1 minute read

Xi Ġmiel ta’ Ġawhra

Emmanuel Mangion Kummissjoni Tisbiħ tal-Każin

Għaddiet sena oħra, u minkejja d-diffikultajiet illi ġabet magħha, tant illi kellu jingħalaq il-każin għal madwar xahrejn, il-Kummissjoni Tisbiħ tal-Każin xorta waħda kompliet għaddejja bil-ħidma sabiex l-isem Il-Ġawhra ta’ San Pietru verament ikun isem xieraq għal din il-binja li fi tletin sena tant kibret.

Advertisement

Mill-festa li għaddiet lil hawn, ma tkompliex isir issett ta’ pitturi li juru xeni differenti mill-ħajja tal-patrun tagħna San Pietru u li qegħdin jitwaħħlu fis-sala ewlenija tal-każin, u ħadna l-opportunità sabiex minflok, fis-saqaf taż-żewġ intrati ġodda li saru fid-daħla talbinja l-antika tal-Ġawhra San Pietru jsiru żewġ pitturi mdaqqsin, waħda f’kull intrata. Dwar dawn m’aħniex se nagħtukom informazzjoni u nistednukom iżżuru l-binja tal-każin tagħna sabiex tarawhom u tammiraw is-sbuħija tagħhom. Napprezzaw ukoll kull donazzjoni, ċkejkna kemm hija ċkejkna sabiex tgħinna nkomplu nsebbħu din id-dar tagħna.

Nixtieq lill-poplu kollu ta’ Birżebbuġa, l-isbaħ xewqat għall-festa t-tajba f’ġieħ il-Prinċep tal-Appostli, San Pietru.

This article is from: