Min Qalb L-Iljuni 2022

Page 1

Li nsejħu ismek, Pietru, ikun biżżejjed Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 33 – Festa 2022 1 Soċjetà Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A. D. 1990 12/13, ‘Ġawhra San Pietru’, Triq Birżebbuġa, Birżebbuġa. Tel: +356 21650347 E-mail: l-Uffiċċjuil-pubblikazzjoniĦaddFacebookWebsite:info@birzebbugaband.orgwww.birzebbugaband.orgProfile:www.facebook.com/birzebbugabandFacebookPage:www.facebook.com/BandaBirzebbugaMinnQalbL-Iljuni33EdizzjoniFesta2022Il-PubblikazzjoniAnnwaliuUffiċjalitas-SoċjetàFilarmonikaSanPietru,BandaBirżebbuġaA.D.1990Drittijietmiżmumamis-SoċjetàFilarmonikaSanPietruBandaBirżebbuġaA.D.1990©2022majista’jikkopjajewjużapartiminndinmingħajril-permessbil-miktubtal-BordEditorjalifiħdanKomunikazzjoniuRelazzjonijietPubbliċitas-SoċjetàIl-Kontenuttal-Artiklimhuxbilforsjirriflettil-Opinjoniul-Prinċipjilitħaddanis-Soċjetàtagħna.EditurChristopherBonniciB.A.(Hons);M.A.;ALCM;LLCMQarital-ProviChristopherBonniciMarisaCutajarB.Ed(Hons)MarouskaBonniciB.A.(Hons)RitrattiAnthonyXuerebRyanFarrugiaJonathanEllulBonniciSebioAquilinaKurtLawDisinntal-FaċċataStevenFarrugiaReklamaruFinanziWalterPaceChristopherCamilleriHenryBonniciAlexanderCaruanaIssettjaruStamparŻurrieqRoad,QrendiTel:21680789,99499084E-mail:bestprintqrendi@gmail.com Werrej Mill-Pinna tal-Editur .......................................................................... 4 Inħarsu ’l Quddiem b’Ottimiżmu 8 Parroċċa Laboratorju tal-Paċi 16 Il-Festa Lura f’Birżebbuġa .............................................................. 17 Struttura tas-Soċjetà 18 Introduzzjoni mill-President ............................................................ 20 Komplejna u nkomplu Mexjin..........................................................24 Ma Naqtgħux Qalbna......................................................................25 Fi Żmien il-Pandemija u Barra Minnha... Ma Waqafniex! ............... 28 Henry Bonnici - Għaxar Snin Segretarju Ġenerali 33 L-Oratorio Divo Petro......................................................................38 Il-Programm tal-Festa ..................................................................... 42 Aġġornament Dwar Kisbiet li Għamlet is-Soċjetà 46 Il-Wirja Tu Es Petrus 53 Ir-Raba’ Safra tas-Soċjetà 55 Iż-Żjara tal-President tar-Repubblika 60 Ħidma u Proġetti Matul is-Sena ...................................................... 64 Ġejja l-Festa? Iva, Ġejja l-Festa! 68 Mill-Helpers Nisa Petrini 69 Nixegħlu s-Smewwiet bl-Isbaħ Fjur għal San Pietru.......................72 Okkażjonijiet fejn ħadet sehem l-Għaqda tan-Nar 22 ta’ Frar bejn l-2020 u l-2022 ......................................... 76 Naħsbu Sabiex Inkomplu fejn Ħallejna 80 Merħba Lura lill-Festa Petrina ........................................................ 81 Man-Noti tal-Banda.........................................................................83 10 Snin fl-Armar..............................................................................85 Il-Kummissjoni Armar Estern tagħlaq 10 snin ................................. 88 Fil-Pandemija Bqajna Attivi fil-Mużika.............................................90 L-Iskola tal-Mużika..........................................................................92 B’Entużjażmu għal Futur Sabiħ ...................................................... 93 Lista tal-Bandisti 94 Nesprimu t-Talent Tagħna 95 Servizzi tal-Banda Birżebbuġa bejn l-2020 u l-2022 96 Innijiet u Marċi Brijużi......................................................................97 Inkomplu Niltaqgħu mal-Mużiċisti u l-Allievi....................................98 Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda 100 Il-Festa Maltija 101 Apprezzament Lawrence Farrugia ............................................... 102 Tagħrif dwar it-Tieni Ittra ta’ San Pietru 103 Iż-Żjara tal-Papa f’Birżebbuġa 104 Il-Professur Oliver Friggieri ........................................................... 106 Talent Birżebbuġjan 111 L-Altar Mejda tal-Irħam 112 Il-Kappella ta’ San Ġużepp 114 Awguri 117 Nekroloġija....................................................................................120 Radd il-Ħajr...................................................................................124 San Pietru ż-Żgħir 75 Sena Fostna 126 Indiċi tar-Reklami .......................................................................... 127

FacilityAuthorisedEnd-of-LifeVehicle Accepting cars for scrap. Scrap vehicle collection can be quickly arranged by us or deliver your old car directly to us. Hal-HHF601,FarIndustrial Estate, Birzebbuga BBG 3000 Call us now NEW Best Price for: Steel Scrap Copper Scrap Brass Scrap Aluminium Scrap Stainless Steel Scrap Lead Batteries9949 5236 - 7965 1545 - 2165 1475 Email: gasparell.b@gmail.com

45, Ordnance Street, Valletta Tel: 2577 5555 89, Triq Zarenu Dalli, Birzebbugia Tel: 2165 2538 Competitive prices and tailored services for: MOTOR | HOME | MARINE | COMMERCIAL | HEALTH | TRAVEL Global Insurance Brokers Limited - The provider of solutions to all your business and personal insurance needs since 1988. Global Insurance Brokers Limited is authorised by the Malta Financial Services Authority (MFSA) under the Insurance Distribution Act (Chapter 487 of the Laws of Malta) and is enrolled within the MFSA’s Brokers’ List. peace of mind

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 33 – Festa 2022 4 Li nsejħu ismek, Pietru, ikun biżżejjed Paċi u Saħħa lil Kulħadd! Dan huwa r-raba’ messaġġ tiegħi fuq din il-pubblikazzjoni annwali u bdejt naħseb x’għandi ngħid. Tgħid nibda bil-Miġja talPapa Franġisku u li nħarġet l-istatwa titulari fuq iz-zuntier? Ħareġ il-Prinċep tal-Appostli u miegħu ċaqlaq raħal sħiħ... anzi aktar! Għax mill-ewwel sħabi qaluli... ‘hemm ħriġtu lil San Pietru!’ Imma dwar dan se nsibu aktar informazzjoni u ritratti. Onestament, kont diġà bdejt nikteb, imma biddilt kollox. Kollox sew. Nikteb dwar l-oratorju ‘Divo Petro’. Imma dwar dan ukoll se nsibu f’paġni oħra dwar dan l-annwal. Hekk kif se nagħmlu dwar ir-raba’ safra li wettqet il-Banda Birżebbuġa bħala l-ambaxxatriċi ta’ raħalna barra minn xtutna. U għalhekk ħsibt u ddeċidejt illi nqassam dan l-artiklu fi tlieta. Aħna Petrini Iljuni Birżebbuġin Petrini Aħna li b’xi mod jew ieħor għandna x’naqsmu ma’ Birżebbuġa, sew jekk mgħammdin f’din il-parroċċa, sew jekk noqogħdu hawn; jogħġobna jew ma jogħġobniex dan il-fatt, aħna Petrini. Aħna ta’ San Pietru. Aħna wlied San Pietru. Mela għal San Pietru tħabbat qalbna għax aħna lkoll ulied l-istess patrun, u għalhekk aħna lkoll aħwa taħt it-tmexxija tar-Ragħaj tagħna, l-Appostlu Missierna San Pietru. Dak li lilu Kristu għażel sabiex Mill-Pinna tal-Editur Ir-Raħal Jiċċelebra lill-Prinċep Christopher Bonnici B.A.(Hons); M.A.; ALCM; LLCM ikun il-mexxej tal-komunità ċkejkna li kienet għadha titwieled. Mela bħal San Pietru se nogħtru, se nibżgħu, se naqtgħu qalbna. Imma bħalu wkoll irridu nagħmlu l-kuraġġ u nduru lejn il-Ħniena ta’ Alla l-Imbierek fiddiffikultajiet. Meta nonqsuH, jiddispjaċina hekk kif għamel Pietru l-patrun tagħna meta ċaħdu fit-tbatija. Imma bħalma Pietru sar il-Mexxej tal-komunità li aħna nsejħu Knisja, u għalhekk mexxej ta’ ħafna karattri differenti, sabiex verament inkunu Petrini rridu nagħmlu bħal Pietru u nirrispettaw lil kulħadd, anke lil min ma jaqbilx magħna. Iljuni L-iljun fil-foresta huwa meqjus bħala r-re tagħha. Annimal b’saħħtu, sabiħ u jiġbed l-attenzjoni. Hekk aħna! Grazzi għas-Soċjetà Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa, il-festa ta’ Birżebbuġa saret tiġbed ħafna aktar attenzjoni. Il-marċi brijużi tagħna, sbieħ, b’saħħithom, jiġbdu l-attenzjoni tal-poplu ta’ Birżebbuġa li dejjem jappoġġja dak kollu li jsir, is-sorpriżi, in-nar, il-briju, il-programm mużikali, l-armar... Għaliex qalbna tħabbat bil-ħeġġa għal Birżebbuġa, għall-festa, u għalhekk għal San Pietru li tant kemm mimlijin ħeġġa u mħabba għalih, illi nieħdu gost, inħossuna obbligati li naħdmu sena sħiħa għall-festa tiegħu.

Li nsejħu ismek, Pietru, ikun biżżejjed Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 33 – Festa 2022 5 Birżebbuġin Għax aħna wlied Birżebbuġa niftaħru biha f’kull ħin u kull mument. Inweġġgħu meta naraw min qed jipprova jissokta jumiljaha b’xi proġetti li ma jixirqulhiex. Inweġġgħu meta jużaw xi aġġettivi li ma jixirqulniex. Nieħdu gost bis-suċċessi ta’ kull persuna f’Birżebbuġa. Napprezzaw dak illi jsir minn kull entità u persuna f’Birżebbuġa. U nixtiequ dejjem l-aħjar għal dan irraħal, u għalhekk noħolmu u naħdmu sabiex inwettqu proġetti, sabiex fil-qasam tagħna, dak kulturali, soċjali u mużikali, isem Birżebbuġa dejjem jinżamm fil-għoli. Għeluq Għall-pubblikazzjoni ta’ din is-sena, flimkien ma’ sħabi tal-Bord Editorjali xtaqt ħafna li nerġgħu lura għal-livell illi konna ntellgħu qabel faqqgħet ilpandemija, u qed nippruvaw kemm jista’ jkun nagħmlu dan. Minħabba f’hekk l-ispejjeż żdiedu u kibru ħafna. Nitolbukom sabiex tgħinu lil dawk illi jirreklamaw magħna sabiex in-negozju tagħhom jimxi dejjem ’il quddiem, u napprezzaw kull donazzjoni, ċkejkna kemm hija ċkejkna; imma kull ċenteżmu jgħodd. Madankollu, napprezzaw ukoll kull għajnuna oħra lisSoċjetà. Avviċinana, xi ħaġa għalik insibu żgur. Jekk m’intix komdu tnaddaf, kapaċi titgħallem strument jew tikteb il-mużika. Jekk il-mużika ma tinteressakx tista’ tgħin fl-armar. Hawn biżżejjed x’tagħmel. Toqgħodx tgħid ‘imisskom għamiltu hekk’, imma ‘min jaf li kieku nagħmlu hekk’. Tgħidx ‘għax jien m’iniex kapaċi’ jew ‘hemm biżżejjed min jaħdem’, għax dak il-post, dak il-ħin huwa tiegħek, u ħadd ma jista’ jeħodlok postok; għax int uniku, bħal kull persuna oħra. Minn qalbi, nawgura l-festa t-tajba lill-poplu kollu ta’ Birżebbuġa u lil dawk illi jiġu joqogħdu villeġġjatura fissajf kif ukoll lil dawk kollha li jżommu l-appuntament illi fl-Ewwel Ġimgħa ta’ Awwissu jiffullaw f’Birżebbuġa sabiex flimkien magħna jiċċelebraw lill-Prinċep talAppostli, il-Patrun, il-Qalba ta’ Qalbna, dik l-istatwa ta’ sbuħija rari, il-festa prinċipali ta’ din il-ġimgħa, San Pietru Appostlu. Viva l-Appostlu Missierna San Pietru! Viva s-Soċjetà Filarmonika San Pietru! Viva l-Banda Birżebbuġa – Tal-Iljun!

INT! Kellimna | bov.com/homeloan | @bovofficial Is-self kollu huwa suġġett għall-kriterji normali ta’ self u għall-approvazzjoni finali mill-Bank of Valletta. It-terminu tas-self ma jistax jaqbeż l-età tal-irtirar. Il-Bank of Valletta p.l.c. hija regolata mill-MFSA u liċenzjata biex toffri l-Kummerċ Bankarju f’termini tal-Att dwar il-Kummerċ Bankarju (Kap. 371 tal-Liġijiet ta’ Malta).

F’DAREK, TIDDEĊIEDI

Il-Kummissjoni Armar Estern fuq facebook Il-paġna ta’ facebook

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 33 – Festa 2022 8 Li nsejħu ismek, Pietru, ikun biżżejjed Festa 2022! Ejja ħalli niċċelebraw. Iva ħbieb ejja ħalli niċċelebraw festa sabiħa. Wara ħafna qtigħ ta’ qalb erġajna wasalna biex niċċelebraw festa bil-mod kif imdorrijin bih. Avolja s-sentejn li għaddew ma stajniex niċċelebraw il-festa b’mod ‘normali’, għamilna festa xierqa u denja lill-Patrun tagħna San Pietru, festa li wriet tassew issinifikat għal xiex qed nagħmlu festa. Reġgħu waslu Lulju u kif ukoll Awwissu, xhur illi għalina jfissru l-qofol tal-ħidma tagħna. Iżda l-ħidma ma tibdiex f’Lulju u tispiċċa f’Awwissu. Il-ħidma tagħna nistgħu ngħidu li la għandha bidu u wisq anqas tmiem. Matul is-sena l-Kumitat Ċentrali flimkien maddiversi sotto-kumitati li tħaddan magħha s-Soċjetà, iwettqu diversi attivitajiet sabiex ir-rota tas-Soċjetà tkun tista’ tibqa’ għaddejja. Naturalment il-ħsieb għallattivitajiet ikun beda minn qabel kif ukoll ir-reklamar u l-ippjanar ta’ dawn l-attivitajiet. Nieħdu ħsieb li niddisinjaw powsters addattati għal kull attività kif ukoll għal diversi anniversarji li jkollha s-Soċjetà kif ukoll dwar Birżebbuġa. Bħala Uffiċċju għar-Relazzjonijiet Pubbliċi dejjem nieħdu ħsieb li s-Soċjetà tkun pjattaforma importanti kemm għall-Birżebbuġin kif ukoll għal dawk kollha li jsegwu lis-Soċjetà fuq il-medja soċjali. Kemm jista’ jkun il-paġni ta’ facebook kif ukoll Instagram inżommuhom aġġornati, mhux biss b’reklamar ta’ attivitajiet iżda wkoll b’diversi aħbarijiet interessanti speċjalment dawk li jirrigwardaw lil Birżebbuġa. Minn Inħarsu ’l quddiem b’Ottimiżmu Jonathan Ellul Bonnici L-Uffiċjal għar-Relazzjonijiet PubbliċiIs-Sezzjoni Żgħażagħ Iljuni fuq facebook hawn nixtieq inħeġġeġ lil dawk kollha li jsegwu l-paġna tas-Soċjetà sabiex kemm jista’ jkun nagħmlu share tal-posts li jitilgħu fuq il-medja soċjali. B’hekk inkunu qed inkomplu nkabbru l-popolarità tas-Soċjetà kemm f’Malta kif ukoll barra minn xtutna. Apparti minn hekk din is-sena fost il-ħafna ħidma li kellna reġa’ ssokkta l-programm ‘Mill-Pinna tal-Kompożituri’ li reġa’ beda fl-okkażjoni tal-festa tal-Katedra ta’ San Pietru. Din is-sena, l-iskeda tal-programm ħadet żvolta differenti. Tajjeb infakkru li meta nħoloq dan ilprogramm online l-idea tiegħu kienet li nkunu mezz ta’ kumpanija għal dawk kollha li fi żmien il-pandemija ma setgħux joħorġu minn djarhom u anke wkoll meta l-miżuri żammew lura milli jsiru l-attivitajiet. Din is-sena ddeċidejna li minflok nieqfu għal kollox, l-iskeda tkun imqassma skont il-festa li tkun ġejja. Bdejna għall-festa tal-Katedra, imbagħad erġajna komplejna għal żmien il-Ġimgħa Mqaddsa u l-Għid il-Kbir u l-aħħar skeda tkun dik marbuta mal-festa titulari. Minn hawn nixtieq pubblikament nirringrazzja lil Mro Christopher Bonnici li dejjem jieħu ħsieb li jippreżenta dan il-programm, kif ukoll lit-tim tal-produzzjoni, Andy Mifsud kif ukoll lil Marouska Bonnici li dejjem bħala tim flimkien ġbidna ħabel wieħed sabiex seta’ jittella’ dan il-programm. Ma nistax ma nsemmix lil Petra Marie Bonnici li għalkemm żgħira fl-età dejjem tkun preżenti mal-ġenituri tagħha, Christopher u Marouska għal dan il-programm u L-Għaqda tan-Nar 22 ta’ Frar fuq facebook

żżommilna entużjażmu kontinwu. Fuq kollox, f’isem nirringrazzja lil dawk kollha li jagħtuna kontinwu tagħhom, lill-Kumitat Ċentrali, isu fuq kollox lil dawk kollha li jsegwu dan nixtieq minn qalbi nirringrazzja lil dawk kollha li matul is-sena jagħtuna s-sapport tagħhom kif ukoll l-għajnuna kontinwa tagħhom. F’ismi u f’isem sħabi nirringrazzjaw lill-familji tagħna tas-sapport li dejjem insibu mingħandhom. Nirringrazzja wkoll minn qalbi lill-Kumitat Ċentrali kif ukoll lis-sezzjonijiet kollha li tħaddan magħha s-Soċjetà. Ta’ min isemmi wkoll li din is-sena l-Kummissjoni Armar Estern qed tiċċelebra l-10 anniversarju mit-twaqqif tagħha. Fuq kollox inħeġġeġ lil kulħadd sabiex insegwu l-medja soċjali kemm tasSoċjetà kif ukoll tas-sotto kumitati kollha tas-Soċjetà. Nixtieq nawgura minn qalbi lis-Segretarju tasSoċjetà Henry Bonnici - li jiġi missieri wkoll - li din is-sena qed jiċċelebra l-10 anniversarju bħala Segretarju Ġenerali. Nifraħ ukoll lill-ħabib tiegħi Benji Caruana li qed jiċċelebra wkoll l-10 anniversarju bħala Chairperson tal-Kummissjoni Armar Estern Banda Birżebbuġa. Grazzi tax-xogħol li tagħmlu dejjem għallġid Minntas-Soċjetà!qalbinixtieq nawgura festa sabiħa lill-poplu kollu ta’ Birżebbuġa kif ukoll lil dawk kollha li jiċċelebraw il-festa magħna. Fuq kollox kif inħobb nagħmel dejjem insellem lil dawk kollha li ma jistgħux jiċċelebraw ilfesta iżda jħaddnu l-kult Petrin f’qalbhom. Il-passat jibqa’ biss miktub u nħarsu ’l quddiem b’ottimiżmu sabiex bħala Soċjetà nibqgħu mexjin ’il quddiem kemm fl-att mużikali iżda wkoll fl-att soċjali. Ma ninsew qatt minn fejn bdejna, inżommu saqajna mal-art u nkomplu nkabbru isem is-Soċjetà tagħna iżda fuq kollox isem Birżebbuġa. Kif bdejt nixtieq nispiċċa… Ejjew niċċelebraw festa denja u mill-isbaħ f’ġieħ il-Patrun tagħna San Pietru.

Li nsejħu ismek, Pietru, ikun biżżejjed Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 33 – Festa 2022 9

s-sapport

sotto-kumitati

il-programm.Fuqkollox

Viva San Pietru! Banda Birżebbuġa fuq Spotify Il-paġna ta’ Instagram @bandabirzebbuga

il-produzzjoni

Triq ta' MarsaskalaRumi(next to Torri Mamo) mob: 7930 0807 Specialising in Dustless Blasting on Fibre & Metal MinistruPubbliċigħax-Xogħlijietul-Ippjanar Email stefan@zrinzo.com Website www.zrinzo.com Mobile 7968 1171 Il-Festa t-Tajba! Uffiċċju Birżebbuga - 40, Triq il-Brolli Uffiċċju Żurrieq - 4, Triq it-Taħħan

/juliafarrugia Ministru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur 79999936CUSTOMERinfo@juliafarrugia.comCARE

Tony CaterersMuscatLimited Freshly made ice-Cream Ice-Cream Manufacturers 89, St. Patrick Street, BirΩebbu©a Tel/Fax: 2165 8677 KC Turnkey Projects Building Alterations - Electrical & Plumbing - Internal & External Wall Finishes - Tile Laying - Pipe Laying - Plastering Works - Gypsum Boards - Painting - Coving - Soffits - Waterproofing - Transport of FurnitureCharles Camilleri 9945 9205 camilleri.960@googlemail.com Kevin E-mail:Mob:Tel:Gozo,MarsalfornQbajjar Mechanical Live Sports & Appetizers Karaoke on Friday & Saturday Booking for private parties • Mob: 9901 0178 No StainlessSteelSpecialistsinMCSwebemailMobTelGudjaTarxien3-Specialising in Hair Extensions Tel: 2701 9299 Opening Hours Mon: Closed Tues - Sat: 9.00am till 7.00pm Wed: till 1.00pm

18, Luqa Road, Qormi QRM 9073 Mob: 9949 0044, 9986 8411 Email: maquilina@isg.com.mt LIFTINGWORKLOADSERVICES Specialise in compact and silent lifting services including furniture, aluminium & gypsum boards Best prices available Up to 12 storeys (37mts) High Max. Load 300kgs Charlton Mob: 9944 5177 Email: workload10@gmail.com ERVIS DURAJ AUTO ELECTRICIAN MECHANIC +356 9933 visiongarage@gmail.com8881visiongarage.mt f Xgħajra

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 33 – Festa 2022 16 Li nsejħu ismek, Pietru, ikun biżżejjed

Meta kien fostna l-Papa Franġisku, fiż-żjara f’Ħal Far, ispirat mill-post qal illi mank kull post isir “Laboratorju tal-Paċi” fejn jissaħħu r-rabtiet tal-ħbiberija soċjali u l-kultura tal-laqgħa. Naħseb dan il-kliem, illi qalu fil-kuntest ta’ post li jilqa’ fih lill-barrani skont ix-xewqa ta’ Ġesù, jista’ jdawwalna filmixja tagħna bħala parroċċa anki fejn tidħol il-festa.Għax nemmen li kull attività soċjali tal-parroċċa bħalma hi l-festa parrokkjali, li fiha jieħdu sehem ukoll ilbaned, għandha tkun ambjent fejn tissaħħaħ il-ħbiberija soċjali. Il-festa mhix mument fejn inkabbru d-differenzi jew noħolquhom, imma post fejn ħadd ma hu barrani, fejn skont ix-xewqa tal-Papa Ġwanni XXIII, il-Mulej ikeċċi minn qlubna dak kollu li jhedded il-paċi. Dawn il-jiem, fejn aħna xhieda ta’ tant vjolenza għaddejja f’postijiet fejn hemm il-gwerra, l-eqreb lejna fl-Ukrajna, ma nistgħux insiru kompliċi billi nrewħu l-firdiet żgħar u xi drabi għalxejn ta’ bejnietna. Nitbikkmu quddiem gwerra kiefra li għaddejja bit-tbatija li ġġib magħha, imma mbagħad ħalli għalina sabiex inkabbru d-differenzi kull fejn jaqblilna. Kulħadd bniedem, kulħadd jiżbalja, imma dejjem nistgħu nerġgħu nibdew, u l-festa parrokkjali li qed niċċelebraw wara sentejn hija okkażjoni tajba biex “nerġgħu nibdew” u biex nagħżlu b’kuraġġ it-triq talaħwa. Jgħidu li fid-dlam il-kwiekeb jiddu iżjed u mank li l-festa parrokkjali tkun kewkba, ftit dawl f’ambjent li huwa aktarx mudlam, bejn gwerra, pandemija u l-mitt salib li jkollhom iġarrbu n-nies fil-ħajja tagħhom. San Ġwanni XXIII, li għalih imsemmi l-Laboratorju tal-Paċi, b’rabta mal-parroċċa tagħna kien jgħid: “Ħalli Alla jibdilna u jagħmilna xhieda tal-verità, ġustizzja u mħabba tal-aħwa.” La reġgħet ġiet il-festa rridu nistaqsu lilna nfusna x’rotta se taqbad issa. Li x-xogħol kiber, l-esiġenzi żdiedu u mhux dejjem issib voluntiera kemm tixtieq huwa fatt. Però mbagħad irridu naraw il-festa għal xiex se sservi, fejn irridu naslu u fil-fatt qegħdin naslu bl-għażliet imma l-iktar żgħar li nagħmlu fejn tidħol il-festa u xi stampa kbira qed inżommmu f’moħħna. Nittama li l-festa ssir ukoll labortarju tal-paċi. Ilfesta ma ssirx għal xi sezzjoni ta’ nies li joqogħdu fir-raħal imma ssir mill-parroċċa bil-koperazzjoni talbaned u ħafna oħrajn għal kulħadd. Kulħadd merħba bih għax aħna familja miftuħa. Jalla nagħtu xejra lillfesta li tkun tassew laboratorju tal-paċi fejn mill-ġdid niskopru li aħna aħwa u nsaħħu kultura ta’ għaqda u ta’ familja.Nirringrazzja liż-żewġ baned tar-raħal tagħna tassehem tagħhom fil-festa li issa b’ferħ naraw li se ssir mill-ġdid. Nawgura lil kulħadd il-festa t-tajba. NotaFilwaqtEditorjali:illinroddu ħajr lil Dun Charles Carabott illi kellu jieqaf mis-servizz ta’ Direttur Spiritwali tas-Soċjetà, nawguraw ħidma fejjieda f’din ilkariga, lill-Wisq Reverendu Kappillan, il-Kanonku Anton Galea-Scannura u nirringrazzjawh talli laqa’ t-talba tagħna sabiex minbarra l-Kappillan tal-Parroċċa, ikun ukoll id-Direttur Spiritwali tasSoċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Parroċċa Laboratorju ta’ Paċi Kan. Anton Galea Scannura Il-Kappillan

