nistgħu nsemmu l-arpa u diversi strumenti oħra tal-perkussjoni bħallfrosta. It-tenur, fil-parti ta’ San Pietru se jkun Charles Vincenti, u bħala solisti se jkun hemm ukoll il-kontralto Pamela Bezzina u l-baritonu Louis Cassar. Xogħol kbir bħal dan jirrikkjedi anke kor kbir, u għalhekk flimkien mal-kor tas-soċjetà, Xmun Pietru, dirett mis-Sinjura Marouska u l-assistent Surmast Christopher Bonnici se jkun qed jingħaqad il-kor Mirabitur taħt it-tmexxija ta’ Mro Mario Attard. Ma tantx niltaqgħu ma korijiet tattfal f’okkażjonijiet bħal dawn, imma dan l-oratorio fih ukoll kor tat-tfal u l-kor magħżul għal din l-okkażjoni huwa l-Harmonic Ensemble Childrens’ Choir dirett misSinjura Ritienne u Mro Joseph Chircop.
Kienet xewqa li nagħlqu s-sena anniversarja 2020 bl-eżekuzzjoni ta’ dan l-oratorio, propju s-Sibt 7 ta’ Novembru 2020, madankollu minħabba s-sitwazzjoni tal-pandemija ma stajniex, imbagħad dan kellu jittella’ l-Ħadd 11 ta’ Lulju, imma minħabba ċirkostanzi li ma kellniex kontroll fuqhom ġie pospost għas-Sibt 24 ta’ Lulju 2021. Kull meta jiġi pospost kellna għal bosta drabi nikkuntattjaw lis-solisti, korijiet u mużiċisti b’kull bidla u b’dati ġodda anke tal-provi, għalhekk tistgħu taħsbu kif għejejna nippreparaw għal dan il-jum, għax ix-xogħol kollu li s-soltu jsir darba, qabel kull okkażjoni, kellu jsir mill-inqas tliet darbiet! Forsi wieħed jistaqsi għaliex is-soċjetà tonfoq dawn il-flejjes f’kompożizzjoni bħal din. Parti integrali minn isimna huwa Banda Birżebbuġa u għalhekk ilfokus għandu jkun dejjem il-banda, u kienet xewqa tagħna li fl-arkivji jkollna xogħol kbir bħal dan. Il-Banda Birżebbuġa hija banda pjuttost żagħżugħa u għalina huwa ta’ unur illi għandna oratorju mill-isbaħ tal-ogħla livell u se nippreżentawh għall-ewwel darba fil-Katidral Metropolitan tal-Imdina. Is-sena l-oħra għamilna biss il-programm MillBandisti għall-Membri fid-29 ta’ Frar u akkumpanjajna b’innijiet Marjani l-pellegrinaġġ tal-Madonna tadDuttrina f’Ħal Tarxien. Din is-sena għandna l-oratorju... nittamaw illi s-sena d-dieħla jkollha sena sħiħa ta’ servizzi f’Birżebbuġa u barra minnha sabiex il-Banda Birżebbuġa tibqa’ tkun il-leħen tal-Birżebbuġin kull fejn tkun. Il-festa t-tajba lil kulħadd!
Parti mill-kor Xmun Pietru waqt il-provi għall-oratorio
Il-Banda Birżebbuġa waqt il-provi għall-oratorio
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 32 – Festa 2021
47
Pietru: Ħarisna mill-Ħsarat u l-Vizzjijiet
Man-Noti tal-Banda Matthew Caruana
Membru tas-Sezzjoni Banda Birżebbuġa
Għal sena oħra qiegħed nikteb din irrokna sabiex nitkellem fuq il-ħidma tasSezzjoni Banda fi ħdan is-soċjetà. Forsi ħafna issa jibdew jistaqsu, ‘X’ħidma saret f’sena mimlija inċertezzi?’ ‘Il-każini talbaned, xi rwol għandhom meta l-festa esterna ma ssirx?’ Dan u ħafna iktar naħseb jistaqsu diversi minnkom u ma nlumkomx, imma nistaˈ nassigurakom li bħala soċjetà konna hemm naħdmu biex inżommu t-tradizzjoni ħajja firraħal tagħna, anke fl-iktar mumenti diffiċli. Kien għalhekk li bħal kull każin tal-banda emminna li t-tagħlim huwa element essenzjali u li bħala soċjetà għandna rwol importanti ħafna biex niżguraw li l-Birżebbuġin ta’ għada jżommu ħaj il-patrimonju kulturali Malti. Infatti, aħna komplejna bil-lezzjonijiet tatteorija anke jekk b’mod virtwali, u żgurajna li l-istudenti tagħna jagħmlu l-eżamijiet tal-London College of Music bħal kull sena. Ta’ dan nixtieq Nuri l-apprezzament tiegħi lil Mro Christopher Bonnici li kompla jgħallem lill-istudenti tagħna, għalkemm kellu impenji personali ġodda. U la semmejt l-impenji personali ġodda, nifraħ lilu u lill-mara tiegħu Marouska għat-twelid tat-tifla tagħhom Petra Marie. Bħala soċjetà fraħna ħafna li fissessjoni tal-eżamijiet ta’ Novembru 2020, Liam Desira, Matthias Borg u Steve Abela tressqu għall-eżamijiet f’isem is-soċjetà u mhux talli għaddew, talli ġabu marki aktar minn 90% u dan ifisser illi għaddew b’distinzjoni. Fis-sessjoni ta’ Novembru 2021, jekk Alla jrid, aktar studenti se jitressqu għal gradi oħra, uħud minnhom għal Grad 5, illi huwa ekwivalenti għal-Livell Ordinarju. Dan kollu b’tagħlim fis-soċjetà u bla ħlas!
Il-pandemija affettwat anke xi proġetti li kellna mal- Aġenzija Żgħażagħ. Għal dan il-għan, wara reviżjoni ta› wieħed millproġetti li kellna, ħloqna Master Classes b’mod virtwali mmexxija mill-għalliema talmużika tas- soċjetà tagħna, Mro Christopher Bonnici u Mro Ludwig Noel Desira u minn għalliema tas-soċjetà mużikali tal-Imġarr, Mro Christopher Tanti u Mro Tancred Grech. Dan juri wkoll l-impenn tas-soċjetà biex taħdem maˈ soċjetajiet oħra sabiex tkompli xxerred it-tagħlim mużikali f’Malta. Punt ieħor fundamentali ta’ kull każin tal-banda huma l-marċi. Forsi ġieli l-marċi jispiċċaw jiġu kritikati għal ħaġa jew oħra imma wieħed għandu jiftakar ilħidma sfiqa li ssir sabiex jinkiteb marċ, u biex banda toħroġ iddoqq fit-triq. Din il-ħidma titlob li ħafna volontiera jaħdmu għal għan wieħed: dak li jagħtu ġieħ lill-patrun tar-raħal. Sfortunatament, il-pandemija ħarbtet il-pjanijiet tal-baned madwar Malta u Għawdex u kienu ftit dawk il-marċi fit-toroq li setgħu jsiru minn mindu faqqgħet il-Covid ‘l hawn. In-nuqqas ta’ marċi beda jinħass iktar kemm jgħaddu l-jiem u għalhekk, bħala każin ridna naraw kif din il-mużika tant għal qalb il-Maltin tibqa’ tidwi fil-gżira tagħna. Kien għalhekk li ħsibna biex nagħmlu programm ta’ marċi bit-titlu ‘MillPinna tal-Kompożituri’ mmexxi minn Mro Christopher Bonnici fuq il-paġna tal-Facebook tas-soċjetà. Kien programm li sar kważi kull gimgħa, mill-aħħar Sibt taˈ Jannar ‘l hawn u kien milqugħ tajjeb minn diversi semmiegħa. Bħala soċjetà kburin ukoll illi din is-sena għamilna l-oratorju Divo Petro, li se jsir fl-24 ta’ Lulju fil-Katidral tal-Imdina. Bħal ħafna attivitajiet oħra, minħabba r-restrizzjonjiet tal-Covid, in-numru ta’ persuni li jistgħu jattendu huwa wieħed limitat. Avolja dan seta’ kien ta’ deterrent, rajna li kien importanti li nkomplu niktbu l-istorja talkażin u li jsir dan l-oratorju hekk kif kien ippjanat. Kien proġett li s-soċjetà kienet ilha taħdem fuqu u kien ta’ sodisfazzjon li għalkemm kellna diversi sfidi, dan il-proġett seta’ jseħħ. Nixtieq nieħu din l-okkażjoni sabiex nirringrazzja lil sħabi kollha tas-Sezzjoni Banda talħidma kontinwa tagħhom, kif ukoll lill-Kumitat Ċentrali u lidDelegat tal-Banda Peter Paul Caruana. Mużikalment, wara Il-Banda Birżebbuġa fil-Festa tal-Madonna tad-Duttrina, Ħal Tarxien li fraħt lill-allievi tagħna nixtieq
48
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 32 – Festa 2021
Pietru: Ħarisna mill-Ħsarat u l-Vizzjijiet
Sezzjoni Banda Birżebbuġa
nifraħ lill-Assistent Surmast Mro Christopher Bonnici li f’Settembru li għadda ġab id-diploma LLCM kif ukoll lil Francesco Barbara, kurunettista solista fi ħdan il-banda tagħna, li din is-sena rnexxilu jikseb żewġ diplomi, A.Mus.T.C.L in Music Theory and Understanding u LTCL. Suċċessi bħal dawn ikomplu jagħmluna kburin, speċjalment meta nafu li nies bravi bħal Francesco bdew l-istudju tagħhom fis-soċjetà tagħna. Bħala Soċjetà ejjew inkomplu nħarsu ’l quddiem u naħdmu biex inkomplu nkunu ta’ sinsla għall-komunità
ta’ Birżebbuġa u anki lilhinn. Għal dan il-għan irridu l-appoġġ tagħkom billi tgħinu lis-soċjetà u tkunu parteċipi fiha. Ejjew ħalli nkunu protagonisti biex nibżgħu għallpatrimonju kulturali Malti. Ejjew ħalli nkunu protagonisti ħalli nkunu parti mill-irkupru tal-pajjiż wara l-Covid. Inutli li din is-sena ngergru li l-attivitajiet tħassru jekk m’aħniex lesti li nkunu hemm meta nerġgħu lura għannormalità. Ejjew mela ma naqtgħux qalbna u nitolbu lil San Pietru biex iżomm idejh fuqna u biex is-sena li ġejja nkunu nistgħu niċċelebraw il-festa fl-intjier tagħha.
Is-Soċjetà Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa toffri tagħlim mużikali professjonali kemm fil-prattika kif ukoll fit-teorija. Inħeġġuk tiġi u tiskopri talent ġdid filwaqt illi tagħmel ħbieb ġodda. Ikkuntattja xi membri tal-Kumitat jew Sezzjoni Banda Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 32 – Festa 2021
49
www.blood.gov.mt
L-isbaħ azzjoni li tista’ tagħmel... agħti d-demm
J. CARUANA PANEL BEATING SPRAY PAINTING Garage No 8, Dalli Industrial Estate, Tarxien Road, Gudja
Tel: 2166 5257 • Mob: 7940 2626 Savoury Snacks and Sweet Treats. We also accept orders for parties. for more information find us on Facebook or call us 7982 6425
41A, Triq San Ġorġ, Birżebbuġa • Tel: 2165 1043 • Mob: 7965 0713 Email: xtremefishing65@gmail.com
XtremefishingMalta
Pietru: Ħarisna mill-Ħsarat u l-Vizzjijiet
Triqitna għall-Għaxar Anniversarju Benji Caruana
Kummissjoni Armar Estern
Sena wara sena nkantaw f’wieħed millmarċi brijużi tas-soċjetà tagħna, u sena wara sena għaddej iż-żmien u matul il-festa ta’ din is-sena se nkunu qegħdin nibdew it-triq sabiex fis-sena 2022 infakkru u niċċelebraw kif jixraq l-għaxar anniversarju mit-twaqqif tal-Kummissjoni Armar Estern, twaqqif illi sar fis-sena 2012. F’Dawn l-Aħħar Xhur Peress illi ma tantx stajna nagħmlu attivitajiet minħabba s-sitwazzjoni tal-pandemija, safejn stajna nagħmlu, għamilnieh. Fil-fatt armajna t-triq u l-faċċata tal-każin għall-festa titulari 2020 u erġajna armajna Triq Birżebbuġa u Misraħ il-Knisja quddiem il-każin għallfesti tal-Milied. Għall-ewwel darba, b’kollaborazzjoni mal-Għaqda Mużikali San Pietru fil-Ktajjen, f’dawn iżżminijiet armajna għall-ewwel darba Triq Żarenu Dalli. Aktar armar min-naħa tal-Kummissjoni kien għal Jum il-Fondazzjoni, jiġifieri l-14 ta’ Jannar kif ukoll għallfesta tal-Katedra ta’ San Pietru Appostlu, nhar it-22 ta’ Frar. Aktar armar mal-faċċati tal-każin kienu fir-Randan u l-Ġimgħa Mqaddsa, l-Għid il-Kbir, Corpus Christi u l-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù. Fl-okkażjoni tal-festi tal-Ġimgħa Mqaddsa u l-Għid il-Kbir saru għadd ta’ pavaljuni bix-xbieha ta’ Kristu Msallab, Marija Addolorata u Kristu Rxoxt. Għadd ieħor ta’ pavaljuni saru bi xbieha ta’ San Pietru Appostlu l-Patrun tagħna sabiex inkompli nżejnu il-membri u l-Birżebbuġin ikomplu jżejnu djarhom fi żminijiet
