Skip to main content

Min Qalb L-Iljuni 2020

Page 1

Melsons HSE, Hamrun Bypass, Marsa Tel: +356 21497193 Mob: +356 99445252 Email: info@autotechnicsmalta.com


30 sena Benniena Mużikali

Werrej Soċjetà Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A. D. 1990

Il-Bniedem Jipproponi…...........................................................5

29, Misraħ il-Knisja / 12/13, ‘Ġawhra San Pietru’, Triq Birżebbuġa, Birżebbuġa. Tel: +356 21650347 E-mail: info@birzebbugaband.org Website: www. birzebbugaband.org

Ikellimna l-Uffiċjal għar-Relazzjonijiet Pubbliċi.........................8 L-Indirizz tal-President..............................................................9 Festa b’Differenza..................................................................12

Facebook Page: facebook.com/BandaBirzebbuga

_____________________________

L-Appell tal-Kaxxier................................................................13

Minn Qalb L-Iljuni 31 Edizzjoni Festa 2020

Dejjem il-Patrun Tagħna!........................................................16

Il-Pubblikazzjoni Annwali u Uffiċjali tas-Soċjetà Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A. D. 1990

Il-Ħsieb tad-Direttur Spiritwali.................................................17 Il-Messaġġ mis-Sindku...........................................................21

Drittijiet miżmuma mis-Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 © 2020

Tletin Sena Banda u Surmast Direttur....................................24

Ħadd ma jista’ jikkopja jew juża parti minn din ilpubblikazzjoni mingħajr il-permess bil-miktub talBord Editorjali fi ħdan l-Uffiċċju Komunikazzjoni u Relazzjonijiet Pubbliċi tas-Soċjetà Il-Kontenut tal-Artikli mhux bilfors jirrifletti l-Opinjoni u l-Prinċipji li tħaddan is-Soċjetà tagħna. _____________________________ Editur Christopher Bonnici Qari tal-Provi Christopher Bonnici Ritratti Anthony Xuereb, Jonathan Bonnici, Sebio Aquilina

Is-Soċjetà Filarmonika San Pietru tkompli tibbenefika minn diversi fondi.................................................................29 Il-Programm tal-Festa.............................................................38 Ikellimna d-Delegat tal-Banda................................................40 Man-Noti tal-Banda................................................................41 Armar u Anniversarju b’Differenza..........................................44 Mill-Ftit li Nistgħu….................................................................45

Disinn tal-Faċċata Steven Farrugia

B’Ħeġġa Żagħżugħa...............................................................48

Collages Jonathan Bonnici

Minn Fomm in-Nisa................................................................49

Reklamar u Finanzi Walter Pace, Chris Camilleri, Henry Bonnici, Alexander Caruana

Il-Ħidma fil-Każin ma waqfet qatt!...........................................50

_____________________________ Issettjar u Stampar

Żurrieq Road, Qrendi Tel: 21680789, 99499084 E-mail: bestprintqrendi@gmail.com

Xi Ġmiel ta’ Ġawhra!...............................................................52 Mill-Għaqda Każini tal-Banda.................................................53 Merħba fostna u Awguri..........................................................57 Is-Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 tirringrazzja lil:.....................................................61 Min irreklama f’din il-pubblikazzjoni........................................64 Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990

Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 31 – Festa 2020

1


2


NOW ALSO OPEN IN B’BUGIA

‘Emjo’, 89, Triq Zaren Dalli Birzebbugia Tel: +356 2165 2538 / 2765 2538 • Mob: +356 7965 9311 Email: jofarrugia@globalinsbro.com.mt Global Insurance Brokers Ltd. is enrolled to carry on business of insurance broking and regulated by the Malta Financial Services Authority

3


30 sena Benniena Mużikali

Fl-okkażjoni tat-30 anniversarju mit-twaqqif tagħha, is-Soċjetà Filarmonika San Pietru nediet dan il-logo fuq disinn ta’ Andrè Gatt. Nirringrazzjawh u nifirħulu għal dan id-disinn illi qed jitgawda filpubblikazzjonijiet kollha tas-soċjetà matul din is-sena anniversarja.

St. Mary Butcher (Prop. Joe Vella)

For fresh & frozen meat

7, Profs. Anton Tabone Street, BirΩebbu©a – Tel: 21651118 Opening Hours: Tuesday to Friday: 9.00am to 6.00pm, Saturday: 9.00am to 2.00pm Wednesday till 2.00pm

SUPERSTAR BUTCHER

Fresh & Frozen Meat

Triq is-Sajjieda, BirΩebbu©a Tel: 21653082 FREE DELIVERY 4

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 31 – Festa 2020

hairstyles

21, Triq Raymond Caruana, Gudja • Tel: 2167 3030


30 sena Benniena Mużikali Mill-Pinna tal-Editur

Il-Bniedem Jipproponi… Christopher Bonnici B.A.(Hons); M.A.; ALCM

…u Alla jiddisponi! Hekk qed nimmaġina li hemm min qed jgħid f’qalbu kif ra dan it-titlu. Fil-bidu, hekk għedt jien ukoll, ta’ bniedem uman illi jien. Mela qatt xi darba għaddieli minn moħħi u wisq anqas minn qalbi li l-ewwel ġimgħa ta’ Awwissu jkolli nitlaq kemm jista’ jkun ’il bogħod minn Birżebbuġa, għax kif nersaq lil hawn, ma nkunx niflaħ inlissen kelma bid-dwejjaq illi jaħkmuni. Għax ma nħobbx Birżebbuġa? Naħseb tant kemm inħobbha! Ma nista’ naċċettaha b’xejn illi m’aħniex se niċċelebraw il-festa ta’ San Pietru Appostlu, il-Patrun tagħna bħassoltu. Madankollu, din is-sitwazzjoni, mhix tagħna biss imma ta’ kull festa, għax din is-sena ġiet fuqna mingħajr ma stennejnieha. Ma konniex aħna li ddeċidejna li jkollna festa ridotta. Imma għax hekk hemm bżonn. U nixtieq illi niddedika din il-pubblikazzjoni għal dawk kollha li matul is-snin ħadmu għall-festa tagħna minn kull aspett, intern u estern. Niftakar Hekk kif wasalna għal din il-festa ridotta, irrid niftakar, illi iva, ninsabu fis-sena 2020, is-sena li ilna tant insemmu u nistennew għaliex fiha qegħdin infakkru t-tletin sena mill-fondazzjoni tas-Soċjetà tagħna. Irrid niftakar fil-pedamenti li sawru din is-soċjetà, kull min b’xi mod jew ieħor serva lil din is-soċjetà, f’xi kariga jew oħra, f’dawk illi ma għadhomx magħna, f’dawk illi għadhom magħna u għadhom jgħinuna u f’dawk illi ħassew illi għandhom joqogħdu fil-ġenb. Irrid niftakar ukoll f’dawk kollha, Maltin u barra minn pajjiżna li ħin bla waqt sfaw vittmi ta’ din il-pandemija, tilfu ħajjithom jew tilfu lil xi ħadd għażiż, dawk illi huma jew xi ħadd għażiż għalihom marad u dawk illi l-piż mentali ta’ din il-kundizzjoni affettwahom ukoll. Grazzi L-ewwel grazzi nixtieq nagħtiha b’mod personali lit-tmexxija ta’ din is-soċjetà tal-fiduċja li wriet fija għat-tieni sena konsekuttiva, mhux biss sabiex inkun l-Editur, imma talli fdat fit-talenti mużikali tiegħi, is-sena l-oħra billi ħatritni l-Għalliem tat-Teorija u din is-sena billi ħatritni l-Assistent Surmast Direttur. Din mhix l-ewwel darba li kont assistent surmast direttur jew ngħallem f’xi soċjetà mużikali, madankollu għadkom ma tafux l-unur illi nħoss li qed nokkupa din il-kariga f’raħal twelidi li għalih tħabbat qalbi kull fejn inkun! Grazzi lilkom ilkoll illi ta’ kull sena tirreklamaw magħna fil-pubblikazzjoni u lilkom l-artikolisti li bil-kitbiet tagħkom tarrekkixxu mhux ftit il-livell għoli li din il-pubblikazzjoni laħqet matul issnin. Din is-sena ma fittixniekomx għall-artiklu, mhux għax ma nixtiqux illi nagħmlu ktieb mimli informazzjoni

bħas-soltu, imma għax hekk ġiet… jekk Alla jrid, is-sena d-dieħla nirritornaw għal pubblikazzjoni ikbar u aħjar… Il-Festa 2020 Bid-dmugħ f’għajnejja nissokta nitkellem dwar ilfesta ridotta. Issa l-waqt Birżebbuġjani… issa l-waqt tagħna li nuru xi nħobbu verament. Lil San Pietru jew il-festa ta’ San Pietru? Ma rridx ninstema’ filosofiku għax m’iniex. Imma jekk inħobbu l-festa ta’ San Pietru mhux ta’ b’xejn nagħmlu d-dwejjaq għax m’aħniex se niċċelebraw il-festa bħas-soltu. Jekk inħobbu lil San Pietru, iva ovvja… se nagħmlu d-dwejjaq għax m’aħniex se naraw l-armar bħas-soltu, għax m’aħniex se ngawdu s-sorpriżi u l-marċi brijużi bħas-soltu, għax m’aħniex se ngawdu l-programm vokali u strumentali fuq il-planċier, aktar u aktar f’din is-sena anniversarja meta konna se ngawdu l-Inno di Gloria Tu Es Petrus, għax m’aħniex se ngawdu l-ħarqa nar tal-ajru u tal-art. Imma għandna nkunu hemm, iktar mis-soltu fil-knisja sabiex nirringrazzjaw lil Alla l-Imbierek, lill-Madonna u lil San Pietru talli ħelisna mis-saram, u xorta waħda għandna niffullaw bi ħġarna għall-pellegrinaġġ blistatwa titulari. Kull min iħossu Birżebbuġjan wild San Pietru, dan l-appuntament ma jistax jitilfu. Irridu nuru li nħobbu lil San Pietru mhux għax f’ġieħu naqbżu filmarċ jew naħdmu n-nar… dawk affarijiet sbieħ u din is-sena nħossni vojt mingħajrhom, imma billi bħalu nieħdu ħsieb u nagħtu kas lil min verament għandu bżonn, b’xi telefonata jew messaġġ lil dak l-anzjan illi ma jistax ikun magħna jew lil dik il-mara li ma tistax toħroġ minn darha. Nagħlaq billi nifraħ u nawgura lis-Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa iktar suċċessi fil-futur qarib u mbiegħed u lill-poplu kollu ta’ Birżebbuġa festa sabiħa u l-aħħar messaġġ lilek għażiż Missier, parti mill-kliem huwa misluf mill-Kurunella, il-parti l-oħra millpinna fqira tiegħi: Xħin fil-ħabs xeħtek Erodi ħelsek l-anġlu tas-smewwiet; mill-irbit tad-dnub eħlisna, mill-frugħat u l-vizzjijiet; Ħares lejna Patrun tagħna, f’dawn il-jiem hekk beżgħanin; bit-talb tiegħek aqilgħelna li fuq kull mard noħorġu rebbiħin. Viva l-Appostlu Missierna San Pietru! Viva s-Soċjetà Filarmonika San Pietru! Viva l-Banda Birżebbuġa – tal-Iljun!

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990

Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 31 – Festa 2020

5


70, Pretty Bay, Birżebbuġa • Tel: 2788 8857 6


Il-Kumitat Ċentrali flimkien mas-Sezzjonijiet jawguraw il-festa t-tajba lill-membri kollha tas-Soċjetà u lill-poplu kollu ta' Birżebbuġa flimkien mal-villeġġanti u t-turisti li jżuru r-raħal tagħna fix-xhur tas-sajf. VIVA SAN PIETRU APPOSTLU, IL-PATRUN TA' BIRŻEBBUĠA!

• DETERGENT • TOILETRIES • MILK • BREAD • FOODS • SWEETS • WINES

ABLE UNBEAT PRICES!! & FREE Y DELIVER

1, Misraħ ir-Repubblika, Birżebbuġa TEL: 21653445 | MOB: 99234440

7


30 sena Benniena Mużikali

Ikellimna l-Uffiċjal għar-Relazzjonijiet Pubbliċi Jonathan Bonnici

X’sena din! U x’festa din! Naħseb illi kulħadd qed jittama li tfittex tgħaddi minn fuqna din is-sena! Imma kif jgħid il-Malti ‘għall-magħmul m’hemmx kunsill’. Din is-sena qed nesperjenzaw festa li qatt ma konna nobsru li se nesperjenzaw. Iżda mill-att pożittiv nistgħu narawha bħala xi ħaġa differenti mis-soltu. Vera li nimmissjaw il-briju, il-banda, in-nar… imma forsi din l-esperjenza tgħinna wkoll nirriflettu fuq il-vera festa li niċċelebraw ta’ kull sena. Mill-banda l-oħra nistgħu ngħidu li x-xogħol tas-Soċjetà baqa’ għaddej. Permezz tal-mezzi soċjali ppruvajna nilħqu kemm jista’ jkun nies anke f’dawn ilmumenti diffiċli. Minn qalbi nixtieq nirringrazzja lil dawk kollha li dejjem taw l-għajnuna tagħhom sabiex nibqgħu naraw lis-Soċjetà tagħna dejjem miexja ’l quddiem. Din is-sena ħadna l-opportunità wkoll sabiex jiġi rranġat ilbottegin tal-każin. Dan seta’ jsir bis-saħħa tal-volontiera

tas-Soċjetà li qed iqattgħu ħinhom jaħdmu sabiex dan ix-xogħol jitlesta. Żgur illi kif jitlesta dan ix-xogħol, ilkoll se nkunu nistgħu ngawdu bottegin modern u millisbaħ f’Birżebbuġa. Ma nistgħux ma nsemmux ukoll lill-kummissjonijiet fi ħdan is-Soċjetà tagħna li baqgħu jaħdmu kif jistgħu. Nieħu l-opportunità sabiex nirringrazzja lil Andrè Gatt għad-disinn li għoġbu jagħmlilna fl-okkażjoni tattletin sena anniversarju. L-għażla saret wara sejħa pubblika. Sena oħra tasal u minn qalbna nitolbu l-għajnuna ta’ kulħadd sabiex inkunu nistgħu nkomplu nwettqu l-proġetti li dejjem inwettqu. Fl-istess ħin nirringrazzjaw lil tant volontiera u benefatturi li dejjem sibniehom ta’ sostenn għas-Soċjetà tagħna. Fuq kollox nirringrazzjaw lil Alla kif ukoll lil San Pietru li kienu magħna matul dawn iż-żminijiet xejn pjaċevoli. Jiġri x’jiġri; qatt ma nixbgħu ngħajtu l-għajta… Viva San Pietru!

MG Signs

Plot 90- 91 X , Luqa Industrial Estate, Luqa LQA 3000 T: 21696787 E: sales@mgmalta.com

8

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 31 – Festa 2020


30 sena Benniena Mużikali

L-Indirizz tal-President Chev. Alexander Caruana O.S.J.

Il-Malti jgħid illi wara l-maltemp jiġi l-bnazzi u dan huwa l-awgurju tiegħi għal wara li jgħaddi dan iż-żmien hekk diffiċli li għexna u għadna qed ngħixu minħabba l-pandemija Covid 19 li ħasdet lid-dinja kollha. Min qatt kellu jgħidilna li għall-ewwel darba f’ħajjitna m’aħniex se nkunu nistgħu nagħmlu festa sabiħa u kbira bħas-soltu?! Anzi tal-inqas nistgħu nirringrazzjaw lill-Ħanin Alla li se nagħmlu festa ċkejkna li fiha xorta ningħaqdu flimkien bħala komunità waħda magħquda taħt il-patroċinju talpatrun maħbub tagħna San Pietru Appostlu. Imma s-sodisfazzjon tiegħi huwa li fejn kważi d-dinja kollha waqfet tistenna dan iż-żmien jgħaddi, bis-saħħa ta’ ħafna membri dedikati rnexxielna nagħmlu ħafna xogħol fis-sede tagħna, speċjalment fis-sular t’isfel tal-każin, u għalkemm s’issa x-xogħol għadu mhux

komplut, diġà jidher sew kemm se jkollna entratura u bottegin mill-isbaħ kif tassew jixirqilna. Ta’ dan irrid nirringrazzja lil dawk kollha li qed jaħdmu u lil dawk illi qegħdin jgħinu b’mod finanzjarju sabiex dan kollu jkun jista’ jsir fi żmien hekk qasir. Nawgura l-isbaħ xewqat lil sħabi kollha tal-Kumitat Ċentrali u lin-nisa tagħna tas-sagrifiċċji kbar illi jagħmlu sabiex aħna nkunu nistgħu naħdmu għall-ġid tasSoċjetà. Insellem lis-Surmast Michael Bugelli li wkoll qed jagħlaq 30 sena Direttur tal-banda tagħna, lissezzjonijiet, bandisti u membri kollha, lis-Sindku u sħabi l-Kunsilliera u lil dawk kollha li dejjem jaħdmu għallġid ta’ Birżebbuġa u għall-festa tagħna, speċjalment lill-Għaqda Mużikali San Pietru fil-Ktajjen u lill-Grupp Armar 1 ta’ Awwissu. Nawgura l-festa t-tajba lil kulħadd. Nitolbu lil San Pietru jibqa’ jberikna! Viva San Pietru u Viva Birżebbuġa!