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 33 – Festa 2022 17 Li nsejħu ismek, Pietru, ikun biżżejjed

Il-festa ta’ din is-sena se tkun immarkata fil-kotba tal-istorja hekk kif se tkun l-ewwel festa wara sentejn tal-pandemija talCovid-19. Illum erġajna lura biex niċċelebraw dawn il-jiem speċjali flimkien. Ftit tax-xhur ilu kellna l-opportunità li nieħdu togħma żgħira tal-festa hekk kif ilqajna l-wasla tal-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku f’Birżebbuġa. Irrid nieħu din l-opportunità biex nirringrazzja lil kull min ħadem sabiex tajna waħda mill-isbaħ merħbiet lill-Papa f’Malta.Ħbieb, dan il-messaġġ huwa meqjus bħala l-ewwel messaġġ tiegħi kemm ili fil-kariga ta’ Sindku tal-lokalità tagħna. Ftit tal-jiem oħra nagħlaq sena filkariga u nieħu din l-opportunità sabiex nirringrazzja lil sħabi kunsillieri għall-għajnuna u l-appoġġ li nsib mingħandhom. Tul dawn l-aħħar xhur bħala Kunsill Lokali wettaqna ħafna xogħol, kemm fuq bażi ta’ Kunsill kif ukoll b’kollaborazzjoni mal-Gvern Ċentrali. Fl-ewwel xhur tiegħi bħala Sindku ridt nara li bħala Kunsill nimmodernizzaw il-mod tat-tmexxija tagħna. Għalkemm il-pandemija ġabet magħha diversi diffikultajiet ħadna l-opportunità biex intejbu l-infrastruttura diġitali tagħna. Apparti minn hekk saħħaħna l-mod kif nikkomunikaw mar-residenti. Il-ħidma tal-Kunsill tmur lil hinn mis-servizzi essenzjali fil-lokalità bħalma huwa ġbir ta’ skart u rapporti. Bħala Kunsill qed naħdmu fuq diversi proġetti infrastrutturali. Tul dawn l-aħħar xhur tlestiet l-ewwel parti ta’ Triq Dawret il-Qalb Imqaddsa kif ukoll tlesta l-proġett tal-għarar f’San Ġorġ. Dawn il-proġetti saru b’kollaborazzjoni ma’ Infrastructure Malta. Barra minn hekk saru numru ta’ toroq ġodda residenzjali.L-ambjent huwa prijorità għal dan ilKunsill. Ħadna ħsieb inkomplu nħawlu aktar siġar filwaqt li tejjibna l-kundizzjonijiet talġonna tagħna. Il-Kunsill ħa ħsieb ukoll li jwettaq proġetti żgħar b’impatt sostenibbli bħalma huwa l-bdil tal-bankijiet tal-injam għal dawk magħmulin mill-plaswood. It-tfal u ż-żgħar tagħna jibqgħu prijorità għalina. Flaħħar jiem waslu xkafef ġodda fil-librerija pubblika kif ukoll ġie installat ilqugħ protettiv fil-bandli tax-xatt. Ħafna residenti spiss jilmentaw fuq in-nuqqas ta’ servizzi tas-Saħħa Primarja fil-lokalità tagħna. Tul dawn l-aħħar xhur il-Kunsill ħadem qatigħ sabiex jiġi identifikat post bil-għan li tkun tista’ tinbena berġa tassaħħa. Bħalissa l-Kunsill qiegħed jistenna l-konferma u l-vijabilità ta’ dan il-proġett. Bħala Kunsill se nkomplu naħdmu fuq dan il-proġett. Fiż-żmien tal-pandemija l-Kunsill għamel użu mis-sala tiegħu sabiex ġie amministrat il-vaċċin għall-COVID-19. Dawn huma biss uħud mill-proġetti li wettaqna matul l-aħħar sena u bla dubju hemm ħafna aktar xi jsir. Qabel nagħlaq irrid nieħu l-opportunità biex nawgura l-festa t-tajba lir-residenti kollha. Nawgura l-festa t-tajba lil sħabi kunsillieri, lis-Segretarju Eżekuttiv u l-istaff tal-uffiċċju li jaħdem qatigħ u lil kull entità li filħin liberu tagħha, tiddedika ħinha, sabiex il-festa sservi bħala okkażjoni ta’ ferħ u għaqda fost ir-residenti ta’ Birżebbuġa.Nawguralkom is-sliem u s-saħħa. Camilleri Is-Sindku ta’ Birżebbuġa Birżebbuġa 7945 Tel:2765 Kollut-tajbaJawguraCutajarl-Festalill-Popluta'Birżebbuġa

Birżebbuġa Road,

Mob:

7281 John

Il-Festa Lura f’Birżebbuġa Scott

9171

President Onorarju għal Għomru, Fundatur u Benefattur Ewlieni Anthony Camilleri Fundaturi tas-Soċjetà Anthony Camilleri, Alexander Caruana, Joseph Caruana, Angelo Cutajar, Raymond Cutajar (RIP), Jason Vella.

Presidenti Onorarji Peter Camilleri, il-Perit Michael Schembri B.E.&A. (Hons); A. &C.E. (Għal Għomru), Jason Vella (Għal Għomru), Emanuel Zammit, Paul Polidano, Dr Henry Antoncich L.P. LL.D., il-Prim Imħallef Dr Joseph Azzopardi LL.D., Lonzu Vella, Simon Micallef, Victor Schembri, Pietru Camilleri, il-Kavallier Derek Mifsud Speranza, Dr Marylin Sultana LL.B. N.P., Jason Cutajar, Roderick Cachia, Charles Ellul, Steve Briffa, Francis Cassar, Guido Agius.

Membri Onorarji Sunny Bonnici, Paul Schembri, Carmelo Galea, Joe Cutajar, Tarcisio Bongailas, Dennis Micallef, Emanuel Mangion, Mikiel Schembri, Pierre Zammit, Marco Camilleri, Benji Caruana, Andre` Taylor, Thaddeo Agius, Aiden Vella, Simon Galea, Eman Farrugia, John Taylor, Daniel Cutajar. Surmastrijiet Onorarji Mro Felicienne Paris B.Ed (Hons); L(Mus)TCL; A(Mus)LCM, Mro Gennaro Sibilano (Rivo di Puglia), Mro Ray Sciberras FLCM Bandist Onorarju Joe Gatt Struttura Amministrattiva Il-President Chev. Alexander Caruana OSJ Is-Segretarju Henry Bonnici It-Teżorier  Walter Pace Il-Viċi President Andy Mifsud L-Assistenti Segretarji Paul Gafà u Christopher Bonnici L-Assistenti Teżoriera Marouska Bonnici u Christopher Camilleri Is-Surmast Direttur u Għalliem tal-Istrumenti tar-Ramm Mro Michael Bugelli ATCL L-Assistent Surmast u Għalliem tat-Teorija Mużikali Mro Christopher Bonnici B.A.(Hons); M.A.; ALCM, LLCM L-Għalliem tal-Allievi fis-Settur tal-Qasba Mro Ludwig Noel Desira L-Arkivisti Andy Mifsud u Christopher Bonnici Id-Delegat tal-Banda Peter Paul Caruana L-Assistent Delegat Andy Mifsud Id-Direttur Ġenerali Steven Farrugia L-Assistent Direttur Ġenerali John Taylor Id-Direttur Manutenzjoni Eman Farrugia L-Assistent Direttur Armar tal-Każin Benji Caruana Il-Kordinatur għall-Applikazzjonijiet Paul Gafà Fund raising u attivitajiet Josef Marsh Ir-Rappreżentant tas-Sezzjoni Żgħażagħ Iljuni Andrè Busuttil Ir-Rappreżentant tal-Kummissjoni Armar Estern Benji Caruana Ir-Rappreżentant tal-Għaqda tan-Nar 22 ta’ Frar Eman Farrugia Ir-Rappreżentant Sezzjoni Banda Mario Chircop Ir-Rappreżentant tal-Kummissjoni Tisbiħ tal-Każin Emanuel Mangion Ir-Rappreżentant tal-Grupp Teatrali 14 ta’ Jannar Steven Farrugia Ir-Rappreżentanta tan-Nisa Helpers Mary Taylor Id-Direttur tal-Publikazzjonijiet Christopher Bonnici L-Uffiċjal għar-Relazzjonijiet Pubbliċi Jonathan Ellul Bonnici Web Master Andy Mifsud Reviżuri Il-Perit Michael Schembri u Jason Vella

StrutturaStrutturatas-SoċjetàOnorarja

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 33 – Festa 2022 20 Li nsejħu ismek, Pietru, ikun biżżejjed Introduzzjoni mill-President Chev. Alexander Caruana OSJ Jekk Alla jrid wara sentejn bla festa esterna minħabba r-restrizzjonijiet marbuta mal-Covid-19, din is-sena jidher li ser inkunu nistgħu niċċelebraw il-festa titulari kif nafuha aħna l-Birżebbuġin, festa li nkunu ilna nistennewha mhux biss aħna, imma anke ħafna nies oħra li ta’ kull sena jinżlu fir-raħal tagħna għal din il-ġimgħa hekk speċjali. Minkejja l-isfidi kollha li ġabet magħha l-pandemija, bħala soċjetà għamilna ħafna xogħol u żammejna s-Soċjetà għaddejja bl-aħjar mod possibbli. Ma nistax ma nsemmix il-proġett kbir illi għamilna biex irrinovajna s-sular t’isfel tal-każin illi sar kollu mill-membri volontiera tagħna. U matul din l-aħħar sena komplejna naħdmu sabiex isem is-Soċjetà tagħna nkomplu ntellgħuh ’il fuq. Hawnhekk żgur ma nistax ma nsemmix l-oratorio ‘Divo Petro’ li daqqejna għall-ewwel darba fl-24 ta’ Lulju tassena l-oħra fil-Katridral Metropolitan tal-Imdina; oratorio li ħafna dilettanti għadhom isemmuh, mhux biss għax huwa l-itwal wieħed li qatt inkiteb sa issa, imma anke għall-ġmiel tal-mużika kif ukoll tal-lirika tiegħu. Kellna wkoll iż-żjara mill E.T. l-President ta’ Malta Dr George Vella fis-sede tagħna fit-28 ta’ Lulju, żjara li tant baqgħet miftakra mill-membri tagħna. Imbagħad irrid insemmi ilmawra li għamlet iI-banda tagħna fi Sqallija, fejn fis-6 ta’ Novembru l banda daqqet fit-triq u l-pjazez prinċipali tal-belt ta’ Katanja, u allura din kienet ir-raba’ mawra tal Banda Birżebbuġa barra minn xtutna. Bla dubju, proġett importanti u li tant ilu mistenni huwa dak tal-Arkivju Mużikali, proġett li kien pjanat illi jsir fis-sena 2004, imma peress li mbagħad konna xtrajna l-ispiżerija, il-Kumitat Ċentrali ta’ dak iż-żmien kien ħass illi kien impossibbli li l-arkivju jsir. Issa l-arkivju lest bħala xogħol tal-injam, u diġà mlejnieh bilfowlders il-ġodda bil-biċċiet mużikali li għandna. Wara l-festa titulari se tkompli l-ħidma tal-iskultura fuqu. Ma’ dan kollu ma nistax ma nsemmix ilħafna strumenti ġodda li bqajna nixtru u li bla dubju issa aħna sirna l-iktar banda f’Malta li għandna strumentatura kbira u kollox talaqwa kwalità. Dan juri biċ-ċar kemm tassew il-banda hija fuq nett tal-aġenda tagħna. Però dan kollu kien possibbli mhux biss bid-donazzjonijiet u bil-flus illi ndaħħlu mill-attivitajiet, imma għax ħdimna kemm flaħna sabiex napplikaw għal diversi fondi u li permezz tagħhom stajna nkomplu ninvestu u nagħmlu dawn il-proġetti kollha u fl-istess ħin inkomplu għaddejjin bl-ispejjeż tas-soltu u nħallsu s-self tal propjetà tagħna.

Fost dan kollu, żgur illi din is sena tibqa’ magħrufa magħna meta l-Ħadd 3 ta’ April, għalkemm forsi għal ftit minuti, għadda mir-raħal tagħna l-Q. T. il-Papa Franġisku, is-suċċessur tal-patrun tagħna San Pietru. Din kienet l-ewwel darba li Birżebbuġa laqgħet lissuċċessur ta’ Pietru, u kienet tassew xierqa l-festa li għamilna bħala komunità magħquda u mdawrin anke mal-vara titulari tagħna. Kien mument li reġa’ wera l-għaqda kbira li tirrenja fir-raħal tagħna u dan anke nnutah il-Papa meta lill-Monsinjur li kellu miegħu qallu li kien baqa’ mistagħġeb bil-folla u l-entużjażmu kbir li kien ra fl-aħħar raħal li kien żar, u allura meta għadda minnIl-festaBirżebbuġa.ta’dinis sena xorta waħda qed iġġib magħha ħafna sfidi għax il-pandemija tat daqqa ta’ ħarta sew lillvolontarjat, u anke naqsu ħafna mill-bandisti li qabel kienu jdoqqu mal-baned, però ninsab konvint li se nkunu qed nagħmlu festa sabiħa u nagħmlu unur lirraħal illi tant inħobbu. Il-festa tagħna għandha ħafna elementi sbieħ, fosthom id-dimostrazzjonijiet talbaħar,in-nar illi jsir, il-baned, u l-kumplament. Imma bla dubju l-isbaħ ħaġa li jien kburi biha hija l-għaqda kbira li hawn bejnietna, u dan qed iwassal sabiex il-poplu Gardjola Gate, Mimosa Street (St. Luke’s Road), G’Mangia PTA 1045 Tel: 2122 6020-3 Fax: 2124 2644

Malti jinżel jiċċelebra magħna din il-festa għax jaf li jkun mument fejn se jiġi u jieħu gost. Ejjew dan l-ispirtu nkomplu naħdmu sabiex inżommuh u nkabbruh għax b’hekk biss il-festa tagħna tista’ tkompli tkun waħda mill-iktar festi popolari tal-gżejjer Maltin. Sfortunatament, esperjenzi koroh ngħaddu minnhom ukoll. Matul din is-sena ħallewna żewġ persuni li taw sehem notevoli fil-festa titulari. L-ewwel nett, Stephanie Buhagiar, illi kienet bandista tal-post membru tal-Kumitat Ċentrali, Chairperson tas-Sezzjoni Banda, u ħtarnieha mil-Laqgħa Ġenerali Annwali President u Bandist Onorarju. Onorat illi ħdimt ħafna magħha u kienet l-aktar persuna li ħadmet sabiex inħtart President tas-Soċjetà fl-2014. Ma’ Stephanie ħdimna ħafna sabiex intejbu l-livell tal-Banda Birżebbuġa. Ilpersuna l-oħra hija Martin Zammit, eks-Segretarju Ġenerali tal-Għaqda Mużikali San Pietru fil-Ktajjen. Kelli x-xorti li ma’ Martin ħdimt kemm meta kont filKumitat tal-Festa, fil-Kumitat tal-Banda San Pietru, kif ukoll meta waqqafna s-Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa lura fl-1990. Mill-ewwel flimkien konna ħdimna pjan kif se nibdew norganizzaw il-festa titulari fir-realtà ġdida ta’ żewġ baned. Qabel nagħlaq din l-introduzzjoni tiegħi nixtieq nirringrazzja lil sħabi kollha tal-kumitat, kummissjonijiet, surmast, assistent surmast, għalliem, soċji, bandisti u partitarji tagħna, lis-Sindku u sħabi l-kunsilliera kollha, il-Kappillan u l-Kleru, sħabna l-kumitat u s-soċji talGħaqda Mużikali San Pietru fil-Ktajjen, lill-Grupp Armar 1 ta’ Awwissu u lil dawk kollha li b’xi mod jew ieħor jagħtu sehem sabiex inkunu nistgħu nagħmlu l-festa. Ma’ dawn nirringrazzja wkoll lis-Supretendent Josrick Mifsud lill-Ispettur Jonathan Cassar u lill-korp kollu talPulizija u lill-forzi kollha tal-ordni li jkunu qed jaraw li kollox jimxi kif suppost. U lill-poplu kollu ta’ Birżebbuġa

Li nsejħu ismek, Pietru, ikun biżżejjed Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 33 – Festa 2022 21

tal-għajnuna li dejjem insibu mingħandu. Però flaħħar u b’mod speċjali nirringrazzja lill-għażiża marti Charlotte u lil uliedi Nikita u Peter Paul tal-paċenzja kbira li jieħdu bija sabiex inkompli naħdem għall-festa tagħna. Insellem ukoll lil dawk illi minħabba raġuni jew oħra ma jistgħux jifirħu magħna f’dawn il-jiem. Nixtieq nawgura l-festa t-tajba lil kulħadd! Viva San Pietru! Viva Birżebbuġa! Security Systems ACCESS CONTROL | CCTV | INTERCOMS INTRUDER ALARM SYSTEMS | SHOP SYSTEMS G 09, New Industrial Park, Valletta Road, Għaxaq, GXQ 2245, Malta +356 27 88 33 88 | info@unitech.com.mt

HHF 601—Hal Far Industrial Estate, Birzebbuga , BBG 3000

CustomerT-TAJBAIL-FESTANAWGURALKOMcareEmail 9900 0809 @drmiriamdalliinfo@miriamdalli.com@drmiriamdalli miriamdalli

Komplejna u Nkomplu Mixjin... Flimkien! Henry Bonnici Is-Segretarju Ġenerali

Viva San Pietru, il-Patrun tas-Soċjetà u ta’ Birżebbuġa!

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 33 – Festa 2022 24 Li nsejħu ismek, Pietru, ikun biżżejjed

Insellmilkom fl-għaxar sena tiegħi filkariga ta’ Segretarju Ġenerali tas-Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa u nibda billi nagħtikom l-isbaħ awguri għal festa sabiħa u brijuża kif nafu nagħmlu aħna ta’ Birżebbuġa.Nafillitkunu qegħdin tistennew xi informazzjoni dwar il-ħidma li saret fil-każin matul din l-aħħar sena. Ikolli ngħid illi ma waqafniex! Sar ħafna xogħol ta’ manutenzjoni, fosthom tkompla x-xogħol fuq il-bini tal-istore sabiex jieħu post store iżgħar illi ma kienx għadu jaqdi l-funzjonijiet tasSoċjetà. Saret ukoll ħidma fuq is-sala tal-kunċerti li ġiet irranġata u nbeda x-xogħol sabiex isir arkivju ġdid, disinn tal-President Alexander Caruana. Fih se tinġabar il-mużika kollha tas-Soċjetà b’mod professjonali u attraenti. Is-sala prinċipali ‘Anthony Camilleri’ kompliet tinkera għal diversi attivitajiet, fosthom żfin, ikliet u anke għal-lezzjonijiet tal-mużika ta’ NGO li għażlet propju s-sede tagħna sabiex tipprovdi sessjonijiet ta’ tagħlim mużikali lil tfal ta’ età ċkejkna, hekk kif fis-sede tagħna għandna strumentatura vasta ferm. Nifhmu kemm irridu nkunu aktar inklussivi, u għalhekk investejna f’servizzi sanitarji ġodda għallbenefiċċju ta’ persuni b’diżabilità. Għal dan il-għan saret ukoll ir-rampa quddiem il-każin, sabiex min ma jistax jitla’ taraġ, ikun jista’ jaċċessa l-bini tal-każin permezz tar-rampa. Saru wkoll antiporti ġodda fiż-żewġ intrati prinċipali tal-każin fi Triq Birżebbuġa. Is-sezzjonijiet u l-kummissjonijiet fi ħdan is-Soċjetà komplew jgħinu fl-operat ukoll, u dwar dan tistgħu taqraw iktar fil-paġni rispettivi ddedikati għalihom, bħalma tistgħu tagħmlu wkoll dwar l-oratorio ‘Divo Petro’ li ttella’ fil-Katidral Metropolitan ta’ San Pawl, l-Imdina. Diġà kienet sitwazzjoni ta’ qsim il-qalb, fejn għal sentejn ma stajniex niċċelebraw il-festa titulari b’mod normali, imma din is-sena bdejnieha bi qsim il-qalb ikbar, hekk kif kellna nirreġistraw it-telfa ta’ Stephanie Buhagiar, President u Bandist Onorarju tas-Soċjetà. Ħalliet vojt kbir fi ħdan is-Soċjetà tagħna u kif stajna, minħabba l-protokolli tal-pandemija, organizzajnielha tislima fuq iz-zuntier u quddiem il-każin. Fejn jidħol tagħlim mużikali, minkejja li kien hemm xi żmien illi t-tagħlim talprattika kien wieqaf, issa qed inkomplu, u dan qiegħed ukoll jagħtina sodisfazzjon. Fil-klassi tat-teorija għandna aktar minn għaxar studenti jitgħallmu taħt il-gwida talAssistent Surmast, Christopher Bonnici, illi ta’ kull ġimgħa jieħu ħsieb jgħallem bla ħlas, u għalhekk, is-Soċjetà ma qed toħroġ xejn għal dan it-tagħlim. Agħtuh aktar xogħol! U komplu ejjew bi ħġarkom! Uħud minn dawn l-istudenti tressqu għalleżamijiet u ġabu marki tajbin. La qed jiżdiedu l-allievi, irrid naraw illi nakkomodawhom, u għalhekk inxtraw strumenti ġodda. Baqa’ jsir ukoll il-programm onlajn ‘Mill-Pinna tal-Kompożituri’ skont il-festi ta’ matul is-sena, kif ukoll reġa’ ġie ppubblikat il-kalendarju tas-Soċjetà b’diversi ritratti ta’ nħawi differenti f’Birżebbuġa, filwaqt illi baqgħet issir il-lotterija ta’ kull ġimgħa. Ngħid għalija, meta nħtart bħala Segretarju Ġenerali ma kellix il-ħsieb illi ndum daqstant fil-kariga, u għalkemm hija kariga ta’ ħafna wġigħ ta’ ras; ġiri għall-permessi, mili ta’ formoli, laqgħat mal-pulizija, mal-Awtoritajiet Ekkleżjastiċi, u l-bqija, nistqarr illi din ilkariga qed tagħtini s-sodisfazzjon, għax biha nkun viċin tal-membri, viċin tal-partitarji, u viċin tagħkom illi tkunu fil-bini tas-Soċjetà tagħna. Inħares ’il quddiem għal aktar ħidma sabiex flimkien inkomplu ntellgħu isem isSoċjetà tagħna fuq il-pedestall illi jixraqlu, mhux biss f’Birżebbuġa, imma f’pajjiżna. Ma rridx intawwal, u għalhekk nirringrazzja lillPresident Alexander Caruana, l-Assistenti Tiegħi, Paul Gafà u Christopher Bonnici, il-Kaxxier Walter Pace, isSurmast Direttur Michael Bugelli u l-Assistent, il-familji kollha tagħna, il-Pulizija tad-Distrett, il-Kappillan u l-Kleru, is-Sindku u l-Kunsill Lokali, il-Kummissjonijiet, Sezzjonijiet, Membri u Partitarji, kif ukoll lill-ħbieb tagħna tal-Għaqda Mużikali San Pietru fil-Ktajjen. Lilkom ilkoll, grazzi tar-rispett u l-ħidma flimkien għallġid tal-festa titulari ta’ San Pietru Appostlu.