differenti matul is-sena. Saru wkoll diversi kuruni bil-liedna, illi b’donazzjoni ċkejkna jistgħu jinkisbu mill-membri u jittellgħu malarbli privati tagħhom jew jintramaw ma’ xi gallerija. Sfortunatament, għat-tieni sena konsekuttiva ma stajniex inżanżnu ż-żewġ bandalori ġodda li ppreżentajna s-sena l-oħra fil-programm annwali Mill-Bandisti għallMembri. Kellna x-xewqa li nżanżnuhom minkejja li ma stajniex norganizzaw id-dimostrazzjoni bi Kristu Rxoxt, madankollu ma stajniex nagħmlu dan minħabba li żdiedu ferm ir-restrizzjonijiet min-naħa tal-Awtoritajiet tas-Saħħa. Il-ħidma tagħna għalkemm hija bbażata madwar l-armar, madankollu ma ddurx biss fih. F’Novembru għamilna numru ta’ għadam tal-mejtin illi bħas-soltu sabu domanda qawwija tistenniehom filwaqt illi fi żmien il-festa ta’ San Valentinu għamilna l-ward illi ntlaqgħu tajjeb ħafna minn diversi maħbubin u għall-festi tal-Għid il-Kbir ikkuntentajna bosta membri u partitarji li minn sena għal sena jistaqsuna għall-figolli tradizzjonali. Minbarra din il-ħidma ssoktajna wkoll b’xogħol ta’ rranġar fuq diversi opri tal-armar illi għandna. Dan kollu grazzi għal bosta membri u partitarji tas-soċjetà. L-Arblu Prinċipali Matul ix-xhur xitwin ħadna l-opportunità u niżżilna l-arblu prinċipali tas-sede tas-soċjetà sabiex isir xogħol fuqu. Diversi benefatturi għenu f’dan il-proġett, fosthom
Il-faċċata tal-każin armata għall-festi tal-Ġimgħa Mqaddsa
52
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 32 – Festa 2021
Kuruni Ġodda għall-arbli tal-każin
Pietru: Ħarisna mill-Ħsarat u l-Vizzjijiet flimkien ma’ Ludwig Noel Desira. Marco u Frans Cassar għamlu x-xogħol fuq l-injam tal-arblu filwaqt illi Benji Caruana, Pawlu Gafà, John Taylor u Frans Cassar ħadu ħsieb ix-xogħol taż-żebgħa. Eman Farrugia ħa ħsieb l-iwweldjar. Inxtraw bozoz ġodda għall-fustun ta’ dan l-arblu. Dan ma kienx biżżejjed, għax membri minn din il-kummissjoni għenu fil-ħidma ta’ titjib u tisbiħ fis-sede tas-soċjetà, fosthom is-suffett tal-każin. Dwar dan imma, jinfurmakom aktar il-kollega tagħna, Angelo Cutajar, id-Direttur Ġenerali tas-soċjetà. Żewġ Sorpriżi Is-sena l-oħra kienet l-ewwel sena f’numru ta’ snin illi ma stajniex nippreżentaw is-sorpriża tradizzjonali, u għalhekk qegħdin nistednukom sabiex il-Ħadd ta’ qabel il-festa titulari, jiġifieri l-Ħadd 25 ta’ Lulju, bejn l-10:15 u nofsinhar tiġu l-pjazza prinċipali u ssegwu l-ewwel sorpriża li l-Kummissjoni Armar Estern se tkun qed tippreżenta. Dak kollu li se nagħmlu se jkun skont il-protokolli imposti mill-Awtoritajiet tas-Saħħa. Is-sorpriża l-oħra se tkun preżentata nhar l-Erbgħa 28 ta’ Lulju 2021 waqt iż-żjara li se jwettaq fis-sede tassoċjetà, il-President ta’ Malta, Dr George Vella.
Il-Kummissjoni Armar Estern
John Taylor illi xtara ż-żebgħa, Christopher u Marouska Bonnici li xtraw l-istokk u Joe Caruana li dar il-labarda
Grazzi Minn qalbi nirringrazzja lill-familji tagħna kollha u lilkom il-membri kollha ta’ din il-kummissjoni, kif ukoll lill-Kumitat Ċentrali u lis-sezzjonijiet kollha fi ħdan issoċjetà. Il-festa t-tajba lil kulħadd! Viva San Pietru!
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 32 – Festa 2021
53
Chris Refrigeration Services
Automotive, Truck, Trailer, Marine, Industrial, Domestic, Air Conditioning & Refrigeration Specialising in Refrigeration & Electrical Fault finding Chris Briffa Mob: +356 9944 2451 Email: chrisbrif@gmail.com
Delivery in the evenings Gluten Free Food available
St. George’s Bay, Birżebbuġa Tel: 2165 3422 • Mob: 7928 4321
164, Birżebbuġa Road, Birżebbuġa T: 2165 0810 • M: 9947 8708 • E: patrickcellars@euroweb.net.mt www.patrickcellars.com
Pietru: Ħarisna mill-Ħsarat u l-Vizzjijiet
Nagħmlu Ħoss Sabiħ f’Sena Diffiċli Eman Farrugia
Għaqda tan-Nar 22 ta’ Frar
Għeżież Membri Għat-tielet darba għandi x-xorti nerġa’ nwasslilkom dan il-messaġġ biex nagħti rendikont tax-xogħol illi sar matul issena. Bħalma kulħadd jaf, is-sena l-oħra kellna disfatta kbira peress illi fil-ġimgħa tal-festa tagħna ħarġu l-protokolli ġodda marbuta mal-imxija tal-Covid-19. Għalhekk b’dispjaċir kellna nħassru l ħarqa tan-nar tal art kif
L-Għaqda tan-Nar 22 ta’ Frar mal-ħarqa ppreparata għall‑festa titulari 2021
ukoll tal-ajru. Konna diġà qegħdin narmaw in-nar tal-art fuq iz-zuntier, u l-Ħamis kellna nerġgħu nżarmaw kollox. Sagrifiċċju kbir, imma l-ewwel, is-saħħa ta’ kulħadd! Ftit jiem wara l-festa ħadna sehem u pparteċipajna fil-Malta International Fireworks Festival fil-Port il-Kbir fejn ħraqna sett ta’ murtali diversi li jinkludu murtali billogħob. Qlajna ħafna tifħir mingħand bosta nies u li n-nar tagħna ntlaqa’ tajjeb ħafna. Is-sena kompliet billi nħaraq il-faħam u reġa’ beda xi xogħol il-kamra tan-nar. Din is-sena kienet waħda totalment differenti peress illi minħabba l-pandemija ma setgħux isiru attivitajiet ta’ fund raising u x-xogħol kien limitat ħafna. Minn hawn nixtieq nirringrazzja lill-membri ħabrieka tagħna li komplew bil-ħidma u saħansitra ħarġu xi flus minn buthom sabiex inkomplu l-ħidma. Ma qtajniex qalbna u ftehemna li jiġri x’jiġri konna se nagħtu tislima xierqa lill-Patrun f’Jum il-Festa. Għalhekk flimkien ħdima xi xogħol li se tarawh jekk ilBambin irid nhar Ħadd il-Festa, l-1 ta’ Awwissu. Xi ħaġa żgħira, però mill-qalb!
Aktar Xogħol jinħadem
Waqt il-ħidma tan-nar
56
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 32 – Festa 2021
Pietru: Ħarisna mill-Ħsarat u l-Vizzjijiet Minn hawn nixtieq nirringrazzja lill-benefatturi kollha, volontiera, lil Marlon Mangion u l-kamra tannar Madonna taċ-Ċintura tal-Gudja li għal sena oħra laqgħuna fil-post tan-nar tagħhom. Fl-aħħar u mhux l-inqas grazzi lil dawk kollha li jisilfuna l-inġenji fil-jiem tal-festa u matul is-sena, kif ukol lil min jislifna l-għelieqi biex inkunu nistgħu naħarqu. Nixtiqilkom il-festa t-tajba! Viva San Pietru!
Xogħol Volontarju mill-membri
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 32 – Festa 2021
57
• Core drilling
• Crane & Lifting Specialists • Skips Hire & Scrap Dealers • 24 Hour Towing & Lifting Services • Second hand parts for all types of cars and vehicles Tal-Barrani Road, Żejtun ZTN 9023 Tel: 2169 7766 • Fax: 2166 1449 Mob: 9949 4545, 9949 2829 e-mail: rocago@maltanet.net
• Tunnel bit holes • Soil Drilling • Earth Electrodes • Rock Bolting/ reinforcement • Micro pinning • Shotcret
Rudi Ebejer
Directors: V. Micallef & Sons
Mob: 7965 3336 Tel: 2165 3356 E-mail: rudiebejer@hotmail.com www.melitaservices.com
C.D.S Aluminium Works Sejba Road, Mqabba
for a free estimate contact: Carmel Spiteri Mob: 99494304, 79993817
• DETERGENT • TOILETRIES • MILK • BREAD • FOODS • SWEETS • WINES
LE B A T A E B UN ! PRICES! & FREE Y DELIVER
1, Misraħ ir-Repubblika, Birżebbuġa TEL: 21653445 | MOB: 99234440
Pietru: Ħarisna mill-Ħsarat u l-Vizzjijiet
IRONMONGERY Triq F.M Ferretti, Qajjenza, BirΩebbu©a BBG05
Tel: 21654497
Mob: 77445014
Owner: Horace Scicluna
Electrical & Water Fittings, Household Goods, Paints more than 1000 colours, Tools, Barbeque Sets, Different tips for pumps, Water Heaters, Pumps, Key Cuttings & more...