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990

Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 31 – Festa 2020

9


NEW

Authorised Facility End-of-Life Vehicle Accepting cars for scrap. Scrap vehicle collection can be quickly arranged by us or deliver your old car directly to us.

Best Price for: Steel Scrap Copper Scrap Brass Scrap Aluminium Scrap Stainless Steel Scrap Lead Batteries

Call us now HHF601, Hal-Far Industrial Estate, Birzebbuga BBG 3000

9949 5236 - 7965 1545 - 2165 1475 Email: gasparell.b@gmail.com 10


HHF 601—Hal-Far Industrial Estate, Birzebbuga , BBG 3000

11


30 sena Benniena Mużikali Il-Messaġġ tas-Segretarju

Festa b’Differenza Henry Bonnici

Il-qawl Malti “il-bniedem jipproponi u Alla jiddisponi”, minkejja li jgħodd dejjem, forsi qatt ma ħassejnieh daqskemm qed inħossuh u nesperjenzawh din is‑sena. Għadna għaddejjin minn sena ta’ qtigħ il-qalb, għalkemm inħarsu b’ottimiżmu għall-futur. Ħafna kienu l-inizjattivi u l-attivitajiet li kienu ppreparati biex isiru matul dinsena li tfakkar it-30 sena mit-twaqqif tas-Soċjetà tagħna. Bdejna biċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa nhar l-14 ta’ Jannar, il-jum tat-twaqqif uffiċjali tas-Soċjetà, imma l-kumplament tal-attivitajiet kellhom jiġu riveduti minħabba l-pandemija li heżżet lid-dinja kollha. Tħassru bosta, u oħrajn inbidlu. Il-pandemija għallmitna l-bżonn ta’ aktar għaqda bejnietna u koperazzjoni mal-oħrajn. Iż-żmien li għamilna magħluqin ma nħeliex. Kif wieħed jista’ jinnota, ix-xogħol fil-bottegin u fl-entratura seta’ jitkompla b’aktar galbu u bil-pass tiegħu, l‑istess bħalma tkompla xogħol ta’ manutenzjoni u rinnovament ieħor fil‑każin. Min‑naħa tagħhom, il‑Kummissjonijiet baqgħu għaddejjin ukoll b’ħidmiethom fil‑qasam rispettiv tagħhom. Id-dħul finanzjarju naqas, u naqas sew. Din ilproblema ttaffiet xi ftit bil-fondi Ewropej u fondi Maltin. Ir-rwol tas-soċjetajiet mużikali f’pajjiżna qed jingħata aktar importanza fil-qalba tal-kultura Maltija. Ta’ dan nirringrazzjaw lil kull min għen u għadu jgħin. Is-Soċjetà tgħix għall-festa. Kien hemm mumenti meta għedna “Din is-sena ninsewha l-festa.” Iżda ma

kienx il-każ, għax bil-għajnuna t’Alla nistgħu nieħdu sehem u niċċelebraw il-festa għalkemm b’mod ristrett. Is-Soċjetà tipprepara għall-festa billi tgħallem u ttella’ bandisti sabiex jiffurmaw parti mill-Banda tas-Soċjetà. Minkejja d-diffikultajiet kollha, it‑tagħlim tal‑mużika ma waqafx, tant illi kompla b’mod virtwali, hekk li l‑allievi baqgħu mexjin ’il quddiem. It-tagħlim tal-mużika jingħata ħafna importanza mis-Soċjetà tagħna u l-entużjażmu tas‑Surmast Direttur u ż-żewġ għalliema jkompli jarrekkixxi l-banda b’bandisti ġodda. Is-Soċjetà tibqa’ dejjem mibnija fuq il-volontarjat. Ħafna mill-ħidma li ssir ma tingħatax ir-ringrazzjament li jistħoqqilha. Grazzi kbira, għalhekk, tmur lejn ilvolontiera u l-benefatturi. Ħafna jissagrifikaw ħafna sabiex jagħtu l-għajnuna lis-Soċjetà tagħna, mingħajr ma jippretendu xejn lura ħlief li s-Soċjetà timxi ’l quddiem. Filwaqt li nawgura l‑festa t‑tajba lil kulħadd, nixtieq nirringrazzja lill‑Wisq Rev. Kappillan u lill-Kleru, lis‑Sindku u l‑membri tal‑Kunsill Lokali, lill‑President u l‑membri tal‑Għaqda Mużikali San Pietru fil‑Ktajjen, kif ukoll lill‑Forzi tal‑Ordni u lil dawk kollha li b’xi mod jew ieħor jgħinu fil‑ħidma impenjattiva tagħna. Magħhom inżid nirringrazzja lis-Sotto Kumitati, membri u volontiera tas‑Soċjetà, kif ukoll lill-membri tal-Kumitat li flimkien nikkoordinaw il‑ħidma ta’ matul is‑sena. Viva San Pietru, il-Patrun tagħna l-Birżebbuġin; nitolbuk tħares lilna, lill‑familji tagħna u lill‑morda tal‑parroċċa.

ANIMAL CRACKERS PET

SHOP

Triq il-Ghodda, Triq il-Ghodda, BirzeBBuGa 2165 0021 BirzeBBuGa 7965 0021 Tel.

moB.

Ûaren Dalli Street, BirΩebbu©a Mob: 7965 9631 12

Tel. 2165

0021 moB. 7965 0021

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 31 – Festa 2020


30 sena Benniena Mużikali

L-Appell tal-Kaxxier Walter Pace

Insellem lilkom il-qarrejja kollha ta’ din il-pubblikazzjoni annwali li toħroġ is-Soċjetà Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa fl-okkażjoni talfesta titulari tal-patrun tagħna San Pietru Appostlu. L-aktar wieħed li matul din is-sena għandu għaliex iħokk rasu huwa jien, minħabba li għal madwar tliet xhur, l-introjtu tal-każin waqaf kważi kollu ħtija tal-virus illi ħakem lid-dinja kollha u sakkarna fi djarna. Kontra qalbna kellna nieqfu, u dan minkejja li l-ħidma fil-bini tas-sede tagħna kompliet għaddejja, u iktar mis-soltu. Iktar ’il quddiem f’din il-pubblikazzjoni, persuni oħra li kienu involuti direttament fil-proġett tal-każin ikunu jistgħu jagħtukom spjegazzjoni aktar dettaljata ta’ dak illi sar matul ix-xhur illi għaddew. Irrid nirringrazzja lill-Assistent tiegħi, Andy Mifsud kif ukoll lil Chris Camilleri talli dejjem insibhom ta’ spalla għalija waqt il-ħidma tiegħi. Nirringrazzja wkoll lill-Kumitat Eżekuttiv, speċjalment lill-President u

s-Segretarju li fimkien naħdmu id f’id, u dan minkejja li nuqqas ta’ qbil dejjem jinqala’, imma dejjem inkunu lesti sabiex nifhmu lil xulxin u naslu għal ftehim. Flimkien ma’ Andy Mifsud hemm Marouska Bonnici, illi bil-ħidma tagħhom permezz tat-teknoloġija jtaffuli ħafna millħsibijiet. Insellem b’ħajr ukoll lis-sezzjonijiet kollha li jagħmlu l-almu tagħhom sabiex is-soċjetà tibqa’ tirbaħ fuq il-mewġ kollu li jkollha taffaċċja. Din is-sena, aktar minn snin oħra rrid irrodd ħajr lill-benefatturi kollha, kemm dawk illi jidhru kif ukoll dawk illi jippreferu ma jidhrux, kif ukoll il-benefatturi kollha manwali, li fiżżmien illi l-bini tal-każin kien magħluq, qattgħu ħafna mill-ħin tagħhom ’il bogħod minn darhom sabiex il-parti t’isfel tal-parti l-antika tal-każin tiġi isbaħ u aktar komda għal kulħadd. Insellem b’ħajr ukoll lill-mara tiegħi, Sue talli dejjem tagħtini l-appoġġ. Inħeġġeġ lilkom il-qarrejja sabiex tagħmlu użu millprodotti u l-ħwienet illi jirreklamaw magħna, għaliex dawn ħaqqhom l-akbar grazzi u bis-saħħa tagħhom nistgħu nibqgħu għaddejjin bil-ħidma tagħna.

Triq il-Qaliet, Marsascala Opening Hours Mon – CLOSED Tue - Fri: 9.00am – 6.00pm Sat: 8.00am – 5.00pm Contact: Alexia 2720 0204 Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990

Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 31 – Festa 2020

13


14


The Discount Place

Stockists for all kinds of Food Stuff, Fruits, Vegetables, Detergents, Toiletries etc... at very reasonable prices and special offers of the week Prop. Victor Gauci

Sunblest, Triq il-Kartaġiniżi, Birżebbuġa

15


30 sena Benniena Mużikali

Dejjem il-Patrun Tagħna! W. Rev. Kan. Anton Galea-Scannura Il-Kappillan

Din is-sena ma kinitx bħalloħrajn u lanqas il-festa mhi se tkun bħall-oħrajn. Ir-realtà ta’ madwarna hija kemxejn mudlama u nafu li rridu noqogħdu b’seba’ għajnejn. Mas-saħħa ma tilgħabx u ma titkessaħx. Nafu wkoll illi n-nies batew b’diversi modi f’dawn ix-xhur u għad hemm mistoqsijiet dwar il-futur. Huwa mument ta’ dgħufija fejn nagħmlu kif għamlu missirijietna f’mumenti ta’ tiġrib – induru lejn il-qaddis patrun tagħna, Pietru, u nitolbuh biex anke f’din is-siegħa, jurina l-wiċċ ħanin ta’ Alla. Għexna żminijiet li qatt m’għexna bħalhom. Missirijietna raw tiġrib fi żmien il-gwerra u forsi anke staġuni ta’ pandemiji li ġew qabel. Ġew u għaddew u nittamaw li hekk jiġri minn din il-pandemija. Il-festa din is-sena trid tieħu xejra li twieġeb għall-bżonnijiet tal-bniedem illum. U jiġuni f’moħħi tliet kelmiet – responsabbiltà, solidarjetà u interċessjoni. Responsabbiltà… il-parroċċa mhix se torganizza ħafna mill-attivitajiet li s-soltu torganizza. Irridu nibżgħu għal xulxin. Is-saħħa ta’ kulħadd hija iżjed importanti minn kull ħaġa oħra. Nawgura li anke jekk se jkun hemm

mumenti soċjali f’din il-festa, nibżgħu għal xulxin. Solidarjetà… nafu li qed ngħixu żmien diffiċli għal kulħadd. Hemm min iffaċċja problemi fil-familja, fuq ix-xogħol. Ma nistgħux inġibu ruħna qisu qatt ma ġara xejn jew ma jimpurtaniex. Naħsbu f’xulxin. Fil-parroċċa hemm diversi li ħadu l-inizjattiva li jiġbru affarijiet u jqassmuhom lil min hu fil-bżonn. Interċessjoni… il-qaddisin ma jiħdux il-post ta’ Alla imma huma l-ħbieb tiegħu bħalma aħna wkoll. Ma mmorrux għandhom biex jgħaddulna kelma qisu Alla lilhom jismagħhom iżjed minna. Immorru għandhom għax ħbieb tagħna, patruni tagħna. U din is-sena mmorru għand San Pietru nitolbuh iħollna mill-katina tal-pandemija li sibna ruħna fiha u l-konsegwenzi kollha. Nirringrazzja lill-baned tal-koperazzjoni biex jimxu mal-linji gwida li tatna l-Arċidjoċesi għall-festa din is-sena. Żgur jasal il-mument fejn niċċelebraw bil-kbir kif nagħmlu s-soltu. Imma jekk niċċelebraw b’responsabbiltà, solidarjetà u interċessjoni żgur ma jiddispjaċiniex. Kuraġġ u nawguralkom ġurnata tal-festa mill-isbaħ.

Security Systems ACCESS CONTROL | CCTV | INTERCOMS INTRUDER ALARM SYSTEMS | SHOP SYSTEMS

G 09, New Industrial Park, Valletta Road, Għaxaq, GXQ 2245, Malta +356 27 88 33 88 | info@unitech.com.mt

16

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 31 – Festa 2020


30 sena Benniena Mużikali

Il-Ħsieb tad-Direttur Spiritwali Dun Charles Carabott

Dawk li bħali twieldu għal nofs is-seklu l-ieħor, jiftakru żgur il-kotba “Ġabra ta’ Ward”. Waħda mill-istejjer illi konna naqraw fil-klassi kienet l-istorja ta’ meta x-xemx u r-riħ għamlu mħatra min kien kapaċi jneżża’ ġlekk minn fuq raġel. Beda l-isfida r-riħ… beda jonfoħ u jonfoħ u jonfoħ… qajjem pandemonju sħiħ… imma l-ġlekk fuq ir-raġel kien, u fuq ir-raġel baqa’, anzi għafsu iktar miegħu! Kien imbagħad imiss lix-xemx… din bil-kwiet kollu, bi tbissima ħelwa u serena, bdiet tiżreġ fuq ir-raġel imqartas kif kien bi ġlekk tal-gabardin. Ma damitx tiżreġ wisq qabel ma r-raġel tagħna neħħa l-ġlekk minn fuqu. Storja ħelwa li fiha tagħlima… li forsi ta’ tfal li konna ma ndunajniex biha… jirnexxilek iġġib il-boċċa qrib il-likk mhux bl-istorbju u l-għajjat, imma bil-kwiet, bilkelma t-tajba. Din is-sena milli jidher il-festa se niċċelebrawha bil-kwiet… quddiesa fil-knisja, ġirja bl-istatwa ejja ħa mmorru, xi recording ta’ ftit marci brijużi bla briju, flixkun xi ħaġa ma’ ftit ħbieb, ikla tajba… u barra bla daqq! Imma xorta nistgħu nifirħu li Alla tana lil San Pietru biex ikun wieħed minn tant oħrajn li tant huma ta’ eżempju tajjeb għalina. San Pietru, fost ħafna affarijiet oħra jirrappreżenta l-awtorità fil-Knisja; awtorità li taqdi bħalma missier jaqdi, jipproteġi u jmantni lill-familja tiegħu. L-awtorità… kull awtorità hija rigal, hija servizz fil-Knisja; servizz għall-membri tal-familja, ta’ dawk illi jemmnu fi Kristu, magħqudin flimkien, flimkien ma’ Kristu. Kultant ma naqblux mal-awtorità tal-Knisja bħalma kultant ma naqblux mad-deċiżjonijiet talġenituri tagħna; imma wara naslu biex nifhmu, forsi anke wara li jgħaddi ż-żmien u indunaw li kollox ikun

għall-ġid aħħari tagħna. Jista’ jiġri wkoll illi wara kollox ikun illi aħna għandna raġun, imma nbaxxu rasna għax inħobbu l-għaqda, inħobbu lill-familja ta’ ħutna lkoll. Il-Knisja u l-awtorità fi ħdanha, minkejja difetti u nuqqasijiet, bħal kull ħaġa oħra maħluqa, hija dik li Alla jrid, u aħna mistiedna ngħixu ħajjitna b’lealtà lejn din il-familja tagħna u ma nagħmlu xejn li jista’ jtebba’ isimha, għax hija ta’ Alla, fdata f’idejn Pietru, għax hi tagħna, tal-familja tagħna. Tkun tal-Knisja, tkun nisrani mhux xi passatemp jew delizzju, logħob bis-santi kif kont nilgħab jien u tant oħrajn meta konna żgħar. U wieħed irid jgħid ukoll illi lanqas huwa faċli li tkun nisrani skont ix-xewqa ta’ Alla. Ma kienx faċli għal San Pietru tant illi kemm-il darba ċċanfar minn Ġesù! Min jaf kemm iddispjaċih Ġesù meta Pietru ċaħdu biex isalva ġildu! Imma Pietru għamel dak li ħaddieħor ma għamilx: emmen, feda fil-Ħniena ta’ Ġesù, fil-maħfra ta’ mgħallem u missier. B’hekk jien nikkonsla meta niftakar fil-paċenzja li ħa Ġesù b’Pietru, nikkonsla meta niftakar fil-vers tal-Kotba Mqaddsa: “Jekk tal-ħtijiet int tagħti kas Mulej, Mulej min jista’ jżomm sħiħ?” Min-naħa rridu nagħmlu l-almu tagħna biex bħal San Pietru - anke jekk mhux dejjem jirnexxilna - inpoġġu lil Alla fl-ewwel post f’ħajjitna u fl-għażliet tagħna, u meta għax bnedmin nonqsu, ma naqtgħux qalbna mill-Ħniena ta’ Alla bħalma qatax qalbu San Pietru. U ma ninsewx… ma hemmx bżonn tgħajjir u storbju u tmasħin biex nirbħu argument, biex nesponu l-opinjoni tagħna. Hekk ma naslux bħalma ma wasalx ir-riħ, imma bħax-xemx, bil-kwiet u bil-moderazzjoni tax-xemx firrebbiegħa, anke konxji mill-fatt li f’kull kwistjoni, f’kull argument, hemm l-opinjoni tiegħi, l-opinjoni tal-ieħor… u… il-verità!

Stefy’s Nail Studio By Stephanie

7, Birżebbuġa Rd, Birżebbuġa stefysnailstudio@gmail.com Mob: 7991 9745 Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990

Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 31 – Festa 2020

17


18


IL-PERIT

ID-DEPUTAT TAL-ĦAMES DISTRETT MINN FOSTKOM, GĦALIKOM.

Toni Bezzina

Nawgura l-Festa t-Tajba lil kul˙add

e: toni@tonibezzina.com t: [+356] 21490826 m: [+356] 99430012

www.tonibezzina.com BIRŻEBBUĠA • IL-QRENDI • L-IMQABBA • ĦAL FARRUĠ • ĦAL KIRKOP • ĦAL SAFI • IŻ-ŻURRIEQ

Zaren Dalli Street, Birżebbuga Tel: 2165 8754 • Mob: 7959 1927 Wide selection of Mobile Phones LCD TVs, Hi-Fi, Sport Cameras & Accessories GO Services, Mobile Repairs & much more

19


30 sena Benniena Mużikali

20

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 31 – Festa 2020


30 sena Benniena Mużikali

Il-Messaġġ mis-Sindku Joseph Farrugia

Għeżież residenti, Għaddiet sena oħra u l-festa reġgħet magħna. Sfortunatament, din is-sena minħabba l-imxija, il-festa ser issir b’mod differenti mis-soltu. Però nixtieq infakkarkom illi l-festa hija l-ispirtu filqalb, l-imħabba u r-rispett bejn ir-residenti. Ma tfisser xejn illi jkollna l-briju, nar mill-isbaħ, marċi brillanti u

dekorazzjonijiet mill-isbaħ. Madankollu, xorta nħoss li f’din is-sitwazzjoni, żgur li ser ikollna festa ta’ għaqda u atmosfera sabiħa b’differenza. Nieħu din l-opportunità li nawgura l-festa t-tajba lirresidenti kollha, filwaqt illi nirringrazzja lill-Kunsilliera, lis-Segretarju Eżekuttiv u l-istaff tal-uffiċċju li jaħdem qatigħ, u lil kull entità li fil-ħin liberu tagħha, tiddedika ħinha sabiex il-festa b’mod jew ieħor tittella’ u tkun ta’ ferħ u għaqda għar-residenti ta’ Birżebbuġa.

DIVO PETRO ORATORJU

Lirika: Sebastian Saliba • Mużika: Raymond Sciberras

fil-Katidral Metropolitan, l-Imdina nhar is-Sibt 7 ta’ Novembru Żommu d-data vojta ħalli napprezzaw il-banda tagħna u l-kobor tal-Appostlu San Pietru, il-patrun tagħna

Fruit-Ella Grocer & Green Grocer

a new shop in 80, Triq il-Kartaġiniżi, Birżebbuġa • Mob: 7958 5371

Bonus Ca rd

You will find Groceries, Cheese-Counter (at very good prices), Fresh milk, Bread daily and Fresh fruit and vegetables. Free Delivery Opening Hours: Mon, Tue, Thu, Fri 6.00 - 12.30 & 15.30 - 19.00 Wednesday 6.00 - 15.00 Saturday 6.00 - 13.30 • Sunday 6.30 - 12.00 / Public Holidays Open till 12.00

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990

Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 31 – Festa 2020

21


22


23


30 sena Benniena Mużikali

Tletin Sena Banda u Surmast Direttur Mro. Michael Bugelli A.T.C.L.

Għeżież Benjamini, Ammiraturi u Segwaċi tal-Banda tagħna, L-2020 kellha tkun sena speċjali ħafna għalina tal-Banda Birżebbuġa minħabba t-30 sena anniversarju mit-twaqqif talbanda. Jiena wkoll qed niċċelebra dan l-anniversarju, għax ili sa mit-twaqqif ta’ din is-Soċjetà fid-direzzjoni ta’ din il-banda għażiża għalija. Din is-sena jkollna nistabru u nipposponu kollox għas-sena d-dieħla jekk il-Bambin irid. Kellna ppjanati ċelebrazzjonijiet kbar anke bissehem tal-banda, imma ma jimpurtax, dan issa nħalluh għaż-żmien li ġej meta l-affarijiet ikunu aktar siguri għal kulħadd. Is-sena li għaddiet għamilna bosta programmi tajbin. Insemmi dak li normalment nagħmlu fil-knisja parrokkjali mal-banda l-oħra ta’ Birżebbuġa għall-Milied, kif ukoll ilprogramm annwali tal-Milied li nagħmluh għall-membri tagħna u għall-ġenituri tal-allievi. Fi Frar imbagħad żammejna mal-appuntament annwali tal-programm ‘Mill-Bandisti Għall-Membri’ li reġa’ kien programm ta’ kalibru u livell għoli. Din is-sena f’dan il-programm reġa’ kellna s-sehem ta’ bandisti tal-post f’siltiet solisti li l-eżekuzzjoni tagħhom kienet impekkabbli għall-aħħar. Nieħu pjaċir ferm nara bandisti żgħar bravi ħafna li għandhom futur mużikali tajjeb ħafna jekk ipoġġu rashom hemm. IsSoċjetà tagħna minn dejjem kellha mużiċisti bravi u nieħu pjaċir nara li aktar ma mmorru aktar qed ikollna mużiċisti li jieħdu l-mużika bis-serjetà. Dak kien tista’ tgħid l-aħħar appuntament mużikali li kellna, imbagħad x’ġara wara hija storja magħrufa. Qed insemmi l-programm ‘Mill-Bandisti GħallMembri’ u għalhekk nieħu l-okkażjoni sabiex nilqa’ fi ħdan l-amministrazzjoni mużikali tagħna lil Mro. Christopher Bonnici u lis-Sur Ludwig Noel Desirafilkarigi l-ġodda tagħhom, bħala l-Assistent Surmast tal-Banda u għalliem fuq l-istrumenti tal-injam rispettivament. Mro. Christopher Bonnici huwa wkoll l-għalliem tatteorija, u nista’ ngħid illi dan il-proġett, li konna fost l-ewwel baned Maltin li varajnieh qed iħalli frott tajjeb u qed juri li wara kollox din kienet għażla għaqlija millAkkademja tal-Mużika ta’ dak iż-żmien li tintroduċih bħala kors separat u miftuħ għal kulħadd. Minn hawn nirringrazzja wkoll lil Mro. Robert Magro li kien l-ewwel għalliem tat-teorija f’dan il-proġett, u kien hu li ta l-ewwel imbuttatura biex dan il-proġett jifjorixxi. Mro. Bonnici qed jagħmel xogħol siewi ħafna. Anke fi żmien il-pandemija, it-tagħlim tat-teorija baqa’ għaddej minn fuq webconferencing u l-istudenti tagħna ma tilfu xejn. Fuq it-tagħlim l-ieħor tal-prattika ma tantx stajna nagħmlu affarijiet ġodda sfortunatament. Peress illi l-pandemija tolqot l-organi tan-nifs kien ikun perikoluż għal kulħadd li nibqgħu għaddejjin bil-lezzjonijiet tal-

24

prattika mill-viċin. Is-sistema virtwali setgħet tintuża, imma onestament ma nkunx nista’ nsegwi lill-istudenti bi preċiżjoni, speċjalment fil-kwalità tal-ħoss u ta’ teknikalitajiet oħra. Kont inkun kostrett biss li nevalwa lill-istudenti min-naħa tat-tqassim tan-noti aktar milli dik li hi artikolazzjoni. Għalhekk kontra qalbna ddeċidejna li nieqfu sakemm l-affarijiet jiġu ’l quddiem. Però fiż-żmien li qed nikteb dan il-messaġġ, jiġifieri fil-bidu ta’ Ġunju, jien u l-Kumitat Ċentrali diġà tkellimna flimkien u qed naraw x’jista’ jsir biex il-lezzjonijiet isiru f’ambjent li hu sigur għal kulħadd. Il-virus għadu barra u ħafna minna ngħixu ma’ nies vulnerabbli. Sakemm ningħataw struzzjonijiet preċiżi min-naħa tal-awtoritajiet ċivili ma nistgħux nagħmlu li rridu, inkella nkunu qed nidħku bina nfusna u npoġġu lin-nies tagħna f’periklu serju. Matul dawn is-snin li ili mal-banda tagħna - li birraġun inħossni daqs wieħed minn dawk stess li waqqfu l-banda - nara li din is-Soċjetà għamlet affarijiet kbar. Nista’ nirrakkonta ħafna partijiet mill-istorja ta’ din isSoċjetà. Naħseb li kont diġà għidtielkom l-istorja li oriġinarjament fis-sena 1989 jien kont ġejt avviċinat biex inkun is-surmast ta’ wara Mro. Frank Galea tal-banda l-oħra, il-Banda San Pietru fil-Ktajjen. Sa dakinhar ma kienx għad hemm il-ħsieb li tinħoloq banda ġdida. Peress li kont u bqajt sal-aħħar nett, sal-funeral tiegħu stess, ħabib kbir ta’ Mro. Galea ma xtaqtx li nieħu din ilkariga, imma meta mbagħad l-istess nies li avviċinawni qaluli li kienu se jwaqqfu banda ġdida aċċettajt minnufih, għax kienet offerta mhux biss ġeneruża, imma li tkun l-ewwel surmast ta’ banda hija xi ħaġa ta’ prestiġju wkoll. F’dawn is-snin kollha għallimt diversi tfal u żgħażagħ minn Birżebbuġa. Li kieku dawn it-tfal baqgħu bandisti mas-Soċjetà tagħna, kieku llum lanqas biss ikollna bżonn nistiednu mużiċisti barranin mal-banda tagħna. Nixtieq li l-Kumitat Ċentrali jaħdem fuqha din. Irridu naraw kif se nżommu lill-mużiċisti tagħna, magħna. Naf li llum saret diffiċli għal kulħadd u t-tfal tagħna qed ikollhom jieħdu deċiżjonijiet ibsin sabiex ilaħħqu malħajja tagħhom, imma xorta nixtieq li ssir xi ħaġa fuqha din. Ma nemminx lanqas li għandna nagħtu biss tort lill-kwalità tal-ħajja tal-lum. Nemmen bis-sħiħ li l-Kumitat għandu jkollu r-responsabbiltà li jħares lejn il-mużiċisti lokali bħala membri speċjali ħafna tas-Soċjetà tagħna, aktar millmembri l-oħra. Soċjetà mingħajr bandisti tal-post hija sempliċiment għaqda tal-festa, dawk li fl-antik konna nsibuhom bħala ‘Circolo’. L-uniku mezz li bih ilkumitati jistgħu jagħmlu dan huwa li jistaqsu ta’ spiss dwar l-andament tal-banda u jġonġu t-trufijiet aktar milli joqogħdu bilqiegħda fuq is-sedja tal-ġudikatur. Sakemm il-kumitati ċentrali tal-baned se jkomplu jaġevolaw lid-dilettanti tal-festa imma jgħoddsu ’l isfel

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 31 – Festa 2020


30 sena Benniena Mużikali lill-mużiċisti tagħhom, hekk bħallikieku dawk qegħdin hemm sempliċiment biex jiġu jdoqqulna erba’ marċi, l-affarijiet mhumiex se jimxu. Illum ma fadalx skjavi. Ilu li spiċċa żmienhom. Forsi tgħiduli ‘għax m’għandniex ħin biżżejjed biex naqbdu ma’ kull tarf’. Hi x’inhi r-raġuni rridu naraw kif il-ħin għall-mistoqsijiet u d-diskussjoni dwar il-banda nsibuh akkost ta’ kollox. Matul dawn is-snin kollha li ili ndoqq u nieħu sehem mal-baned innutajt li aktar ma beda jgħaddi ż-żmien, il-kumitati ċentrali aktar bdew jerħu minn idejhom ix-xogħol tal-banda u jiddelegawh lil xi sotto-kumitat. Filwaqt li huwa tajjeb li tiddelega, li tinħall mill-irbit tal-banda u tindirizza biss kwistjonijiet ta’ flus u ta’ ħlasijiet ma naħsibx li hija t-triq li se twassalna għas-suċċess. Min-naħa l-oħra kull soċjetà trid tagħti widen bis-serjetà lil dawk li jafu joffru parir siewi fuq ilmużika u l-banda. Jekk inħares lejn dawn it-tletin sena nara ħafna suċċessi: minn safriet mużikali; minn programmi kbar li għamilna f’diversi teatri u knejjes prestiġjużi; mirrebħ tax-Shield tal-Gara Mużikali mnedija mill-Għaqda Każini tal-Banda u nkompli sejjer mingħajr ma nispiċċa. Għamilna tassew affarijiet kbar. Ta’ min jirringrazzja wkoll lil diversi benefatturi li rregalaw minn buthom mużika ta’ ċertu livell artistiku, sa innijiet miktuba apposta u esklussivament għallbanda tagħna minn kompożituri magħrufa bħal Ray Sciberras u l-mibki Profs. Joseph Vella. Minn hawn nirringrazzja lil Josef Schembri li rregala bosta siltiet għall-użu esklussiv tal-banda tagħna. Meta mmur lura fil-memorja u niftakar fil-programm il-kbir li konna għamilna fl-awditorjum tal-Università ta’ Malta fis-sena 2000, f’għeluq l-ewwel deċenju mit-twaqqif tas-Soċjetà u niftakar f’dik l-ewwel darba li daqqejna l-Innu l-Kbir ‘Tu Es Petrus’ tal-kompożitur, issa wkoll Surmast Onorarju tagħna, Mro. Raymond Sciberras, id-dmugħ jaqbiżli. L-istess emozzjoni tgħaddi minn ġo fija meta niftakar illi l-ewwel akkademja mużikali uffiċjali bħala banda għamilnieha xejn inqas fil-Bażilika ta’ San Pietro in Vincoli fil-Belt Eterna ta’ Ruma meta fl-2010 konna għamilna ġita mużikali f’Ruma u fil-Vatikan fl-okkażjoni tat-tieni deċenju mit-twaqqif tal-Banda Birżebbuġa. Xi ngħidu għall-Udjenza li kellna dakinhar mal-Papa Benedittu XVI u daqqejna għalih, tant li issa qed naraw xi baned li wara tant snin qed jagħmlu l-istess bħalna? Kif nista’ ma nsemmix il-programm illi għamilna filKatidral Metropolitan tal-Imdina meta fi Frar 2018 fost tant mużika oriġinali għaddejna s-Sinfonia Nru. 1 ta’ Franco Cesarini ‘The Archangels’ bi prestazzjoni millaqwa? Ma’ din il-kullana jiżdied il-programm sabiħ illi tellajna s-sena li għaddiet fil-Pro Katidral tal-Anglikani fejn daqqejna fost oħrajn l-Overture diffiċilissima Romeo & Juliet ta’ Tchaikowsky? M’aħniex se nieqfu hawn! Diġà għandna preparat il-programm illi jmiss u dan se jerġa’ jkun kapitlu ieħor miktub b’ittri kbar tad-deheb fl-istorja glorjuża ta’ din is-soċjetà? Fil-programm li jmiss, fil-fatt se nkunu qed nagħtu lin-nies ta’ Birżebbuġa, segwaċi tagħna

u devoti ta’ San Pietru Appostlu, Oratorju mużikali ta’ livell mużikali ta’ kalibru għoli immens, xi ħaġa unika u karatteristika ta’ soċjetajiet mużikali kbar u stabbiliti. Dan konna se ntellgħuh f’Novembru biex b’hekk nagħlqu ċ-ċelebrazzjonijiet tat-30 sena anniversarju, imma minħabba l-pandemija dan se jkollna nipposponuh. Nagħti parir lill-membri tagħna biex ma jitilfux din l-okkażjoni li jiġu u jisimgħuh. Din se tkun okkażjoni ta’ darba għax biex ittella’ xogħol bħal dan trid ħafna flus u biex inkunu nistgħu nerġgħu ntellgħuh iridu jgħaddu s-snin. Għalhekk meta s-Soċjetà ssejħilkom biex tattendu, araw illi taċċettaw u tiġu. Mhux se jkollkom ċans ieħor li tisimgħuh! Barra minn dan il-proġett kellna wkoll affarijiet oħra ta’ kalibru għoli bil-lest. Ċert li dawn se nkunu qed nagħmluhom mal-ewwel okkażjoni li tiġina. Jien naf li bħalissa s-Soċjetà għaddejja minn xogħol ta’ ristrutturar tas-sede u dan biex tkompli ulterjorament issaħħaħ l-assi tagħha. Naf li x-xogħol qed jaqa’ f’idejn volontiera ħawtiela u jimla bi ħsibijiet kbar lill-membri tal-Kumitat Ċentrali, imma fejn tidħol il-banda nitlob ftit iktar sforz. M’iniex qed nirreferi għal xi affarijiet kbar. Jien nemmen illi bi ftit aktar sforz u awto-dixxiplina nkunu nistgħu nġibu aktar riżultati għall-banda tagħna. M’iniex qed nitkellem fuq proġetti kbar li jiswew il-flus, imma fuq ideat u politika ta’ tmexxija. Għaqli hu min jieħu l-parir ta’ min għandu għal qalbu s-suġġett. Il-konsultazzjoni mas-Surmast Direttur hija mhux biss essenzjali imma kważi mandatorja. Jien naħseb li s-soċjetà - inkluż tagħna - quddiemha għandha diversi sfidi, speċjalment fejn jidħol it-tagħlim, l-allievi u l-bandisti. Irridu naqraw is-sinjali taż-żmien u naraw x’hemm bżonn isir għallmużiċisti lokali tagħna u għall-iskola tal-mużika tagħna. Is-Soċjetà trid tistabilixxi relazzjoni iktar soda malbandisti tal-post tagħna. Barra minn hekk hemm bżonn ukoll illi ċerti affarijiet jittieħdu aktar bis-serjetà għallinteress tal-banda. X’inhu l-iskop li jinħolqu kanzunetti bi ħsejjes artifiċjali bbażati fuq melodiji li suppost nisimgħuhom bil-ħoss tal-banda? X’inhu l-iskop li mmexxu dawn il-kanzunetti u mbagħad ma nagħmlux recording tal-marċi bil-banda? Dan qed ngħidu lillbaned kollha ta’ Malta! Taħsbu li qed isir sew? Ma taħsbux li minħabba f’hekk qed noqtlu l-mużika li suppost nipproduċu? Wara tletin sena li ili Surmast Direttur naħseb illi ċerti problemi rnexxielna nsolvuhom, imma mbagħad ħloqna oħrajn ġodda, ġibniehom b’idejna stess, meta stajna naħdmu iktar sabiex naraw tkattir mużikali. Illum is-soċjetà tagħna hija rispettata ħafna malbaned ta’ Malta kollha. Għad fadlilna ħafna x’nagħmlu. Bil-proġetti infrastrutturali li għamlet is-Soċjetà matul dawn is-snin nistgħu ngħidu li għandna futur mill-aqwa quddiemna. Dan is-suċċess irid dejjem jissarraf fil-mużika. Mhux li aħna ninqdew bil-mużika għall-iskopijiet ta’ rasna, imma li noffru r-riżorsi kollha possibbli biex il-banda u l-bandisti tagħna jagħtuna mużika li tagħmlilna unur.

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990

Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 31 – Festa 2020

25


26


164, Birżebbuġa Road, Birżebbuġa T: 2165 0810 • M: 9947 8708 • E: patrickcellars@euroweb.net.mt www.patrickcellars.com

Delivery in the evenings Gluten Free Food available

St. George’s Bay, Birżebbuġa Tel: 2165 3422  •  Mob: 7928 4321 27


Stefan Zrinzo Azzopardi

Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej

Nawgura l-festa t-tajba lil kulħadd.

79681171 4, Triq it-Taħħan, iż-Żurrieq 40, Triq il-Brolli, Birżebbuġa

28


30 sena Benniena Mużikali

Is-Soċjetà Filarmonika San Pietru tkompli tibbenefika minn diversi fondi Andy Mifsud

Mill-festa tas-sena 2019 sal-lum, is-Soċjetà bbenefikat minn diversi fondi Ewropej u fondi oħra sabiex inkomplu naħdmu u nsaħħu s-Soċjetà u dak li tagħmel għall-membri, studenti tagħha u l-komunità.

LEADER Programme ● Gal Xlokk - Measure 2: Strengthening a healthy cultural identity [Making our premises more inclusive and accessible to everyone] Kif ħabbarna s-sena l-oħra, is-Soċjetà bbenefikat minn fondi Ewropej taħt l-iskema Gal Xlokk li permezz tagħhom din is-sena ġie installat lift fil-binja tas-Soċjetà biex b’hekk kulħadd jista’ jaċċessa faċilment kull sular tal-każin. Dan jgħin biex kulħadd ikun jista’ jattendi bla tbatija għal diversi laqgħat u attivitajiet li norganizzaw fis-sala prinċipali kif ukoll fuq il-bejt, u speċjalment għal dawk il-persuni b’xi diżabilità biex ikunu jistgħu jattendu bla problemi għal-lezzjonijiet tal-mużika. ● Gal Xlokk - Measure 1: Restoration of assets of artistic and cultural value [Restoring cultural heritage artifacts in Birżebbuġa] Permezz ta’ dawn il-fondi Ewropej taħt l-iskema Gal Xlokk, is-Soċjetà rrestawrat l-istatwa artistika tal-Irxoxt li nħadmet fl-1999, u aktar tard din is-sena ser tkun qed tieħu l-istatwa artistika ta’ San Pietru li nħadmet fl-1991 biex tiġi restawrata wkoll. Dawn iż-żewġ statwi nħadmu mill-Kavallier Alfred Camilleri Cauchi u jiġu restawrati minn Aaron Camilleri Cauchi. Sfortunatament minħabba s-sitwazzjoni tal-pandemija, l-istatwa tal-Irxoxt ma ħarġitx din is-sena, għalhekk nistennew sas-sena d-dieħla u b’hekk inkunu nistgħu ngawdu ż-żewġ statwi propjetà tas-Soċjetà restawrati hekk kif dawn ser isibu posthom f’niċeċ ġodda fis-sular ta’ isfel. ● Gal Xlokk - Measure 2: Strengthening a healthy cultural identity [More space for better performance] Permezz ta’ dawn il-fondi Ewropej taħt l-iskema Gal Xlokk, is-Soċjetà ser tkun qed twaqqa’ maħżen żgħir illi għandha fuq wara tal-propjetà u tibni maħżen akbar biex jiżdied l-ispazju fejn naħżnu l-oġġetti kollha b’mod aktar sigur.

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990

Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 31 – Festa 2020

29


30


31

2180 2000

www.owenbonnici.com


30 sena Benniena Mużikali

Call Marco Bugeja 320X, Luqa Industrial Estate, Luqa Tel: 2166 1149 • Fax: 2166 2321 • Mob: 9947 2196 Email: automax@maltanet.net • Website: www.automaxmalta.com

For a professionally executed job in Panel Beating • Spray Painting & Baking Spot welding Insurance approved • Chassis Alignment www.automaxmalta.com

32

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 31 – Festa 2020


30 sena Benniena Mużikali ● Gal Xlokk - Measure 3: Promotion of the Cultural Heritage [Documenting our history] Permezz ta’ dawn il-fondi Ewropej taħt l-iskema Gal Xlokk, is-Soċjetà ser tkun qed tikteb l-istorja tal-każin mittwaqqif tagħha sal-lum u tiġi ppubblikata fi ktieb sabiex ikollna l-istorja dettaljata, affidabbli u preċiża tal-ġrajjiet kollha li seħħew sabiex twaqqfet is-Soċjetà u dak kollu li ġara matul is-snin sabiex wasalna sal-lum. Dan ser isir b’riċerka intensiva fuq il-minuti tal-laqgħat tal-kumitat u s-sezzjonijiet, kotba tal-festa u permezz ta’ intervisti varji mal-membri tas-Soċjetà li kienu involuti matul is-snin. Dan il-ktieb se jkun il-punt ta’ referenza għal ġenerazzjonijiet futuri u għal dawk kollha li jixtiequ jkunu jafu aktar dwar il-każin tal-banda tagħna. Illum il-ġurnata, is-Soċjetà Filarmonika San Pietru ta’ Birżebbuġa hija mudell ta’ kif taħdem organizzazzjoni volontarja. Aħna nagħmlu l-almu tagħna biex nippromwovu l-mużika u l-kultura mhux biss f’Birżebbuġa, imma fil-gżejjer Maltin kollha. NGO Co-Financing Fund [Making our premises more inclusive] Dan il-fond huwa maħsub biex jgħin lillNGOs, bħas-Soċjetà tagħna, li huma kapaċi jwettqu proġetti u dak kollu meħtieġ biex isir iżda mhux neċessarjament mgħammra biex jindirizzaw it-talba finanzjarja meħtieġa kif tkun stipulata taħt il-Programm ta’ Finanzjament li wieħed ikun applika għaliha. B’hekk permezz ta’ dan il-fond is-Soċjetà kellha l-għajnuna finanzjarja meħtieġa biex tkopri l-infiq totali tal-proġett tal-lift tal-każin li sar permezz tal-fond Gal Xlokk. National Lotteries Good Causes Fund [Finishing works for the club’s extension] Fl-2016 is-Soċjetà xtrat il-propjetà f’Misraħ il-Knisja u ftit wara beda x-xogħol neċessarju biex ngħaqqdu din il-propjetà mal-binja tal-każin. Bl-għajnuna ta’ dan il-fond sar bosta xogħol fil-madwar tat-taraġ il-ġdid ta’ din il-propjetà, fosthom ilkisi tal-ħitan, il-madum tat-taraġ u l-madum tal-madwar kif ukoll inxtraw xi twieqi u bibien għal din il-binja. It-Taħriġ Mużikali taż-Żgħażagħ fil-Każini tal-Banda [Inkomplu nghallmu l-importanza tal-perkussjoni] Wara s-suċċess li kellna s-sena l-oħra mill-fondi tal-Aġenzija Żgħażagħ biex insaħħu t-tagħlim talperkussjoni specjalment fuq it-Timpani, din is-sena s-Soċjetà bbenefikat minn fondi tal-istess Aġenzija Żgħażagħ biex inkomplu nħarrġu u nsaħħu t-tagħlim liżżgħażagħ fuq strumenti oħra tal-perkussjoni hekk kif kull strument għandu l-importanza tiegħu. B’dawn il-fondi ġew ordnati ‘Concert Bass Drum’, ‘Concert Cymbals’ bl-istand, ‘Suspended Cymbal’, ‘Bongos’, kif ukoll ‘Finger Cymbals’. Lezzjonijiet fuq dawn l-istrumenti isiru mis-Surmast Direttur Mro. Michael Bugelli fuq kotba li diġà nxtraw is-sena l-oħra taħt dan l-istess fond. ● [Nibdew naraw il-kapaċitajiet tal-mużiċisti tagħna] Parti oħra mill-istess fond tal-Aġenzija Żgħażagħ hija l-ħidma flimkien mas-Soċjetà Filarmonika Marija Mtellgħa s-Sema tal-Imġarr. Din is-sena hija l-ħames sena li qed nagħmlu dan il-proġett flimkien, fejn ir-riżultat jidher sew, hekk kif qegħdin nużaw ir-riżorsi ta’ xulxin biex inkunu nistgħu faċilment insaħħu l-iskejjel tal-mużika tagħna. Dan rajnieh fil-kunċert illi tellajna fi Frar li għadda fis-Sala tal-Iskola Primarja ta’ Birżebbuġa fejn diversi mużiċisti tagħna kellhom l-opportunità li jdoqqu parti solista b’mużika li nxtrat permezz ta’ dan ilfond. Dawn il-mużiċisti qattgħu diversi ġimgħat jistudjaw il-parti mużikali flimkien mas-surmast u b’hekk kellhom din l-opportunità li jdoqqu l-partijiet solisti huma fil-programm. Programm simili għandu jsir aktar tard din is-sena flImġarr b’mużicisti tal-istess soċjetà jdoqqu l-parti solista hekk kif jgħaddi dan il-perjodu ta’ restrizzjonijiet minħabba l-pandemija.

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990

Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 31 – Festa 2020

33


Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur

Il-Festa t-tajba lill-Birżebbuġin fl-okkażjoni tal-festa ta' San Pietru.

info@juliafarrugia.com

Mob. 7999 9936

34


• Core drilling • Tunnel bit holes

• Crane & Lifting Specialists • Skips Hire & Scrap Dealers • 24 Hour Towing & Lifting Services • Second hand parts for all types of cars and vehicles

• Soil Drilling • Earth Electrodes • Rock Bolting/ reinforcement • Micro pinning • Shotcret

Tal-Barrani Road, Żejtun ZTN 9023 Tel: 2169 7766 • Fax: 2166 1449 Mob: 9949 4545, 9949 2829 e-mail: rocago@maltanet.net

Rudi Ebejer Mob: 7965 3336 Tel: 2165 3356 E-mail: rudiebejer@hotmail.com www.melitaservices.com

Directors: V. Micallef & Sons

73, Pretty Bay, Birżebbuġa Tel: 2767 77 77 Mob: 9966 1254 FRESH FRUIT & VEGETABLES