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 33 – Festa 2022 25 Li nsejħu ismek, Pietru, ikun biżżejjed

Il-karattru tiegħi dejjem kien illi nkun onest u ngħid il-fatti kif inhuma. Ilkoll smajna ħafna dwar kemm il-pandemija affettwat b’mod mill-aktar negattiv l-operat talvolontarjat f’pajjiżna. Ma nkunux qed inkunu żbaljati jekk ngħidu li l-għaqdiet mużikali u l-festi Maltin kienu fost l-aktar illi laqqtu u ħassew id-daqqa tal-pandemija. Meta ħwienet oħra u xogħlijiet oħra kienu miftuħin, il-bini tal-każini kien magħluq, u apparti l-effett ekonomiku negattiv fuq l-operat ta’ kull soċjetà, ġiet affettwat ħafna wkoll l-effett soċjali. Nixtieq nirringrazzja lil dawk kollha li mingħajr l-għajnuna tagħhom żgur illi ma kontx nasal sabiex insostni l-kariga ta’ Teżorier ta’ soċjetà bħalma hija tagħna f’dan iż-żmien partikolari. Grazzi lil sħabi l-uffiċjali, Alexander Caruana u Henry Bonnici, il-membri tal-Kumitat, l-assistenti tiegħi, Marouska Bonnici u Christopher Camilleri kif ukoll lill-aħwa Nathaniel u Kleine Debono. Grazzi lis-sezzjonijiet kollha li dejjem jagħmlu l-almu tagħhom sabiex jgħinuna b’mod finanzjarju. Ma rridx ninsa lill-bandisti tal-post illi jagħtu sehemhom lisSoċjetà, u permezz tagħhom niffrankaw aktar spejjeż. Bla dubju ta’ xejn, madankollu nixtieq nirringrazzja lill-mara tiegħu Sue tal-paċenzja u s-sapport kollu li tagħtini matul is-sena kollha. Għalkemm l-aktar waħda siekta, żgur illi mingħajr l-appoġġ kontinwu tagħha ma nkunx nista’ nkompli. Grazzi ta’ kollox Sue, għalkemm naf illi ma tiħux gost illi nsemmik! Ma rridx ninsa lill-isponsors, l-aġenziji u l-individwi kollha li jinvestu fina filwaqt illi nħeġġiġkom tgħinuhom u tużaw il-prodotti tagħhom. Intom il-membri nħeġġiġkom sabiex minbarra li ġġeddu l-menswalità, tgħinu lisSoċjetà li tant tħobbu billi toffru l-għajnuna manwali tagħkom fid-diversi proġetti li jkollna matul is-sena. Tiddejqux tiffrekwentaw il-każin! L-istess appell lilkom il-partitarji. Għaliex ma tissieħbux bħala membri? Tkunu qegħdin tgħinuna ħafna, bħalma tgħinuna meta tattenduFilwaqtgħall-attivitajiet.illinawguralkom minn qalbi l-isbaħ xewqat għall-festa t-tajba, niftakar speċjalment fil-morda u l-anzjani u nawguralhom illi ma jdumux ma jkunu f’saħħithom ħalli jkunu jistgħu jgawdu magħna.

Ma Naqtgħux Qalbna! Walter Pace It-Teżorier

Wide selection of Mobile Phones LCD TVs, Hi-Fi, Sport Cameras & Accessories GO Services, Mobile Repairs & much more Zaren Dalli Street, Birżebbuga Tel: 2165 8754 • Mob: 7959 1927

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 33 – Festa 2022 28 Li nsejħu ismek, Pietru, ikun biżżejjed Għeżież Petrini Birżebbuġin, insellmilkom! Każin kbir, b’ħafna kmamar, b’ħafna xogħol fih. U jkollok erbat’ikmamar ukoll iebsa biex tlaħħaq mal-ħidma u t-tindif tagħhom, aħseb u ara binja kbira bħal din! Meta taħseb illi tkun lestejt, trid terġa’ tibda. Dik il-ħajja fil-każin tagħna; nippruvaw dejjem inżommuh attraenti għal kull min jiġi jżuru, kemm sabiex jixrob xi ħaġa, kemm sabiex jitgħallem il-mużika, kemm sabiex jgħid kelma jew jara xi logħba futbol jew xi sports ieħor. Fil-Bar Nineteen Ninety qed isir xi xogħol sabiex jiġi dejjem isbaħ u aħjar. Frans Cassar, ix-Xavù flimkien ma’ xi membri u partitarji oħra qegħdin jirranġaw xi Fi Żmien il-Pandemija u Barra Minnha.... Ma Waqafniex! Chev. John Taylor Assistent Direttur Ġenerali fili kif ukoll jiżbgħu mill-ġdid, sabiex meta jekk Alla jrid jerġa’ jiftaħ wara li jingħażel l-operatur il-ġdid, ikun jappella aktar għal kulħadd. Naturalment, il-pjan beda b’xogħol fuq il-fili u żebgħa, madankollu ħaġa taqla’ lill-oħra, u qed iduru dawra l-post bl-aħjar mod illi Bħalissajistgħu.fil-każin qegħdin jeħlu l-firedoors kif ukoll xogħol ta’ gypsum minn Jason Vella fejn kien hemm in-niċċa ta’ San Pietru fl-ewwel sular, peress illi issa tniżżlet fis-sular ta’ isfel meta dan ġie rinovat fissenaIl-manutenzjoni2020. fuq l-arbli ma tonqosx, u sa ftit ġimgħat qabel il-festa titulari kellna nniżżlu wieħed mill-arbli sabiex nirranġaw dak kollu li kellu bżonn. Bl-entużjażmu ta’ bosta membri u partitarji, l-għada li tniżżel, tlesta u reġa’ ttella’ f’postu. Barra minn hekk, fil-gallerija ta’ Misraħ il-Knisja waħħalna żewġ arbli u magħhom narmaw żewġ bnadar skont l-okkażjoni li tkun. Matul is-sena saret ukoll tiswija ta’ bosta bnadar, grazzi għall-volontiera tas-Soċjetà Annabelle Gatt, kif ukoll tindif kontinwu tal-każin kollu, speċjalment wara xi attività peress illi s-sala ‘Anthony Camilleri’ qed tinkera fuq bażi regolari. L-irħama bis-sena tat-twaqqif tas-Soċjetà fid-daħla prinċipali tal-każin fi Triq Birżebbuġa.

Ir-rampa u l-handrailing quddiem il-każin fi Triq Birżebbuġa. Wieħed mill-firedoors illi twaħħlu fis-sede tas-Soċjetà.

tagħhom jirnexxielna nibqgħu għaddejjin. Inħeġġiġkom sabiex tiġu tagħtu titwila u tmiddu jdejkom fil-ħidma tattieni dar tagħna, il-każin tas-Soċjetà. Il-Festa t-Tajba u Viva San Pietru! Fruit-Ella Grocer & Green Grocer a new shop in 80, Triq il-Kartaġiniżi, Birżebbuġa • Mob: 7958 5371 You will find Groceries, Cheese-Counter (at very good prices), Fresh milk, Bread daily and Fresh fruit and vegetables. Opening Hours: Mon, Tue, Thu, Fri 6.00 - 12.30 & 15.30 - 19.00 Wednesday 6.00 - 15.00 Saturday 6.00 - 13.30 / Public Holidays Open from 6.30 - 12.00 FreeBonusDeliveryCard

Ix-xogħol taż-żebgħa ma jonqosx. Saret żebgħa ġdida fuq il-bejt kif ukoll żbajna l-oppramorti. Waħħalna wkoll l-għatba ta’ barra bis-sena tat-twaqqif tasSoċjetà, kif ukoll saret ir-rampa quddiem il-każin. Sabiex jikkumplimentaha u jonqos kull tip ta’ periklu għal kulħadd, twaħħlet hand-railing. Matul il-proċess ta’ dan ix-xogħol tgħallimna li meta tkun inklussiv, dak illi huwa bżonn għall-persuni b’diżabilità, huwa wkoll bżonn, u għalhekk kumdità għal kulħadd! B’hekk, ilkażin tagħna, issa huwa aċċessibbli anke għall-persuni b’diżabilità minn fuq il-bankina, sa fuq il-bejt! Saret ukoll ħidma fuq l-istore, kif ukoll twaħħlu żewġ antiporti fiż-żewġ daħliet tal-każin fi Triq Birżebbuġa. Dawn l-antiporti ntlaqgħu tajjeb ferm. Qatgħu l-istorbju, il-każin ġie aktar contained u taw bixra aktar professjonali u moderna lill-bottegin. F’waħda mid-daħliet ta’ Triq Birżebbuġa, nhar l-Erbgħa 28 ta’ Lulju, fiż-żjara li għamel fis-sede tasSoċjetà, il-President tar-Repubblika l-E.T. Dr George Waqt il-ħidma fuq ir-restawr ta' wieħed mill-arbli tas-sede tas-Soċjetà. Waħda miż-żewġ antiporti fl-intrati ta' Triq Birżebbuġa. l-oħra tas-Segretarji Ġenerali, l-oħra tat-Teżoriera u finalment tas-Surmast Direttur illi kellha s-Soċjetà mittwaqqif tagħha s’issa. Grazzi minn qalbi lil dawk kollha, membri, partitarji u benefatturi li jgħinu sabiex isir dan kollu. Bil-għajnuna

Li nsejħu ismek, Pietru, ikun biżżejjed Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 33 – Festa 2022 29

CamilleriMarco Għal kull xogħol ta’ tqegħid ta’ madum tal-art u tal-ħajt. Mob: 99406418

IRONMONGERY Triq F.M Ferretti, Qajjenza, Birżebbuġa BBG05 Tel: 21654497 Mob: 77445014 Owner: Horace Scicluna Electrical & Water Fittings, Household Goods, Paints more than 1000 colours, Tools, Barbeque Sets, Different tips for pumps, Water Heaters, Pumps, Key Cuttings & more...

F’Ħadd il-Għid, ftit qabel bdiet il-festa ta’ Kristu Rxoxt kont qed inħares lejn l-irħama li żżanżnet issena l-oħra, waħda minn erbgħa, u fiha nnutajt illi s-Segretarju Ġenerali tas-Soċjetà, Henry Bonnici qed jagħlaq għaxar snin fil-kariga. Bħalma għamilt fissena 2019 meta intervistajt lill-President Alexander Caruana fl-okkażjoni tal-ħames snin mill-ħatra tiegħu ta’ President tas-Soċjetà, ħassejt illi kelli nagħmel ma’ Henry wkoll. Nammetti, ma tantx kienet faċli sabiex nikkonvinċih, għax kif tafuh, hu... bniedem umli, ta’ ftit kliem, jaħdem ħafna fis-silenzju. Għall-frisk tal-arja kkundizzjonata, intasabt miegħu fil-klassi tat-teorija u staqsejtu xi domandi, uħud minnhom faċli, oħrajn aktar diffiċli... Tista’ tgħidilna xi ħaġa dwar it-trobbija tiegħek? Għalkemm ħafna miż-żmien qattajtu f’Birżebbuġa, fil-verità twelidt f’Raħal Ġdid. Anke l-Ewwel Tqarbina

Henry Bonnici –Għaxar Snin Segretarju Ġenerali Intervista Christopher Bonnici B.A.(Hons); M.A.; ALCM; LLCM

Henry Bonnici f'Jum l-Ewwel Tqarbina hemm għamiltha, imma nżilna Birżebbuġa li kienet differenti ferm mil-lum, meta kelli madwar ħames snin. Mill-bqija, kollox Birżebbuġa għamilt. Il-ġenituri kienu jgħiduli li wieħed miz-zijiet tant feraħ, illi meta twelidt jien kien qatel ħanżir biex jiċċelebra. It-trobbija kienet dixxiplinata u minħabba l-mard ta’ ommi trabbejt illi kollox għandu ħinu u waqtu. Tgħallimt inkun ukoll puntwali kemm jista’ jkun. Minħabba li ommi mardet fit-tul, oħti Linda ħadet ħsieb il-familja, għaliex xogħol missieri kien fuq ilvapuri. Ħuti l-oħra, il-kbar marru l-Awstralja u kellna ħija li jbati fl-iżvilupp mentali. Minn din l-intervista rrid nirringrazzja lil Linda, għax kienet hija li rabbietna. Kieku ma kinitx hi, min jaf x’kien isir mill-familja tagħna!Fejn tidħol edukazzjoni kelli ftit diffikultà għax ma tantx ridt naf bi skola. Ma nafx għaliex, imma dejjem kont inġib marki tajbin xorta waħda... apparti fl-Ingliż, għax qatt ma qbiżt il-55%. Jien aktar inħobb is-snajja’. Hemm kont inħossni tajjeb. Passatempi ma tantx kelli, apparti li nħobb nammira n-natura, għalkemm ma tantx nista’ nsejjaħlu passatemp. Meta kont żgħir kont ngħaddi ħafna ħin ngħin fil-parroċċa mas-sagristan Ċikku Schembri u Michael Schembri. Il-Familja Nukleari Tiegħek? Il-familja dejjem nipprova li nimxi id f’id mal-mara Catherine sabiex kemm jista’ jkun nibqgħu sodi fiżŻwieġ. Ma niddejjaqx ngħid pubblikament illi għallfamilja nagħmel kollox, basta narahom kuntenti. Miżżwieġ ma’ Catherine kellna wild, Jonathan. Ismu kien dejjem f’moħħi, minn qabel iżżewwiġt. Għalina, bħal kull wild ieħor, meta twieled Jonathan ġrat xi ħaġa kbira. Ħabbejnieh u nibqgħu nħobbuh matul ħajjitna kollha. Tajnieh l-edukazzjoni kif stajna u sakemm xtaq huwa. Kiber u issa għall-grazzja ta’ Alla żżewweġ issena l-oħra lil Yanica Ellul u veru kuntenti bihom ittnejn. Xi jdejqek u xi tħobb fil-ħajja? L-egoiżmu jdejjaqni immens. Nobgħod nara lil ħaddieħor ibati. Ma niflaħx nara persuna tgħakkes lil ħaddieħor sabiex hija tirrenja u tistagħna. Inħobb ħafna l-għaqda u l-imħabba bejn is-soċjetà inġenerali. X’tiftakar mill-festa fil-passat? Il-festa kienet fqira fejn jidħol l-armar u l-baned. Ilfunzjonijiet tal-knisja kienu tajbin u organizzati. Konna nieħdu pjaċir fil-festa għax konna ndumu barra.

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 33 – Festa 2022 33 Li nsejħu ismek, Pietru, ikun biżżejjed

Li nsejħu ismek, Pietru, ikun biżżejjed Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 33 – Festa 2022 34 Kont għadek żagħżugħ meta twaqqfet il-Banda Birżebbuġa? X’ħajrek tappoġġja din l-inizjattiva? Dak iż-żmien kelli 32 sena. Ftit qabel kont indoqq mal-Għaqda Mużikali San Pietru fil-Ktajjen, imma kelli ftit problemi mas-Surmast Direttur, u qbadt u warrabt bil-kwiet. Sentejn wara li waqaft kien sabni Rocco Zahra u kien qalli ‘Ejja magħna, mal-banda l-ġdida biex iddoqq id-drums’. Dak il-ħin ma tajtux risposta, imma kien rani l-knisja u reġa’ qalli. Dak ilħin għedtlu li se nipprova mmur. Meta mort l-ewwel ġurnata kien xi ġimagħtejn wara l-festa u kif tlajt fuq kont sibt lis-Surmast Bugelli jirranġa l-mużika. Ħares lejja u staqsieni min jien. Rocco Zahra qallu li kont mort biex nitgħallem id-drums. Dak il-ħin, is-Surmast ħares lejja u qalli li għal dak iż-żmien konna se nieqfu ftit bħala vaganza wara l-festa, imbagħad inkomplu t-tagħlim f’Ottubru. Waslet il-ġurnata u mort. Din iddarba mort waħdi. Sibt lis-Surmast ma’ xi allievi oħra u stedinni nidħol biex nibda nitgħallem. Ġiet l-ewwel festa u s-Surmast qalli biex noqgħod ħdejn tad-drums fis-servizzi ħalli nieħu idea tad-daqq. Imma l-bandist li kien qed idoqq id-drums stedinni nidħol indoqq biċċa. U hekk bdejt indoqq mal-Banda Birżebbuġa għal bostaAppoġġjajtsnin. l-inizjattiva tat-twaqqif tal-banda l-ġdida għax hawn sibt nies illi jafu jħobbu u jagħtu kas xulxin. Jista’ jkun illi mhux kulħadd, imma tieħu gost tara dik il-ħeġġa ta’ nies illi qatt m’huma kuntenti u dejjem jaraw x’jagħmlu biex jaraw il-każin jikber. Veru li hemm dik in-naqra pika bejn iż-żewġ każini, imma dak li jsir, isir minn qalbhom. Ħassejtni milqugħ u hemm nies illi ili nafhom, b’hekk inħossni home Kif tħares lejn Birżebbuġa llum? Inbidlet totalment! Jien niftakar Kalafrana mmorru nilagħbu l-ballun. Ix-xatt kien differenti ħafna. Niftakar il-baħar mat-triq quddiem l-għassa. Kont tisma’ l-għajjat tat-tfal minn ġol-baħar. Konna nilagħbu l-ballun filbaħar u niġru fuq il-pont. Kien żmien sabiħ ta’ tfulitna.

Meta bdejt nikber kont immur il-piċċ ma’ sħabi biex (bejnietna) nittantaw xi tfajliet. U l-festa ta’ San Pietru llum? Il-festa nbidlet ħafna bis-saħħa tal-banda l-ġdida. Qabel ma kienx hemm pika u għalhekk kollox kien jgħaddi. Kważi kważi, iddoqq il-banda tar-raħal u ma ddoqqx ma kinitx tagħmel differenza għax kienu jġibu baned oħra barranin. L-armar inbidel u żdied. Kien ġie l-Kappillan Dun Karm Frendo u bidel il-festa ta’ taħt, fuq. In-nies bdew jagħmlu l-pavaljuni fit-toroq, saret statwa tal-marċ bi xbieha ta’ San Pietru li kienet tkun akkumpanjata mill-Banda San Pietru fil-Ktajjen. Fi żmien il-Kappillan Dun Karm Frendo beda jsir ukoll il-marċ ta’ filgħodu. F’kelma waħda, il-festa sbieħet, imma żdied ukoll ix-xogħol u żdiedu l-ispejjeż. Il-kariga ta’ Segretarju ġġib magħha diversi responsabbiltajiet. Kif tħossok fiha? Għaliex aċċettajt illi tassumi r-responsabbiltajiet kollha li ġġib magħha? Il-kariga ta’ Segretarju qatt ma ħsibt illi ser nokkupaha, imma suppost kelli nidħol għal sena waħda biss, imma sena wara sena, issa se nagħlaq għaxar snin fiha. Ħeqq... hemm responsabbiltà kbira, għax għandna bosta nies warajna u l-każin dejjem jikber. Ngħid il-verità, jiġu mumenti fejn ngħid illi aħjar jekk nieqaf, u naħseb illi qed joqrob iż-żmien illi dan iseħħ. Biss, apparti l-problemi li jinqalgħu minn żmien għal żmien, jagħmluli ħafna u ħafna kuraġġ sħabi tal-kumitat, fosthom il-President u l-Kaxxier, għax nippruvaw naħdmu flimkien għall-ġid tas-Soċjetà. Kull sena naċċetta li nibqa’ għax inħobb din is-Soċjetà u nħossni kuntent naħdem fil-qasam mużikali. Il-mużika dejjem kont inħobbha, minn meta kont żgħir. X’tixtieq tara fis-Soċjetà? Nixtieq illi nara nies ġodda li jokkupaw karigi bħalma hija din ta’ Segretarju Ġenerali. Nixtieq nara demm ġdid, Henry waqt waħda mill-plays illi ħa sehem fihom fi tfulituŻgur ma jingħarafx! Henry għadu tfajjel ċkejken, innoċenti aktar mil-lum żgur!

X’tixtieq tara f’Birżebbuġa? Irrid illi nara Birżebbuġa isbaħ u magħquda kontra l-qerda naturali! L-appell tiegħek għal min isibha diffiċli jagħti daqqa t’id fil-ħajja volontarja f’raħalna. Il-volontarjat huwa sabiħ u ta’ sodisfazzjon; fil-verità jagħtik huwa u mhux inti lilu! Ili fil-volontarjat sa minn ċkuniti. Ħdimt fih, tgħallimt

Li nsejħu ismek, Pietru, ikun biżżejjed Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 33 – Festa 2022 35 u minn hawn nappella lil min jixtieq, jiġi u nwiegħdu l-għajnuna kollha tiegħi, inkondizzjonata.

X’tixtieq tara fil-festa titulari? Aktar għaqda bejn iż-żewġ każini. Is-sena kollha naħdmu flimkien, u saħansitra ndoqqu flimkien. Imma fil-ġimgħa tal-festa ġieli l-kompetizzjoni ssir mibegħda minn xi wħud... Dik tweġġagħni ħafna ħafna!

fih, u fuq kollox tgħallimt illi fil-volontarjat tkun qed taqsam dak illi taf ma’ ħaddieħor; ma żżommux għalik biss. Ħbieb, appell ġenwin u minn qalbi: sibu għaqda – hi liema hi – agħtu l-għajnuna tagħkom fiha u tgħixu aħjar f’teamwork u rispett lejn ideat differenti. Grazzi tal-ħin u s-servizz tiegħek Henry! Ad multos annos! Donnu xi suldat tal-gwerra lest għal xi invażjoni MG Signs Plot 90- 91 X , Luqa Industrial Estate, Luqa LQA 3000 T: 21696787 E: sales@mgmalta.com

CHARLES & PAUL MIFSUD 131/135, Tiger Store, St. Philip Street, Birżebbuġa Tel/Fax: 2165 2070 – Mob: 9947 5998 Stockists for all kinds of: Food Stuffs, Detergents, Toiletries, Catering Items, etc... SOUTHMARKETSOUTHMARKETSUPPLIESLTD.SUPPLIESLTD.

5 YEARS GUARANTEE MANUEL GARAGE Panel Beating Spray TowingPaintingService Żejtun Road, Birżebbuġa Tel: 2166 0167 - Mob: 9947 3095 Email: manuelgarage18@gmail.com

L-Oratorio Divo Petro Dehra ġenerali tal-Banda Birżebbuġa fil-Katidral tal-Imdina, bil-Katidral mimli bl-udjenza b'rispett lejn is-saħħa pubblika

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 33 – Festa 2022 38 Li nsejħu ismek, Pietru, ikun biżżejjed Minkejja li l-festa titulari ma setgħetx issir bħassoltu, ġimgħa qabel il-festa titulari, propju s-Sibt 24 ta’ Lulju 2021, fil-Katidral Metropolitan tal-Imdina, ittella’ għall-ewwel darba l-oratorio Divo Petro fuq kitba talpoeta Sebastian Saliba, riċerka Biblika ta’ John Saliba u mużika tas-Surmast Onorarju, Mro Ray Sciberras. Dan l-oratorio nibet minn ħsieb tal-mużiċista tal-Banda Birżebbuġa Josef Schembri u l-President Alexander Caruana. Huwa xogħol kbir ħafna għal banda sinfonika kbira, kor u solisti. L-ewwel eżekuzzjoni kellha tkun f’Novembru 2020 sabiex tagħlaq iċ-ċelebrazzjonijiet tattletin anniversarju mit-twaqqif tas-Soċjetà, imma dan ma kienx possibbli, u għalhekk it-tmexxija tas-Soċjetà ppruvat tmexxih għal viċin il-festa tal-Kattedra ta’ San Pietru Appostlu, fi Frar 2021, imma r-restrizzjonijiet baqgħu hemm. Hekk kif tnaqqsu xi ftit ir-restrizzjonijiet, it-tmexxija tas-Soċjetà rabtet din l-okkażjoni mal-festa titulari. Għal din l-okkażjoni żżanżnu wkoll diversi strumenti ta’ perkussjoni awżiljarji sabiex joħolqu l-effetti li ried il-kompożitur. Il-Banda Birżebbuġa kienet taħt iddirezzjoni tas-Surmast Direttur sa mit-twaqqif tagħha, Mro Michael Bugelli ATCL u saret taħt il-patroċinju talPresident tar-Repubblika, it-Tabib George Vella. Minħabba r-restrizzjonijiet ma setgħux jattendu persuni daqskemm xtaqna, u għalhekk grazzi għattekniċi tas-Soċjetà Andy Mifsud u Jonathan Ellul Bonnici, din l-okkażjoni setgħet titwassal fi djarna permezz tal-paġna facebook tas-Soċjetà. Minkejja li l-istatwa ta’ San Pietru propjetà tas-Soċjetà ma setgħetx tinħareġ fid-dimostrazzjoni matul il-jiem ta’ Tridu, fis-sena 2021 xorta waħda ħarġet mill-bini talkażin u ttellgħet fil-Katidral Metropolitan tal-Imdina għal dan l-oratorio f’ġieħ il-Prinċep tal-Appostli, San Pietru l-Patrun tagħna.

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 33 – Festa 2022

Il-lejla kienet taħt il-patroċinju tal-E.T. Dr George Vella u s-Sinjura Vella It-Tenur Charles Vincenti, illi interpreta l-parti ta' San Pietru Preżentazzjoni ta' tifkira lill-kompożitur, Mro Ray Sciberras, Surmast Onorarju tal-Banda Birżebbuġa Preżentazzjoni ta' tifkira lil Mro Christopher Bonnici u s-Sinjura Bonnici, diretturi tal-kor tas-Soċjetà, Xmun Pietru L-awtur Sebastian Saliba Mro Michael Bugelli li b'tant abilità mexxa l-Banda Birżebbuġa fil-Premiere ta' Divo Petro. Il-lejla kienet preżentata minn Anton Falzon

Li nsejħu ismek, Pietru, ikun biżżejjed

39

Li nsejħu ismek, Pietru, ikun biżżejjed Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 33 – Festa 2022 40 Il-bandalora artistika tas-Soċjetà u fl-isfond is-sett tat-timpani professjonali tas-Soċjetà L-istatwa ta' San Pietru tas-Soċjetà fuq il-presbiterju talKatidral Metropolitan tal-Imdina. Il-powster u l-faċċata tal-ktejjeb tal-okkażjoni storika.

L-Erbgħa 29 ta’ Ġunju –

11:00am: Green Gathering ma’ DJ Charles Tanti fil-bottegin tas-Soċjetà.

Il-Ġimgħa 8 ta’ Lulju 7:00pm: Quddiesa fil-Ġnien taż-Żona tal-Papa bi tħejjija għall-festa titulari.

Is-Sibt 9 ta’ Lulju

Is-Sibt 16 ta’ Lulju 3:00pm: Mill-Pinna tal-Kompożituri dirett fuq il-paġna facebook tas-Soċjetà. Il-Ħadd 17 ta’ Lulju

12:00pm: Mat-tokki u l-moti solenni ta’ nofsinhar, isir ħruq ta’ murtali tal-bomba u murtaletti millGħaqda tan-Nar 22 ta’ Frar. 6:30pm: Quddiesa fil-Knisja Parrokkjali. 7:00pm: Ħruġ tal-vara titulari ta’ San Pietru Appostlu (1959) fuq iz-zuntier illi tintlaqa’ b’ferħ u entużjażmu mill-poplu ta’ Birżebbuġa. Iżżewġ baned lokali, Banda Birżebbuġa u

Is-Sibt 30 ta’ Lulju 3:00pm: Edizzjoni Speċjali tal-programm Mill-Pinna tal-Kompożituri dirett fuq il-paġna facebook tas-Soċjetà flimkien ma’ Christopher Bonnici, Jonathan Ellul Bonnici, Marouska Bonnici u Andy Mifsud. Isiru wkoll bosta intervisti ma’ membri u partitarji tas-soċjetà.