60
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 32 – Festa 2021
Pietru: Ħarisna mill-Ħsarat u l-Vizzjijiet
Festa Differenti għaż-Żgħażagħ ta’ Birżebbuġa Andrè Busuttil Sezzjoni Żgħażagħ Iljuni
Waslet festa oħra li rridu niċċelebraw b’differenza assoluta milli nafu nagħmlu s-soltu aħna l-Iljuni ta’ Birżebbuġa. Inqattgħu l-famuż marċ tal-Ħadd filgħodu mingħajr briju u armar li aħna magħrufa għalihom, fejn is-soltu jingħaqdu l-partitarji kollha flimkien u naqsmu ġurnata f’daqqa b’allegrija liema bħalha.
kull okkażjoni sabiex niċċelebraw u nferrħu lill-Birżebbuġin kollha. Ma nixtieqx ninsa nsemmi li s-Sezzjoni Żgħażagħ Iljuni għenet lis-soċjetà minn wara l-kwinti fl-ispejjeż kbar illi għandha, għax bħala parti mis-soċjetà nħossu li l-ewwel dover tagħna huwa li nissodisfaw il-ħtiġijiet tas-soċjetà.
Il-Ħidma Il-messaġġ ewlieni tas-Sezzjoni Żgħażagħ Iljuni huwa li minkejja li l-attivitajiet huma skarsi, diġà qegħdin nippjanaw għall-futur fejn nerġgħu niċċelebraw kif xieraq. Aħna lesti għal dak iż-żmien ta’ normalità biex nerġgħu nuru fejn tinsab il-qawwa tar-raħal. Lesti għal
Il-Manutenzjoni Ma naqasx ix-xogħol tal-manutenzjoni fl-armar tal-bandalora, l-umbrelel kif ukoll ħriġna bandiera ġdida għal Birżebbuġa. L-attivitajiet ta’ matul is-sena ma kinux bħal tas soltu, imma milli stajna nagħmlu, għamilna. Flimkien mal-Għaqda tan-Nar 22 ta’ Frar u l-Kummissjoni Armar Estern ġiet organizzata Carwash filwaqt illi bħala Sezzjoni Żgħażagħ Iljuni tellajna lotterija diversi statwi fi żmien ir-Randan u l-Ġimgħa Mqaddsa u raffles permezz ta’ hampers. Inħeġġeġ Minn qalbi nħeġġeġ liż-żgħażagħ jersqu iktar qrib tas-soċjetà biex insaħħu s-Sezzjoni Żgħażagħ Iljuni filqalba ta’ Birżebbuġa u nissuktaw inkabbru l-imħabba lejn il-festa għażiża tagħna u lejn il-patrun għażiż, San Pietru. F’ismi u f’isem is-sezzjoni żgħażagħ nirringrazzja lis-soċjetà, lill-membri, lill-partitarji u lil kull ċittadin ta’ Birżebbuġa tal-għajnuna li offra matul iż-żminijiet diffiċli li ġarrabna flimkien. Nixtieq nagħlaq fuq nota pożittiva u nfakkar li lis-Sezzjoni Żgħażagħ Iljuni se ssibuha hemm għall-għajnuna mingħajr l-ebda fanfarunati. Minn dejjem konna u dejjem se nibqgħu hemm għall-aħjar tal-komunità. Insellmulkom u dejjem ngħajtu Viva San Pietru u Viva tal-Iljun!
Is-Sezzjoni Żgħażagħ Iljuni
Ma stajniex immorru aħna, ġie jżurna hu… carcade spontanju mat-toroq ta’ Birżebbuġa fl-assenza tal-purċissjoni s-sena l-oħra. Il-Ħadd 2 ta’ Awwissu 2020
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 32 – Festa 2021
61
Mob: (+356) 7744 0133
Pietru: Ħarisna mill-Ħsarat u l-Vizzjijiet
Bil-Pandemija għal Sena Oħra Marouska Bonnici B.A.(Hons) Helpers Nisa Petrini
jiddejjaqx jagħmel dan. Minkejja li jsir ħafna xogħol volontarju, il-każin huwa ambjent ta’ familja. Naħdmu flimkien imma nieħdu gost flimkien. Din is-sena bla mistenni jien ukoll parti mill-Kumitat Ċentrali u bħala nisa qegħdin jien u Nicola Bonnici Mc Intyre. Nassigurakom illi hija esperjenza mill-isbaħ u minkejja li l-maġġoranza huma rġiel, jirrispettawna immens u jagħtuna ħafna ċans inwasslu l-veduti tagħna, li ġieli jkunu differenti minn dawk talmaġġoranza, imma dejjem jisimgħuna u jirrispettaw kif naħsbuha. Minn qalbi nixtieq nawgura lill-Petrini kollha l-festa t-tajba. Minkejja li hi festa differenti mis-soltu, tajjeb illi nżommu f’moħħna li l-festi huma tal-qaddisin u dejjem huwa xieraq illi niċċelebraw lil San Pietru. Nittamaw dejjem fi żmien aħjar għal kulħadd.