Mon - Sun 5.00am - Till late

FREE DELIVERY 7777 4707

Mariners Snackbar-Pizzeria-Takeaway

35


30 sena Benniena Mużikali

Voluntary Organisations Project Scheme [Improving our premises for everyone] Fis-sede tagħna, apparti ħafna attivitajiet ta’ fund raising, fuq bażi regolari isir tagħlim ta’ mużika, diversi kunċerti, provi ta’ żfin, drama, attivitajiet għall-anzjani u laqgħat tal-amministrazzjoni. Permezz ta’ din l-iskema tal-Voluntary Organisations Project Scheme amministrata mill-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat f’isem il-Ministeru għal-Edukazzjoni u l-Impjiegi, ser jiġi installat air condition fis-sala prinċipali, fis-sala tal-kunċerti, fil-kmamar amministrattivi kif ukoll fil-klassi tat-teorija sabiex dawn l-attivitajiet ikunu jistgħu jibqgħu għaddejjin is-sena kollha bl-aktar mod komdu speċjalment fil-ġranet sħan tassajf. Barra minn hekk, permezz ta’ din l-iskema ser issir rampa biex b’hekk il-propjetà tkun aċċessibbli minn persuni b’diżabilità, kif ukoll ser tinxtara għamara ġdida u ssir ċerta manutenzjoni meħtieġa biex insebbħu l-każin. Dan il-proġett ġie ffinanzjat permezz taI-Voluntary Organisations Project Scheme amministrat mill-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat f’isem il-Ministeru għallEdukazzjoni u l-Impjiegi. Din il-pubblikazzjoni/Dan il-proġett t/jirrifletti biss il-veduti u l-ħsibijiet tal-pubblikaturi/ awturi, u l-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat ma jistgħux jinżammu responsabbli għall-kontenut jew għallużu li jista’ jsir minn dan l-istess kontenut. Fond għall-Edukazzjoni u x-xiri ta’ Strument Mużikali Is-sena l-oħra, il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, permezz tal-Kunsill Malti għall-Arti b’kollaborazzjoni mal-Għaqda Każini tal-Banda nedew fond li hu immirat għax-xiri ta’ strumenti mużikali għas-soċjetajiet tal-baned Maltin. Il-lista ta’ strumenti eliġibbli taħt din l-iskema kienu l-Piccolo, Oboe, Cor Anglais, Bass Clarinet, Bassoon, Baritone Saxophone, E Flat Trumpet, Flugelhorn, Bass Trombone u d-Double Bass. Permezz ta’ dan il-fond is- S o ċ j e t à ser tkun qed tixtri l-ewwel Baritone Sax tagħha li ser ikun qed jiġi mgħallem lil mużiċista tasSoċjetà permezz ta’ lezzjonijiet minn għalliem speċjalizzat fuq l-istrumenti tas-Saxophones. Ngħinu Finanzjarjament lis-Soċjetajiet tal-Banda [Ngħollu l-livell mużikali] Bl-għajnuna ta’ din l-iskema, li hi parti mill-Programm ta’ Kollaborazzjoni u Tisħiħ Implimentattiv, amministrata mill-Għaqda Każini tal-Banda bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Malti għall-Arti fi ħdan l-istess Ministeru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali, is-Soċjetà kkummissjonat Oratorju, li ser jiġi esegwit mill-banda tagħna taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Michael Bugelli, dejjem jekk ma jinqala’ xejn, sal-aħħar ta’ din is-sena fil-Katidral Metropolitan tal-Imdina. Oratorju huwa xogħol maġġuri ta’ natura mużikali, li jinvolvi l-parteċipazzjoni tal-kor, solisti u orkestra. Tradizzjonalment, il-bażi għall-plott ta’ dan il-ġeneru huma t-testi bibliċi, u kif kien xieraq dan l-Oratorju nkiteb kollu dwar il-ħajja tal-Patrun tagħna, San Pietru Appostlu. B’hekk ikkuntattjajna lill-kompożitur Malti Ray Sciberras għall-mużika kif ukoll lis-Sur Sebastian Saliba biex jikteb il-lirika hekk kif dawn għamlu bosta xogħlijiet u oratorji sbieħ lill-baned Maltin u bla dubju kien xieraq li aħna nitkellmu magħhom biex jagħmlulna dan ix-xoghol daqshekk impenjattiv u deskrittiv. Din il-kompożizzjoni ser tkompli tgħin lill-bandisti tagħna jkabbru l-livell mużikali tagħhom u bla dubju ser tkun miżmuma b’għożża kbira fl-arkivju tas-soċjetà tagħna u tkun ta’ għożża kbira f’dik li hi propjetà tas-Soċjetà. Soċjetà mużikali tkun meqjusa bħala soċjetà rikka skont kemm ikollha mużika unika li żżid l-identità tagħha. Għalhekk ħsibna biex permezz ta’ din l-iskema, din is-sena ninvestu fi proġett ta’ dan il-livell għax nemmnu li l-mużika għandha tibqa’ l-iktar ħaġa importanti f’kull soċjetà mużikali. Skema għall-Promozzjoni ta’ Sorsi ta’ Enerġija Rinnovabbli għal Organizzazzjonijiet Volontarji Permezz ta’ din l-iskema li tnediet is-sena l-oħra għall-organizzazzjonijiet volontarji mill-Gvern, is-Soċjetà ser tkun qed tinstalla tnax-il pannella fotovoltajika fuq il-bejt tal-każin biex b’hekk inkunu qegħdin inħarsu lejn enerġija aktar nadifa u sostenibbli, filwaqt illi nkomplu niffrankaw mill-ispejjeż li s-Soċjetà għandha.

36

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 31 – Festa 2020


30 sena Benniena Mużikali Fond għall-Kawżi Ġusti - Skema Covid-19 Każini tal-Banda Hekk kif minħabba l-pandemija ngħalqu l-każini tal-banda u b’hekk id-dħul finanzjarju tas-soċjetajiet mużikali naqas, permezz tal-Għaqda Każini tal-Banda, il-Gvern nieda l-iskema Covid-19 Każini tal-Banda sabiex tingħata għajnuna lis-soċjetajiet mużikali f’dak li kien żmien diffiċli biex jittaffa ftit l-impatt finanzjarju li l-pandemija ħolqot. F’din l-iskema l-Gvern ħareġ somma li tqassmet lis-soċjetajiet mużikali b’mod ugwali. Dan sar b’rikonoxximent għall-impenn soċjokulturali li s-soċjetajiet bħal tagħna jagħtu lejn is-soċjetà Maltija. Achievers scheme [Presenting our reforms to our Italian musical partners] Achievers hija inizjattiva ta’ finanzjament imnedija mis-Segretarjat Parlamentari għar-Riformi, Ċittadinanza, u Simplifikazzjoni tal-Proċessi Amministrattivi fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru immirata għall-Kunsilli Lokali, Kunsilli Reġjonali, u Organizzazzjonijiet Volontarji. L-għan ta’ din l-inizjattiva hija li jinkoraġġixxi liż-żgħażagħ joħolqu u jimplimentaw proġetti li fil-qalba tagħhom hemm il-komunità u li jqarrbu żgħażagħ oħra lejn dixxiplini differenti bħal sports, arti, mużika jew kultura li tkun ’il bogħod mill-vizzji. Hawn is-Soċjetà ħadet il-fondi biex tagħmel proġett biex il-mużicisti żgħażagħ tas-soċjetà tagħna jiġu infurmati bir-riformi dwar il-cannabis u dwar il-vizzju ikrah tad-droga, jaħdmu flimkien biex jippreżentaw preżentazzjoni lil sħabna mużiċisti tal-banda Associazione Musicale Culturale Nicola Cassano filwaqt li flimkien magħhom immoru Ruvo di Puglia u ntellgħu programm mużikali flimkien. B’dan il-mezz, liż-żgħażagħ tagħna nkunu qed inżommuhom ’il bogħod mid-droga u vizzji oħra filwaqt illi jibbenefikaw minn safra fl-Italja bi skambju u esperjenzi ġodda. Sfortunatament minħabba l-pandemija ċerti attivitajiet relatati ma’ dawn il-proġetti kellhom jiġu posposti għal aktar tard din is-sena jew il-bidu tas-sena d-dieħla biex b’hekk nibżgħu għas-saħħa ta’ kulħadd.

Il-Kumitat jixtieq jirringrazzja lil dawk kollha li b’xi mod jew ieħor għenu biex isiru dawn il-proġetti kif ukoll lil dawk illi għenu biex napplikaw għal dawn il-fondi; lill-President tas-Soċjetà Alexander Caruana, lis-Segretarju Ġenerali Henry Bonnici, lill-Kaxxier Walter Pace, lill-Viċi President u Assistent Kaxxier Andy Mifsud u lil Godwin Borg tal-għajnuna tiegħu.

MANUEL GARAGE Panel Beating Spray Painting Towing Service Żejtun Road, Birżebbuġa Tel: 2166 0167 - Mob: 9947 3095 Email: manuelgarage18@gmail.com Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990

Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 31 – Festa 2020

37


30 sena Benniena Mużikali

Il-Programm tal-Festa Is-Sibt 25 ta’ Lulju 2020 Birżebbuġa – dan ir-raħal sabiħ 8.30pm: Attività organizzata mill-parroċċa fuq iz-zuntier tal-knisja dwar ir-raħal ta’ Birżebbuġa bissehem anke ta’ membri mis-Soċjetà Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa. Tixxandar ukoll b’mod dirett fuq facebook tal-parroċċa

Il-Ħadd 26 ta’ Lulju 2020

10.00am: Green Gathering fil-każin. 8.00pm: quddiesa u attività għaż-żgħażagħ fuq iz-zuntier

It-Tnejn 27 ta’ Lulju 2020

7.30pm: il-Musical Inti Pietru fuq il-paġna ta’ facebook tal-parroċċa

L-Erbgħa 29 ta’ Lulju 2020

6.30pm: fil-Knisja Parrokkjali ssir quddiesa b’suffraġju għal dawk illi mietu matul ix-xhur meta minħabba l-pandemija ma setgħetx issir quddiesa ta’ funeral. 8.30pm: attività fil-każin. Tieħu sehem il-Banda Birżebbuġa b’daqq ta’ marċi brijużi.

Il-Ħamis 30 ta’ Lulju 2020

7.00pm: quddiesa u attività fuq iz-zuntier tal-knisja. Mistiedna b’mod speċjali l-għalliema, il-ġenituri u l-istudenti. 8.00pm: BBQ fi Triq Birżebbuġa quddiem il-każin. Aħsbu kmieni għall-biljetti! Nattendu ħalli nieħdu gost flimkien f’atmosfera festiva.

Il-Ġimgħa 31 ta’ Lulju 2020

5.00pm: L-istatwa ta’ San Pietru propjetà tas-Soċjetà Filarmonika San Pietru titlaq minn Birżebbuġa fi triqitha lejn il-Belt Valletta. 6.15pm: L-istatwa titgħabba fuq lanċa u toħroġ mill-Port il-Kbir fi triqitha lejn il-Port ta’ Marsaxlokk. Tasal għall-ħabta tat-8.00pm akkumpanjata minn diversi opri tal-baħar u banda żgħira li ddoqq innijiet u marċi brijużi minn fuq lanċa oħra. Numru ta’ volontiera ser ikunu wkoll qegħdin jiġbru donazzjonijiet b’risq il-Malta Community Chest Fund u jingħataw lill-President tar-Repubblika, l-E.T. George Vella. 7.00pm: Velja ta’ Talb fil-Knisja Parrokkjali li matulha jiġu inawgurati l-Altar-Mejda, l-Ambone u s-Sedja tal-irħam. 8.30pm: Il-Banda Birżebbuġa, akkumpanjata bl-istatwa ta’ San Pietru Appostlu (1991) tibda l-marċ tradizzjonali mill-Bajja s-Sabiħa, Triq Birzebbuġa, Misraħ il-Knisja, Triq iż-Żurrieq, Triq ilProfs Anton Tabone, il-Bajja s-Sabiħa, Triq Birżebbuġa u jintemm f’Misraħ il-Knisja. Wara l-marċ inkomplu niċċelebraw fil-każin ma’ DJ Ryan.

Is-Sibt 1 ta’ Awwissu 2020: Is-Solennità ta’ San Pietru Appostlu fil-Ktajjen 6.15pm: Wasla ta’ Monsinjur Arċisqof Charles J. Scicluna fil-Knisja Parrokkjali. 38

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 31 – Festa 2020


30 sena Benniena Mużikali 6.30pm: Pontifikal Solenni mmexxi mill-Arċisqof ta’ Malta, Monsinjur Charles J. Scicluna li matulu jiġi kkonsagrat l-Altar-Mejda u jitbierku l-Ambone u s-Sedja tal-irħam. 9.00pm: Il-Banda Birżebbuġa tas-Soċjetà Filarmonika San Pietru flimkien mal-banda tal-Għaqda Mużikali San Pietru fil-Ktajjen jingħaqdu f’banda waħda u jibdew marċ minn Misraħ il-Knisja, Triq Santa Katarina, Triq il-Knisja, il-Bajja s-Sabiħa, Triq Birżebbuġa u jintemm f’Misraħ ilKnisja. 11.00pm: Esebizzjoni ta’ Nar tal-Art Mekkanizzat maħdum mill-Għaqda tan-Nar 22 ta’ Frar f’Misraħ il-Knisja.

Il-Ħadd 2 ta’ Awwissu 2020 Jum il-Festa Titulari ta’ San Pietru Appostlu 11.00am: Daqq ta’ Mari Brijużi fil-każin bis-sehem tal-Banda Birżebbuġa u wara Green Party kbir bissehem tal-aqwa DJs popolari Maltin. 6.00pm: Konċelebrazzjoni Solenni tal-festa titulari li fiha ssir l-Omelija fuq il-qaddis maħbub tagħna, San Pietru Appostlu. Fi tmiem il-quddiesa titkanta l-antifona Solve Jubente Deo (2016) kompożizzjoni ta’ Mro. Ray Sciberras. 7.30pm: Pellegrinaġġ bl-istatwa titulari u r-relikwija ta’ San Pietru Appostlu. Jieħdu sehem il-fratelli, l-abbatini, il-kleru tal-parroċċa kif ukoll iż-żewġ baned lokali li jesegwixxu innijiet u marċi proċessjonali. Kif jixraq, l-Għaqda tan-Nar 22 ta’ Frar issellem lill-qaddis patrun tagħna b’diversi settijiet ta’ murtali u murtaletti waqt il-Pellegrinaġġ. Ir-rotta tal-Pelleginaġġ tkun Misraħ il-Knisja, Triq Birżebbuġa, Triq San Mikiel, Triq San Pawl, Il-Bajja s-Sabiħa, Triq Birżebbuġa, Misraħ il-Knisja. 9.30pm: Dħul tal-Pellegrinaġġ lura fil-Knisja Parrokkjali fost l-entużjażmu tal-poplu ta’ Birżebbuġa. Titkanta l-Antifona u tingħata l-Barka Sagramentali.

It-Tnejn 3 ta’ Awwissu 2020 Ix-Xalata Tradizzjonali 8.00pm: Niltaqgħu ħdejn Għar Dalam ħalli nagħmlu daħla brijuża fir-raħal. Ningħaqdu flimkien ħalli ntemmu l-festa flimkien u nirringrazzjaw lill-poplu ta’ Birżebbuġa u lill-villeġġanti talappoġġ tagħhom filwaqt illi nagħmlu kuraġġ lil xulxin fit-triq twila, ta’ sena li jekk Alla jrid twassalna sabiex niċċelebraw festi ikbar u isbaħ lill-Appostlu Missierna San Pietru, il-patrun ta’ Birżebbuġa u tas-Soċjetà li ġġib ismu. • • • • •

L-animazzjoni liturġika Lejlet u Nhar il-Festa Titulari jsir mill-Kor Parrokkjali b’akkumpanjament mużikali taħt id-direzzjoni tal-Maestro di Cappella, Josette Polidano. Inħeġġu lil kulħadd sabiex minkejja li għandna festa ridotta u bl-ebda mod ma qed titqies bħala festa bħas-soltu, fil-jiem tal-festa ta’ San Pietru Appostlu nattendu bi ħġarna l-funzjonijiet liturġiċi u nakkumpanjaw lill-Banda Popolari Birżebbuġa fis-servizzi tagħha. Nappellaw sabiex nirregolaw ruħna mas-Sagramenti tal-Qrar u t-Tqarbin f’dawn il-jiem sbieħ tal-festa. Ejjew ningħaqdu iktar minn snin oħra madwar l-altar u madwar il-patrun tagħna biex nirringrazzjaw lil Alla l-Imbierek, Ommna Marija u lil San Pietru li waqfu magħna speċjalment f’din is-sena diffiċli. Fin-nuqqas ta’ bosta attivitajiet matul is-sena minħabba l-pandemija, kull donazzjoni tkun ferm apprezzata. Il-Kumitat Eżekuttiv jirriserva d-dritt illi dan il-programm jista’ jitbiddel mingħajr avviż prematur skont il-ħtieġa tal-Festa ta’ San Pietru Appostlu.

IL-FESTA T-TAJBA LILL-POPLU KOLLU TA’ BIRŻEBBUĠA

SAN PIETRU APPOSTLU ĦARISNA MINN KULL MARD U HEMM KIF DEJJEM INT GĦAMILT! Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990

Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 31 – Festa 2020

39


30 sena Benniena Mużikali

Ikellimna d-Delegat tal-Banda Peter Paul Caruana

Fid-dawl taċ-ċirkustanzi li ġew fuqna bla mistenni f’dawn l-aħħar xhur, nistgħu ngħidu li għall-ewwel darba fi tletin sena, il-vuċi tal-Banda Birżebbuġa, bħall-baned l-oħra kollha ta’ pajjiżna, inħanqet. L-impenji kollha ppjanati li kellha l-banda tagħna ma sarux. Kif ninsab konvint illi qrajtu diġà f’paġni oħra ta’ din il-pubblikazzjoni, din is-sena kienet xi ftit jew wisq iktar importanti u speċjali għalina l-partitarji minħabba t-tletin sena anniversarju (19902020) mit-twaqqif tas-Soċjetà. Ironikament, matul is-sena 2020 li fiha kellna ppjanati diversi attivitajiet u servizzi speċjali, l-ewwel servizz kellu jkun l-uniku wieħed s’issa! Dan kien ilprogramm Mill-Bandisti għall-Membri u sar fis-sala tal-Iskola Primarja ta’ Birżebbuġa nhar is-Sibt 29 ta’ Frar. Dan il-programm ilu jittella’ mis-sena 1996 u jsir bħala parti miċ-ċelebrazzjoni tal-festa tal-Kattedra ta’ San Pietru Appostlu li taħbat nhar it-22 ta’ Frar. Minbarra s-servizzi li issa saru parti integrali millkalendarju tagħna, il-popolarità tal-Banda Birżebbuġa

40

kompliet tikber, għax żewġ organizzaturi oħra tal-festi għoġobhom jikkuntattjawna sabiex inwettqu servizz mużikali fil-festa tagħhom. Kellna ppjanat illi ndoqqu fil-festa tal-Madonna tadDuttrina, illi ssir f’Lulju f’Ħal Tarxien kif ukoll għall-ewwel darba konna se naqsmu l-fliegu u f’Awwissu mmorru ndoqqu fil-festa ta’ Santa Marija, fiż-Żebbuġ, Għawdex. Nittamaw illi ma’ dawn il-postijiet u mal-postijiet l-oħra li qegħdin juru fiduċja fina, inkunu nistgħu nonorawhom bis-servizz mużikali tagħna fis-snin illi ġejjin. Minkejja li ninsabu diżappuntati anke minħabba n-nuqqas tal-festa titulari, madankollu m’għandu jkun xejn illi jaqtagħlna qalbna, u kemm jien kif ukoll sħabi l-bandisti u l-membri nħarsu ’l quddiem sabiex inkomplu b’ħidmietna sabiex immexxu l-banda ta’ Birżebbuġa dejjem ’il quddiem. Nittamaw illi dan iż-żmien ma jtulx wisq ħalli hekk kif jgħaddi kollox ingawdu iktar minn qatt qabel u niċċelebraw dan l-anniversarju. Inħallu f’idejn il-patrun tagħna, il-maħbub Appostlu San Pietru sabiex jieħu ħsiebna. Viva San Pietru!

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 31 – Festa 2020


30 sena Benniena Mużikali

Man-Noti tal-Banda Matthew Caruana

Membru tas-Sezzjoni Banda Birżebbuġa Għeżież Qarrejja Il-festa reġgħet waslet, u bħal kull sena, fl-Ewwel Ħadd t’Awwissu u l-ġimgħa li tippreċedih, aħna nagħtu ġieħ lil San Pietru Appostlu. Bħala Sezzjoni Banda Birżebbuġa dejjem ħdimna qagħtih sabiex inkunu nistgħu nwasslu l-mużika mhux biss ġewwa r-raħal tagħna, imma anki lilhinn. Kif kulħadd jaf, din is-sena ġabet diversi sfidi linnegozji, ħaddiema, kif ukoll lill-każini tal-baned madwar Malta u Għawdex. Il-programm ta’ Frar li s-soltu kien jiftaħ is-separju mużikali għas-soċjetà tagħna, din issena kien ifisser l-uniku programm illi sa meta dan ilktejjeb qed jiġi ppubblikat, stajna nagħmlu bħala soċjetà mużikali, minħabba li ftit wara faqqgħet il-pandemija f’pajjiżna. Sakemm wasalna sa dan il-programm, madankollu, il-Banda Birżebbuġa baqgħet għaddejja bil-ħidma tagħha. Hekk kif għaddiet il-festa ta’ San Pietru li fiha bħal dejjem ħriġna bl-unuri kollha fil-marċi u l-programm vokali u strumentali tal-Aħħar Jum ta’ Tridu, mill-ewwel middejna għonqna għall-ħidma u daqqejna fl-istess lejla b’żewġ baned differenti, fil-festa ta’ Santa Marija l-Qrendi u l-Gudja, f’Jum Birżebbuġa u kellna ndoqqu wkoll fil-festa ta’ Santu Wistin fil-Belt Valletta, servizz illi ma sarx minħabba li ġie kkanċellat mill-Provinċja Agostinjana Maltija. Fi żmien il-festi tal-Milied daqqejna mal-Banda San Pietru fil-Ktajjen fil-kunċert illi issa sar sinonimu ma’ dan iż-żmien, kunċert illi jittella’ f’wieħed mill-jiem tan-Novena fil-Knisja Parrokkjali u fl-attività Milied fil-Pjazza. Jumejn qabel il-Milied, quddiem sala ppakkjata bilmembri u l-partitarji orgnizzajna l-kunċert tal-Milied, kunċert illi fih rajna wkoll is-sehem tal-allievi tagħna li daqqew flimkien mal-Banda Birżebbuġa. F’dan isservizz rajna t-tmiem tal-karriera twila tal-Assistent Surmast Charles Wallace Suda li ddeċieda li jirtira. Ħadna l-opportunità sabiex nirringrazzjawh tas-servizz twil tiegħu lis-soċjetà u tħabbar illi postu ta’ Assistent Surmast Direttur se jkun qed jimtela minn Mro. Christopher Bonnici kif ukoll illi l-għalliem tal-istrumenti tal-qasba, inħatar Mro. Ludwig Noel Desira. Is-Soċjetà tinsab kburija wkoll illi investiet f’żewġ persuni minn Birżebbuġa, mużiċisti professjonali li huma mfittxijin diġà minn soċjetajiet mużikali oħra wkoll. Qegħdin nieħdu gost illi dawn il-persuni, minkejja li għadhom jibdew jaqdu l-kariga l-ġdida, mill-ewwel daħlu sabiex

ikomplu fejn ħalla Mro. Charles Wallace Suda u qegħdin jaħdmu id f’id mas-Surmast Direttur maħbub tas-soċjetà tagħna Mro. Michael Bugelli, illi nifirħulu u nirringrazzjawh tas-servizz twil u kontinwu li qed jagħti minn qalbu lil din is-soċjetà. Mro. Michael Bugelli huwa l-uniku Surmast Direttur illi kellna din is-soċjetà sa mittwaqqif tagħha, u għalhekk din is-sena, flimkien masSoċjetà qed jiċċelebra t-tletin anniversarju fit-tmexxija tal-Banda Birżebbuġa. Is-soċjetà tinsab kburija wkoll bis-suċċess ta’ wliedha. Bħala soċjetà, imma iktar u iktar bħala Sezzjoni Banda ħassejna qalbna tfur bil-kburija meta f’isem is-soċjetà tagħna, Karen Abela, Andrea Borg u Liam Desira ġabu marki brillanti fl-eżami tat-Teorija Mużikali li poġġew għalih. Karen Abela ġabet Grad 4, Liam Desira ġab Grad 3 u Andrea Borg ġab Grad 2. Fraħna wkoll meta l-Assistent Surmast Christopher Bonnici gradwa b’Associateship mil-London College of Music, hekk kif għamel il-kurunettista solista tagħna Francesco Barbara li gradwa b’Associateship mit-Trinty College of Music. Minkejja li x-xenarju tal-Coronavirus wassal ukoll għall-għeluq tal-bibien tas-soċjetà għal perjodu ta’ żmien, dan ma waqqafniex milli nużaw dan il-ħin biex inkomplu nsaħħu t-tagħlim qalb l-allievi u l-istudenti tagħna. Bħal kull skola oħra kellna nfittxu mezzi teknoloġiċi sabiex stajna nkomplu għaddejjin bittagħlim tat-teorija, illi ssokta għaddej b’mod kontinwu. Nirringrazzjaw lill-għalliem tat-Teorija kif ukoll lillistudenti li komplew għaddejjin bil-ħidma u addattaw għal din is-sistema l-ġdida fi żmien qasir. Kif jgħidu, il-kuraġġ huwa nofs il-fejqan u dak huwa l-għan tagħna bħala sezzjoni f’dan iż-żmien: li nagħmlu kuraġġ lill-membri u ’l-partitarji tagħna. Veru li din issena ma nistgħux nagħmlu l-marċi bħas-soltu imma nistgħu nużaw din l-opportunità biex nirriflettu fuq ilvaluri tal-patrun tagħna San Pietru Appostlu. Bħalma Pietru ġie meħlus mill-ħabs għax kellu l-fidi, aħna wkoll m’għandniex nitilfu l-fidi ħalli bħal Pietru ninħelsu minn dan il-perjodu diffiċli f’qasir żmien. Il-messaġġ tagħna f’dan iż-żmien huwa li nuru kemm għandna għal qalbna lill-patrun tagħna u naħdmu sabiex inżommu l-ispirtu festiv u reliġjuż ġewwa r-raħal tagħna. Huwa minnu li din hija festa f’normalità differenti mis-soltu imma dan ma jżommniex milli nżejnu d-djar tagħna, intellgħu l-arbli u l-bnadar u ndoqqu xi marċi biex inżommu l-ispirtu festiv u nagħtu qima xierqa lillpatrun tagħna.

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990

Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 31 – Festa 2020

41


18, Luqa Road, Qormi QRM 9073 Mob: 9949 0044, 9986 8411 Email: maquilina@isg.com.mt

WORKLOAD LIFTING SERVICES

Specialise in compact and silent lifting services including furniture, aluminium & gypsum boards

Best prices available Up to 12 storeys (37mts) High Max. Load 300kgs Charlton Mob: 9944 5177 Email: workload10@gmail.com

42


43


30 sena Benniena Mużikali

Armar u Anniversarju b’Differenza Benji Caruana

Kummissjoni Armar Estern Insellmilkom! Mill-ewwel, wara l-festa li għaddiet middejna għonqna għall-ħidma sabiex l-anniversarji ta’ din is-sena jkunu ċċelebrati b’mod xieraq. Minbarra t-30 anniversarju mittwaqqif tas-Soċjetà, l-2020 timmarka l-ħames snin minn meta l-Kummissjoni Armar Estern żanżnet il-faċċata artistika ta’ Triq Birżebbuġa, il-bandiera sekondarja u l-bandiera tar-rawndebawt ta’ San Ġorġ. Għalhekk, friski mis-suċċess tas-sena l-oħra wkoll, ippjanajna żewġ sorpriżi. Waħda minnhom kienet żewġ bandalori artistiċi li kellhom jiżżanżnu għall-festa ta’ Kristu Irxoxt. Id-disinn, il-pittura u l-isfumar saru minn Clifford Vella, il-ħjata kienet fdata għand Stefan Duca, u x-xogħol fuq il-pumi u l-induratura saru minn Ludwig Noel Desira u ntwerew lesti lill-pubbliku fil-programm annwali MillBandisti għall-Membri nhar is-Sibt 29 ta’ Frar 2020. Imma… kellna nieqfu ħesrem minħabba l-pandemija,

u għalhekk is-sorpriża l-oħra se jkollna nipposponuha għat-Tnejn 26 ta’ Lulju 2021. Bħalma drajna nagħmlu kull sena erġajna armajna Triq Birżebbuġa u Misraħ il-Knisja quddiem il-każin għall-festi tal-Milied, filwaqt illi armajna fuq iz-zuntier blarmar riċiklat, kif ukoll armajna l-faċċati tal-każin għallfesta tal-Kattedra ta’ San Pietru Appostlu nhar it-22 ta’ Frar. Insellem lil Jonathan Bonnici li din is-sena ma setax jibqa’ membru fil-Kummissjoni u lil sħabi kollha li naħdmu flimkien b’ponn wieħed. Grazzi lil sħabi kollha li għalkemm parti minn sezzjonijiet oħra, flimkien mal-Kumitat Ċentrali naħdmu għalenija għall-ġid tassoċjetà tagħna. Grazzi wkoll lil dawk illi jattendu l-attivitajiet, jagħtu sponsor inkella xi donazzjoni. Insellem lill-familji tagħna tal-paċenzja u s-sapport illi jagħtuna u nitolbu lil San Pietru jibqa’ jbierek il-ħidma tagħna fil-każin. Viva San Pietru u l-Banda Birżebbuġa!

HOUSEHOLD GOODS AND GIFTS 44E, BirΩebbu©a Rd., BirΩebbu©a Mob 77652561 / 9965 5586

The Right Spot seca

De Fon

44

26, Pretty Bay, BirΩebbu©a Tel: 2165 1215 • Mob: 99846117 godmar@go.net.mt

Men’s & Ladies’ Footwear

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 31 – Festa 2020


30 sena Benniena Mużikali

Mill-Ftit li Nistgħu… Eman Farrugia

Għaqda tan-Nar 22 ta’ Frar X’ħarqa kellna s-sena l-oħra! Tal-ajru u tal-art! Kemm erġajna konna impenjati wara l-festa li għaddiet, fosthom il-Birgu u Raħal Ġdid! Kemm ippjanajna li din is-sena tkun ikbar! U reġgħet waslet festa ohra! Festa li din is-sena se tkun ħafna differenti minn snin preċedenti. Iżda s-saħħa tagħna tiġi l-ewwel u qabel kollox. Ix-xogħol tagħna fil-post tan-nar beda minn kmieni, u ż-żgħażagħ komplew bil-brim tal-karti, oħrajn talkartun, u oħrajn b’xi biċċa mekkaniżmu ġdid għallħarqa tan-nar tal-art. Iżda l-fund raising huwa importanti u tkompla wkoll. Għalhekk nirringrazzja lil kull min ta sehmu f’ikliet, min ġie jiġbor bieb, bieb, lil kull min ta sehmu fil-lotteriji li nagħmlu fi żmien il-Milied u lil min jattendi l-attivitajiet illi norganizzaw minn żmien għal żmien. F’Marzu ħadna l-aħbar illi l-festa ta’ din is-sena tħassret. Stallet ġo qalbna! Wara tant sagrifiċċju, ħin, xogħol u anke spejjeż ħsibna li x-xoghol ta’ din is-sena se

jkollu jibqa’ kollu ġewwa. Iżda San Pietru kellu pjanijiet differenti! F’nofs Ġunju tħabbar illi r-restrizzjonijiet tnaqqsu, u għalhekk il-kbir patrun tagħna San Pietru se joħroġ idur ibierek it-toroq tagħna. Fi ftit jiem, il-membri tagħna fasslu programm ridott iżda b’tislima xierqa lill-Patrun. Grazzi mill-qalb għeżież membri li b’tant sagrifiċċju titilgħu l-kamra tan-nar biex nagħtu ġieħ lil San Pietru Appostlu. Grazzi wkoll lilkom il-membri u volontiera li tgħinuna mhux biss bl-isplussiv, imma tagħmlu xogħol ieħor fi djarkom jew fil-garaxxijiet privati tagħkom. Grazzi wkoll lilkom illi tisilfuna l-għelieqi tagħkom sabiex naħarqu. Ma dawn inżid lill-benefatturi, ilfamilji li jieħdu paċenzja bina u jibqgħu jappoġġjawna, dawk illi jisilfuna xi post jew xi garaxx u lis-sezzjonijiet kollha, li minkejja kollox ħdimna id f’id sabiex intellgħu l-attivitajiet flimkien. Grazzi lil Marlon Mangion, idDetentur tal-Kamra tan-Nar Madonna taċ-Ċintura talGudja li għal sena oħra offrewlna li naħdmu n-nar filpost tan-nar tagħhom. Narawkom ma ndumux… Viva San Pietru!

Ta’ Maurice Bakery 71-73, Our Lady of Sorrows Street, BirΩebbu©a Tel: 2165 1859 • Mob: 7777 1434 / 7977 7795 Prop. M. Scicluna

MARIO’S

SUPER MARKET

St. Philip Street, Birżebbuġa • Tel: 2165 3455

• Free Delivery Service • Orders by phone accepted WE WISH ALL CLIENTS A HAPPY FEAST

Cardiff Butcher Fresh & Frozen Meat Frozen Foods

1, Ûurrieq Road, BirΩebbu©a • Tel: 2765 2746 • Mob: 7932 7285 Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990

Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 31 – Festa 2020

Free Deliveries 45


OMAN’S FRUIT & VEG.

Marco Camilleri

9944 8213 • 2165 8674 Free Delivery

Għal kull xogħol ta’ tqegħid ta’ madum tal-art u tal-ħajt.