Is-Sibt 2 ta’ Lulju 3:00pm: Mill-Pinna tal-Kompożituri dirett fuq il-paġna facebook tas-Soċjetà.

3:00pm: Mill-Pinna tal-Kompożituri dirett fuq il-paġna facebook tas-Soċjetà. Il-Ġimgħa 15 ta’ Lulju 7:00pm: Quddiesa fiċ-Ċentru tal-Madonna tal-Għoqiedi fil-Qajjenza bi tħejjija għall-festa titulari. 8.00pm: BBQ fuq il-bejt tal-każin organizzat mis-Sezzjoni Żgħażagħ Iljuni.

Is-Solennità ta’ San Pietru u San Pawl Appostli

5:30pm: Quddiesa li fiha nitolbu għal dawk li mietu mill-festa tas-sena ’l-oħra ’l hawn. Mistiedna b’mod speċjali l-qraba u l-ħbieb. Insemmuhom b’isimhom. Il-Ħadd 31 ta’ Lulju 9:30am: Quddiesa Kantata li fiha ssir il-preżentazzjoni tat-trabi li twieldu mill-festa tas-sena l-oħra ’l hawn. Tingħata tifkira. Imexxi l-Kanonku Peter Ellul.

11:00am: Get Together fil-bottegin tal-każin f’atmosfera festiva mill-aqwa.

7:00pm: Quddiesa għaż-żgħażagħ fuq iz-zuntier talknisja parrokkjali. It-Tnejn 1 ta’ Awwissu –Is-Solennità ta’ San Pietru Appostlu fil-Ktajjen u Jum il-Ħruġ tal-Vara min-Niċċa 8:00am: Mat-tokki tat-tmienja, l-Għaqda tan-Nar 22 ta’ Frar tilqa’ l-festa titulari bi ħruq ta’ murtali tal-bomba u murtaletti.

Is-Sibt 23 ta’ Lulju 3:00pm: Mill-Pinna tal-Kompożituri dirett fuq il-paġna facebook tas-Soċjetà. 7:30pm: Lejla Sajfija organizzata mill-parroċċa fuq iz-zuntier tal-knisja. Ikun hemm bosta ikel, xorb u divertiment. Il-Ħadd 24 ta’ Lulju 10:00am: Il-Kummissjoni Armar Estern tistieden lill-membri u lill-partitarji għal riċeviment f’għeluq l-10 snin mit-twaqqif talKummissjoni. Tiżżanżan is-sorpriża l-ġdida li se tingħata b’donazzjoni lis-Soċjetà millistess Kummissjoni. L-attività ssir fis-sala prinċipali ‘Anthony Camilleri’. L-Erbgħa 27 ta’ Lulju 6:30pm: Sports Rally fi Triq il-Kostituzzjoni. Il-Ħamis 28 ta’ Lulju 6:15pm: Laqgħa ta’ informazzjoni dwar il-festa titulari fis-sala prinċipali ‘Anthony Camilleri’. 6:30pm: Quddiesa Kantata u Adorazzjoni animati millKummissjoni Liturġija bi tħejjija għall-festa titulari. Il-Ġimgħa 29 ta’ Lulju 8:00pm: Attività Grandjuża fi Triq Birżebbuġa, quddiem is-sede tas-Soċjetà. Jieħdu sehem bosta kantanti stabbiliti f’atmosfera ta’ festa. Ibbukkjaw minn kmieni sabiex ma tkunux diżappuntati. Ikun hemm bosta ikel u xorb.

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 33 – Festa 2022 42 Li nsejħu ismek, Pietru, ikun biżżejjed Il-Programm tal-Festa 2022

6:30pm: Quddiesa Kantata tas-Solennità li fiha huma mistiedna b’mod speċjali l-għaqdiet mużikali u l-grupp armar flimkien ma’ dawk kollha li jaħdmu għall-festa titulari bħala preparazzjoni għall-festa titulari. Fit-tmiem taċ-ċelebrazzjoni jitkanta l-innu popolari lil San Pietru. Jieħu sehem il-kor parrokkjali.

8:00pm: Il-Banda Popolari Birżebbuġa, taħt iddirezzjoni tas-Surmast Direttur Mro Michael Bugelli tilqa’ l-wasla tal-istatwa bl-innu popolari u innijiet b’tema Petrina. Id-

6:30pm: Quddiesa Kantata. Imexxi l-E.T. Monsinjur Charles J. Scicluna, l-Arċisqof ta’ Malta. Mistiedna l-familji b’mod speċjali l-koppji li qed jiċċelebraw xi anniversarju speċjali tażŻwieġ u koppji li żżewġu matul din is-sena, kif ukoll l-Għaqdiet kollha tal-Parroċċa. Wara l-quddiesa ssir il-funzjoni tat-Tridu, bilKurunella lil San Pietru, il-kant tal-Antifona Int ir-Ragħaj ta’ Maryanne Zammit (1982) u tingħata l-Barka Sagramentali.

8:15pm: Il-Banda Popolari Birżebbuġa tibda marċ minn Triq il-Ġurġier, Triq San Ġwann, Triq San Franġisk Saverju, Triq Alessandru, Misraħ Ħamilkar Barka, Triq San Filippu, IlBajja s-Sabiħa, Triq Birżebbuġa, Triq Santa Katarina, Triq it-Tankijiet, Triq San Pawl, Il-Bajja s-Sabiħa u akkumpanjat mill-briju jintemm fi Triq Birżebbuġa quddiem il-każin. Isir il-ħruq ta’ musketterija mill-Għaqda tan-Nar 22 ta’ Frar u tissokta attività soċjali fil-każin. Il-Ġimgħa 5 ta’ AwwissuIt-Tielet Jum tat-Tridu: Jum is-Saċerdoti, Reliġjużi u Persuni ta’ Ħajja Kkonsagrata 8:00am: Mat-tokki tat-tmienja, isir il-ħruq ta’ murtali tal-bomba u murtaletti mill-Għaqda 22 ta’ Frar. 12:00pm: Mat-tokki u l-moti ta’ nofsinhar, isir ħruq ta’ murtali tal-bomba u murtaletti mill-Għaqda tan-Nar 22 ta’ Frar.

6:00pm: Ċelebrazzjoni Solenni tal-Għasar tat-Tridu u Salve Regina. 6:30pm: Quddiesa Kantata mmexxija minn Patri Stephen Mifsud MSSP, iben il-parroċċa ta’ Birżebbuġa. Mistiedna speċjali s-saċerdoti, reliġjużi u persuni ta’ ħajja kkonsagrata. Wara t-Tqarbin jitkanta l-Innu ta’ Ringrazzjament, it-Te Deum bħala l-għeluq tat-Tridu. Wara l-quddiesa ssir il-funzjoni tatTridu, bil-Kurunella lil San Pietru, il-kant talAntifona Int ir-Ragħaj ta’ Maryanne Zammit (1982) u tingħata l-Barka Sagramentali.

It-Tlieta 2 ta’ Awwissu 6:30pm: Quddiesa għat-tfal bi preżentazzjoni fuq il-ħajja ta’ San Pietru u tqassim tal-midalji tal-Isports Rally Wara purċissjoni ferriħija bl-istatwa ta’ San Pietru tat-tfal (2018) salMUSEUM, fejn issir ċelebrazzjoni għat-tfal. Imexxi Fr David Borg.

Li nsejħu ismek, Pietru, ikun biżżejjed Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 33 – Festa 2022 43 San Pietru fil-Ktajjen, magħquda f’banda waħda jilqgħu lil San Pietru bid-daqq talinnu popolari u innijiet oħra b’tema Petrina. Tingħad il-Kurunella lil San Pietru u t-tfal jippreżentaw fjura lil San Pietru. F’dan il-mument, l-Għaqda tan-Nar 22 ta’ Frar, issellem l-istatwa titulari ta’ San Pietru appostlu b’salut, kaxxa infernali, murtali billogħob u murtaletti. Kif tintemm il-funzjoni fuq iz-zuntier, iżżewġ baned lokali jdoqqu f’banda waħda matul Misraħ il-Knisja, imbagħad il-Banda Birżebbuġa, taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Mro Michael Bugelli tkompli l-marċ tagħha f’din ir-rotta: Triq Birżebbuġa, il-Bajja s-Sabiħa, Triq iż-Żebra, Triq San Ġwann, Triq 13 ta’ Diċembru, Misraħ ir-Repubblika, Triq il-Kostituzzjoni, Triq San Tumas, Misraħ ir-Repubblika, Triq 31 ta’ Marzu, Triq ilProf. Anton Tabone, il-Bajja s-Sabiħa, Triq Birżebbuġa u Misraħ il-Knisja. Ikun hemm feature u kant ta’ kanzunetti b’tema Petrina relatati mas-Soċjetà minn Mark Tonna u Danica Muscat. Wara li jintemm il-marċ, isir ħruq ta’ nar minn fuq il-bejt tal-każin u tissokta attività brijuża flimkien ma’ Ryan Spiteri, Marco Xuereb u Charles Tanti.

7:00pm: L-istatwa ta’ San Pietru, propjetà tas-Soċjetà, titgħabba fuq il-lanċa u tibda d-dimostrazzjoni tradizzjonali mill-Bajja ta’ San Ġorġ sal-Bajja s-Sabiħa akkumpanjata minn diversi dgħajjes u opri tal-baħar kif ukoll element bandistiku li jdoqq marċi brijużi.

8:15pm: Il-banda mistiedna San Ġużepp ta’ Ħal Għaxaq tibda marċ fl-inħawi tal-Qajjenza minn Triq Arturo Issel u timxi f’din iddirezzjoni: l-Għerien, il-Ħajja Ewlenija, Herakles, F.M. Ferretti, il-Batterija, il-Fossili, l-Iżbark tat-Torok, il-Kitarristi, il-Mandolina, il-Fossili, Salvatore Cachia Zammit, Birżebbuġa, San Ġorġ, San Pietru, itTankijiet, Santa Katarina, il-Knisja il-Bajja s-Sabiħa, Birżebbuġa u jintemm f’Misraħ il-Knisja fost il-briju tal-partitarji. Fi tmiem ilmarċ tissokta attività fil-bottegin tas-Soċjetà. L-Erbgħa 3 ta’ AwwissuL-Ewwel Jum tat-Tridu: Jum id-Djakonija 6:00pm: Ċelebrazzjoni Solenni tal-Għasar tat-Tridu u Salve Regina. 6:30pm: Quddiesa Kantata mmexxija mill-Kanonku Peter Ellul, Kollaboratur Pastorali. Mistiedna speċjali l-morda, l-anzjani u persuni bi bżonnijiet speċjali u l-familji tagħhom. Wara l-quddiesa ssir il-funzjoni tat-Tridu, bilKurunella lil San Pietru, il-kant tal-Antifona Int ir-Ragħaj ta’ Maryanne Zammit (1982) u tingħata l-Barka Sagramentali. 8:00pm: Attività Soċjali fit-triq tal-każin, Triq Birżebbuġa li tinkludi ikla flimkien. Aħsbu sabiex tibbukkjaw ħalli ma tkunux diżappuntati. Il-Ħamis 4 ta’ AwwissuIt-Tieni Jum tat-Tridu: Jum l-Għaqdiet u l-Familja 6:00pm: Ċelebrazzjoni Solenni tal-Għasar tat-Tridu u Salve Regina.

Is-Sibt 6 ta’ Awwissu –Lejlet il-Festa Titulari ta’ San Pietru Appostlu fil-Ktajjen

9:30pm: Ħruq ta’ murtali bil-logħob, sfejjer, blalen, murtali tal-kulur u kaxxa infernali tal-kulur.

11:15pm: Feature u Spettaklu minn DJ Ziggy fil-Bajja s-Sabiħa, attività organizzata mis-Sezzjoni Żgħażagħ Iljuni.

9:00pm: Il-Banda Birżebbuġa tiċċelebra Lejlet ilFesta Titulari b’kunċert vokali u strumentali taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Mro Michael Bugelli ATCL. Flimkien mal-banda jieħdu sehem is-Sopran Karen Camilleri, it-Tenur Charles Vincenti, il-Kantanta Riona Degiorgio u l-korijiet Mirabitur u Xmun Pietru, il-kor tas-Soċjetà. Dawn huma s-siltiet mużikali li se jkunu esegwiti mill-Banda Birżebbuġa: Innu Popolari Lil San Pietru, Dun Frans Camilleri, Carmelo Pace Kor Xmun Pietru, Kor Mirabitur Medley Over to the Overtures, Arr. J. Howe Selezzjoni minn Chess I Know Him So Well, Benny Anderson, Tim Rice u Bjorn Ulvars Solisti: il-mużiċisti tal-Banda Birżebbuġa Drancesco Barbara u Josef Schembri Selezzjoni mill-Musical The Sound of Music Richard Rogers; arr. W.J. Duthoit Karen Camilleri, Sopran Charles Vincenti, Tenur Selezzjoni Chariots of Fire Vangelis; arr. Rieks von der SelezzjoniVelde

minn The Mission Gabriel’s Oboe Ennio Morricone; arr. Roland Kernen Riona Degiorgio, Kantanta Kanzunetta Granada Agustin Lara Charles Vincenti, DiskorsTenur mill-President u Preżentazzjonijiet Kanzunetta Con Te Partirò E. Sartori, L. Quarantotto; arr. Capt. George Debono Riona Degiorgio, Kantanta Kanzunetta One Moment in Time Albert Hammond, John Bettis; arr. John Higgins Karen Camilleri, Sopran Movie Soundtrack Mamma Mia! Arr. Frank Bernaerts Kor Xmun Pietru, Kor Mirabitur Inno di Gloria San Pietru fil-Glorja Alexander Caruana; arr. Simon Farrugia Karen Camilleri, Sopran Charles Vincenti, Tenur Kor Xmun Pietru, Kor InnuMirabiturBanda Birżebbuġa Joe Julian Farrugia, Michael Bugelli Karen Camilleri, Sopran Charles Vincenti, Tenur Kor Xmun Pietru, Kor Mirabitur 9:30pm: Ħarqa spettakolari li tibda bi ħruq ta’ salut tal-lampjun, murtaletti, sfejjer, blalen, murtali bil-logħob, murtali biċ-ċentru u murtali talkulur. Tagħlaq il-ħarqa kaxxa infernali kbira tal-kulur. 11:30pm: It-Tieni Edizzjoni ta’ PYRO COLOURS millGħaqda tan-Nar 22 ta’ Frar. Wirja kbira ta’ logħob tan-nar tal-art artistiku u b’diversi mekkaniżmi differenti li tintemm b’tapit sinkronizzat mal-mużika; kollox FROTT ITTFAL TA’ BIRŻEBBUĠA.

7:30pm: Quddiesa. 8:00pm: Waqt id-daqq solenni tal-moti, il-Banda Popolari Birżebbuġa tibda marċ a la Veneziana, akkumpanjata mill-istandardi kollha tas-Soċjetà, l-istandard il-prim tarrakkmu u l-bandalora artistika (2015). Il-marċ jgħaddi minn Triq Birżebbuġa, Triq Santa Katarina, Triq il-Bandli, Triq Żaren Dalli u jintemm fi Triq Birżebbuġa quddiem ilplanċier tas-Soċjetà.

Li nsejħu ismek, Pietru, ikun biżżejjed Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 33 – Festa 2022 44 dimostrazzjoni tissokta mill-Bajja s-Sabiħa, għal Triq Birżebbuġa, fejn l-istatwa tingħata tislima denja quddiem il-każin, timxi għal Misraħ il-Knisja fejn quddiem il-parti l-ġdida tas-sede tas-Soċjetà jindaqqu l-innijiet, imbagħad tissokta lejn Triq Sant’Andrija, Triq Sant’Anġlu, Triq San Ġwann, Triq San Edwardu u l-Bajja s-Sabiħa, fejn għallħabta tal-11:15pm, l-istatwa tittellgħa fuq il-pedestall tagħha fost il-briju tal-partitarji. L-Għaqda tan-Nar 22 ta’ Frar issellem lill-istatwa ta’ San Pietru bil-ħruq ta’ kaxxa infernali mill-Bajja s-Sabiħa.

12:00pm: Ikla tradizzjonali bejn il-ħbieb fil-każin.

5:30pm: Quddiesa. 6:30pm: Translazzjoni Solenni tar-Relikwa ta’ San Pietru Appostlu mill-Knisja l-Antika talMadonna tad-Duluri għall-Knisja Parrokkjali. Kant tal-Innu tal-Appostli u l-Antifona Solve Jubente Deo kompożizzjoni ta’ Mro Ray Sciberras Ċelebrazzjoni(2016).Solenni tal-Ewwel Għasar Solenni tas-Solennità u Salve Regina. Jiżżanżan Magnificat ġdid alternat kompożizzjoni ta’ Mro Josette Polidano. Espożizzjoni tas-Santissimu Sagrament u tingħata l-Barka Sagramentali. Imexxi Monsinjur Alfred Vella.

3:00pm: Edizzjoni Speċjali tal-programm Mill-Pinna tal-Kompożituri dirett fuq il-paġna facebook tas-Soċjetà flimkien ma’ Christopher Bonnici, Jonathan Ellul Bonnici, Marouska Bonnici u Andy Mifsud. Isiru wkoll bosta intervisti ma’ membri u partitarji tas-soċjetà.

11:00pm: Il-Banda Popolari Birżebbuġa ttemm l-impenji mużikali tagħha bil-marċ tan-Nar u r-Reffiegħa. Tibda minn quddiem il-każin fi Triq Birżebbuġa, tinżel sal-kolonna fejn l-istatwa ta’ San Pietru (1991) titniżżel minn fuq il-pedestall, u akkumpanjata mill-Banda Birżebbuġa titwassal u tiddaħħal lura filkażin. Il-marċ jissokta u jintemm f’Misraħ il-Knisja f’nofsillejl. Inħeġġu sabiex wara dan is-servizz mużikali, il-membri u l-partitarji jagħtu daqqa t’id fiż-żarmar tal-planċier, l-armar tal-faċċata kif ukoll l-apparat tal-briju. Napprezzaw kull għajnuna. Aktar kemm inkunu nies, indumu u nbatu inqas u nserrħu rasna li kollox jinsab merfugħ sigur għall-festa titulari 2023. It-Tnejn 8 ta’ Awwissu –L-Għada tal-Festa u x-Xalata Tradizzjonali 8:00pm: Niltaqgħu ħdejn Għar Dalam bil-karozzi mżejnin bil-kuluri tas-Soċjetà sabiex flimkien nagħmlu daħla brijuża fir-raħal u nroddu ħajr lill-poplu kollu ta’ Birżebbuġa tal-appoġġ kontinwu tiegħu, filwaqt illi nagħmlu kuraġġ lil xulxin, fil-ħidma tagħna, matul it-triq twila ta’ sena li twassalna sabiex mill-ġdid niċċelebraw festa kbira u sabiħa lil San Pietru Appostlu fis-sena 2023.

12:00pm: Il-Banda Popolari Birżebbuġa tibda l-marċ il-kbir tal-Iljun minn Triq Birżebbuġa u timxi lejn Triq Santa Katarina, Triq it-Tankijiet, Triq Żaren Dalli, Triq San Mikiel, Triq id-Duluri, Il-Bajja s-Sabiħa u jilħaq il-qofol tiegħu fi Triq Birżebbuġa u Misraħ il-Knisja, akkumpanjat mill-briju tal-membri u l-partitarji. Fit-tmiem tinħaraq musketterija minn fuq il-każin.

Fin-nuqqas ta’ bosta attivitajiet matul is-sena minħabba l-pandemija, kull donazzjoni tkun ferm Ejjewapprezzata.nuruliaħna tal-festa billi narmaw ilgalleriji, il-bjut, it-twieqi u l-faċċati ta’ djarna bil-kuluri tas-Soċjetà u tal-parroċċa, u fuq kollox b’xi inkwatru jew stampa ta’ San Pietru Il-KumitatAppostlu. Ċentrali jirriserva d-dritt illi dan il-programm jista’ jitbiddel mingħajr avviż prematur skont il-ħtieġa tal-Festa ta’ San Pietru Appostlu. Fl-aħħar se nilqgħuk fi triqatna Wara stennija ta’ tliet snin Kompli seddaq, idek żomm soda Fuqna wliedek, Birżebbuġin! (minn Pietru, ħarisna matul is-snin ta’ Christopher Bonnici)

9:30pm: Il-membri u l-partitarji niltaqgħu quddiem is-sede tas-Soċjetà fi Triq Birżebbuġa sabiex nagħtu merħba kbira lill-patrun tagħna San Pietru Appostlu hekk kif jasal quddiem ilkażin fi Triq Birżebbuġa, imbagħad inkomplu nakkumpanjawh sad-dħul lura fil-knisja.

Il-Ħamis 11 ta’ Awwissu 6:30pm: Quddiesa u ħin ta’ Adorazzjoni b’radd il-ħajr ’l Alla għal kull min għen fil-festa. L-animazzjoni liturġika fil-Jiem talFesta Titulari ssir mill-Kor Parrokkjali b’akkumpanjament tal-orkestra taħt iddirezzjoni tal-Maestro di Cappella, Josette Polidano. Inħeġġu lil kulħadd sabiex fil-jiem tal-festa ta’ San Pietru Appostlu nattendu bi ħġarna l-funzjonijiet liturġiċi u nattendu l-attivitajiet illi se jkunu organizzati b’rispett sħiħ lejn xulxin u nakkumpanjaw lill-Banda Popolari Birżebbuġa waqt illi tterraq mat-toroq ta’ Nappellawraħalna. sabiex nirregolaw ruħna masSagramenti tal-Qrar u t-Tqarbin f’dawn il-jiem sbieħ tal-festa. Ejjew ningħaqdu madwar l-altar u madwar il-patrun tagħna sabiex nirringrazzjaw lil Alla l-Imbierek, Ommna Marija u lil San Pietru li waqfu magħna f’dawn is-snin.

Il-Ħadd 7 ta’ Awwissu –Jum il-Festa Titulari ta’ San Pietru Appostlu fil-Ktajjen Quddiesa fis-6:30am, 8:00am u fil-11:00am.

Li nsejħu ismek, Pietru, ikun biżżejjed Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 33 – Festa 2022 45

7:15pm: Tibda ħierġa l-Purċissjoni bl-istatwa artistika u devota kif ukoll ir-Relikwa ta’ San Pietru Appostlu fil-Ktajjen, il-Patrun ta’ Birżebbuġa, immexxija minn Dun Sean Abela.

9:00am: Konċelebrazzjoni Solenni bil-mużika mmexxija minn Monsinjur Alfred Vella. Wara l-Qari tal-Evanġelju, Patri Victor Farrugia O Carm. jinseġ Kuruna ta’ Tifħir lill-Appostlu San Pietru, il-Patrun ta’ Birżebbuġa. Fi tmiem il-quddiesa titkanta l-antifona Solve Jubente Deo ta’ Mro Ray Sciberras (2016).

6:00pm: Quddiesa Kantata u li fiha jitkanta t-Tieni Għasar tas-Solennità mmexxija mis-saċerdot novell Dun Sean Abela. (il-quddiesa tas7:00pm ma ssirx)

7:30pm: L-Għaqda tan-Nar 22 ta’ Frar tagħti t-tislima tagħha lill-istatwa u r-Relikwa tal-Appostlu San Pietru bi ħruq ta’ salut, kaxxa infernali kbira spanjola u sett murtali u murtaletti billogħob.

8:00pm: Il-Banda San Pawl ta’ Ħal Safi, mistiedna mis-Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa tibda programm mużikali fuq ilplanċier tas-Soċjetà, imbagħad takkumpanja l-purċissjoni b’innijiet u marċi b’tema Petrina mill-Bajja s-Sabiħa sad-dħul lura fil-knisja parrokkjali.

10:30pm: Dħul tal-purċissjoni lura fil-knisja parrokkjali, kant tal-antifona Solve Jubente Deo ta’ Mro Ray Sciberras (2016), Ċelebrazzjoni Ewkaristika, Barka Sagramentali u bews tar-Relikwa waqt illi jitkanta l-innu popolari lil San Pietru.

LEADER Programme Gal Xlokk - Measure 2: Strengthening a healthy cultural identity [Health, Safety and Security at Birzebbuga Band Club] Sabiex nissalvagwardjaw kull min jagħmel użu mis-sede tas-Soċjetà kif ukoll il-patrimonju li għandna fil-każin, permezz ta’ dawn il-fondi Ewropej taħt l-iskema Gal Xlokk, twaħħlu CCTV u Intruder Alarm madwar il-każin kollu kif ukoll Fire Alarm u saru ż-żewġ antiporti l-ġodda u bieb li jagħlaq it-taraġ prinċipali għall-iktar sigurtà fil-każin.

Aġġornament

li ilna mwaqqfa 32 sena, għandna numru sabiħ ta’ biċċiet mużikali, uħud minnhom miktuba għas-Soċjetà tagħna biss kif ukoll għadd ta’ mużika mixtrija. Però, sfortunatament sallum qatt ma kellna post adegwat fejn inkunu nistgħu npoġġu din Permezzil-mużika.ta’danil-fond mill-Gvern ta’ Malta, inħadem arkivju sabiex iservi ta’ post fejn tkun miġbura l-mużika kollha tas-Soċjetà b’mod organizzat u tkun preservata sew. L-arkivju huwa wkoll biċċa għamara artistika li ssebbaħ is-sala tal-kunċerti, u allura ssebbaħ il-każin. Fil-ġimgħat li ġejjin ser tibda tinħadem l-iskultura talistess arkivju sabiex b’hekk dan il-proġett ikun komplut.