Għeżież Birżebbuġjani Għal sena oħra qed nerġa’ nikteb f’isem il-Helpers Nisa Petrini. Waslet festa oħra, u erġajna bil-pandemija. Sfortunatament din il-pandemija waqqfet l-andament tal-ħajja tal-każin u għaldaqstant ma tantx stajna ntellgħu attivitajiet. Kif tafu l-każin kellu jagħlaq għal numru ta’ ġimgħat, anzi xhur. Kellna ħafna affarijiet u attivitajiet ippjanati madanakollu kellna nipposponuhom. Nittamaw illi s-sena li ġejja nkunu nistgħu norganizzaw aktar attivitajiet fi ħdan issoċjetà. Minkejja dan kollu tafu li x-xogħol fil-binja tal-każin baqa’ għaddej ġmielu u l-helpers nisa meddew idejhom fejn setgħu sabiex il-każin ġawhra tagħna jieħu x-xejra li jixraqlu. Bħal dejjem nixtieq intenni l-appell lil kull min hu interessat biex jingħaqad magħna n-nisa, ma
Parti mill-membri talHelpers Nisa mal-istatwa ta’ San Pietru fi tmiem il-Konċelebrazzjoni Solenni, nhar it-22 ta’ Frar
BIRÛEBBUGA FILLING STATION 64
Misra˙ is-Summit, BirΩebbu©a Tel: 21654842
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 32 – Festa 2021
Pietru: Ħarisna mill-Ħsarat u l-Vizzjijiet
Mill-Ġdid – Kor Xmun Pietru! Marouska Bonnici B.A.(Hons)
L-ewwel darba li ġejt il-festa ta’ Birżebbuġa, dak iż-żmien l-għarusa ta’ Chris kienet is-sena 2006, u niftakarni nperreċ għajnejja meta qalli li fil-każin tal-Iljun għandhom kor illi jiltaqa’ b’mod volontarju fuq bażi regolari. Il-kant minn dejjem kien għal qalbi, u peress illi studjajt it-teorija mużikali ġieli kelli l-opportunità li anke mmexxi l-organizzazzjoni ta’ kor, u kantajt f’diversi korijiet, fosthom dak illi nkanta ferm għal qalbi u tant inħossni milqugħa fih, il-kor parrokkjali tal-parroċċa tagħna, immexxi b’mod tant għaqli minn Josette Polidano. Is-sena l-oħra, 2020 kellha tkun sena speċjali oħra tas-soċjetà u kif niftakru ftaħna ċ-ċelebrazzjonijiet permezz ta’ quddiesa fis-sede tas-soċjetà, quddiesa li tmexxiet mill-Kappillan tal-parroċċa, il-Kanonku Anton Galea Scannura. Is-Segretarju Henry Bonnici kien avviċina lili u lil Chris sabiex nieħdu ħsieb nanimaw din il-quddiesa, u għalhekk staqsejt x’sar minnu l-kor tas-soċjetà u qaluli li ma kienx għadu jiltaqa’. Għalhekk issuġġerejt sabiex jekk huwa possibbli jerġa’ jingħaqad il-kor Xmun Pietru taħt it-tmexxija tad-Direttriċi u Fundatriċi tiegħu, Felicienne Paris, illi nixtieq insellmilha u nirringrazzjaha tax-xogħol kollu li għamlet fi ħdan dan il-kor. Insomma, għal dik il-quddiesa tal-14 ta’ Jannar irnexxielna nsibu xi wħud illi kienu jiffurmaw parti millkor Xmun Pietru u akkumpanjati minn Marisa Cutajar fuq il-kitarra animajna l-quddiesa, illi jien insejħilha t-twelid mill-ġdid tal-kor tas-soċjetà. Kif kien jixraq, dik l-okkażjoni ntemmet bil-kant tal-innu popolari lil San Pietru, versi tal-poeta Dun Frans Camilleri, mużika ta’
Mro Carmelo Pace. Dak il-ħin nammetti li ħassejtni emozzjonata... min kellu jgħidilna x’waqfa kien hemm tistenniena?! Kif feġġet fuq l-orizzont id-data tasSibt 7 ta’ Novembru 2020, u għalhekk iddata tal-premiere tal-oratorio ‘Divo Petro’ ġejna kkuntattjati mill-uffiċjalità tas-soċjetà, Alexander u Henry jekk aħniex interessati li ningħaqdu mal-kor ‘Mirabitur’ u nkantaw fih. Ħassejt illi dan huwa ta’ unur kbir għalina... imma reġgħu ġew imposti r-restrizzjonijiet u dan ġie pospost u issa se jsir is-Sibt 24 ta’ Lulju fil-Katidral Metropolitan ta’ San Pawl flImdina. Parti mill-kor Xmun Pietru se jkun qed jieħu sehem fih. Dan huwa ta’ unur kbir għall-kor għax se jkun qed jipparteċipa f’okkażjoni fuq skala kbira fil-Katidral Metropolitan ta’ pajjiżna. Xtaqt illi kieku l-membri kollha setgħu jibdew jattendu, imma min minħabba l-pandemija u min minħabba li kellna biss ftit provi għal din l-okkażjoni, ħass illi kellu jibqa’ barra minnha. Minn hawn nixtieq inħeġġeġ kemm lill-membri li kienu jiffurmaw parti minn dan il-kor, kif ukoll dawk illi jħobbu l-kant sabiex javviċinawni u nibdew niltaqgħu. Naċċertakom illi se ssibu familja tilqagħkom u tieħu gost bikom. Nitgħallmu nkantaw flimkien u napprezzaw it-talenti li għandna flimkien. Nawgura lill-membri tal-kor Xmun Pietru u l-familji tagħhom, kif ukoll lill-poplu kollu ta’ Birżebbuġa, l-isbaħ xewqat għal festa qaddisa f’ġieħ l-Appostlu Missierna San Pietru u ngħidilkom ilkoll grazzi mill-qalb talli qegħdin tagħtuni ċ-ċans illi f’Birżebbuġa nipprattika t-talent illi tant inħobb, it-talent tal-kant.
That special place for your pictures & frames Triq Zaren Dalli, B’Bugia Tel: 21657192 leonardo@onvol.net
EASTERN STORE
Large selection of various sizes of frames. Importers of fine art prints. Original oil on canvas & acrylic. Prints on cotton. Lamination
FREE DELIVERY Tel: 2765 1913 Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 32 – Festa 2021
65
Pietru: Ħarisna mill-Ħsarat u l-Vizzjijiet
HOUSEHOLD GOODS AND GIFTS 44E, BirΩebbu©a Rd., BirΩebbu©a Mob 77652561 / 9965 5586
The Right Spot seca
De Fon
26, Pretty Bay, BirΩebbu©a Tel: 2165 1215 • Mob: 99846117 godmar@go.net.mt
Men’s & Ladies’ Footwear
Chinese Rose Bar & Restaurant St. George’s Street Birżebbuġa
Tel: 2165 2084 Mob: 9942 2084
66
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 32 – Festa 2021
Pietru: Ħarisna mill-Ħsarat u l-Vizzjijiet
Inkomplu Nsebbħu Dak li hu Tagħna! Emanuel Mangion Kummissjoni Tisbiħ tal-Każin
Għaddiet sena oħra, sena oħra diffiċli għaliex għadna għaddejjin bil-pandemija. Ikolli nistqarr illi din is-sena kienet diffiċli ħafna aktar mis-sena l-oħra għaliex issa ilna għaddejjin. Jiġu mumenti fejn naqtgħu qalbna li għad xi darba nerġgħu niġu għannormal. Madankollu rridu nagħmlu kuraġġ! Għaldaqstant aħna bħala Kummissjoni Tisbiħ tal-Każin, minkejja li kellna nqattgħu ħafna iktar ħin imsakkrin fi djarna, ħadna l-inizjattiva biex inkomplu għaddejjin bil-proġett tal-pitturi li konna bdejna f’dawn l-aħħar snin. Din is-sena waqafna ftit mill-pitturi tassala prinċipali Anthony Camilleri għax il-ħtieġa tal-każin hekk talbet. Bħala kummissjoni qed nieħdu ħsieb illi jsiru żewġ pitturi għall-intrati tal-każin, disinn u pittura ta’ Josef Camilleri minn Għawdex. Waħda mill-pitturi turi lil San Pietru Appostlu bħala l-patrun ta’ Birżebbuġa. Din il-
pittura ser tkun qed tilqa` lil kull min jidħol fis-sede tas-soċjeta` tagħna mill-intrata prinċipali. Il-pittura l-oħra hija allegorija li tirrappreżenta l-mużika u s-Soċjeta` Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa. Żewġ affarijiet imwaħħdin flimkien illi jirrappreżentaw l-għan tal-għaqda tagħna, bil-laqam Tal-Iljun u li twassal il-mużika lill-poplu ta’ Birżebbuġa. Nistieden lil kulħadd sabiex meta jkun jista’ jiġi u jagħti titwila l-każin ġawhra tagħna u jgawdi dawn ilpitturi li għamilna ħalli jkunu jistgħu jitgawdew minn kulħadd. Fl-istess waqt nixtieq nappella lilkom ilkoll sabiex kull min ikun jista’ jgħin lis-soċjeta` jagħmel dan billi jgħaddi xi donazzjoni lill-uffiċjali tas-soċjetà jew lil xi membri tal-kummissjonijiet fi ħdan is-soċjetà. Nagħlaq billi nawgura l-festa t-tajba lil kulħadd u minn qalbi ngħid VIVA SAN PIETRU!