Mob: 99406418

St.Phillip Street, Birżebbuġa

46


Renting Bluray/DVD/3D Selling of HiFi, TV, Radios, Games, Watches, Alarm Clocks, Calculators, DVD/Bluray/3D Players and Game Console. MP4s,mobile phones, car stereos and surround systems. All kinds of Repairs on Mobiles, Hi-Fi, TV etc… Transfer from Video Tapes, Audio Tapes, 8mm etc to DVD

48, Pretty Bay, BirΩebbu©a Mob: 7997 9714 Tel: 21/2765 0346 Prop. Joe & Marthese Celeste

47


30 sena Benniena Mużikali

B’Ħeġġa Żagħżugħa Ryan Micallef

Sezzjoni Żgħażagħ Iljuni Insellem minn qalbi lilkom il-partitarji kollha tasSoċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa f’dan l-ewwel messaġġ tiegħi bħala l-President tas-Sezzjoni Żgħażagħ Iljuni. Jien ninsab kuntent ħafna li kelli ċ-ċans nifforma parti minn din is-sezzjoni żagħżugħa għaliex nemmen illi aħna ż-żgħażagħ għandna ħafna enerġija u ideat x’noffru lejn il-każin u l-komunità ta` Birżebbuġa. Sfortunatament, din is-sena l-affarijiet ma mxewx mal-pjanijiet, u ma stajniex norganizzaw l-attivitajiet li kellna f’moħħna. L-għan ta’ dawn l-attivitajiet ikun li ningħaqdu flimkien, nieħdu gost u naħdmu b’ħeġġa żagħżugħa ħalli jkollna festa mill-isbaħ. Madankollu,

xorta waħda qed nibqgħu nagħmlu ħilitna kollha sabiex nilħqu l-aħjar riżultat possibbli fis-sitwazzjoni li qegħdin ngħixu llum. Grazzi lil dawk kollha li jagħtu ħinhom għall-każin u dawk kollha li għandhom għal qalbhom ir-raħal tagħna ta’ Birżebbuġa u lill-patrun maħbub tagħna, San Pietru Appostlu. L-akbar grazzi tmur lill-membri tas-Sezzjoni Żgħażagħ tal-ħin u x-xogħol illi dejjem jagħmlu, u dan minkejja diversi impenji oħra tagħhom. Inħeġġeġ aktar żgħażagħ jingħaqdu magħna biex inkomplu naħdmu flimkien. Ejjew nibqgħu magħqudin kif aħna ħalli billimitazzjonijiet kollha, nagħmlu festa mill-isbaħ lil San Pietru Appostlu, il-patrun illi lkoll tant inħobbu.

Is-Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa toffri tagħlim tal-mużika fit-teorija u l-prattika bla ħlas. Ikkuntattjaw xi membru mill-Kumitat Ċentrali għal aktar informazzjoni

Chinese Rose Bar & Restaurant St. George’s Street Birżebbuġa

Tel: 2165 2084 Mob: 9942 2084 48

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 31 – Festa 2020


30 sena Benniena Mużikali

Minn Fomm in-Nisa Marouska Bonnici B.A.(Hons)

Għeżież Birżebbuġjani; Nistqarr illi dħakt imma flistess waqt apprezzajt meta s-Segretarju tas-Soċjetà Henry Bonnici qalli sabiex nikteb erba’ kelmiet f’isem il-Helpers Nisa Petrini fi ħdan din is-soċjetà mużikali, għax minkejja li issa ili madwar ħames snin ngħin fis-soċjetà, qatt ma kelli pretensjonijiet li għad nikteb fuq din il-pubblikazzjoni. Ma rridx nieħu spazju ngħid x’ġara matul din is-sena, għax ilkoll nafu li qegħdin ngħixu mumenti diffiċli għal kulħadd, u dan mhux biss għalina li nħobbu l-festi. Minkejja li m’iniex Birżebbuġjana, illum inħossni parti minnkom u ngħidha b’wiċċi minn quddiem, illi nħossni komda naħdem f’din is-soċjetà daqskemm inħossni komda naħdem fil-Kumitat Festi Esterni San Ġorġ Martri ta’ belt twelidi. Sfortunatament, din is-sena ma kellna introjtu ta’

xejn, għaliex ma stajniex nagħmlu l-attivitajiet immirati għan-nisa u għall-familja kollha bħas-soltu, u għalhekk b’mod finanzjarju ma tantx ninsabu f’sitwazzjoni li ngħinu lis-soċjetà, iżda xorta waħda konna hemm, għaliex fiż-żmien diffiċli li kellna nesprejenzaw l-għeluq tal-każin tagħna bħall-każini l-oħra kollha, filwaqt illi diversi membri għamlu ħafna xogħol manwali, aħna għenna iktar fit-tindif sabiex din il-binja tibqa’ miżmuma fl-aħjar sitwazzjoni possibbli. U l-każin tagħna fih kedda mhux ħażin sabiex jinżamm fl-aħjar sitwazzjoni! Intemm dan l-artiklu ċkejken billi nħeġġeġ aktar nisa jingħaqdu magħna, ħalli jekk Alla jrid, wara l-festa titulari, minkejja li din is-sena hija ridotta ferm, ningħaqdu mill-ġdid f’Sezzjoni Nisa li tagħmel ġieħ lil din is-soċjetà mużikali li tant tagħmel ġid fil-qasam soċjali u mużikali ta’ Birżebbuġa. Il-festa t-tajba lil kulħadd!

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990

Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 31 – Festa 2020

49


30 sena Benniena Mużikali

Il-Ħidma fil-Każin ma waqfet qatt! Steve Briffa

Kien ilu jinħema l-pjan illi s-sular terran tal-binja l-antika tal-każin tagħna jiġi mtejjeb għaż-żminijiet tal-lum, imma minħabba l-attività għaddejja ta’ kuljum fil-każin, is-Soċjetà dejjem baqgħet tittratieni u għalhekk dan il-proġett qatt ma mmaterjalizza. Kif ilkoll nafu u qrajna, bħala prekawzjoni mit-tixrid talCoronavirus, il-każini tal-banda wkoll kellhom jingħalqu f’nofs Marzu. U ma’ dan, ħafna minna l-volontiera minħabba li ħadna r-risposta li lanqas il-festa titulari ma kienet se ssir, waqafna mill-ħidma tagħna fl-oqsma involuti fihom. Kif jgħidu l-Ingliżi, din kienet blessing in diguise għax kienet l-ixprun sabiex minflok ingħaqadna fil-bini tal-każin sabiex ħloqna disinn u bdiet il-ħidma ġmielha… Il-ħsieb tal-bidu kien illi nirranġaw l-entraturi talkażin, għax l-ewwel ma tiekol l-għajn, u għalhekk bdejna bil-bordura tas-suffetti tal-entraturi kif ukoll billi qaxxarna l-ħitan u ġew fuq il-fil. Ħadna l-opportunità sabiex iddisinjajna niċċa, u l-istatwa ta’ San Pietru,

50

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 31 – Festa 2020


30 sena Benniena Mużikali proprjetà oħra tas-Soċjetà u mżanżna fl-1991 tpoġġiet fiha. B’hekk, il-patrun tagħna se jkun jista’ jibqa’ jitgawda għal sena sħiħa fis-sular ta’ isfel talbini tal-każin. Il-proġett tagħna tkompla billi saret sistema ta’ illuminazzjoni aħjar. Kif jgħidu, ħaġa taqla’ oħra u għalhekk kif rajna li l-perjodu tal-għeluq tal-bini tal-każin se jtawwal, komplejna naqilgħu s-sular ta’ isfel kollu. Iżżarma l-bottegin kollu minn taħt it-taraġ u ġie faċċata. Barra minn hekk, tranġaw il-kmamar sanitarji u saret sistema ta’ drenaġġ ġdida minbarra li fis-soqfa saru suffetti ta’ stil modern illi jikkumplimentaw immens malistil tal-binja tal-każin tagħna. Il-Kumitat Eżekuttiv ħa d-deċiżjoni li l-każin għalissa jinżamm magħluq ħalli x-xogħol ikun jista’ jitkompla, u b’hekk fil-ġimgħat illi ġejjin se jkun qed jinfetaħ b’mod temporanju. Mingħajr ma nsemmi ismijiet, nagħlaq billi nirringrazzja lil dawk kollha li taw l-għajnuna tagħhom, min ftit u min ħafna sabiex dan il-proġett ikun jista’ jimmaterjalizza ruħu b’mod professjonali u fi żmien qasir. B’hekk, b’wiċċna minn quddiem nistgħu ngħidu li għamilna proġett ieħor frott it-tfal ta’ Birżebbuġa.

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990

Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 31 – Festa 2020

51


30 sena Benniena Mużikali

Xi Ġmiel ta’ Ġawhra! Emmanuel Mangion

Kummissjoni Tisbiħ tal-Każin Għaddiet sena oħra, u minkejja d-diffikultajiet illi ġabet magħha, tant illi kellu jingħalaq il-każin għal madwar xahrejn, il-Kummissjoni Tisbiħ tal-Każin xorta waħda kompliet għaddejja bil-ħidma sabiex l-isem Il-Ġawhra ta’ San Pietru verament ikun isem xieraq għal din il-binja li fi tletin sena tant kibret. Mill-festa li għaddiet lil hawn, ma tkompliex isir issett ta’ pitturi li juru xeni differenti mill-ħajja tal-patrun tagħna San Pietru u li qegħdin jitwaħħlu fis-sala

BIRÛEBBUGA FILLING STATION

ewlenija tal-każin, u ħadna l-opportunità sabiex minflok, fis-saqaf taż-żewġ intrati ġodda li saru fid-daħla talbinja l-antika tal-Ġawhra San Pietru jsiru żewġ pitturi mdaqqsin, waħda f’kull intrata. Dwar dawn m’aħniex se nagħtukom informazzjoni u nistednukom iżżuru l-binja tal-każin tagħna sabiex tarawhom u tammiraw is-sbuħija tagħhom. Napprezzaw ukoll kull donazzjoni, ċkejkna kemm hija ċkejkna sabiex tgħinna nkomplu nsebbħu din id-dar tagħna. Nixtieq lill-poplu kollu ta’ Birżebbuġa, l-isbaħ xewqat għall-festa t-tajba f’ġieħ il-Prinċep tal-Appostli, San Pietru.

Misra˙ is-Summit, BirΩebbu©a Tel: 21654842

SOUTHMARKET SUPPLIES LTD. CHARLES & PAUL MIFSUD 131/135, Tiger Store, St. Philip Street, Birżebbuġa Tel/Fax: 2165 2070 – Mob: 9947 5998 Stockists for all kinds of:

Food Stuffs, Detergents, Toiletries, Catering Items, etc... 52

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 31 – Festa 2020


30 sena Benniena Mużikali

Mill-Għaqda Każini tal-Banda Joseph C. Azzopardi Is-Segretarju Ġenerali

Ħbieb, Il-festi jiġu kull sena u nħejju għalihom bil-kbir. Din is-sena differenti mill-passat. Ilpandemija gerfxet lil kull settur u strata tassoċjetà. Imma l-Għaqda baqgħet attiva, u f’diskussjoni mal-Awtorità tal-Knisja, instabet triq onorabbli kif niċċelebraw il-festa tal-qaddis tagħna b’mod ridott. Nappella biex nimxu mad-direttivi tal-Kurja u tal-Għaqda sabiex bla eċċessi u bi spirtu nisrani nagħtu ġieħ u qima lil qaddis waqt il-pellegrinaġġ li se jsir. L-Għaqda, apparti li ħadmet mill-qrib mal-Knisja, ħadmet ukoll mal-Gvern biex il-każini tagħna ngħataw għajnuna biex tagħmel tajjeb għall-flus illi tilfu jew spejjeż li daħlu għalihom billi nħolqot l-iskema Covid-19 Każini tal-Banda. F’din l-iskema, il-Gvern ta 200,000 ewro li tqassmu lis-soċjetajiet mużikali b’mod ugwali. Nixtieq nirringrazzja lill-kumitati kollha li sabu l-ħin sabiex niltaqgħu magħhom b’mod virtwali u flimkien iddiskutejna l-isfidi li s-soċjetajiet tagħna sabu fi żmien

il-pandemija. Bil-ħidma tal-Għaqda ħarġu diversi fondi oħra li jkopru oqsma diversi. Nittama li dawk eliġibbli japplikaw u jimxu strettament mal-linji gwida. Il-każini għad baqgħalhom għeruq sodi f’kull belt u raħal u xorta għad baqa’ lok għal xiex jagħtu kontribut kulturali u mużikali fis-snin illi ġejjin, u nittama li għalkemm se nirtira, nibqa’ nsegwi dak li jkun qed iseħħ fl-Għaqda Każini tal-Banda. Ma nixtieqx nara jinħatt dak li b’tant impenn ħdimna għalih matul is-snin. Nagħlaq billi nsellem lid-diriġenti tal-każini kollha, li għal bosta snin ħdimt magħhom fil-qrib. Grazzi talappoġġ li tajtuni u l-koperazzjoni li sibt. Tafu li għaddejt minn esperjenza xejn pjaċevoli u għadni ma ġejtx f’sikkti. Kontra qalbi se jkolli nsellmilkom u nirtira, però nittama li nkun nista’ nagħti sehem modest jekk Alla jrid nirkupra xi ftit. Ħudu ħsieb iċċelebraw b’mod dinjituż, sabiex fil-futur nibqgħu ntejbu r-relazzjonijiet mal-Kurja għall-ġid tal-festi tagħna l-Maltin u l-Għawdxin.

Rainbow Stationery 14, Misraħ il-Knisja, Birżebbuġa  •  Tel: 2165 2856

• • • • • • • • • • • •

For all your stationery requirements for School, Home, Office

Photo Digital Printing • Passport Photos All Kinds of Watch Repairs, Batteries, Straps Flowers for All Scan Services Occasions Craft Items One For All Gift Vouchers Laundry & Dry Cleaning Services Rainbow Sta tionery Gift Vouchers Me To You • E-Cigarettes & Liquids Available Greeting Cards • Silver Plated Frames Perfumes • Magazines Personalised Hand Made Cards Original Ink Cartridges & Toners For All Printers Games, Toys & Gifts for all occasions and much more… Rainbow Stationery Birzebbuga

Email: xmark11@hotmail.com

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990

Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 31 – Festa 2020

53


Brand New Gym fully equipped with latest equipment. Free WiFi and Fully Air-conditioned. Meal plan and workout program are also given when purchasing a membership. Call on 21654118

• • • • • •

Opening hours Mon-Friday 7.30am - 7.00pm Saturday 7.30am - 12.00pm

Bathroom tiles and fixtures Floor tiles both indoor and outdoor Kitchen tiles, sinks and faucets Air conditions Water and electric fixtures Gas and electric water heaters

New stocks arriving weekly Offers 20% or more

54


FAST, SAFE & SECURE CONTACTLESS PAYMENT SOLUTION

Talk to us | 2131 2020 | bov.com Issued by Bank of Valletta p.l.c., 58, Triq San Żakkarija, Il-Belt Valletta VLT 1130. Bank of Valletta p.l.c. is a public limited company regulated by the MFSA and is licensed to carry out the business of banking in terms of the Banking Act (Cap. 371 of the Laws of Malta)

A5 LANDSCAPE.indd 2

55

09/06/2020 16:21


30 sena Benniena Mużikali

Gardjola Gate, Mimosa Street (St. Luke’s Road), G’Mangia PTA 1045 Tel: 2122 6020-3 Fax: 2124 2644

Tasty Take Away Triq Għar Dalam, B’Buġa

Triq Birżebbuġa, Birżebbuġa Mob: 79333327 Now serving fresh bread, wraps, salads and much more daily Opening hours 6am till 7pm We accept party orders 56

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 31 – Festa 2020


30 sena Benniena Mużikali

Merħba fostna u Awguri...

Nilqgħu fostna lil Dun Ryan Lee Pace, saċerdot żagħżugħ millparroċċa tal-Madonna tal-Karmnu fil-Gżira. Propju f’Jum is-Solennità tal-Epifanija tal-Mulej, fil-bidu ta’ Jannar tħabbar illi se jkun il-Viċi Parrokku l-ġdid tal-parroċċa tagħna. Lil Dun Ryan niftakruh fostna wkoll meta s-sena l-oħra, kien mistieden sabiex jagħmel il-Paneġierku ta’ Jum il-Festa Titulari ta’ San Pietru Appostlu. Żgur illi dakinhar ma għaddilux minn moħħu li ftit tax-xhur wara se jinħatar il-Viċi Kappillan tal-parroċċa tagħna. Dun Ryan Lee ġie ordnat saċerdot mill-Arċisqof ta’ Malta, Monsinjur Charles J. Scicluna nhar it-30 ta’ Ġunju 2017. Qabel ġie fostna serva bħala Seminarista u Djaknu fil-parroċċa ta’ San Ġiljan, San Ġiljan u bħala Viċi Parrokku fil-parroċċa ta’ Stella Maris, TasSliema. Is-Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa tifraħ lil dawn l-għaqdiet u individwi li għamlu unur għar-raħal tagħna matul din l-aħħar sena: Il-Wisq Reverendu Kanonku, il-Kappillan Dun Anton GaleaScannura għall-ħatra tiegħu ta’ Kanonku fil-Kapitlu tal-Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu fil-Belt Valletta. B’hekk, il-Kappillan talparroċċa ta’ Birżebbuġa huwa membru ta’ żewġ Kapitli; dak ta’

Marija Immakulata f’Bormla u dak ta’ San Pawl Nawfragu fil-Belt Valletta.

Il-Perit Karmenu Vella li nħatar Pro-Kanċillier tal-Università ta’ Malta. Minkejja li mhux oriġinarjament minn Birżebbuġa, il-Perit Vella ilu snin twal joqgħod Birżebbuġa u kemm-il darba sibnieh ta’ appoġġ anke meta ġejna bżonn l-għajnuna tiegħu fis-soċjetà tagħna.