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 33 – Festa 2022 46 Li nsejħu ismek, Pietru, ikun biżżejjed

Gal Xlokk - Measure 3: Promotion of the Cultural Heritage [Documenting our history] Kif ktibna fl-artiklu tas-sena l-oħra, permezz ta’ dawn il-fondi Ewropej taħt l-iskema Gal Xlokk inkitbet l-istorja tas-Soċjetà, minn qabel it-twaqqif tagħha sal-bidu tal-31 sena, u ġiet ippubblikata fi ktieb sabiex ikollna l-istorja dettaljata, affidabbli u preċiża tal-ġrajjiet kollha li seħħew sabiex twaqqfet is-Soċjetà u dak kollu li ġara sabiex wasalna fejn qegħdin illum il-ġurnata. Dan sar permezz ta’ ħafna riċerki fuq minuti tal-laqgħat tal-kumitat u sezzjonijiet, kotba tal-festa, kif ukoll ta’ diversi intervisti varji mal-membri li kienu involuti matul is-snin fis-Soċjetà. L-awtur kien l-Assistent Surmast u l-Editur tas-Soċjetà, Christopher Bonnici u matul il-proċess kien megħjun minn bosta persuni oħra. dwar kisbiet li għamlet is-Soċjetà Andy Mifsud

Mill-festa tas-sena 2021 sal-lum, is-Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa bbenefikat minn diversi fondi Ewropej u fondi oħra sabiex inkomplu nsaħħu s-Soċjetà u dak li tagħmel għall-membri, studenti tagħha u l-komunità. Fond għall-Kawżi Soċjali [ArkivjuBħalagħall-mużika]SoċjetàMużikali

Skema B [Nerġgħu nibdew nikkunċertaw flimkien] Parti oħra mill-istess fond tal-Aġenzija Żgħażagħ hija l-ħidma flimkien mas-Soċjetà Filarmonika Marija Mtellgħa s-Sema tal-Imġarr. Din is-sena hija s-seba’ sena li qed nagħmlu dan il-proġett flimkien, fejn ir-riżultat jidher sew hekk kif qegħdin nużaw ir-riżorsi ta’ xulxin sabiex inkunu nistgħu faċilment insaħħu l-iskejjel tal-mużika tagħna. Din is-sena l-iskop tal-proġett huwa li nerġgħu nibdew inkomplu nikkunċertaw flimkien kif konna qabel ilpandemija. Permezz ta’ dan il-fond se nixtru sistema ta’ amplifikazzjoni li tkun faċli tinġarr u tintrama sabiex apparti li tkun tista’ tintuża waqt il-kunċerti u l-provi, inkunu nistgħu nużawha anke jekk xi ħadd idoqq solista, u dan sabiex jinstema’ aħjar. Barra minn hekk xtrajna wkoll Wood block set, Vibra slab, Cabasa u sett Latin Timbales sabiex b’hekk inkomplu nżidu l-istrumentatura li diġà għandna u nespandu t-tagħlim mużikali tagħna. Xtrajna wkoll erba’ biċċiet mużikali ġodda kif ukoll flyers u tifkiriet għall-programm illi ser nagħmlu bħala massed band, iż-żewġ baned flimkien, flImġarr.

L-intervent

prinċipalment

Li nsejħu ismek, Pietru, ikun biżżejjed Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 33 – Festa 2022 47

Dan il-ktieb se jkun il-punt ta’ referenza għall-ġenerazzjonijiet futuri u għal dawk kollha li jixtiequ jkunu jafu aktar dwar il-każin tal-banda tagħna. Illum il-ġurnata, is-Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa hija mudell ta’ kif taħdem organizzazzjoni volontarja. Aħna nagħmlu l-almu tagħna sabiex nippromwovu l-mużika u l-kultura mhux biss f’Birżebbuġa imma fil-gżejjer Maltin. Kull min jixtieq jakkwista kopja ta’ dan il-ktieb ghandu jagħmel kuntatt maghna fuq il-paġna facebook tasSoċjetà jew jibgħat ittre fuq info@birzebbugaband.org Barra minn hekk saru sett ta’ canvas banners b’ritratti tal-kunċerti l-kbar tal-banda kif ukoll ta’ kull meta l-banda daqqet barra minn Malta. Gal Xlokk - Measure 1 [Restoring the Artistical Main Entrance] Permezz ta’ dawn il-fondi Ewropej taħt l-iskema Gal Xlokk ser inkunu qegħdin nirrestawraw il-faċċata artistika tal-irħam illi għandna fl-entratura fi Triq Birżebbuġa, peress illi maż-żmien il-kundizzjoni tagħha ddeterjorat. jinvolvi tibdil ta’ ċerti sezzjonijiet minħabba xquq kif ukoll tindif tal-akkumulazzjoni tal-ħmieġ ikkawżat mit-tniġġis. It-Taħriġ Mużikali taż-Żgħażagħ fil-Każini tal-Banda [Ngħaqqdu s-sett tat-Timpani] Wara s-suċċess illi kellna sena wara sena mill-fondi tal-Aġenzija Żgħażagħ sabiex insaħħu t-tagħlim talperkussjoni speċjalment fuq it-Timpani, din is-sena s-Soċjetà bbenefikat minn fondi tal-istess Aġenzija Żgħażagħ sabiex tinxtara Timpani Ludwig 20” biex b’hekk is-sett tat-Timpani jkun magħqud kollu. B’hekk issa l-istudenti tal-perkussjoni tagħna jistgħu jitgħallmu fuq sett ta’ ħames Timpani; dawk ta’ 20”, 23”, 26”, 29” u 32” kollha tal-aħħar mudell bil-pedali sabiex ikunu jistgħu jibdlu n-noti u nkunu nistgħu ndoqqu kull biċċa mużika li tkun teħtieġ sett komplut.

41A, Triq San Ġorġ, Birżebbuġa • Tel: 2165 1043 • Mob: 7965 0713 Email: xtremefishing65@gmail.com XtremefishingMalta Savoury Snacks and Sweet Treats. We also accept orders for parties. for more information find us on Facebook or call us 7982 6425

• [Elettriku s-sena kollha] Permezz tal-iskema Ix-Xjenza u l-Innovazzjoni fil-Komunità maħruġa mill-Ministeru għall-Ugwaljanza, irRiċerka u l-Innovazzjoni, inxtara ġenerator b’saħħtu biżżejjed sabiex jixgħel il-każin kollu. Dan ser jiġi installat fil-ġimgħat li ġejjin. B’hekk ser inserħu moħħna li s-sede tagħna qatt ma tkun tista’ tispiċċa mingħajr il-provvista tal-elettriku. Dan ser ikun silenzjuż kif ukoll ilaħħaq mad-domanda kollha tas-sede, inkluż l-air conditions u l-lift li ġew installati dan l-aħħar.

Barra minn hekk xtrajna wkoll storage fuq l-internet fejn qegħdin inżommu kopja tal-mużika skenjata u sabiex inkunu nistgħu nirranġaw xi partijiet tal-mużika li jkun hemm bżonn, xtrajna l-programm tal-kompjuter ‘Sibelius’.

Fond Ix-Xjenza u l-Innovazzjoni fil-Komunità - Skema 2021

Li nsejħu ismek, Pietru, ikun biżżejjed Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 33 – Festa 2022 49

● [Preserving our Music] Bħala Soċjetà Mużikali li ilna imwaqqfa 32 sena, għandna numru sabiħ ta’ biċċiet mużikali, uħud minnhom miktuba għas-Soċjetà tagħna biss kif ukoll ammont ta’ mużika mixtrija. Però, sfortunatament sal-lum qatt ma kellna fajls puliti fejn inkunu nistgħu nerfgħu din il-mużika kollha li għandna. Permezz ta’ dan il-proġett xtrajna box files puliti ħafna għal kull biċċa mużika, u fuqhom ktibna l-isem tal-mużika u l-kompożitur. Dawn il-box files tpoġġew fl-arkivju l-ġdid illi sar filkamra tal-kunċerti.

● [OnlineFiż-żmienRadio]diffiċli tal-pandemija rajna kif nibqgħu nagħmlu kuntatt mal-membri u segwaċi tas-Soċjetà u għalhekk bdejna nagħmlu programm ta’ marċi brijużi ppreżentat minn Mro Christopher Bonnici bl-għajnuna tat-tim talproduzzjoni: Andy Mifsud, Jonathan Ellul Bonnici u Marouska Bonnici. Dan il-progamm jixxandar b’mod dirett fuq il-paġna tal-Facebook tas-Soċjetà. Permezz ta’ dan il-proġett ser ninvestu f’apparat u dak kollu li jkun meħtieġ fil-kamra studio sabiex b’hekk inkomplu nxandru dan il-programm.

• [Dawl aħjar b’inqas enerġija] - Skema 2022 Bl-istess skema ser inkunu qegħdin nagħmlu wiring ġdid fis-sistema tal-elettriku f’partijiet mis-sede tal-każin kif ukoll jiġu installati bozoz ġodda li jaħlu anqas enerġija. Apparti li b’dan il-proġett ser inkunu qegħdin ngħinu biex innaqqsu l-emmissjonijiet, ser ikollna sistema tal-elettriku iktar sigura.

Soċjetajiet Mużikali Iktar Inklussivi Permezz ta’ din l-iskema maħruġa mill-Ministeru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur, isSoċjetà għamlet latrini għal persuni b’diżabilità fis-sular ta’ isfel u fit-tieni sular, rampa għal fuq il-bejt prinċipali u diversi fire doors illi jifirdu l-parti l-ġdida tal-każin minn mal-parti l-qadima.

Kwalità tal-Ħajja - Skema għall-għotjiet żgħar għall-Organizzazzjonijiet Volontarji Permezz ta’ din l-iskema maħruġa mill-Ministeru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur, isSoċjetà tagħna ħadet il-fondi sabiex tinstalla sistema ta’ amplifikazzjoni fissa fis-sala prinċipali tal-każin sabiex din tkun tista’ tintuża għad-diversi attivitajiet li s-Soċjetà jkollha fl-istess sala matul is-sena.

SIS (Small Initiatives Support Scheme)

Anthony Azzopardi all Mob: 9985 3254, 9923 0255 jarma quddiem id-daħla taċ-ċimiterju tan-naħa t’isfel

Li nsejħu ismek, Pietru, ikun biżżejjed Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 33 – Festa 2022 50 Voluntary Organisations Project Scheme (VOPs) [Step up our Musical Experience] Għalkemm is-Soċjetà tagħna ilha mwaqqfa biss 32 sena, hija mogħnija b’ħafna biċċiet mużikali. Ħafna minnhom huma innijiet iddedikati għall-patrun tagħna San Pietru Appostlu. B’dan il-proġett ser inkunu qegħdin nirrekordjaw diversi xogħlijiet mużikali li nkitbu għall-banda tagħna, fosthom l-oratorio ‘Divo Petro’, diversi innijiet, marċi brijużi kif ukoll marċi funebri miktuba minn mużiċisti li ħarġu mis-Soċjetà tagħna. B’hekk, dawn ix-xogħlijiet, illi qatt ma ġew irrekordjati, ikollna rikordju tagħhom u jistgħu jitgawdew aktar Fondi Rrestawra l-Każin Permezz ta’ dan il-fond maħruġ mill-Awtorità tal-Ippjanar, ħadna parti mill-ispejjeż sabiex irranġajna s-sular ta’ isfelIl-Kumitattal-każin.

jixtieq jirringrazzja lil dawk kollha li b’xi mod jew ieħor għenu sabiex isiru dawn il-proġetti kif ukoll għal dawk li għenu biex napplikaw għal dawn il-fondi: lillPresident tas-Soċjetà Alexander Caruana, lis-Segretarju Ġenerali Henry Bonnici, lillKaxxier Walter Pace, lill-Viċi President u Viċi Kaxxier Andy Mifsud, lil Mro Christopher Bonnici, l-editur tal-ktieb tas-Soċjetà, kif ukoll lil Godwin Borg tal-għajnuna tiegħu.

Florist for

occasions Importer of fresh flowers and plants

Li nsejħu ismek, Pietru, ikun biżżejjed Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 33 – Festa 2022 51 TriqBirzeBBuGail-Ghodda,Tel.21650021moB.79650021 EASTERN STORE FREE DELIVERY Tel: 2765 1913 That special place for your pictures & frames Triq Zaren Dalli, B’Bugia Tel: LaminationPrintsacrylic.OriginalImporterssizesLargeleonardo@onvol.net21657192selectionofvariousofframes.offineartprints.oiloncanvas&oncotton.

Cl hi l ti & i The Alterations Room By Maria Clothing alterations & repairs like hems, zips, take in or out and much more. Very Important that clothes to be repaired must be clean Contact Maria on mobile 79052209 The Alterations Room By Maria Clothing alterations & repairs like hems, zips, take in or out and much more Very Important that clothes to be repaired must be clean Contact Maria on mobile 79052209 The Alterations Room By Maria -DigitalServices:Photo Copy Service -Digital Canvas Printing -Personalised Business Cards -Computer Repairs & Formats -Photo Digital Printing Up to A4 Size(Large Sizes on Request) -Passport Photos -One for all Gift Vouchers -Scan Service -Art -LaundryItems& Cleaning Service -Flowers for all Occasions -All kinds of watch repair, batteries & straps -Me to you -Silver Plated frames -Personalised Cards & Gifts for all occasions -Original Ink Cartridges & Toners for all printers -Helium -Perfumes,servicemagazines, greeting cards, toys, games, books, educational games, puzzles, craft items and much more... All type of school bags & backpacks All your stationery requirements for SCHOOL - OFFICE - HOME Rainbow Stationery Gift Vouchers Available Rainbow Stationery Birzebbuga Email: xmark11@hotmail.com

Sa fl-aħħar!! Probabbli din kienet espressjoni komuni fost id-dilettanti tal-festi meta tħabbar li sar xi rilaxxament ta’ ċerti miżuri minħabba l-Covid19 mill-awtoritajiet ċivili tal-pajjiż li kienu jolqtu l-attivitajiet esterni bħal, pereżempju, il-festi. Ngħidu l-verità, wara sentejn ta’ pandemija, konna qrib li jerġgħu jsiru xi affarijiet li tant huma għal qalbna d-dilettanti. Kulħadd, xi ftit jew wisq, kien bired xi naqra imma meta nħass l-ossiġnu ġej, il-fjamma tad-delizzju reġgħet ħadet ir-ruħ u tqawwiet. Kien għalhekk li jien u xi sħabi oħra, midħla ta’ din is-Soċjetà, ġietna l-idea li norganizzaw wirja qrib ilfesta liturġika tal-Kattedra ta’ San Pietru Appostlu, bejn il-Ħadd 20 ta’ Frar u l-Ħamis 24 ta’ Frar 2022. Tkellimna mal-Kumitat Ċentrali dwar dan, u l-idea ntogħġbot u stajna mmexxu, imma l-ħin kien xi ftit kontrina. Ma jfissirx illi qtajna qalbna, lanqas xejn għax m’aħniex iljuni għalxejn. Flimkien ma’ Jonathan Ellul Bonnici u Steve Farrugia (il-Vopa) ħsibna biex norganizzaw din il-wirja li ngħatat l-isem ta’ Tu Es Petrus f’ġieħ il-patrun ta’ din is-Soċjetà u l-Parroċċa ta’ Birżebbuġa. Iltqajna kemm-il darba bejnietna, tkellimna u fassalna pjan. Intagħżel Tu Es Petrus għax il-wirja saret fuq San Pietru u l-kult tiegħu. Għalhekk intbagħtu inviti lil numru ta’ dilettanti tal-festi u oħrajn devoti ta’ San Pietru Appostlu sabiex javviċinawna ħalli nkunu nistgħu niftehemu, u jekk iridu, jesebixxu xi ħaġa bħal statwi, santi, pitturi u oġġetti oħra relatati mal-Prinċep tal-Appostli. Nista’ ngħid li kellna rispons tajjeb ħafna, aħjar milli stennejna biex ngħid kollox, għax kienet ilha ma’ tiġi organizzata xi wirja ta’ dan it-tip. Għalhekk iktar għamilna kuraġġ, u fil-ġranet ta’ qabel il-ftuħ, Jonathan, Steve u jien, ippreparajna s-sala tal-każin għal din il-wirja. Kellna għajnuna wkoll minn xi membri oħra

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 33 – Festa 2022 53 Li nsejħu ismek, Pietru, ikun biżżejjed

Il-Wirja ‘Tu Es Petrus’ Paul Gafà F’isem il-grupp organizzattivsabiex sal-Ħadd 20 ta’ Frar 2022 kollox ikun lest għall-ftuħ tal-wirja peress illi dakinhar saret ukoll Open Day fis-sede tas-Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa AD 1990. Waslet il-ġurnata u l-wirja nfetħet. B’sodisfazzjon kbir ngħid illi mill-ewwel intogħġob ix-xogħol, għax il-materjal esebit kien ta’ livell u kwalità tajba. Minn statwi ta’ diversi qisien sa pitturi, ikoni u inċiżjonijiet. Kien hemm biex jitpaxxew l-għajnejn! Qlajna diversi kummenti ta’ tifħir u inkoraġġiment, u ta’ dan aħna grati mill-qalb. Matul il-ġranet li damet miftuħa l-wirja ġew anke jżuruna diversi Ministri u Deputati miż-żewġ naħat tal-Kamra, is-Sindku ta’ Birżebbuġa u xi kunsilliera tar-raħal. Id-dilettanti ma naqsux lanqas, u ġew ħafna jittawlu matul l-erbat ijiem li damet miftuħa l-wirja. Minn qalbi nixtieq nirringrazzja lil Jonathan Ellul Bonnici u lil Steve Farrugia talli flimkien ħdimna u tellajna wirja sabiħa immens. Nirringrazzja wkoll lil kull min esebixxa xi materjal matul il-wirja Tu Es Petrus fosthom ilKummissjoni Armar Estern, Kummissjoni Banda, Kummissjoni Żgħażagħ Iljuni, il-Kumitat Ċentrali tasSoċjetà, il-Grupp Armar 1 ta’ Awwissu tal-Parroċċa ta’ Birżebbuġa kif ukoll lill-Arċipriet Dun Nikola Pace u s-Sagristan Pawlu Zammit mill-Parroċċa Arċimatriċi ta’ Santa Katarina V.M. taż-Żejtun illi wkoll silfuna xi affarijietIntemmgħall-wirja.dawnl-erba’ kelmiet billi nirringrazzja lil kull min ta sehmu sabiex minkejja l-perjodu qasir ta’ preparazzjoni, il-wirja rnexxiet. Nippruvaw li fil-futur nerġgħu ntellgħu wirjiet oħra ta’ dan it-tip. Nawgura lill-membri u l-partitarji ta’ din is-Soċjetà, il-festaVivat-tajba.SanPietru Appostlu! Waqt il-ftuħ tal-wirja TV ES PETRVS Xi inċiżjonijiet dwar San Pietru

Custom-madeRestorationAperturesFurnitureJonathan Grech owner M (+356) 7944 5674 E info@treedfurniture.com F www.facebook.com/treedfurnituremalta

Ir-Raba’ Safra tas-Soċjetà l-arranġamenti kollha meħtieġa, sar il-pjan illi l-mawra ssir bejn is-6 u s-7 ta’ Novembru 2021, madankollu l-ġimgħa ta’ qabel, maltemp kbir ħakem lil Sqallija b’Katanja tkun wieħed mill-aktar postijiet milquta u li ġarrbetFl-aħħar,ħsara.wara ħafna qtigħ il-qalb inħareġ ilpermess sabiex il-Banda Birżebbuġa ddoqq fi Piazza Università. Il-kontinġent wasal Sqallija u filgħaxija tas-Sibt 6 ta’ Novembru, il-kontinġent inġabar f’din ilpjazza, madankollu l-individwu Siċiljan responsabbli, tant ħa gost meta ra n-nies preżenti jifirħu bil-banda, illi talab sabiex il-Banda ddoqq marċi wkoll f’parti minn Via Etnea u mbagħad ddoqq fi Piazza Duomo. Il-Banda Birżebbuġa daqqet diversi marċi Maltin, u għalqet kif jixraq bl-Innu tal-Ewropa, ta’ Malta u tal-Italja. Fi tmiem l-okkażjoni, il-kontinġent ġie mistieden fl-uffiċċju talComune di Catania u s-Soċjetà ppreżentat tifkira talokkażjoni.L-għada, il-Ħadd 7 ta’ Novembru 2021 kienet ġurnata ħafna minnha libera, u filgħaxija, il-kontinġent tal-Banda Birżebbuġa rritorna lura Malta, kuntent u ferħan b’suċċess ieħor fil-kullana ta’ suċċessi fl-istorja tas-Soċjetà.

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 33 – Festa 2022 55 Li nsejħu ismek, Pietru, ikun biżżejjed

Tasty Take Away Triq Għar Dalam, B’Buġa Ir-Raba' Safra għall-Banda Birżebbuġa Il-President Alexander Caruana jippreżenta tifkira lil Architetto Pernisi f'isem il-Comune di Catania

Il-ħsieb tar-raba’ safra nibet bi ħsieb bejn il-bandist tas-Soċjetà Josef Schembri u l-President Alexander Caruana. Schembri wera x-xewqa li għall-okkażjoni tat-tletin anniversarju mit-twaqqif tas-Soċjetà, illi ħabat fl-2020, il-Banda Birżebbuġa żżur Rivo do Puglia fejn hemm is-Surmast Gennaro Sibilano. Saret applikazzjoni mal-iskema Achiebers sabiex parti millispiża tkun koperta minn hemmhekk. Għalkemm l-applikazzjoni kienet aċċettata mill-ewwel, ftit xhur wara faqqgħet il-pandemija u ngħalaq il-mitjar filwaqt illi l-Comune di Rivo di Puglia bl-ebda mod ma ried joħroġ permessi. Saru diversi laqgħat virtwali li ma wasslu għall-ebda żblokk, u għalhekk ġie deċiż illi jinstab post ieħor u sar kuntatt mal-Comune di Bari li sabu l-istess problemi. Sadanittant, iż-żmien beda jagħfas u bdiet issir il-pressjoni sabiex isir il-proġett. Saru bosta kuntatti ma’ postijiet oħra fl-Italja, imma sfortunatament baqgħu jinstabu l-istess problemi. Ġie fformulat kuntatt mal-Comune di Catania, iżda dawn ma weġbux. Il-President Caruana pprova diversi drabi, saħansitra b’kuntatti telefoniċi, imbagħad dar għall-għajnuna ta’ ħabib li jgħix Katanja u talbu jmur l-uffiċċju tal-Comune di Catania u jitlobhom sabiex iwieġbu l-ittre. Minn dan il-kuntatt kien hemm l-ewwel żblokk u deher illi se jingħata l-permess. Wara li saru

MUSCAT 1970 TRADING LTD 355, MDINA RD QORMI QRM 9012, MALTA Bradley: Web:www.muscatmarbleworks.comCharlene:9989967379048204 SPECIALIST ANDPHOTOMEMORIALSMONUMENTSIN:CERAMICMORE.... son of Anthony Muscat E:muscat1970trading@gmail.commarbles ChineseRose Bar & Restaurant St. George’s Mob:Tel:BirżebbuġaStreet2165208499422084

Call Marco Bugeja 320X, Luqa Industrial Estate, Luqa Tel: 2166 1149 • Fax: 2166 2321 • Mob: 9947 2196 Email: automax@maltanet.net • Website: www.automaxmalta.com For a professionally executed job in Panel Beating • Spray Painting & Baking Spot welding Insurance approved • Chassis www.automaxmalta.comAlignment

C & T AUTOPARTS EUROPEAN & JAPANESE AUTO PARTS TARA-LYN CACHIA 21441008 | 99408464 motor oils industrial oils gear oils car care additives

St. George’s Bay, Birżebbuġa Tel: 2165 3422 • Mob: 7928 4321 Delivery in the evenings Gluten Free Food available Chris Refrigeration Services Automotive, Truck, Trailer, Marine, Industrial, Domestic, Air Conditioning & Refrigeration Specialising in Refrigeration & Electrical Fault finding Chris Briffa Mob: +356 9944 2451 Email: chrisbrif@gmail.com 164, Birżebbuġa Road, Birżebbuġa T: 2165 0810 • M: 9947 8708 • E: patrickcellars@euroweb.net.mt www.patrickcellars.com

Il-President ta' Malta jiddawwar mal-bini tal-każin. Waqt l-inawgurazzjoni ta' żewġ pitturi - dik ta' Santa Ċeċilja Verġni u Martri, il-Patruna tal-Mużika u ta' San Pietru Appostlu.

Il-President ta' Malta jiffirma l-Ktieb tal-Viżitaturi.