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 32 – Festa 2021
67
Pietru: Ħarisna mill-Ħsarat u l-Vizzjijiet
Każin Magħluq – Aktar Ħidma Angelo Cutajar, Benji Caruana, Eman Farrugia
Laqtu lilna, laqtu lil kulħadd. Wara l-festa li għaddiet ma tantx stajna ngawdu l-bini tal-każin miftuħ, għax fi tmiem Ottubru kellna nerġgħu nagħlqu minħabba l-miżuri restrittivi min-naħa tal-Awtoritajiet tas-Saħħa. Għalina dan kien mument diffiċli ferm bħalma kien għal kull soċjetà oħra. Inħossu li bħala każin dejjem imxejna tajjeb u osservajna l-protokolli kollha u għalhekk ma kellniex għaliex inħallsu dan il-prezz għoli. Quddiem din is-sitwazzjoni kellna għażla, jew noqogħdu nitbekkew xortina u kull xħin ngħaddu minn quddiem il-binja tal-każin ngħidu “Ara x’post sabiħ, magħluq”, inkella mmiddu għonqna għax-xogħol kif għamilna meta konna magħluqin ftit xhur qabel. Għalkemm huwa każin tal-banda, u għalhekk l-għan prinċipali tal-każin jibqa’ t-tagħlim mużikali, bħal dar ta’ familja, ix-xogħol fil-binja ma jonqosx, u għalhekk f’dawn ix-xhur inżebagħ il-każin u tniżżel l-arblu prinċipali sabiex isir xogħol ta’ restawr fuqu. Il-każin tagħna mhux lakemm tgħid bajjadtu għax mhux każin ta’ kamra waħda, u
għalhekk sabiex jimxi x-xogħol ikollna bżonn iż-żmien u bosta ħaddiema volontiera, illi b’rispett sħiħ lejn il-miżuri imposti, min ibajjad naħa, min oħra ħalli kemm jista’ jkun ma niltaqgħux flimkien. Kif konna qegħdin naqilgħu, inħasset il-ħtieġa li fissala prinċipali tal-każin jitkompla x-xogħol fuq is-suffett sabiex din tingħata dehra dejjem isbaħ u akkoljenti għal min jorganizza xi attività fiha. Infakkrukom illi s-sala prinċipali Anthony Camilleri tinkera għal bosta okkażjonijiet familjari u soċjali u hija attrezzata bl-aħjar mod possibbli sabiex l-okkażjoni tagħkom tkun kompluta u sodisfaċenti. Aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar nifhmu l-ħtieġa li naddattaw ruħna għal sorsi ta’ enerġija rinovabbli,
Il-President Alexander Caruana jlibbes id-dijadema lill-istatwa restawrata ta’ San Pietru
Il-pannelli fuq il-każin
Ludwig Noel Desira jaħdem fuq ir-restawr tal-arpa tal-arblu prinċipali
68
San Pietru jiddaħħal fin-niċċa fl-intrata prinċipali tal-każin
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 32 – Festa 2021
Pietru: Ħarisna mill-Ħsarat u l-Vizzjijiet
San Pietru lura mir-restawr 21 ta’ Frar 2021
Tibdil ta’ bozoz mal-faċċata tal-każin
Waqt it-tniżżil tal-arblu prinċipali
Waqt il-carwash organizzata mis-sezzjonijiet f’daqqa
Waqt il-ħidma fuq l-arblu prinċipali tas-sede tas-soċjetà
u għalhekk permezz ta’ fondi apposta, applikajna u l-proġett intlaqa’. B’hekk, fuq il-bjut tal-każin tagħna issa għandna l-pannelli solari li permezz tagħhom mhux biss qegħdin niffrankaw il-flus lill-każin, imma aktar minn hekk, qegħdin nikkontribwixxu bl-aħjar mod illi nistgħu favur l-enerġija ħadra. Aktar xogħol matul dawn ix-xhur inkluda t-twaħħil ta’ bibien ġodda għal diversi kmamar u swali fil-bini tal-każin u fl-istess waqt, filwaqt illi l-lezzjonijiet tatTeorija Mużikali baqgħu għaddejjin b’mod virtwali middar, ħadna l-opportunità sabiex fil-klassi tat-tagħlim mużikali ninstallaw għamara ġdida sabiex il-klassi tkun mgħammra bl-aħjar mod possibbli, bl-istudenti li jattendu jibbenefikaw mhux biss minn tagħlim formattiv professjonali, imma jsibu ambjent illi jilqagħhom bl-aħjar mod possibbli. Fit-taraġ tal-parti l-ġdida tal-każin, propju fis-sular ta’ isfel, faċċata tal-lift, issa hemm in-niċċa bl-istatwa ta’ Kristu Rxoxt. B’hekk, meta jekk Alla jrid, nittamaw illi fiż-żmien li ġej għad nerġgħu noħorġuha għaddimostrazzjoni nhar l-Għid il-Kbir, se niffrankaw ħafna keded lill-membri, partitarji u r-reffiegħa għax ma jkollniex noqogħdu nniżżluha min-niċċa li kellha oriġinarjament, illi kienet tinsab fit-tieni sular. Minħabba f’hekk ukoll, tista’ titgawda iktar minn kull min iżur il-bini tal-każin. Ftit jiem wara l-carcade spontanju li organizzajna f’Jum il-Festa Titulari, fin-nuqqas tal-pelleginaġġ, l-istatwa ta’ San Pietru tas-soċjetà marret għar-restawr u induratura bid-deheb. Għal darba oħra dan ix-xogħol
kien fdat f’idejn l-istatwarju li ħadimha fl-1991, il-Kavallier Alfred Camilleri Cauchi u ibnu Aaron, illi għamlu biċċa xogħol mill-isbaħ. F’dawn ix-xhur, waqt illi l-istatwa ta’ San Pietru Appostlu kienet għar-restawr, saret niċċa ġdida għaliha wkoll, u għalhekk, meta waslet lura filkażin, Lejlet il-Festa tal-Katedra ta’ San Pietru Appostlu, nhar il-Ħadd 21 ta’ Frar 2021 filgħodu, minflok ittellgħet fuq fl-ewwel sular, iddaħħlet fin-niċċa l-ġdida li tinsab propju fid-daħla tal-każin. L-għan illi n-niċċa ta’ San Pietru Appostlu tkun flintrata prinċipali tal-każin huwa sabiex din titgawda mhux biss mill-bini tal-każin imma mit-triq ukoll. Min jaf kemm bħala Birżebbuġin, filgħodu fi triqitna lejn ix-xogħol inħarsu lejn din l-istatwa u bi tbissima reċiproka nitolbuh jieqaf magħna u mal-għeżież tagħna f’dik il-ġurnata li nkunu qegħdin nibdew. Minkejja li ktibna aħna dan l-artiklu ma konniex aħna biss illi għamilna dan ix-xogħol kollu matul din is-sena, għax li kieku ħdimna aħna biss, żgur illi ma sarx daqshekk xogħol, u għalhekk nixtieq b’wiċċna minn quddiem nirringrazzjaw lill-benefatturi u l-ħaddiema kollha li ksieħ jew sħana, f’sitwazzjoni tant diffiċli ta’ pandemija iffrekwentaw il-każin mhux biex imaqdru jew jikkritikaw, imma biex imiddu għonqhom għall-ħidma sabiex id-dar tal-Birżebbuġin issir dejjem isbaħ u aħjar. Grazzi mill-qalb u niltaqgħu wara l-festa sabiex inkomplu nsebbħu darna. Għalissa, ejjew ingawdu l-festa bl-aħjar mod illi nistgħu u nibżgħu għal saħħitna u għal saħħet xulxin. Viva San Pietru l-Patrun ta’ Birżebbuġa!