Maureen Amoroso, volontiera tal-parroċċa u partitarja tassoċjetà, illi nħatret Deputy Chief Commissioner tal-Malta Girl Guides.

Mary Law li rebħet l-unur talaqwa President mara tal-għaqdiet ta’ supporters tal-Ferrari madwar id-dinja. Fis-sena 2018 kienet strumentali fit-twaqqif tal-klabb Scuderia Ferrari Club Birżebbuġa Malta u din is-sena rebħet dan l-unur.

Il-Kaxxier tas-Soċjetà, Walter Pace li din is-sena qed jagħlaq ħames snin konsekuttivi fil-kariga ta’ Kaxxier. Nirringrazzjawh ħafna taddedikazzjoni u l-ħidma li jwettaq b’tant imħabba.

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990

Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 31 – Festa 2020

57


30 sena Benniena Mużikali

Kyle Cutajar illi ħa sehem diversi drabi f’attivitajiet tas-soċjetà permezz tal-kant. Din is-sena pparteċipa b’suċċess fl-edizzjoni ta’ X-Factor, ikkwalifika għall-finali u ġie fir-raba’ post.

Trustin Farrugia Cann, referì Malti minn Birżebbuġa li f’Settembru 2019 irrefja f’Cardiff, Wales, logħba futbol ta’ kwalifikazzjoni għallkompetizzjoni Euro 2020 bejn Wales u l-Azerbaijan.

Gareth Borg illi f’Jum il-Festa tal-Kattedra ta’ San Pietru Appostlu rebaħ l-unur tal-Isportiv tas-Sena fittaqsima tal-Ispecial Olympics waqt is-serata ta’ Sport Malta Awards.

Il-Grupp Armar 1 ta’ Awwissu li għar-raba’ sena konsekuttiva kiseb rekord ieħor għal Birżebbuġa. Dan meta waqt l-attività Milied filPjazza organizzata mill-parroċċa ta’ Birżebbuġa nhar it-30 ta’ Novembru u l-1 ta’ Diċembru 2019 waqqfu r-rekord tal-Ikbar Slitta tal-Milied Mekkanizzata.

Christopher Bonnici li nħatar l-Assistent Surmast tal-Banda Birżebbuġa u għall-kisba taddiploma ALCM.

Ludwig Noel Desira li nħatar bħala l-Għalliem tal-Allievi talIstrumenti tan-Nifs fis-Soċjetà tagħna.

Francesco Barbara, mużiċist talpost, għall-kisba tad-diploma ATCL. Jake Vella li nħatar wieħed mittliet ambaxxaturi tal-ġimgħa Ewropea għall-Isport, rebaħ l-unur Atlas Youth Athlete għax-xahar ta’ April u propju f’Jum il-Festa tal-Katedra ta’ San Pietru Appostlu, nhar it-22 ta’ Frar 2020 rebaħ The People’s Choice Award waqt is-serata ta’ Sport Malta Awards

58

Mro Michael Bugelli li għalaq tletin sena Surmast Direttur talBanda Birżebbuġa.

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 31 – Festa 2020


30 sena Benniena Mużikali

Karen Abela, Liam Desira, Andrea Borg u Matthew Polidano li qagħdu għal eżamijiet f’isem is-soċjetà u ġabu riżultati prestiġġjużi.

Il-President Alexander Caruana u Spiridione Camilleri li għalqu tletin sena bandisti tal-post mal-Banda Birżebbuġa.

Jana Agius li għalqet ħames snin bandista tal-post mal-Banda Birżebbuġa.

Rebecca Abdilla u Michaela Chircop li għalqu għaxar snin bandisti talpost mal-Banda Birżebbuġa.

Is-Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa ssellem lis-soċji kollha li ħallew din id-dinja matul din l-aħħar sena u lill-mejtin kollha li ngħaqdu mal-Ħallieq ħdejn il-Patrun tagħna San Pietru Appostlu. Agħtihom O Mulej il-Mistrieħ ta’ Dejjem! Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990

Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 31 – Festa 2020

59


30 sena Benniena Mużikali

IRONMONGERY Triq F.M Ferretti, Qajjenza, BirΩebbu©a BBG05

Tel: 21654497

Mob: 77445014

Owner: Horace Scicluna

Electrical & Water Fittings, Household Goods, Paints more than 1000 colours, Tools, Barbeque Sets, Different tips for pumps, Water Heaters, Pumps, Key Cuttings & more...

60

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 31 – Festa 2020


30 sena Benniena Mużikali

Is-Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 tirringrazzja lil: • • •

• • • • •

•

•

•

• • • • • • • •

Alla l-Imbierek, Ommna Marija u l-Appostlu Missierna San Pietru talli jkunu dejjem magħna filħidma tagħna matul is-sena; familji kollha tagħna tal-paċenzja u l-appoġġ illi jieħdu bina matul is-sena kollha; W. Rev. Kappillan, il-Kanonku Anton GaleaScannura, il-Viċi Parrokku Dun Ryan Lee Pace, Dun Peter Ellul, il-Kleru u l-Abbatini tal-parroċċa ta’ Birżebbuġa għas-servizz tagħhom matul is-sena kollha; id-Direttur Spiritwali Dun Charles Carabott; lill-helpers kollha tal-knisja parrokkjali tagħna tassagrifiċċji u l-ħidma sabiex id-Dar t’Alla tkun dejjem miżmuma fl-aħjar kundizzjonijiet; il-familji kollha tagħna tas-sagrifiċċju li jagħmlu waqt il-ħidma tagħna fis-soċjetà; is-Sindku Joseph Farrugia, il-membri tal-Kunsill Lokali u l-istaff tal-għajnuna tagħhom; is-Supretendent, l-Ispettur u l-membri tal-Korp tal-Pulizija għall-ħidma tagħhom f’Birżebbuġa, speċjalment għaż-żamma tal-Bon-Ordni matul issena kollha; Grupp Armar 1 ta’ Awwissu għall-ħidma tagħhom matul is-sena u anke tal-kontinwazzjoni fil-ħidma għall-festa minkejja s-sitwazzjoni xejn feliċi ta’ din is-sena; is-Surmast Direttur Mro. Michael Bugelli A.T.C.L., l-Assistent Surmast u Għalliem tat-Teorija Mro. Christopher Bonnici B.A.(Hons); M.A.; ALCM u l-Għalliem tal-Allievi fis-Sezzjoni Strumenti tanNifs Mro. Ludwig Noel Desira għall-ħidma tagħhom fit-tagħlim tal-mużika matul is-sena, aktar u aktar matul din is-sena li kellhom jaddattaw għal sistemi ġodda ta’ tagħlim; l-eks-Assistent Surmast, Mro. Charles Wallace Suda tal-impenn u t-tagħlim kollu li ta matul is-snin illi dam jifforma parti mis-soċjetà tagħna. Nawgurawlu li jkollu l-mistrieħ li jixtieq issa li ddeċieda li jirtira; il-Bandisti tal-Post u l-Allievi kollha tal-impenn tagħhom fl-istudju u s-servizzi tas-Soċjetà. is-Sezzjoni Banda għax-xogħol fejjiedi u kontinwu li tagħmel matul is-sena; il-membri fi ħdan l-Għaqda tan-Nar 22 ta’ Frar illi jaħdmu n-nar tal-ajru u tal-art; is-Sezzjoni Nisa Petrini għall-ħidma u l-attivitajiet illi jtellgħu matul is-sena kollha; is-Sezzjoni Żgħażagħ Iljuni għall-attivitajiet illi jorganizzaw matul is-sena kollha u għall-impenn tagħhom fil-ħidma tas-Soċjetà; is-Sezzjoni Armar Estern għall-ħidma kontinwa fuq proġetti ġodda u restawr fis-sede` tas-Soċjetà; is-Sezzjoni Tisbiħ tal-Każin għall-ħidma kontinwa sabiex is-sede` tagħna tkun dejjem isbaħ u aħjar; il-Grupp Teatrali 14 ta’ Jannar għall-ħidma kollha mhux biss fid-drama, iżda f’dak kollu li s-soċjetà tkun teħtieġ sabiex l-operat tagħha jibqa’ dejjem

•

• •

• • • • •

• • •

• • •

• • • •

għaddej b’mod professjonali; il-Bord Editorjali u l-Uffiċċju għar-Relazzjonijiet Pubbliċi sabiex is-Soċjetà tkun preżentata bl-aqwa mod kemm fuq din il-pubblikazzjoni u wkoll fiżżamma tal-paġni relatati mas-Soċjetà fuq l-internet u meta nkunu mistiedna fuq mezzi radjufoniċi u televiżivi. dawk illi jiġbru r-reklami, jieħdu r-ritratti, l-artikolisti, il-qarrejja tal-provi u dawk illi jgħinu fil-pubblikazzjoni ta’ dan l-annwal; il-ħaddiema kollha manwali tas-Soċjetà li matul issena kollha b’sagrifiċċju personali u għall-għeżież tagħhom ikunu fil-bini tas-soċjetà jwettqu diversi ħidmiet u manutenzjoni sabiex kemm il-parti l-antika kif ukoll il-parti l-ġdida tas-sede jinżammu fl-aħjar sitwazzjoni; l-Awdituri tas-Soċjetà li b’paċenzja u reqqa jeżaminaw il-kotba finanzjarji; l-Avukat u l-Perit tas-Soċjetà għall-għajnuna kollha tagħhom; Laura Cunningham, illi b’dedikazzjoni tippreżenta l-kunċerti tal-Banda Birżebbuġa; dawk illi jiġbru l-kontribuzzjonijiet u lil min jgħin b’għotjiet finanzjarji lis-Soċjetà; dawk l-individwi u ditti li jirreklamaw fuq il-mezzi tassoċjetà u nħeġġu lill-qarrejja sabiex jgħinu lil dawn l-individwi u d-ditti billi jagħmlu użu mill-prodotti tagħhom; dawk illi jattendu l-attivitajiet tas-soċjetà; dawk illi jgħinu lis-Sezzjonijiet sabiex jittellgħu l-attivitajiet tas-soċjetà; dawk illi kkummissjonaw is-servizz tal-Banda Birżebbuġa matul is-sena u fil-festi tagħhom għallfiduċja li juru fina. Inħarsu ’l quddiem sabiex dak illi ma twettaqx din is-sena, jekk Alla jrid inwettquh issena d-dieħla; dawk illi jikkummissjonaw in-nar mill-Għaqda tanNar 22 ta’ Frar; l-Għaqda tan-Nar Our Lady of Consolation talGudja għall-għajnuna tagħhom lill-Għaqda tan-Nar 22 ta’ Frar; il-Bottegin u l-familja tiegħu kif ukoll lillAmministrazzjoni ta’ Bar Nineteen Ninety li jaħdmu kontinwament sabiex dawn ikollhom klijentela tajba matul is-sena kollha; dawk kollha li b’xi mod jew ieħor ħadmu jew taw sehemhom lis-soċjetà matul dawn it-tletin sena; il-President, il-Kumitat u l-Membri tal-Għaqda Mużikali San Pietru fil-Ktajjen għall-koperazzjoni tagħhom; il-poplu kollu ta’ Birżebbuġa u l-villeġġanti għallkoperazzjoni li juru mas-Soċjetà Filarmonika San Pietru matul il-jiem tal-festa u matul is-sena kollha; jekk bi żvista nsejna lil xi ħadd nitolbuh jagħdirna u jiskużana.

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990

Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 31 – Festa 2020

61


30 sena Benniena Mużikali

Dove’s Pet Shop

Tony Muscat Caterers Limited

Triq 31 ta’ Marzu, B’Bugia Tel: 21 650 943

Freshly made ice-Cream Ice-Cream Manufacturers 89, St. Patrick Street, BirΩebbu©a Tel/Fax: 2165 8677

Your Beauty Is Our Creation

That special place for your pictures & frames

St Angelo Street, Birżebbuġa

Triq Zaren Dalli, B’Bugia Tel: 21657192 leonardo@onvol.net

Koupέus Hair Design by Duncan Paul Zammit Galea Hair Stylist & Colour Technician

t: 21658763 m: 79929473 koupeushairdesign@gmail.com

62

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 31 – Festa 2020

Large selection of various sizes of frames. Importers of fine art prints. Original oil on canvas & acrylic. Prints on cotton. Lamination


30 sena Benniena Mużikali Best toy shop in Town, Beach wear & Beach Accessories

E0.35c Anthony Azzopardi Florist for all occasions Importer of fresh flowers and plants Mob: 9985 3254, 9923 0255

jarma quddiem id-daħla taċ-ċimiterju tan-naħa t’isfel

Is-Sidien tal-BANKA TAL-LOTTU Nru 192 tas-SOÇJETÀ FILARMONIKA SAN PIETRU BIRÛEBBUÌA A.D. 1990 li tinsab f’26, Triq San Filippu, BirΩebbu©a jixtiequ lill-klijenti kollha u lill-poplu kollu ta’ BirΩebbu©a IL-FESTA T-TAJBA Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990

Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 31 – Festa 2020

63


30 sena Benniena Mużikali

Min irreklama f’din il-pubblikazzjoni Al Fresco.....................................................27 Alex Mercieca..............................................54 Alf Gatt Autoparts........................................42 Animal Crackers..........................................12 Anthony Azzopardi......................................63 Arthurs & Sons..............................inside back Audio Images..............................................19 Auto Technics..........................................back Automax......................................................32 Banka tal-Lottu Nru 192..............................63 Bibas...........................................................49 Birżebbuġa Filling Station............................52 BOV.............................................................55 Cardiff Butcher.............................................45 Casual 78....................................................30 Catherine’s....................................................4 Celeste........................................................47 Charlie’s.......................................................12 Charlie’s Motoring School............................30 Charms........................................................21 Cherrie’s take away.....................................26 Chinese Rose..............................................48 Cutajar Upholstery Supplies........................18 Districtfive....................................................18 Dove’s Pet Shop..........................................62 Elite Fitness.................................................54 Fruit-Ella Grocer & Green Grocer................21 Gasparell................................................10,11 Global Insurance Brokers Ltd........................3 Gold Lady Jewellery....................................14 Goldcut hairdressing...................................13 Ħabbarija.......................................................2 Insieme........................................................44 IVCS Lift Services.......................................47 Jason Cutajar..............................................46 Jeff’s Pastizzeria..........................................56 JJ 13 Ironmongery.......................................60 Joe & Jerry Pace.........................................42 Julia Farrugia Portelli...................................34 Koupéus Hair Design..................................62 La Clinique..................................................17 La Spiaggia Bar & Restaurant.....................47 Laws............................................................35 64

Leonardo.....................................................62 Light & Shade................................................6 London Butcher...........................................44 Manuel Garage............................................37 Marco Camilleri............................................46 Mariners......................................................35 Mario’s Supermarket...................................45 Metlec Services...........................................35 MG Signs.......................................................8 Montebello.....................................................9 Music Link...................................................32 Oman’s Fruit & Veg.....................................46 Owen Bonnici..............................................31 Patrick Cellars Ltd.......................................27 Paulson.......................................................20 Rainbow Stationery.....................................53 Roc-A-Go....................................................35 Southmarket Supplies Ltd...........................52 Southvale....................................................63 St. Mary Butcher............................................4 Stanley Zammit...........................................55 Stefan Zrinzo Azzopardi..............................28 Stefy’s Nail Studio.......................................17 Superstar Butcher.........................................4 Ta’ Disma Funeral Services.........................43 Ta’ Maurice Bakery......................................45 Tarcisio Caruana Limited.............................27 Tasty............................................................56 TF Rentals...................................................40 The Bubbleshop............................................7 The Cathedral Group Ltd.............................56 The Discount Place.....................................15 The Right Spot............................................44 Toni Bezzina................................................19 Tony Digby & Son........................................22 Tony Muscat Caterers Limited.....................62 TOT’S..........................................................15 Unitech........................................................16 Vaxxella Construction..................................26 Whippy’s........................................................6 With Best Wishes........................................62 Workload Lifting Services............................42

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 31 – Festa 2020


AUTO TECHNICS

by Peter Cachia

VRT Station Motor Repairs & Services Towing Service A/C Repairs & Services EOBD Diagnostic Testing LPG Conversion

Melsons HSE, Hamrun Bypass, Marsa Tel: +356 21497193 Mob: +356 99445252 Email: info@autotechnicsmalta.com


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Min Qalb L-Iljuni 2020 by Banda Birzebbuga A.D. 1990 - Issuu