L-inawgurazzjoni tal-irħama tal-Presidenti tas-Soċjetà. Jidhru tlieta mill-Presidenti li kellha s-Soċjetà sa issa, Simon Micallef, Jason Vella u Alexander Caruana, il-President attwali

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 33 – Festa 2022 60 Li nsejħu ismek, Pietru, ikun biżżejjed

Wara li ntemmet il-funzjoni tal-Ewwel Jum ta’ Tridu tal-festa titulari, nhar l-Erbgħa 28 ta’ Lulju 2021, ilPresident tar-Repubblika, l-E.T. t-Tabib George Vella akkumpanjat mis-Sinjura Vella għamel żjara ta’ korteżija fis-sede tas-Soċjetà Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa. Huwa ntlaqa’ mill-President u l-Kumitat Ċentrali u ddawwar mal-bini tas-sede tas-Soċjetà, sabiex b’hekk, f’inqas minn ġimgħa, il-President ta’ Malta kien involut f’żewġ okkażjonijiet uffiċjali tasSoċjetà: is-Sibt 24 ta’ Lulju 2021 meta taħt il-patroċinju tiegħu ttella’ għall-ewwel darba l-oratorju Divo Petro u din iż-żjara ta’ korteżija. Matul din iż-żjara, il-President innifsu baqa’ mistagħġeb bil-ħeġġa tal-membri u huwa stess ammetta li qatt ma mmaġina kemm saret kbira s-sede minn fejn topera s-Soċjetà. Matul din iż-żjara, Dr Vella inawgura erba’ rħamiet fid-daħla tal-każin fi Triq Birżebbuġa. Dawn l-erba’ rħamiet juru l-Presidenti, is-Segretarji Ġenerali, it-Teżoriera u s-Surmast Direttur illi kellha s-Soċjetà sa mit-twaqqif tagħha. Fi żjara fissular ta’ fuq ġiet inawgurata s-Sala tal-Kunċerti wara r-rinnovament illi sar fuqha mill-membri u l-partitarji tas-Soċjetà, u wara, fis-sala fejn jiltaqa’ l-Kumitat, ilPresident iffirma l-Ktieb tal-Viżitaturi u ħalla messaġġ mill-isbaħ lis-Soċjetà. L-okkażjoni ntemmet fis-Sala Prinċipali ‘Anthony Camilleri’, fejn il-President iltaqa’ mal-membri u l-partitarji preżenti u saret it-tnedija tal-Ktieb tal-Istorja tas-Soċjetà Benniena Mużikali talBirżebbuġin miktub minn Christopher Bonnici u saret il-preżentazzjoni tal-ewwel ktieb lill-President innifsu, illi qal mhux biss japprezza għax ingħata din il-kopja, imma japprezza ferm aktar ix-xogħol illi sar sabiex dan il-ktieb seta’ jsir. Wara saret bibita tal-okkażjoni. Sabiex din l-okkażjoni setgħet titgawda aħjar, saret edizzjoni speċjali tal-programm ‘Mill-Pinna tal-Kompożituri’, u hekk kull min xtaq isegwi din iż-żjara u ma setax, seta’ jgawdiha permezz tal-medja soċjali.

Iż-Żjara

tal-President tar-Repubblika, Dr George Vella

Il-President ta' Malta jintlaqa' mill-uffiċjalità u s-Surmast Direttur fis-sede tas-Soċjetà

It-Teżorier attwali flimkien ma' wħud mit-Teżoriera li kellha s-Soċjetà u l-President Dr George Vella wara l-inawgurazzjoni tal-irħama tat-Teżoriera fl-intrata tas-sede tas-Soċjetà.

Is-Segretarju attwali flimkien ma' wħud mis-Segretarji li kellha s-Soċjetà wara l-inawgurazzjoni tal-irħama li ġġib isimhom. Is-Surmast Direttur Michael Bugelli flimkien mal-President ta' Malta u l-President tas-Soċjetà quddiem l-irħama tasSurmastrijiet tas-Soċjetà.

Li nsejħu ismek, Pietru, ikun biżżejjed Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 33 – Festa 2022 61

Parti mill-Kumitat Ċentrali flimkien mas-Surmast Direttur f'ritratt ta' tifkira mal-President ta' Malta.

C.D.S Aluminium Works Sejba Road, Mqabba for a free estimate contact: Carmel Spiteri Mob: 99494304, 79993817 • DETERGENT • •TOILETRIES•MILK•BREAD•FOODSSWEETS•WINES 1, Misraħ ir-Repubblika, Birżebbuġa TEL: 21653445 | MOB: 99234440UNBEATABLEPRICES!!&FREEDELIVERY

• Crane & Lifting Specialists • Skips Hire & Scrap Dealers • 24 Hour Towing & Lifting Services • Second hand parts for all types of cars and vehicles Tal-Barrani Road, Żejtun ZTN 9023 Tel: 2169 7766 • Fax: 2166 1449 Mob: 9949 4545, 9949 2829 e-mail: rocago@maltanet.net V.Directors:Micallef & Sons • Core drilling • Tunnel bit holes • Soil Drilling • Earth Electrodes • Rock reinforcementBolting/ • Micro pinning • Shotcret Rudi EbEjER Mob: 7965 3336 Tel: 2165 3356 E-mail:www.melitaservices.comrudiebejer@hotmail.com

ta’ marċi brijużi fuq il-paġna facebook tas-Soċjetà Filarmonika San Pietru, Banda Birzebbuġa. Il-Festa ta’ Kristu Rxoxt Reġgħet saret il-festa ta’ Kristu Rxoxt bis-sehem tal-Banda Birżebbuġa. Din saret nhar Ħadd il-Għid filgħaxija, 17 ta’ April 2022. Il-Banda Birżebbuġa, akkumpanjata minn għadd ta’ standardi u l-istatwa ta’ Kristu Rxoxt xogħol il-Kavallier Alfred Camilleri Cauchi bdiet timmarċja minn quddiem il-każin, telgħet għal Misraħ il-Knisja, Triq iż-Żurrieq, Triq San Ġwann, Triq San Edwardu, Triq Alessandru, Triq San Franġisk Saverju, Triq San Filippu, il-Bajja s-Sabiħa, Triq Birżebbuġa u Misraħ il-Knisja. Hekk kif id-dimostrazzjoni xirfet fil-Bajja s-Sabiħa, qalb folla nies, ir-reffiegħa tas-Soċjetà għamlu diversi ġirjiet tradizzjonali fuq l-idejn illi komplew iżidu malatmosfera sabiħa u ferriħija li ġġib magħha l-akbar festa tagħna l-Insara. Kif xieraq, il-Banda Birżebbuġa esegwiet diversi marċi brijużi, valzi u marċi proċessjonali tal-okkażjoni filwaqt illi l-Kummissjoni Armar Estern żanżnet bandiera ġdida mal-arblu prinċipali tal-każin u wara stennija ta’ sentejn ittellgħu l-bandalori f’Misraħ il-Knisja. Dawn il-bandalori kienu ġew inawgurati filprogramm Mill-Bandisti għall-Membri li sar nhar id-29 ta’ Frar 2020. L-Għaqda tan-Nar 22 ta’ Frar ipparteċipat f’din l-okkażjoni bi ħruq ta’ musketterija minn fuq ilkażin, filwaqt illi mill-għelieqi sar ukoll ħruq ta’ murtali u murtaletti, uħud minnhom bil-logħob. Din il-festa saret ukoll bl-għajnuna ta’ diversi membri, partitarji u anke bosta benefatturi. Wirja fil-Kalkara Matul ix-xahar ta’ Frar, l-istandard tas-Soċjetà Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa kien esebit it-Tieni Sena Jekk għal kulħadd il-pandemija fissret għeluq, mard u biża’; permezz tal-pandemija skoprejna talent ieħor fis-soċjetà tagħna; dak illi nippreżentaw il-programm ‘MillPinna tal-Kompożituri’. Iċ-ċajta ta’ nhar id-29 ta’ Ġunju 2020 fuq izzuntier kienet saret realtà fi tmiem Jannar 2021 u dak illi kien se jsir bħala test ta’ xahar, sal-festa talKatedra ta’ San Pietru Appostlu nhar it-22 ta’ Frar baqa’ jiġġebbed sa Jum il-Festa Titulari, nhar ilĦadd 1 ta’ Awwissu 2021. Bdiet is-sena 2022 u l-interess baqa’ hemm. Ir-restrizzjonijiet marbutin mal-pandemija naqsu, u għalhekk bdejna naħsbu jekk għandniex inkomplu dan il-programm jew le. Għalhekk iddeċidejna li ladarba n-nies aktar bdiet toħroġ, u kien hemm it-tama li jerġgħu jibdew isiru l-festi, innaqqsu min-numru ta’ programmi li tellajna fis-sena 2021. Madankollu ma ridniex nitfgħu esperjenza sabiħa taħt it-tapit. Għalhekk bl-appoġġ sħiħ tal-Kumitat Ċentrali, il-membri u l-partitarji, iżda mhux biss, għax flimkien magħhom kien hemm bosta segwaċi anke minn barra Birżebbuġa, l-edizzjoni ta’ din is-sena tqassmet fuq tliet skedi: l-iskeda tal-festa tal-Katedra ta’ San Pietru fejn saru għadd ta’ programmi b’bosta minnhom minn recordings tas-Soċjetà, l-iskeda tal-Ġimgħa Mqaddsa li saret permezz ta’ erba’ programmi, tnejn bil-marċi funebri u tnejn oħra bil-valzi tal-Għid u l-marċi brijużi addattati, u bħalissa bil-marċi brijużi bi tħejjija għallfesta titulari tal-Prinċep tal-Appostli. Inħeġġukom tingħaqdu mal-preżentatur Christopher Bonnici u t-tekniċi Andy Mifsud u Jonathan Ellul Bonnici nhar ta’ Sibt bejn it-3:00pm u l-5:00pm għall-aqwa għażla Aktar Ħidma Matul is-Sena

F'xandira diretta waqt wieħed mill-programmi Mill-Pinna tal-Kompożituri Il-vara artistika ta’ Kristu Rxoxt imżanżna fl-1999

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 33 – Festa 2022 64 Li nsejħu ismek, Pietru, ikun biżżejjed

Li nsejħu ismek, Pietru, ikun biżżejjed Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 33 – Festa 2022 65 f’wirja mtellgħa minn Circolo San Giuseppe Filarmonika Sagra Familja tal-Kalkara. Nirringrazzjaw lis-soċjetà Kalkariża ta’ din l-opportunità li taw lis-Soċjetà tagħna li nkunu rappreżentati ma’ diversi każini oħra mużikali. L-Arkivju Mużikali Il-proġett tal-Arkivju Mużikali ilu jberren f’moħħ bosta membri tas-Soċjetà sa mill-inqas is-sena 2004. Fil-bidu ta’ dik is-sena, is-Segretarju Ġenerali ta’ dak iż-żmien, Johan Briffa kien avviċina lil Alexander Caruana sabiex jagħmel disinn ta’ arkivju denju għas-Soċjetà sabiex fih tinġabar b’mod professjonali u attraenti l-mużika kollha propjetà tas-Soċjetà. Is-Segretarju Briffa infurmah illi dan diġà kien qed jinbena u d-disinn kien sabiex dan jiġi espress fuq l-arkivju li kien qed jinħadem. Wara li ra x-xogħol, Caruana ħass illi ma kienx qed isir xogħol adegwat u għalhekk talab illi jiżżarma u jinbeda mill-ġdid. Lesta d-disinn u ġie approvat mill-Kumitat Ċentrali. Il-Kumitat inkariga lil Alexander Caruana, illi dak iżżmien ma kienx membru tal-Kumitat sabiex isib min seta’ jaħdem l-iskultura tat-torn u l-kumplament taxxogħol. Wara li sar dan ix-xogħol, is-Soċjetà għamlet l-investiment tax-xiri tal-Ispiżerija, u għalhekk il-proġett tal-Arkivju Mużikali kellu jintefa’ fuq l-ixkaffa. Fis-sena 2014, Alexander Caruana nħatar il-ħames President tas-Soċjetà u kienet ix-xewqa tiegħu li l-proġett jitwettaq, madankollu kien konxju li dan il-proġett kien ta’ inqas importanza ħdejn il-prijoritajiet illi kellha s-Soċjetà f’dak iż-żmien.Dansakemm

waslet is-sena l-oħra u s-Soċjetà bdiet tapplika għal xi fondi sabiex jitwettaq dan ilproġett. Saru bosta applikazzjonijiet fi skemi differenti, imma t-tweġiba dejjem kienet fin-negattiv sakemm ġiet approvata mill-Fond tal-Kawżi Soċjali. Ġie kkuntattjat il-mastrudaxxa Marco Schembri li beda x-xogħol talkarpinterija f’Lulju 2021, fl-istess żmien illi bil-fond tas-SIS ġew ordnati l-fowlders li fihom bdew jitpoġġew is-siltiet mużikali numerużi li għandha s-Soċjetà. Bħala njam, l-Arkivju Mużikali huwa lest u beda jilqa’ fih il-mużika, madankollu jonqos l-iskultura li se tibda tinħadem fil-jiem illi ġejjin mill-iskultur Għaxqi Rennie Mizzi. L-arkivju se jkollu l-arma tas-Soċjetà fiċ-ċentru kif ukoll erba’ bustijiet ta’ erba’ kompożituri Maltin li b’xi mod ikkomponew siltiet mużikali għal Birżebbuġa jew għasSoċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa. Ilħsieb huwa li sal-festa 2023 dan il-proġett ikun intemm u b’hekk is-Soċjetà jkollha Arkivju Mużikali kif jixirqilha. Pedestall Ġdid għall-Istatwa ta’ San Pietru Kien ilu jinħass il-bżonn illi jinħadem pedestall ġdid sabiex jintrama fuq il-bradella taħt l-istatwa ta’ San Pietru, propjetà tas-Soċjetà u li tintuża fiddimostrazzjoni tat-Tieni jew it-Tielet Jum ta’ Tridu. Dan minħabba li l-pedestall preċedenti huwa għoli u għal diversi drabi waqt id-dimostrazzjoni, l-istatwa ta’ San Pietru kien ikollha titniżżel fuq l-idejn minħabba l-ventijiet. Sakemm qed jinkiteb dan l-annwal, fuq disinn tal-President Alexander Caruana qed jinħadem fl-injam dan il-pedestall minn Marco Schembri, Mario Chircop u Joe Cutajar. L-induratura tiegħu se tkun fdata għand Ludwig Noel Desira. Id-Disinn tal-Arkivju Mużikali, xogħol Alexander Caruana

01337944(+356)Mob: Bookings call on 27 112 776 or 79 44 01 33

tirrealizza!Imma

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 33 – Festa 2022 68 Li nsejħu ismek, Pietru, ikun biżżejjed

Ilkoll bla nifs għax ġejja l-festa... min jarma, min ilesti n-nar, min jikkoreġi l-ktieb tal festa, min jipprepara l-banda, min jibgħat iċ-ċirkularijiet u l-inviti, min ilesti l-armar tal-briju, min fuq ir-radju u l-medja soċjali. Ħidma ma taqta’ xejn; trid tkun fiha sabiex aħna tal-Banda Birżebbuġa hekk irridu! Ħafna inqas mistrieħ u rqad milli kellna flaħħar sentejn. Bħal kulħadd, ma kinitx faċli għalina, u għalhekk bqajna għaddejjin bit-tama li x-xemx titla’ mill-ġdid u bqajna nippreparaw għal dan il-mument tant mistenni tal-festa 2022. Is-Sezzjoni Żgħażagħ Iljuni ma qatgħet qalbha qatt, iżda bħala Ċermen nazzarda ngħid illi ħriġna iktar b’entużjażmu, ingħaqadna, tqawwejna u ppreparajna ruħna mingħajr daqq ta’ trumbetti. Kif tistgħu taraw minn bosta ritratti f’paġni oħra ta’ din il-pubblikazzjoni annwali, matul din is-sena, minkejja li għall-ewwel parti tagħha xorta waħda konna Ġejja l-Festa? Iva, ĠEJJA l-FESTA!! Andrè Busuttil Sezzjoni Żgħażagħ Iljuni restritti kif għandna norganizzaw, madankollu rnexxielna li fil-qafas restrittiv norganizzaw bosta attivatijiet bħal ikliet, barbikjuws, bejgħ ta’ raffles, bnadar u paljijiet, wirja dwar San Pietru, sehem fil-festa ta’ Kristu Rxoxt u fl-attività għal qalbna ferm, il-wasla tal-Papa Franġisku u l-marka li ħalla fuqna l-Birżebbuġin. Dan x’għamilna. Imma x’se nagħmlu nistgħu nagħtu biss ħarsa ħafifa. Għandna ħafna preparat għall-jiem illi ġejjin. Inħeġġukom tibqgħu ssegwuna fuq il-medja soċjali kif ukoll ejjew agħtuna daqqa t’id waqt illi mimlija ħerqa qegħdin nippreparaw il-briju u l-armar. Iż-żgħażagħ tal-Iljun sa mit-twaqqif tagħhom kienu ħabrieka u jridu jlaħħqu ma’ kollox. B’hekk innies baqgħu jagħżlu lilna matul is-snin. B’hekk l-għajta baqgħet u tibqa’ soda: “x’festa se jagħmlulna l-ħodor tal-Iljun!”

kellha Sezzjoni Nisa Petrini ħawtiela u b’saħħitha. Ejjew, avviċinawna ħalli nkomplu fejn ħallejna matul is-snin u nkomplu nżidu l-ħeġġa fis-soċjetà tagħna, soċjetà protagonista f’Birżebbuġa u fil-festa titulari ta’ San Pietru Appostlu. Niltaqgħu! Mill-Helpers Nisa Petrini Marouska Bonnici B.A.(Hons) Helpers Nisa Petrini MARIO’S MARKETSUPER St. Philip Street, Birżebbuġa • Tel: 2165 3455 • Free Delivery Service • Orders by phone accepted WE WISH ALL CLIENTS A HAPPY FEAST

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 33 – Festa 2022 69 Li nsejħu ismek, Pietru, ikun biżżejjed

Għaddiet sena oħra u erġajt ninsab magħkom sabiex nagħtikom rendikont ħafif ta’ dak illi sar mill-festa ta’ San Pietru 2021 sa issa. Għal darba oħra, kienet sena li fiha ma tantx stajna nagħmlu l-attivitajiet tas-soltu minħabba li bħall-kumplament tal-pajjiż kollu, l-għaqdiet soċjali u kulturali spiċċaw vittma tar-restrizzjonijiet imposti fuqna minħabba l-pandemija. Għalhekk, ix-xogħol tagħna kien aktar marbut mat-tindif tas-sede tagħna, biċċa xogħol illi tieħu ħafna ħin. Illum is-sala prinċipali tagħna tinkera għal attivitajiet diversi, u għalhekk wara l-attivitajiet ikun hemm bżonn tindifa tajba sabiex inkunu nistgħu ngawduha għal żmien twil. Minkejja kollox, irnexxielna ntellgħu attivitajiet fuq skala ċkejkna, bħal xi coffee mornings illi nżammu fissular ta’ isfel tas-sede tas-soċjetà. L-għan tagħna ma kienx illi nagħmlu profitt minn dawn l-attivitajiet, u għalhekk ma ħarisniex lejhom bħala attivitajiet ta’ fundraising, imma attivitajiet sabiex mill-ġdid erġajna laqqajna lill-membri u lill-partitarji wara żmien tant diffiċli. Issa li r-restrizzjonijiet tneħħew nistgħu nħarsu ’l quddiem għal aktar attivitajiet għall-familja kollha. Ideat għandna, imma għandna bżonn l-għajnuna! Matul is-snin, din is-soċjetà

33812165+356t. 28829992356m. 79823567940 mondpet@gmail.comEmail: www.agiusfuneraldirectors.com

Nixegħlu s-Smewwiet bl-Isbaħ Fjur għal San Pietru Eman Farrugia Għaqda tan-Nar 22 ta’ Frar Apparti minn dan qed isir ħafna fundraising matul is-sena kollha, u huwa opportun illi nirringrazzjaw lil dawk kollha li jgħinuna sabiex inkunu nistgħu ntellgħu ħarqa kif imdorrijin naraw, fi żmien fejn il-materjal qed jogħla kważi kull xahar. Għal din is-sena erġajna se jkollna ħarqa sabiħa, kemm tal-ajru u anke tal-art. Minn hawn nirringrazzja lil dawk il-membri ħabrieka li sajf u xitwa jitilgħu fil-post tan-nar ’il bogħod mill-familja sabiex ikun jista’ jittella’ dan il-programm. Ma rridx ninsa lill-benefatturi kollha, sidien tal-għelieqi li jħalluna naħarqu mill-propjetà tagħhom, dawk illi jisilfuna xi post jew garaxx, is-sezzjonijiet kollha li dejjem nikkoperaw flimkien, il-helpers illi jgħinuna sabiex isiru l-attivitajiet, l-isponsors u dawk kollha li jisilfuna l-inġenji tagħhom.

Grazzi kbira wkoll lill-familji u l-ħbieb kollha tagħna li jieħdu paċenzja bina matul is-sena kollha, u ħajr ukoll lil Marlon Mangion, id-detentur tal-Kamra tanNar Madonna taċ-Ċintura flimkien mal-membri kollha, li għal sena oħra offrewlna li naħdmu n-nar fil-kamra tagħhom.Il-festa t-tajba lil kulħadd!

Viva San Pietru! Parti mill-ħarqa tan-nar lesta għall-ħruq fil-festa ta' San Ġużepp, il-Kalkaraxogħol l-Għaqda tan-Nar 22 ta' Frar Frott it-Tfal ta' Birżebbuġa.

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 33 – Festa 2022 72 Li nsejħu ismek, Pietru, ikun biżżejjed

Għeżież Qarrejja Wara li sentejn ilu ma ħraqna xejn u s-sena l-oħra ppreparajna ħarqa fiċċirkostanzi li konna ninsabu fihom minħabba l-pandemija, il-ħidma tal-Għaqda tan-Nar 22 ta’ Frar kompliet tintensifika, ħalli dak illi ma sarx fis-sentejn illi għaddew, jibda jsir dejjem b’aktar reqqa u kapaċità. Wara l-festa 2021 ipparteċipajna kif xieraq fil-Festival Nazzjonali tanNar tal-Ajru u pparteċipajna fil-kategorija bix-xogħol kollu maħdum mill-membri u l-partitarji tagħna. Il-fondi minn dan il-festival kienu ta’ sostenn kbir sabiex stajna nissoktaw bil-ħidma tagħna. Ix-xogħol tagħna fil-post tan-nar beda minn kmieni, iż-żgħażagħ komplew bil-brim tal-karti u kartun, u oħrajn komplew irdieden ġodda li se jinħarqu filfesta ta’ din is-sena. Bħal snin oħrajn, fis-sajf li ġej se nkunu impenjati sewwa b’ħarqiet diversi ta’ nar tal-art f’lokalitajiet differenti madwar pajjiżna.

Li nsejħu ismek, Pietru, ikun biżżejjed Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 33 – Festa 2022 73 Ix-xogħol għall-festa ta' Kristu Rxoxt.Parti mix-xogħol għall-festa titulari waqt it-tnixxif. Narawkom għal PYRO COLOURS, Lejlet il-Festa! OMAN’S FRUIT & VEG. 9944 8213 • 2165 8674 Free Delivery St.Philip Street, Birżebbuġa L-Għaqda tan-Nar 22 ta’ Frar mal-ħarqa ppreparata għall festa titulari 2021

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 33 – Festa 2022 76 Li nsejħu ismek, Pietru, ikun biżżejjed Sena Xahar2020 Okkażjoni Lokalità Awwissu 2020 Malta Fireworks Festival Il-Port il-Kbir Sena Xahar2021 Okkażjoni Lokalità Lulju/Awwissu 2021 Festa Titulari San Pietru Birżebbuġa Settembru 2021 Malta Fireworks Festival L-Imqabba Sena Xahar2022 Okkażjoni Lokalità April 2022 Festa Nar L-Imqabba April 2022 Festa Kristu Rxoxt Birżebbuġa April 2022 Malta Fireworks Festival L-Imqabba Lulju 2022 Madonna tal-Karmnu Il-Fgura Lulju 2022 San Ġużepp Il-Kalkara Lulju 2022 Sant’Anna Wied il-Għajn Awwissu 2022 Festa Titulari San Pietru Birżebbuġa Awwissu 2022 San Lawrenz Il-Birgu Settembru 2022 Marija Bambina L-Isla Okkażjonijiet fejn ħadet sehem l-Għaqda tan-Nar 22 ta’ Frar bejn l-2020 u l-2022 Xogħol lest sabiex jinħaraq fil-Malta Fireworks Festival 2022

Li nsejħu ismek, Pietru, ikun biżżejjed Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 33 – Festa 2022 77

Sliem ghalik o Patrun Taghna ahna wliedek Birzebbugin; b’dawk l-imfietah int ifthilna Bieb il-Genna tal-Henjin

Impressjonanti - mhux ta' b'xejn Champions tal-aqwa prodott! Iż-żewġ strutturi tal-Għaqda tan-Nar, ambaxxaturi tal-Birżebbuġin lesti sabiex jinħarqu fuq il-Fosos tal-Furjana.

Ħames snin mis-suċċess fil-Festival Nazzjonali tal-Logħob tan-Nar tal-Art fil-Furjana. F’din l-okkażjoni, l-Għaqda tan-Nar 22 ta’ Frar ġiet fl-ewwel post, u għalhekk rebħet il-kategorija għall-aqwa prodott użat. F’dawn irritratti nġeddu l-memorji ta’ din l-okkażjoni storika għal Birżebbuġa lura fis-sena 2017 fejn naraw it-tifkira mirbuħa kif ukoll iż-żewġ bċejjeċ waqt il-ħruq. Waqt il-ħruq ta' waħda mill-irdieden fuq il-Fosos tal-Furjana fl-2017.