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 32 – Festa 2021
69
Pietru: Ħarisna mill-Ħsarat u l-Vizzjijiet
Is-Soċjetà Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A.D. 1990 tifraħ ma’ dawn il-Birżebbuġin illi għamlu unur għal raħalna matul is-sena li għaddiet...
Dun Ryan Lee Pace, Viċi Parroku li nħatar Kanonku tal-Kolleġġjata ġdida ta’ Marija Bambina, in-Naxxar
Dr Bernard Grech, eksProkuratur Legali tas-Soċjetà għall-ħatra tiegħu ta’ Kap tal‑Oppożizzjoni
Il-poeta Joe Julian Farrugia li kiteb il-lirika tal-kanzunetta rebbieħa fil-festival Mużika Mużika
Kylie Grech li ngħatat il-midalja ta’ Premju Ġwanni XXIII għat-Tjubija
Trustin Farrugia Cann illi rreffja partita ta’ ħbiberija bejn l-Italja u San Marino Jake Vella, li temm għawma ta’ 100 kilometru sabiex jgħin santwarji tal-annimali 70
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 32 – Festa 2021
Pietru: Ħarisna mill-Ħsarat u l-Vizzjijiet
L-Assistent Surmast Christopher Bonnici għall-akkwist tad-Diploma LLCM b’marka għolja ta’ 97%
Il-Kurunettista Solista Francesco Barbara li kiseb id‑diploma LTCL u A(Mus)TCL
Liam Desira li ġab Distinzjoni fi Grad 4 fit-Teorija Mużikali mil‑London College of Music
Steve Abela li ġab Distinzjoni fi Grad 3 fit-Teorija Mużikali mil‑London College of Music
Matthias Borg li ġab Distinzjoni fi Grad 2 fit-Teorija Mużikali mil‑London College of Music
Kevin Barun illi qed jagħlaq 30 sena bandist tal-post
Claudia Grech li qed tagħlaq 20 sena bandista tal-post
Raffaella Baldacchino li qed tagħlaq 10 snin bandista tal-post
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 32 – Festa 2021
71
Pietru: Ħarisna mill-Ħsarat u l-Vizzjijiet
Shaun Cardona li qed jagħlaq 5 snin bandist tal-post
Ryan Grech illi pparteċipa f’Mużika Mużika
Clayton Mifsud flimkien mal-Grupp Kienetic Dance Academy li ngħażlu għall-finali tal-Malta’s Got Talent
Kristian Alakkad illi pparteċipa fil-Malta’s Got Talent
72
Lit-tijm tal-Waterpolo ta’ Birżebbuġa li ġie promoss fil-Premier
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 32 – Festa 2021
Pietru: Ħarisna mill-Ħsarat u l-Vizzjijiet
Is-Soċjetà Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa turi sogħba
mal-qraba ta’ dawn il-membri li ħallewna matul dawn l-aħħar sentejn u tiftakar fil-mejtin kollha, speċjalment minn Birżebbuġa li ħallew din id-dinja u ngħaqdu mal-Mulej minn ħdejn il-patrun tagħna, San Pietru Appostlu
Anthony Vella (2020)
Emanuel Paris (2020)
Jean Paul Calleja (2020)
Joseph Bonnici (2020)
Silvio Portelli (2020)
Spira Farrugia (2020)
Tommy Aquilina (2020)
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 32 – Festa 2021
73
Pietru: Ħarisna mill-Ħsarat u l-Vizzjijiet
Dove’s Pet Shop
Tony Muscat Caterers Limited
Triq 31 ta’ Marzu, B’Bugia Tel: 21 650 943
Freshly made ice-Cream Ice-Cream Manufacturers 89, St. Patrick Street, BirΩebbu©a Tel/Fax: 2165 8677
Gardjola Gate, Mimosa Street (St. Luke’s Road), G’Mangia PTA 1045 Tel: 2122 6020-3 Fax: 2124 2644
Tasty Take Away Triq Għar Dalam, B’Buġa 74
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 32 – Festa 2021
Pietru: Ħarisna mill-Ħsarat u l-Vizzjijiet
Is-Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 tirringrazzja lil: • Alla l-Imbierek, Ommna Marija u l-Appostlu Missierna San Pietru talli jkunu dejjem magħna fil-ħidma tagħna matul is-sena; • familji kollha tagħna tal-paċenzja u l-appoġġ illi jieħdu bina matul is-sena kollha; • W. Rev. Kappillan, il-Kanonku Anton Galea-Scannura, il-Viċi-Parrokku Dun Ryan Lee Pace, Dun Peter Ellul, il-Kleru u l-Abbatini tal-parroċċa ta’ Birżebbuġa għasservizz tagħhom matul is-sena kollha; • id-Direttur Spiritwali Dun Charles Carabott; • lill-Perit Michael Schembri u l-helpers kollha tal-knisja parrokkjali tagħna tas-sagrifiċċji u l-ħidma sabiex idDar t’Alla tkun dejjem miżmuma fl-aħjar kundizzjonijiet; • is-Sindku Joseph Farrugia, il-viċi-Sindku Scott Camilleri, il-membri tal-Kunsill Lokali u l-istaff talgħajnuna tagħhom; • lis-Sindku uxxenti Joseph Farrugia tat-23 sena servizz illi ta lil Birżebbuġa. Ninsabu ċerti li se jissokta jaħdem għal Birżebbuġa minkejja li mhux bħala Sindku, issa li ddeċieda li jirtira; • is-Supretendent, l-Ispettur u l-membri tal-Korp talPulizija għall-ħidma tagħhom f’Birżebbuġa, speċjalment għaż-żamma tal-Bon-Ordni matul is-sena kollha; • Grupp Armar 1 ta’ Awwissu għall-ħidma tagħhom matul is-sena u anke tal-kontinwazzjoni fil-ħidma għall-festa minkejja s-sitwazzjoni xejn feliċi ta’ din is-sena; • is-Surmast Direttur Mro Michael Bugelli A.T.C.L., l-Assistent Surmast u Għalliem tat-Teorija Mro Christopher Bonnici B.A.(Hons); M.A.; ALCM u l-Għalliem tal-Allievi fis-Sezzjoni Strumenti tan-Nifs Mro Ludwig Noel Desira għall-ħidma tagħhom fittagħlim tal-mużika matul is-sena, aktar u aktar matul din is-sena li kellhom jaddattaw għal sistemi ġodda ta’ tagħlim; • Il-membri tal-kor Xmun Pietru li reġa’ ngħaqad wara assenza ta’ xi snin taħt it-tmexxija tas-Sinjura Marouska Bonnici; • il-Bandisti tal-Post u l-Allievi kollha tal-impenn tagħhom fl-istudju u s-servizzi tas-soċjetà; • is-Sezzjoni Banda għax-xogħol fejjiedi u kontinwu li tagħmel matul is-sena; • il-membri fi ħdan l-Għaqda tan-Nar 22 ta’ Frar illi jaħdmu n-nar tal-ajru u tal-art; • is-Sezzjoni Nisa Petrini għall-ħidma u l-attivitajiet illi jtellgħu matul is-sena kollha; • is-Sezzjoni Żgħażagħ Iljuni għall-attivitajiet illi jorganizzaw matul is-sena kollha u għall-impenn tagħhom fil-ħidma tas-soċjetà; • il-Kummissjoni Armar Estern għall-ħidma kontinwa fuq proġetti ġodda u restawr fis-sede tas-Soċjetà; • is-Sezzjoni Tisbiħ tal-Każin għall-ħidma kontinwa sabiex is-sede tagħna tkun dejjem isbaħ u aħjar; • il-Grupp Teatrali 14 ta’ Jannar għall-ħidma kollha mhux biss fid-drama, iżda f’dak kollu li s-soċjetà tkun teħtieġ sabiex l-operat tagħha jibqa’ dejjem għaddej b’mod professjonali;
• il-Bord Editorjali u l-Uffiċċju għar-Relazzjonijiet Pubbliċi sabiex is-soċjetà tkun preżentata bl-aqwa mod kemm fuq din il-pubblikazzjoni u wkoll fiż-żamma tal-paġni relatati mas-soċjetà fuq l-internet u meta nkunu mistiedna fuq mezzi radjufoniċi u televiżivi; • dawk illi jiġbru r-reklami, jieħdu r-ritratti, l-artikolisti, ilqarrejja tal-provi u dawk illi jgħinu fil-pubblikazzjoni ta’ dan l-annwal u dawk kollha li għenu sabiex jitlesta filħin il-ktieb tal-istorja tas-soċjetà Benniena Mużikali talBirżebbuġin; • il-ħaddiema kollha manwali tas-Soċjetà li matul is-sena kollha b’sagrifiċċju personali u għall-għeżież tagħhom ikunu fil-bini tas-soċjetà jwettqu diversi ħidmiet u manutenzjoni sabiex kemm il-parti l-antika kif ukoll ilparti l-ġdida tas-sede jinżammu fl-aħjar sitwazzjoni; • l-Awdituri tas-soċjetà li b’paċenzja u reqqa jeżaminaw il-kotba finanzjarji; • l-Avukat u l-Perit tas-soċjetà għall-għajnuna kollha tagħhom; • il-preżentaturi tal-kunċerti tal-Banda Birżebbuġa; • il-poeta Sebastian Saliba, is-Surmast Onorarju Mro Ray Sciberras u dawk kollha involuti sabiex minkejja ħafna qtigħ il-qalb, seta’ jittella’ l-oratorio Divo Petro nhar is-Sibt 24 ta’ Lulju 2021 fil-Katidral Metropolitan tal-Imdina; • dawk illi jiġbru l-kontribuzzjonijiet u lil min jgħin b’għotjiet finanzjarji lis-soċjetà; • dawk l-individwi u ditti li jirreklamaw fuq il-mezzi tassoċjetà u nħeġġu lill-qarrejja sabiex