Grupp Teatrali 14 ta’ Jannar For appointment please phone 21651118 We specialise in Colours, Perms, Relaxes, Cut & Blow, Upstyles & Treatments Opening Hours Monday - Closed Teusdays & Wednesdays from 8.30am till 4.00pm Saturday from 8.30am till 2.00pm tal-Ġimgħa Mqaddsa u tellajna drammi oħra, uħud minnhom anke mal-Banda Birżebbuġa. Nixtiequ li nkomplu, u għalhekk se nerġgħu niġu għalikom ħalli nkomplu fejn ħallejna, mhux biss fil-Ġimgħa Mqaddsa, imma sabiex nerġgħu nibdew norganizzaw id-drammi u l-kummiedji kif kien isir fl-imgħoddi. Ma naqtgħux qalbna! Il-ħeġġa u r-rieda għadhom hemm! Kulma jonqos illi nattendu, niltaqgħu u nibdew...Għalissaniltaqgħu!mafadalli xejn ħlief nawguralkom minn qalbi, il-festa t-tajba! Il-Mulej bagħat l-Anġlu Tiegħu u ħelisni minn id Erodi

Naħsbu

jingħaqdu

Steven Farrugia

Li nsejħu ismek, Pietru, ikun biżżejjed Il-ħidma tal-Grupp Teatrali tingħaqad mal-ħidma fis-Soċjetà għax tesponi talent ieħor illi nħaddnu fi ħdan din is-Soċjetà. IsSoċjetà tagħna hija mimlija b’talenti diversi u għalhekk bid-diversi sezzjonijiet, il-membri u l-partitarji numerużi tagħna jkollhom iċ-ċans illi jieħdu gost jesprimu t-talenti tagħhom, flimkien ma’ membri u partitarji oħra li jħaddnu l-istess talenti u jitgħallmu jaħdmu fi grupp.Matul is-snin ittellgħu diversi attivitajiet u l-interess fitteatru ssokta jikber. Ta’ kull sena ħadna sehem fil-wirja Sabiex Inkomplu Fejn Ħallejna

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 33 – Festa 2022 81 Li nsejħu ismek, Pietru, ikun biżżejjed

Drajt issa li hekk kif jgħaddu l-festi tal-Għid il-Kbir nirċievi dik it-telefonata mingħand seħibna l-Editur sabiex jitlobni nikteb xi ħaġa għal din il-pubblikazzjoni li bi pjaċir, din is-sena qed terġa’ titressaq lejn l-istil oriġinali tagħha wara li fis-sentejn illi għaddew kellha ssir b’mod ridott ħafna, kemm minħabba li l-festa ma saritx kif ukoll minħabba li bħala soċjetà konna għaddejjin minn ħafna spejjeż ta’ rinnovar fil-binja tal-każin. Flimkien ma’ sħabi l-membri l-oħra, Charlie Theuma u Pawlu Zammit, is-sena l-oħra sebbaħna s-sular t’isfel tas-sede tas-Soċjetà billi inawgurajna żewġ pitturi massaqaf taż-żewġ intrati fi Triq Birżebbuġa, xogħol il-pittur Għawdxi Josef Camilleri. Waħda minn dawn il-pitturi tinsab fuq il-faċċata ta’ din il-pubblikazzjoni. Għall-festa titulari ta’ din is-sena se nkunu qegħdin ninawguraw tliet pitturi oħra xogħol l-artist Josef Merħba Lura lill-Festa Petrina! Emmanuel Mangion Kummissjoni Tisbiħ tal-KażinCamilleri, tliet pitturi oħra li se jkomplu jsebbħu s-sala prinċipali ‘Anthony Camilleri’. Dawn huma l-Ħasil tar-Riġlejn f’Ħamis ixXirka, iċ-Ċaħda fil-Passjoni u l-Qabda talĦut.Fadal ftit pitturi oħra relatati mal-ħajja talPatrun tagħna San Pietru Appostlu sabiex is-sett ikun komplut. Inħeġġiġkom tkunu ġenerużi sabiex inkomplu nsebbħu l-binja tagħna u nħalluha dejjem isbaħ għal ta’ warajna. Nirringrazzja lilkom ilkoll illi tgħinuna matul is-sena, iżda nsemmi tnejn min-nies illi għalkemm mhumiex membri talKummissjoni dejjem jgħinuna, il-President Onorarju Għal Għomru, Fundatur u Benefattur Ewlieni Anthony Camilleri u l-Kaxxier attwali Walter Pace. Nawguralkom ilkoll il-festa t-tajba, u ejjew ħalli nkantaw flimkien ‘Xi Ġmiel ta’ Ġawhra’ għax verament għandna biex niftaħru! Waħda miż-żewġ pitturi li twaħħlu fiż-żewġ intrati tas-sede tas-Soċjetà fi Triq Birżebbuġa.

SCOTT CAMILLERI SINDKU KUNSILL LOKALI BIR 99963254 scocamilleri@gmail.com

“Nemmen li s-Soċjetajiet bħal tagħkom għandhom tliet rwoli prinċipali. L-ewwel li jservu ta’ skola mhux formali f’tant oqsma varji – semmejt l-amministrazzjoni, l-organizzazzjoni, il-mużika; li jkattru sens ta’ għaqda fil-komunità; u fl-aħħar nett, li jżommu t-tradizzjonijiet Maltin ħajjin. L-istess tradizzjonijiet li lilna l-Maltin jagħmluna poplu uniku.”1 Dan kien kliem il-President ta’ Malta, George Vella, waqt iż-żjara tiegħu fis-sede tas-Soċjetà tagħna fit-28 ta’ Lulju, 2021.

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 33 – Festa 2022 83 Li nsejħu ismek, Pietru, ikun biżżejjed

Huwa kliem li jkompli jimliena b’kuraġġ meta naraw ix-xogħol siewi li qed isir mis-Soċjetà tagħna u oħrajn f’Malta u Għawdex jiġi rikonoxxut mill-ogħla kariga filpajjiż.Kif qal il-President ta’ Malta, il-mużika tkattar sens ta’ għaqda fil-komunità u s-Soċjetà dejjem ħadmet qatigħ biex tilħaq dan il-għan. Nemmnu li l-mużika hija l-lingwa universali li tista’ tgħaqqad komunitajiet diversi. Kien għalhekk li fis-6 ta’ Novembru, 2021, il-Banda Birżebbuġa reġgħet kitbet parti mill-istorja tagħha hekk kif għar-raba’ darba, semmgħet leħinha ’l barra minn xtutna, din id-darba f’Katanja, Sqallija. Il-Banda Birżebbuġa għamlet servizz mużikali fi Piazza Università kif ukoll fi Piazza Duomo fejn flaħħar indaqqu l-Innu tal-Ewropa, l-Innu ta’ Malta kif ukoll l-Innu Taljan fost il-folla preżenti li apprezzat dak li daqqet il-Banda Birżebbuġa. Avvenimenti bħal dawn 1 Id-diskors sħiħ jista’ jinsab hawnhekk: banda-bir/gawhra-ta-san-pietru-tas-socjeta-filarmonika-san-pietru-inawgurazzjoni-tal-intrati-il-kxif-ta-lapidi-u-pitturi-fil-kazin-gov.mt/diskors-mill-eccellenza-tieghu-george-vella-waqt-l-https://president. 2022 fil-Knisja Parrokkjali ta’ Birżebbuġa u wara, il-Banda Birżebbuġa laqgħet lil Stephanie fuq izzuntier b’daqq ta’ marċi funebri. Stephanie kienet attiva fil-ħidma tas-Soċjetà millbidu nett. Bdiet bħala bandista talpost u kienet iddoqq il-klarinett. Kienet ukoll għalliema tat-teorija tal-mużika fi ħdan il-Banda Birżebbuġa kif ukoll kienet tifforma parti mis-Sezzjoni Banda u millKumitat Eżekuttiv. Apparti l-banda, Stephanie kienet attiva fil-ħidma ġenerali li kienet titlob is-Soċjetà: hija għamlet diversi xogħlijiet b’dedikazzjoni għax dejjem kellha f’qalbha s-Soċjetà. Fl-aħħar laqgħa ġenerali, fuq vot unanimu, Stephanie ġiet mogħtija l-unur ta’ Bandista Onorarja kif ukoll ta’ PresidentIs-SezzjoniOnorarju.Banda tirringrazzja lil Stephanie tal-ħidma li dejjem għamlet mill-qalb. L-imħabba li ddedikat Stephanie u nies oħra bħalha fis-Soċjetà tkompli timliena b’kuraġġ u tħeġġiġna biex ma naqtgħux qalbna imma nkomplu naħdmu għall-patrun tagħna San Pietru. Jimlewna iktar b’kuraġġ huma l-allievi u l-istudenti fi ħdan is-Soċjetà. Għalhekk fraħna meta l-istudenti fi ħdan is-Soċjetà rċevew riżultati tajbin ħafna fl-eżami tat-teorija tal-mużika mil-London College of Music li għamlu f’Novembru li għadda. Prosit u grazzi tmur ukoll lill-għalliem tat-teorija, l-Assistent Surmast Direttur, Mro Christopher Bonnici, li b’dedikazzjoni kbira jgħallem it-teorija lill-istudenti tas-Soċjetà. Nixtiequ nieħdu din l-okkażjoni biex nirringrazzjaw ukoll lil Mro Ludwig Desira, l-għalliem tal-prattika fis-settur tal-qasba, kif ukoll is-Surmast Direttur, Mro Michael Bugelli, tad-dedikazzjoni tagħhom.Inħeġġu sabiex aktar tfal, żgħażagħ u adulti jistudjaw l-arti sabiħa tal-mużika fi ħdan is-Soċjetà tagħna li toffri tagħlim professjonali. It-tagħlim huwa element essenzjali u importanti biex niżguraw li l-Birżebbuġin ta’ għada jżommu ħaj il-patrimonju kulturali Malti. Bħala Soċjetà, nifirħu wkoll meta naraw bandisti fi ħdan is-Soċjetà jkomplu jistudjaw u jagħmlu suċċess Il-Banda Birżebbuġa fil-festa ta' Santa Katarina V.M. fiż-Żejtun.

huma importanti mhux biss għas-Soċjetà imma wkoll għall-pajjiż għax ikomplu jsaħħu d-diplomazija kulturali ta’ Malta. Fit-23 ta’ Jannar, 2022 qomna għal aħbar kerha, hekk kif b’dieqa kbira tħabbret il-mewt tal-bandista tas-Soċjetà Stephanie Buhagiar. Aħbar li ħasdet mhux biss lill-Birżebbuġin imma lil kull minn kien jaf lil Stephanie. Ilfuneral sar fil-25 ta’ Jannar,

Man-Noti tal-Banda Matthew Caruana Membru tas-Sezzjoni Banda Birżebbuġa

Fl-okkażjoni tal-25 anniversarju mit-twaqqif tal-Għaqda Soċjali Madonna tad-Duttrina, sar skambju ta' rigali bejn iż-żewġ soċjetajiet.

Fil-mument li qed jinkiteb dan l-artiklu, is-Sezzjoni Banda għaddejja bi preparamenti għall-festa fosthom preparamenti għas-servizzi waqt il-ġimgħa tal-festa, tħejjija għall-programm, tħejjija biex jintrama l-planċier u ħafna xogħol ieħor minn wara l-kwinti. Dan kollu nagħmluh b’dedikazzjoni ħalli niċċelebraw festa kif jixraq.Għalhekk inħeġġukom tingħaqdu magħna ħalli b’responsabilità niċċelebraw festa mill-isbaħ, festa li tkompli tqarribna lejn il-patrun tagħna. Viva San Pietru, il-patrun tal-Banda Birżebbuġa!

Li nsejħu ismek, Pietru, ikun biżżejjed Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 33 – Festa 2022 84 lil hinn minn xtutna. Għalhekk konna kburin meta Francesco Barbara, kurunettista fi ħdan is-Soċjetà kif ukoll membru ġdid tas-sezzjoni banda, żar diversi pajjiżi Ewropej mal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta u hekk kompla jikber l-isem ta’ pajjiżna. Is-sena 2022 immarkat mument importanti għal pajjiżna hekk kif is-suċċessur ta’ Pietru, il-Papa Franġisku, għamel żjara ta’ jumejn f’Malta u Għawdex bejn it-2 u t-3 ta’ April, 2022. Fit-3 ta’ April, fi triqtu lejn ilLaboratorju tal-Paċi f’Ħal Far, il-Qdusija Tiegħu għadda wkoll mir-raħal tagħna. Għal dan il-għan, il-Banda Birżebbuġa flimkien mal-Banda San Pietru fil-Ktajjen daqqew flimkien fuq iz-zuntier biex jagħtu tislima xierqa lill-Papa Franġisku. Għal din l-okkażjoni, inħarġet ukoll il-vara titulari ta’ San Pietru. Din is-sena nibtet ukoll tama ġdida, tama li ħafna mid-dilettanti tal-festa kienu ilhom jistennew: dik li jirritornaw il-festi esterni. In-nuqqas tal-festi esterni wara sentejn inħass sew mhux biss mid-dilettanti imma minn kull persuna li għandha għal qalbha l-kultura Maltija. Kien għalhekk b’ferħ kbir meta f’Ħadd il-Għid, fis-17 ta’ April, 2022, is-Soċjetà reġgħet għamlet iddimostrazzjoni bl-istatwa ta’ Kristu Rxoxt. Kemm kien mument sabiħ terġa’ tara l-banda u tisma’ l-valzi jidwu mat-toroq ta’ Birżebbuġa. Ir-ritorn tal-festi fisser ukoll ir-ritorn tas-servizzi tal-banda. Dan jitlob ammont ta’ preparamenti minn ħafna ġimgħat qabel speċjalment min-naħa taddelegat tal-banda biex isib il-bandisti. Il-perjodu ta’ wara l-pandemija ppreżenta sfidi ġodda hekk kif, għal raġunijiet varji, sar ferm iktar diffiċli tgħaqqad banda. Is-Sezzjoni Banda mbagħad tkun trid tlesti l-libretti u l-uniformi għas-servizz. Hawnhekk nixtieq nirringrazzja lill-membri tas-sezzjoni għax-xogħol siewi u volontarju tagħhom.

10 Snin fl-Armar Benji Caruana

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 33 – Festa 2022 85 Li nsejħu ismek, Pietru, ikun biżżejjed Għeżież soċi u partitarji Iljuni, erġajt qed nikteb fuq il-ktieb Minn Qalb l-Iljuni għall-10 sena bħala Chairperson tal-kummissjoni. Bħalma kulħadd jaf, il-misħuta pandemija tal-Covid 19 ċaħħditna milli niċċelebraw il-festa għal sentejn sħaħ. Ċaħħditna milli niċċelebraw it-30 sena anniversarju mittwaqqif tas-Soċjetà u t-30 sena anniversarju mill-miġja tal-istatwa artistika ta’ San Pietru li hija propjetà tagħna fil-każin. Propju matul din is-sena li qegħdin fiha, ilKummissjoni Armar Estern Banda Birżebbuġa qed tiċċelebra l-10 snin mit-twaqqif tagħha. Matul dawn l-10 snin ġew organizzati diversi attivitajiet u fun runs u ikliet u SORPRIŻI KBAR li anke fil-pandemija ma waqfux li jibqgħu jissemmew fl-istorja ta’ din is-Soċjetà ħajja u kbira. Tibqa’ tissemma’ wkoll l-għajnuna kbira li din il-kummissjoni tat lis-Soċjetà tagħna kemm b’mod finanzjarju kif ukoll b’mod fiżiku. Bħala kummissjoni tajna l-għajnuna kbira f’ħames proġetti prinċipali: ● L-arblu maġġur tas-Soċjetà li konna parti millħidma li saret fuqu u li żidna żewġ arbli oħra; ● ir-renovazzjoni tas-sala prinċipali; ● konna ta’ għajnuna kbira meta ħdimna fil-propjetà tal-pjazza sabiex setgħet tinfetaħ bħala każin; ● konna hemm ukoll meta tellajna l-estensjoni talkażin u l-ħidma fiha; ● l-ikbar waħda fil-pandemija meta l-każin kien magħluq u konna parti meta għamilna sena ħidma fil-bottegin tal-każin fejn ġibnieh dak li hu bħalissa. GRAZZI KBIRA lil sħabi li kienu ta’ għajnuna ma’ sħabna l-oħra membri għall-ġid tas-Soċjetà. Din is-sena ħidma 2021-2022, ilKummissjoni Armar Estern Banda Birżebbuġa bdiet bilkbir meta l-Ħadd 25 ta’ Lulju ġiet imżanżna l-bandiera artistika ta’ San Pietru. Ix-xogħol tagħha, mill-bidu salaħħar, minn disinn sa pittura, huma ta’ George James Cutajar Zahra. Din tbierket mill-kappillan ta’ Birżebbuġa Dun Anton Galea-Scannura quddiem ix-xbieha talistatwa ta’ San Pietru fil-knisja parrokkjali, u wara tellajnieha mal-arblu fuq il-bejt. L-Erbgħa 28 ta’ Lulju, waqt iż-żjara u l-inawgurazzjoni tal-każin komplut millPresident ta’ Malta, ġiet inawgurata pittura għas-sala tal-kunċerti. Din il-pittura nħadmet fuq disinn u tpinġija ta’ Clifford Vella u frejm ta’ Leonardo Frame Gallery. Komplejna, u nhar il-Ġimgħa 24 ta’ Settembru, f’jum it-twaqqif tal-kummissjoni ħejjejna ikla għaġin, u dakinhar ftaħna uffiċjalment l-10 snin ta’ kummissjoni. F’din l-okkażjoni wrejna l-ħidma tagħna u s-sorpriżi li għamilna. Wasalna għal żmien il-Milied. Għal sena oħra, erġajna ħadna l-fondi mill-Kunsill Lokali, u erġajna armajna Triq Żaren Dalli, Triq Birżebbuġa, Misraħ il-Knisja u r-roundabout ta’ San Ġorġ. Waslet il-festa liturġika tal-Kattedra ta’ San Pietru Appostlu. Għal din l-okkażjoni armajna mill-isbaħ il-każin u tellajna l-fustuni. Waslet l-ikbar festa tal-knisja, dik tal-Ġimgħa Mqaddsa kif ukoll ta’ Kristu Rxoxt. Din is-sena ħadna ħsieb li ninawguraw żewġ bandalori tal-Ġimgħa l-Kbira li tħallsu kollha minn Chev. John Taylor. Dawn il-bandalori nħadmu minn disinn, pittura u sfumar ta’ Clifford Vella, ħjata ta’ Stephan Duca u Kummissjoni ArmarIl-KummissjoniEstern Armar Estern tħabbar illi l-festa qorbot hekk kif issir il-mixegħla tal-globi u l-bjut tal-każin.

Li nsejħu ismek, Pietru, ikun biżżejjed Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 33 – Festa 2022 86 xogħol ta’ ħadid, injam u affarijiet oħra, mill-membri tal-kummissjoni. Dawn tbierku wkoll mill-Kappillan talparroċċa Dun Anton Galea-Scannura. Lejlet Ħamis ix-Xirka inawgurajna bandiera bit-tema tal-Ħaruf talGħid. Din tħallset minn Chev. John Taylor, Paul Gafà u l-membri tal-Kummissjoni Armar Estern Banda Birżebbuġa. Din ġiet inawgurata mal-arblu fi żmien l-Għid il-Kbir. Id-disinn tal-bandiera flimkien malisfumar u l-pittura saru minn Clifford Vella u l-ħjata ta’ Stefan Duca. F’Ħadd il-Għid armajna wkoll il-bandalori tal-Għid illi konna inawgurajna fis-sena 2020 u ħadna ħsieb ukoll illi armajna l-każin, hekk kif għamilna għallfesti Ewkaristiċi ta’ Corpus Domini u l-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù. Grazzi wkoll għall-Kavallier John Taylor, iżżanżnu wkoll bandiera ta’ Birżebbuġa u oħra tal-Papa. Din is-sena lestejna l-istore il-ġdid tal-Kummissjoni Armar fil-każin fejn se nkunu qegħdin nerfgħu l-affarijiet tad-drapp u affarijiet oħra li nużaw fi żmien il-festi. Din is-sena ġie jżurna l-Papa Franġisku f’Birżebbuġa, u għal din l-okkażjoni ħadna ħsieb li narmaw quddiem il-każin u armajna l-faċċati tal-każin sabiex noħolqu atmosfera ta’ festa. Għal din l-okkażjoni, inħarġet min-niċċa wkoll l-istatwa ta’ San Pietru, propjetà tasSoċjetà u ntramat quddiem il-każin. Sabiex nibqgħu viċin tagħkom, minkejja l-ħafna restrizzjonijiet illi kellna naffaċċjaw, begħena l-pavaljuni tal- Ġimgħa Mqaddsa, figolli, kwareżimal, prinjolati, għadam tal-mejtin talħelu u ward ta’ San Valentinu. Meta ċ-ċirkostanzi ppermettew, ġew organizzati xi ikliet u ġbir bieb, bieb madwar Birżebbuġa kollha.

Din is-sena, il-Kummissjoni Armar qed tieħu ħsieb biex tinawgura sorpriża ġol-każin sabiex tibqa’ mfakkra l-10 sena ħidma tal-kummissjoni, sorpriża li se tibqa’ memorja permanenti fil-każin. Din is-sena se nerġgħu nirritornaw li nieħdu ħsieb norganizzaw il-marċ tatTnejn. Għandna bosta affarijiet. Sejrin nerġgħu naraw lil Mark Tonna jkanta d-diska tant maħbuba malpartitarji numerużi tagħna, ‘Xmun Pietru’. Se naraw lillkantanta Danica Muscat tkanta d-diska ‘Insellmulek’. Se ngawdu feature sabiħ sabiex nuru dawn l-10 snin ħidma fil-każin. Se jkollna show bin-nar kif ukoll briju mad-DJ popolari Ryan Spiteri. Nagħlaq dan il-messaġġ billi nirringrazzja lil kull min kien parti mill-kummissjoni u lil min għadu jaħdem f’din il-kummissjoni għax kieku ma kontux intom, ma kienx ikun possibli li naslu għal dan l-anniversarju. Nirringrazzja lill-familji kollha tagħna tal-paċenzja li jieħdu bina. Nirringrazzja lill-Kumitat Ċentrali u lil sħabna fil-kummissjonijiet u s-sezzjonijiet fi ħdan ilkażin. Lill-membri, soċi u partitarji ta’ kemm insibuhom ta’ għajnuna kbira għalina. L-aħħar u mhux l-inqas, nirringrazzja lil missierna San Pietru u lil Alla talli dejjem żamm idejH fuqna u ħarisna. Viva l-Banda Birżebbuġa! Viva l-Banda tal-Iljun! Viva San Pietru!

88 Li

biżżejjed

Il-kantanta Danica Muscat interpretat din id-diska. Fis-sena 2018, il-Kummissjoni Armar Estern ħallset għall-gallariji tal-estensjoni tal-każin fi Triq Birżebbuġa. Id-disinn u l-ħadid saru minn George Cutajar filwaqt illi d-dawl għalihom sar mill-membri tal-Kummissjoni nfisha. Fuq disinn u xogħol ta’ Marco Schembri, flistess sena, il-Kummissjoni għamlet wieħed mill-bibien ta’ din il-parti tas-sede wkoll. Matul is-sena 2019, ilKummissjoni Armar Estern issoktat taħdem fuq din il-parti tal-każin. Il-faċċata tal-estensjoni tas-sede fi Triq Birżebbuġa saret fuq il-fiel b’ħidma ta’ Michael Vella and Co. Ix-xogħol tad-dawl sar mill-membri talKummissjoni nfushom. Sar ukoll id-drapp għal żmien il-festa titulari sabiex jintrama f’din il-parti. Ix-xogħol għal dan kien fdat f’idejn id-disinjatur u sfumatur Paul Muscat, filwaqt illi Stephan Duca ngħażel sabiex ikun il-ħajjat. Qabel faqqgħet il-pandemija u l-effetti kollha li ġabet magħha, nhar is-Sibt 29 ta’ Frar 2020, waqt il-programm annwali tal-Banda Birżebbuġa, fis-sala tal-iskola primarja, il-Kummissjoni Armar Estern żanżnet żewġ bandalori artistiċi għall-festa ta’ Kristu Rxoxt u anke għall-festi Ewkaristiċi. Iddisinn, l-isfumar u l-pittura kienu fdati lil clifford Vella, il-ħjata lil Stephan Duca u l-ġmiemen u l-pumi lil Lidwig Noel Desira, filwaqt illi l-membri tal-Kummissjoni ħadmu fuq il-ħadid u l-injam. Matul issena 2021, il-Kummissjoni Armar Estern żanżnet bandiera artistika

Il-Kummissjoni Armar Estern tas-Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa twieldet fl-24 ta’ Settembru 2012 waqt l-ikla tradizzjonali li ssir millparroċċa għal dawk illi jgħinu lill-Grupp tal-Armar 1 ta’ Awwissu, il-grupp tal-armar tal-parroċċa waqt l-armar u ż-żarmar fil-festa titulari. Waqt din l-ikla kien hemm dawk illi kellhom ikunu l-bidu ta’ din il-kummissjoni u qabdu d-diskors dwar li titwaqqaf kummissjoni armar fis-Soċjetà. L-ewwel kumitat kien jikkonsisti minn Benji Caruana, John Taylor, Francesco Barbara, Peter Cassar u Frans Cassar. L-għanijiet tal-kummissjoni kienu li tkabbar u żżid l-armar tas-Soċjetà kif ukoll tgħin fil-ħidma u fl-operat tas-Soċjetà b’mod inġenerali. Fis-sena 2015 kien l-anniversarju tal-Ġublew tal-Fidda mit-twaqqif tas-Soċjetà, u għalhekk ilKummissjoni Armar Estern nediet l-ewwel proġetti tagħha. F’din is-sena saret bandiera bl-arma tasSoċjetà sabiex fil-jiem tal-festa titulari tintrama firrawndebawt tal-Bajja ta’ San Ġorġ. Il-ħjata u l-isfumar saru minn Ryan Stivala fuq disinn ta’ Redrian Micallef. L-istess Redrian Micallef għamel id-disinn tal-bandiera sekondarja tas-Soċjetà, illi ġiet sfumata minn Ryan Stivala u meħjuta minn Brian Vigar. Matul din issena żżanżnet ukoll il-faċċata tas-sede tas-Soċjetà fi Triq Birżebbuġa. Id-disinn u l-isfumar saru minn Paul Muscat filwaqt illi l-pitturi saru minn Mario Baldacchino u Joseph Tanti. Il-ħjata saret minn Brian Vigar u Claudine Vassallo filwaqt illi x-xogħol fuq il-ġmiemen sar minn Andreas Muscat u Ludwig Noel Desira u l-membri talKummissjoni ħadmu fuq il-proġett tad-illuminazzjoni tal-faċċata.Fis-sena 2016 saret l-imrewħa grandjuża. Id-disinn u l-isfumar tagħha sar minn Paul Muscat, il-ħjata minn Stephan Duca u l-pittura minn Antoine Farrugia. Ilħidma fuq il-ġmiemen saret minn Andreas Muscat u Ludwig Noel Desira. Għal dan il-proġett kien hemm bżonn daqsxejn ħadid b’saħħtu li sar b’kollaborazzjoni bejn l-Għaqda tan-Nar 22 ta’ Frar u l-Kummissjoni Armar Estern. Għenu ħafna f’dan il-proġett Jason Vella u SteveIs-senaBriffa.2017 kienet sena mimlija attività għal Birżebbuġa meta ċċelebrajna l-1950 anniversarju millMartirju ta’ San Pietru Appostlu, it-80 sena mill-bidla fittitular u s-70 sena mill-miġja tal-istatwa titulari l-antika ta’ San Pietru. Fl-istess sena, rritornat ukoll l-istatwa titulari mir-restawr u s-Soċjetà bdiet tuża l-proprjetà li kienet akkwistat fil-pjazza fis-sena 2015. Saret il-liedna l-ġdida fi Triq Birżebbuġa. Din inħadmet mill-Kavallier John Taylor, il-membri tal-Kummissjoni Armar u bosta partitarji li ġew jgħinuna waqt maratona tal-liedna. Iżżanżnet ukoll il-faċċata tas-sede tas-Soċjetà ta’ Misraħ il-Knisja. Id-disinn u l-isfumar saru minn Paul Muscat, il-pittura minn Mario Baldacchino, il-ħjata minn Stephan Duca u l-ġmiemen minn Andreas Muscat u Ludwig Noel Desira. Il-ħidma fuq id-dawl saret millKummissjoni Armar Estern filwaqt illi l-ħadid u l-injam inħadmu minn George Cutajar u Eman Camilleri rispettivament. Iżżanżnet ukoll id-diska ‘Insellmulek’ fuq versi ta’ Stephen Baldacchino u mużika ta’ Philip Vella.

ismek,

Il-Kummissjoni Armar Estern Tagħlaq Għaxar Snin

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni Edizzjoni 33 – Festa 2022 nsejħu Pietru, ikun

Is-sorpriża se tkun stained glass bi xbieha ta' San Pietru fuqha. Waqt il-ħidma fuq l-istained glass. Il-kitba tal-iskrizzjoni TV ES PETRVS. Il-bandist tal-post Francesco Barbara jpennen l-innu marċ għall-Kummissjoni Armar Estern.