jgħinu lil dawn l-individwi u d-ditti billi jagħmlu użu mill-prodotti tagħhom; • dawk illi jattendu l-attivitajiet tas-soċjetà; • dawk illi jgħinu lis-sezzjonijiet sabiex jittellgħu l-attivitajiet tas-soċjetà; • dawk illi kkummissjonaw is-servizz tal-Banda Birżebbuġa matul is-sena u fil-festi tagħhom għallfiduċja li juru fina. Inħarsu ’l quddiem sabiex dak illi ma twettaqx f’dawn is-sentejn, jekk Alla jrid inwettquh issena d-dieħla; • dawk illi jikkummissjonaw in-nar mill-Għaqda tan-Nar 22 ta’ Frar; • l-Għaqda tan-Nar Our Lady of Consolation tal-Gudja għall-għajnuna tagħhom lill-Għaqda tan-Nar 22 ta’ Frar; • il-Bottegin u l-familja kif ukoll lill-Amministrazzjoni ta’ Bar Nineteen Ninety li jaħdmu kontinwament sabiex dawn ikollhom klijentela tajba matul is-sena kollha; • il-President, il-Kumitat u l-Membri tal-Għaqda Mużikali San Pietru fil-Ktajjen għall-koperazzjoni tagħhom; • il-poplu kollu ta’ Birżebbuġa u l-villeġġjanti għallkoperazzjoni li juru mas-Soċjetà Filarmonika San Pietru matul il-jiem tal-festa u matul is-sena kollha; • jekk bi żvista nsejna lil xi ħadd nitolbuh jagħdirna u jiskużana.
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 32 – Festa 2021
75
Pietru: Ħarisna mill-Ħsarat u l-Vizzjijiet
Min irreklama f’din il-pubblikazzjoni Al Fresco........................................................54 Alex Mercieca.................................................54 Alf Gatt Autoparts...........................................10 Animal Crackers.............................................25 Anthony Azzopardi.........................................26 Arthur & Sons...................................inside back Audio Images.................................................35 Auto Technics............................................. back Automax.........................................................12 Banka tal-Lottu Nru 192.................................26 Bibas..............................................................16 Birżebbuġa Filling Station...............................64 BOV..................................................................6 C.D.S..............................................................59 Cardiff Butcher................................................16 Casual 78.......................................................39 Catherine’s.....................................................27 Celeste.............................................................7 Charlie’s..........................................................25 Charlie’s Motoring School...............................39 Charms...........................................................66 Chinese Rose.................................................66 Chris Refrigeration Services...........................54 Cutajar Upholstery Supplies...........................62 Districtfive.......................................................62 Dove’s Pet Shop.............................................74 Eastern Store.................................................65 Elbros Homes.................................................22 Francine Farrugia...........................................50 Fruit-Ella Grocer & Green Grocer...................13 Gasparell..................................................19, 23 Global Insurance Brokers Ltd...........................3 Gold Lady Jewellery.......................................63 Goldcut hairdressing........................................8 Insieme...........................................................66 IVCS Lift Services............................................7 J. Caruana......................................................51 Jason Cutajar.................................................58 JJ 13 Ironmongery..........................................60 Joe & Jerry Pace..............................................6 Julia Farrugia Portelli......................................38 KAN Auto Repair............................................43 La Clinique.....................................................16 La Spiaggia Bar & Restaurant..........................7 Laws...............................................................42 Leonardo........................................................65 76
Light & Shade.................................................43 London Butcher..............................................13 Manuel Garage...............................................31 Marco Camilleri...............................................43 Mariners.........................................................42 Mario’s Supermarket......................................13 Metlec Services..............................................58 MG Signs........................................................28 Miriam Dalli................................................11,46 Montebello......................................................28 Music Link......................................................12 Oman’s Fruit & Veg........................................13 Owen Bonnici.................................................18 Patrick Cellars Ltd..........................................55 Paulson..........................................................24 Pie Master......................................................51 Rainbow Stationery........................................29 Robert Camilleri..............................................20 Roc-A-Go.......................................................58 Securevision...................................................44 Southmarket Supplies Ltd..............................16 Southvale.......................................................26 St. Mary Butcher.............................................27 Stanley Zammit..............................................42 Stefan Zrinzo Azzopardi.................................40 Superstar Butcher..........................................13 Ta’ Disma Funeral Services............................34 Tal-Fenech Boat Storage................................38 Taninu Bistro..................................... inside front Tarcisio Caruana Limited................................55 Tasty...............................................................74 TF Rentals......................................................53 The Bubbleshop.............................................59 The Cathedral Group Ltd................................74 The Right Spot...............................................66 The Seven's....................................................59 Toni Bezzina...................................................35 Tony Digby & Son.............................................2 Tony Muscat Caterers Limited........................74 Tree D.............................................................21 Unitech.............................................................8 Vaxxella Construction.....................................55 Vision Garage.................................................10 Workload Lifting Services...............................10 Xtreme Fishing...............................................51
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 32 – Festa 2021
Auto Technics, PLOT 319, Industrial Estate, Luqa