Li nsejħu ismek, Pietru, ikun biżżejjed Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 33 – Festa 2022 89

bix-xbieha ta’ San Pietru Appostlu, bix-xogħol kollu jkun fdat għand Geoge James Cutajar Zahra filwaqt illi l-membri ħadu ħsieb jirrestawraw l-arbli ta’ fuq il-bjut. Sar ukoll kwadru ta’ Santa Ċeċilja b’disinn u pittura ta’ Clifford Vella, illi min-naħa tiegħu wkoll pittura ta’ San Pietru. Dawn ġew inawgurati mill-President ta’ Malta, l-E.T. Dr George Vella waqt iż-żjara li għamel fis-sede tas-Soċjetà fl-Ewwel Jum ta’ Tridu 2021. Matul din is-sena anniversarja, il-Kummissjoni Armar Estern diġà żanżnet żewġ bandalori ta’ kulur iswed għall-Ġimgħa Mqaddsa. Il-pittura fuqhom, xogħol Clifford Vella, li għamel ukoll id-disinn, turi l-Kurċifiss tal-Marċjol, u l-istatwa titulari l-antika, dik ta’ Marija Addolorata, it-tnejn meqjumin fil-knisja parrokkjali tagħna.. Stephan Duca għamel ix-xogħol tal-ħjata filwaqt illi Ludwig Noel Desira ħadem fuq ilpumi u l-ġmiemen. Saru wkoll żewġ bnadar, waħda tal-Papa u oħra ta’ Birżebbuġa. Ix-xogħol fuqhom kien fdat għand Perper u Flags and More. Iżżanżnet ukoll il-bandiera bis-simboli tal-Għid il-Kbir b’disinn, sfumar u pittura ta’ Clifford Vella u ħjata ta’ Stephan Duca. Matul din is-sena, il-Kummissjoni Armar Estern, ġimgħa qabel il-festa titulari se tkun qed tinawgura s-sorpriża, illi hija l-istained glass għas-sala prinċipali tas-sede tasSoċjetà.Bħala membri tal-Kummissjoni Armar Estern ħassejna li kellna niktbu dan l-artiklu f’għeluq l-ewwel deċennju mit-twaqqif tal-Kummissjoni għall-benefiċċju tagħkom il-membri u l-partitarji li kull meta nfittxukom għal xi donazzjoni jew attività, dejjem tikkonkorru bi ħġarkom. B’hekk qegħdin taraw kemm din ilKummissjoni qiegħda dejjem tipprova taħdem għallġid tas-Soċjetà, ta’ Birżebbuġa u sabiex tkabbar ilfesta titulari f’ġieħ il-Prinċep tal-Appostli u r-Ragħaj ta’ Birżebbuġa, San Pietru Appostlu. Id-disinn tas-sorpriża li se tiżżanżan il-Ħadd 24 ta' Lulju 2022.

Fil-Pandemija xorta bqajna attivi fil-mużika. Issa wasal iż-żmien li nerġgħu ningħaqdu flimkien u nerġgħu nqumu fuq saqajna.

Mro Michael Bugelli, kiber u mexxa lill-Banda Birżebbuġa lejn għadd ta' suċċessi. Dehra tal-Banda Birżebbuġa waqt il-Premiere tal-Oratorio, dejjem taħt id-direzzjoni ta' Mro Michael Bugelli, is-Surmast Direttur tagħha sa mit-twaqqif fl-1990.

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 33 – Festa 2022 90 Li nsejħu ismek, Pietru, ikun biżżejjed L-aħħar festa li gawdejna sħiħa kienet dik tal-2019... tliet snin ilu! Fl-2020 u fl-2021 ma stajna nagħmlu xejn, jew jekk stajna, għamilna ftit. Sehem il-baned fil-festi f’dawn is-sentejn kien wieħed minimu ħafna. B’xorti tajba il-baned tħallew itellgħu xi programmi mużikali. Il-banda tagħna ta’ Birżebbuġa rnexxielha ddoqq fi Frar 2020 meta tellajna l-aħħar programm “Mill-Bandisti Għall-Membri” meta d-dinja kienet diġà qed tintlaqat mill-pandemija. Inqas minn xahar wara dak il-programm, pajjiżna wkoll daħal fil-morsa tal-pandemija. Il-festi twaqqfu. Il-baned ma tħallewx idoqqu. Kulħadd beda jgħix f’iżolament. Konna qisna qed ngħixu film minn dawk tal-fantaxjenza, biddifferenza li dak li konna għaddejin minnu kien veru. Fis-sajf tal-2020 il-Gvern kien irrilassa xi restrizzjonijiet u kien hemm xi tliet Ħdud li fihom saru festi ridotti u daqqew il-baned, imma hekk kif waslet il-ġimgħa talfesta tagħna, il-virus tal-COVID laħaq infirex b’mod allarmanti u l-festa tagħna kellha tiġi kkanċellata anke jekk kienu diġà saru l-preparamenti. Gerbet sena oħra, u ċ-ċelebrazzjonijiet tat-tletin sena anniversarju li kellna għas-sena 2020, konna determinati li nagħmluhom fis-sena 2021. Dawn iċċelebrazzjonijiet ħadu dimensjoni ikbar, għax bilCOVID spiċċaw ġew aktar uniċi. F’Lulju tas-sena 2021 fost ħafna sagrifiċċji kbar eżegwejna l-Oratorju “Divo Petro”. Ħolma oħra saret realtà. Konna waħda millewwel baned li tellajna programm mużikali fl-istaġun tal-festi li għadda fi żmien il-pandemija. Kien hemm min qalilna li din kienet ġennata. Hekk hu! Tassew ġennata biex tagħmel programm ta’ dak il-kalibru f’mument daqshekk sensittiv. Imma konna determinati li din id-darba nagħmluha u nagħmluha bil-kbir, anzi aħjar għax ħareġ kunċert storiku, kunċert ta’ livell għoli, oratorju ta’ preġju fi żmien daqshekk delikat. Konna nafu li l-isfida kienet se tkun ikbar għax dak li tellajna fil-Katidral Metropolitan talImdina s-sena li għaddiet ma kienx sempliċi programm imma oratorju kolossali, mużika li titlob impenn kbir u sagrifiċċji kbar. Dan huwa xogħol li diġà huwa diffiċli ttellgħu f’ċirkostanzi normali, aħseb u ara meta konna qed naffaċċjaw kriżi umanitarja bħal dik tal-pandemija. Bla dubju kien wieħed mill-programmi kbar illi l-banda tagħna rnexxielha ttella’ minn mindu ġiet imwaqqfa. Jien, flimkien mal-President, il-Kumitat, u l-bandisti tal-post ninsabu verament kburin li tellajna xogħol daqshekk professjonali miktub mis-Surmast Onorarju tas-Soċjetà tagħna Mro Ray Sciberras. Jekk il-banda tagħna kienet waħda minn tal-bidu li għamlet programm mużikali fl-istaġun tas-sajf li għadda, u li warajha segwew l-eżempju tagħha bosta baned oħra li l-festa tagħhom ġiet wara tagħna, il-banda tagħna tibqa’ l-unika waħda li siefret barra minn xtutna biex tagħti prestazzjoni mużikali fi żmien il-pandemija. Il-mawra kienet ukoll parti miċ-ċelebrazzjonijiet li ridna nagħmlu għall-okkażjoni tat-tletin sena anniversarju. Bħall-oratorju din ukoll xtaqna nagħmluha fl-2020 imma ċ-ċirkustanzi ġegħluna nipposponuha għassena 2021. Id-diffikultajiet ma jonqsu qatt. Ippruvajna ħafna, ħabbatna ħafna bibien, il-pandemija qatlitna, restrizzjonijiet kbar kullimkien imma l-perseveranza tagħna ma mititx lanqas. Bqajna sodi u la ridnieha,

Mro. Michael Bugelli ATCL Is-Surmast Direttur tal-Banda Birżebbuġa

Li nsejħu ismek, Pietru, ikun biżżejjed Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 33 – Festa 2022 91

għamilnieha! F’komunikazzjoni li l-President tagħna Chev. Alexander Caruana għamel mal-Comune di Catania, irnexxielna nġibu l-permessi meħtieġa sabiex intellgħu servizz mużikali fiċ-Centro Storico ta’ Catania, belt barokka, belt tal-arti, il-belt ta’ Vincenzo Bellini. Din ma kinitx l-ewwel darba li l-banda tagħna daqqet f’din l-art. Ftit snin ilu konna għamilna marċ u programm sabiħ fil-belt ta’ Riposto li tinsab fil-periferiji ta’ Katanja. Din id-darba konna se ndoqqu fic-Centro Storico ta’ Catania, eżatt quddiem il-Katidral ta’ Katanja, li minnu toħroġ il-purċissjoni ta’ Sant’Agata, tant magħrufa mad-dinja kollha. Aħna għamilna l-mawra tagħna bejn is-6 u s-7 ta’ Novembru 2021. Daqqejna Katanja nhar is-6 ta’ Novembru filgħaxija u tajna gost lil mijiet ta’ nies li joħonqu lil din il-belt kull Sibt filgħaxija. Katanja hija ferm popolari għall-ħajja billejl ma’ Sqallija kollha. Dakinhar il-Bambin kien veru magħna għax minbarra l-pandemija, ġimgħa qabel u ġimgħa wara din ilmawra storika mużikali li għamilna, għamlu fost l-akbar maltempati li qatt rat il-belt ta’ Katanja f’għexieren ta’ snin.Il-COVID issa nistgħu ngħidu li qed jonqos, nittamaw li ma jkunx hawn aktar kumplikazzjonijiet. Qabel ilCOVID il-festi u l-baned kienu diġà għaddejjin minn kriżi u l-COVID aċċentwat iktar dawn il-problemi. Bil-COVID naqsu ħafna l-bandisti. Saret diffiċli biex tgħaqqad banda tajba. Irridu naffaċċjaw ir-realtà kif inhi u nibdew insibu soluzzjonijiet u addattamenti għaċ-ċirkostanzi preżenti. L-appell tiegħi lis-Soċjetà tagħna huwa sabiex tieħu ħsieb lill-bandisti tal-post tagħna. Dawn huma teżor kbir. Ħafna mid-diffikultajiet li għaddejjin minnhom ma kinux ikunu hemm kieku kull banda tieħu ħsieb il-bandisti tal-post tagħha. Ħafna drabi nitkellmu dwar l-obbligi tal-bandisti tal-post. Dan l-argument irid jinbidel għax bejn il-baned u l-bandisti, huma l-baned li għandhom x’jitilfu l-aktar. Il-bandisti qed isibu ruħhom aħjar mingħajr irbit għal ftit ħlas. Il-ħajja m’għadhiex li kienet, u l-ispejjeż kibru għal kulħadd. Iż-żmien u l-ħin naqas għal kulħadd għax bil-ħajja mgħaġġla tal-lum ftit fadal żmien għar-rikreazzjoni u l-passatempi. Jeħtieġ illi l-baned ibiddlu r-rotta malajr u jibdew japprezzaw iktar xogħol il-bandisti. Sfortunatament dawn l-aħħar snin, ħafna sostenituri tal-baned kienu qed iħarsu lejn il-bandist bħala dak is-sempliċi bniedem li jgħin lill-banda biss billi jonfoħ erba’ noti fl-istrument. Din l-attitudni trid tinbidel malajr għax se jkollna straġi fil-qasam bandistiku Malti. Hemm bżonn illi l-bandisti tagħna nżommuhom fuq l-idejn għax mingħajrhom, il-festi u kollox se jieħdu daqqa ta’ ħarta kbira.Nagħlaq dan il-messaġġ tiegħi billi nsellem il-memorja ta’ Stephanie Buhagiar neè Barbara li wara marda twila ingħaqdet mal-Ħallieq fit-23 ta’ Jannar li għadda. Stephanie għamlet żmien twil tgħallem il-prinċipji bażiċi tal-mużika lil ħafna żgħażagħ u tfal li riedu jitgħallmu strument mal-banda tagħna. Nirringrazzjaha tax-xogħol illi għamlet mal-banda tagħna. Lil Stephanie tajnieha tislima bil-banda filfuneral tagħha nhar il-25 ta’Jannar 2022. Nieħu l-okkażjoni wkoll biex nirringrazzja lill-President Chev. Alexander Caruana li bid-determinazzjoni tiegħu wasalna biex tellajna l-oratorju “Divo Petro” u s-safra li għamilna fiċ-Centro Storico ta’ Katanja. Din kienet ir-raba’ esperjenza mużikali għall-banda tagħna barra minn xtutna. Bħalma nagħmel is-soltu se nagħmel l-aħħar żewġ kelmiet kemm dwar il-lezzjonijiet u anke dwar sehem il-banda tagħna fil-festa tal-Patrun tagħna San Pietru Appostlu fl-Ewwel Ħadd t’Awwissu u l-ġimgħa ta’ qabel. Bħalissa qed nippjana l-kunċert annwali li nagħmlu fil-festa, Lejlet il-Festa Titulari. Bħal dejjem se jkun hemm mużika mħallta li tolqot il-gosti ta’ kulħadd apparti l-innijiet iddedikati lill-patrun tagħna. Aktar minn qabel inħeġġeġ lin-nies tiġi u tagħti l-appoġġ tagħha lill-banda u lil-bandisti tagħna. Irridu nqumu fuq saqajna issa qabel għada jekk ma rridux li nitilfu dak kollu li ħallewlna ta’ qabilna. Dan l-entużjażmu jrid jibqa’ jiġi rifless ukoll fit-tagħlim tal-mużika fis-Soċjetà tagħna. Sa qabel il-COVID is-Soċjetà tagħna bdiet tinvesti ħafna fit-tagħlim tal-mużika. Għalkemm bil-COVID it-tagħlim prattiku tħarbat ftit, il-lezzjonijiet mużikali fit-teorija mal-Assistent Surmast Christopher Bonnici baqgħu għaddejjin, u kellna wkoll studenti li tressqu għall-eżamijiet u bħal dejjem, ġabu marki mill-aqwa. Imma issa wasal il-mument li nerġgħu nqumu fuq saqajna. Nagħmel appell lill-ġenituri biex jibagħtu lilluliedhom jitgħallmu l-mużika mas-Soċjetà tagħna ħalli tieħdu tagħlim professjonali u tal-aqwa livell. Nirringrazzja lil kulħadd u niltaqgħu fil-festa mal-Banda Birżebbuġa.

Mro Michael Bugelli ATCL jirċievi tifkira mingħand il-President ta' Malta, Dr George Vella, fil-preżenza tal-President tas-Soċjetà Alexander Caruana fi tmiem l-Oratorio Divo Petro.

L-Iskola tal-Mużika tas-Soċjetà Christopher Bonnici B.A.(Hons); M.A.; ALCM; LLCM L-Assistent Surmast Karen Abela Liam Desira Andrea Borg Steve Abela Matthias Borg Hayden Grech Grupp mill-allievi tas-Soċjetà waqt it-tagħlim tat-Teorija, etajiet differenti, livelli differenti, imma lkoll b'ħeġġa sabiex jitgħallmu.

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 33 – Festa 2022 92 Li nsejħu ismek, Pietru, ikun biżżejjed

Dak illi qatt ma konna naħsbu li se naslu għalih, wasalna u ġarrabnieh matul dawn l-aħħar sentejn. Anzi! Lanqas qatt għaddielna minn moħħna li jista’ jiġri. L-iskop ta’ kull soċjetà mużikali, it-tagħlim mużikali waqaf. Ilkoll konna qalbna maqtugħa, imdejqin u diżappuntati. Madankollu, it-teknoloġija moderna serviet ta’ solliev u permezz tagħha, is-soċjetajiet setgħu jibqgħu għaddejjin bit-tagħlim onlajn. Fil-każ tas-Soċjetà tagħna, issoktaw xi lezzjonijiet tal-prattika minn Mro Michael Bugelli u Mro Ludwig N. Desira, filwaqt illi kważi qatt ma ġew interrotti l-lezzjonijiet tatteorija mal-Assistent Surmast Mro Christopher Bonnici. Bis-saħħa ta’ dawn il-lezzjonijiet, numru ta’ allievi tressqu għall-eżamijiet tal-London College of Music u lkoll għaddew b’marki mill-aqwa. Nifirħu għalhekk lil dawn l-istudenti tal-Iskola tal-Mużika tagħna, li fissessjoni ta’ Novembru 2021 ġabu dawn ir-riżultati: Grad 5: Karen Abela – ekwivalenti għal-Livell Ordinarju Grad 4: Liam Braden Desira, Andrea Borg, Steve Abela Grad 3: Matthias Borg u Hayden Grech Fl-istess waqt, l-Iskola tal-Mużika tilqa’ lil dawn l-istudenti l-ġodda li qegħdin jibdew il-vjaġġ mużikali tagħhom billi jitgħallmu fi ħdan l-Iskola tal-Mużika Michael Nina-MarieBugelli:Cutajar, Zack D’Souza, Thea Cuschieri, Emma Cuschieri, Janica Mifsud, Jayden Mifsud u Amy Vella. Inħeġġu aktar Birżebbuġin jingħaqdu mal-Iskola talMużika tas-Soċjetà. Jingħataw tagħlim professjonali minn għalliema kwalifikati fis-settur mużikali f’ambjent mill-aktar informali u komdu. Nipprovdu l-materjal kollu rikjest. Nistudjaw kemm għall-eżamijiet, imma wkoll nesperimentaw bil-gost mużikali, billi kif nogħlew ftit fil-livell, anke nibdew nikkomponu xi ħaġa flimkien u naħdmu l-armonija.

Viva San Pietru! Il-Banda Birżebbuġa waqt il-provi ta' Divo Petro

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 33 – Festa 2022 93 Li nsejħu ismek, Pietru, ikun biżżejjed

Peter Paul Caruana B.A.(Hons) Id-Delegat tal-Banda sellmitilha b’daqq ta’ marċi funebri f’jum ilfuneralIrridutagħha.nsemmu wkoll is-sehem tal-banda tagħna din is-sena. Il-banda tagħna daqqet għall-festa ta’ Kristu Rxoxt f’Birżebbuġa nhar Ħadd il-Għid, 17 ta’ April, fil-festa ta’ Publju fil-Furjana fl-1 ta’ Mejju, servizz illi sfortunatament kellu jintemm ħesrem minħabba naturali, fil-Karnival ta’ Birżebbuġa li sar f’Mejju, fil-festa ta’ San Ġużepp Ħal Għaxaq fit-2 ta’ Ġunju, il-Kalkara fil-15 ta’ Lulju għall-festa ta’ San Ġużepp, Ħal Tarxien għall-festa tal-Madonna tadDuttrina fis-17 ta’ Lulju u fil-31 ta’ Lulju f’Raħal Ġdid għall-festa ta’ Kristu Re. Wara l-festa jitkomplew isservizzi tal-Banda Birżebbuġa fiż-Żebbuġ, Għawdex u f’Ħal Safi, għall-festa tal-Konverżjoni ta’ San Pawl Appostlu.Danminbarra s-servizzi li tagħmel fil-ġimgħa talfesta fejn takkumpanja l-vara fil-ħruġ, il-marċ magħruf tal-istatwa, il-programm u marċi oħra. Minbarra l-festa titulari, matul is-sena, il-Banda Birżebbuġa tieħu sehem ukoll f’Jum Birżebbuġa u fil-festi tal-Milied Imqaddes. Minn qalbi nixtieq nieħu l-opportunità sabiex nawgura lil kulħadd il-festa t-tajba.

Il-Banda Birżebbuġa, bħall-bqija talbaned Maltin u Għawdxin, qiegħda terġa’ ssemma’ leħinha mhux biss f’raħalha iżda wkoll ’il barra. Minkejja li forsi dan l-aħħar żmien ma tantx smajna b’baned minħabba s-sitwazzjoni li ġiet bla ebda stennija, ixxogħol ma waqafx. Dan jidher ċar b’żewġ avvenimenti kbar li komplew inaqqxu l-istorja tas-Soċjetà tagħna. L-ewwel wieħed li ma nistgħux ma nsemmuhx kien l-oratorju li jġib l-isem ‘Divo Petro’ miktub mill-pinna tas-Surmast Onorarju u prominenti Ray Sciberras u kliem ta’ Sebastian Saliba fuq riċerka biblika ta’ missieru John. Dan sar fil-Katidral Metropolitan ta’ San Pawl, l-Imdina f’Lulju 2021, proprju ftit jiem qabel il-festa titulari. Dan kien twil madwar siegħa u nofs u kien jitlob ħafna ħidma preparattiva, kemm minħabba li kien hemm żewġ korijiet; dak tat-tfal u dak tal-kbar, kif ukoll minħabba l-fatt li kien hemm tliet vuċijiet; alto, tenur u baritonu. Dan minbarra naturalment il-banda li kienet tinkludi għadd kbir ta’ bandisti. Il-kollaborazzjoni ta’ kulħadd wasslet sabiex dan l-oratorju mhux biss indaqq iżda wkoll kien ta’ suċċess. F’dan l-oratorju ta’ min isemmi li ħadu sehem strumenti bħall-arpa kif ukoll strumenti tal-perkussjoni ħafna minnhom ġodda li nxtraw apposta sabiex ikun jista’ joħroġ ħoss isbaħ kif xieraq, ngħidu aħna l-batterija, timpani ġodda, platti, glockenspiel kif ukoll spikka element speċjali permezz tal-perkussjoni awżiljarja li s-sinifikat tagħha kien li tirrappreżenta l-ħoss ta’ frosta li San Pietru ġie maħqur biha. Dan l-oratorju jirrappreżenta ġrajjiet meħuda millħajja ta’ San Pietru. Barra minn hekk, fl-istess sena, dik tal-2021, il-Banda Birżebbuġa għamlet ukoll ir-raba’ żjara tagħha lil hinn minn xtutna fejn din id-darba daqqet f’Catania, Sqallija. Il-banda daqqet għadd ta’ marċi u mxiet ftit fejn ferrħet lil bosta turisti li kien hemm.Fuq nota kemxejn differenti, lil hinn mis-suċċessi li għamlet il-banda tagħna f’dawn l-aħħar żminijiet, ma nistgħux ma nsemmux ukoll li l-banda tagħna tilfet lil waħda minn uliedha, lil bandista tal-post Stephanie Buhagiar f’età żgħira. Filwaqt li niftakru fiha nirringrazzjawha wkoll mhux biss ta’ kemm daqqet magħna iżda wkoll tax-xogħol illi wettqet fi ħdan is-Soċjetà. Grazzi Stephanie! Kif xieraq, il-Banda Birżebbuġa B’Entużjażmu Għal Futur Isbaħ

l-elementi

San

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 33 – Festa 2022 94 Li nsejħu ismek, Pietru, ikun biżżejjed Lista tal-Bandisti tal-Banda Birżebbuġa 2022 Mro Michael Bugelli ATCL Is-Surmast Direttur u l-Għalliem tas-Sezzjoni tar-Ram Mro Christopher Bonnici B.A.(Hons); M.A.; ALCM; LLCM L-Assistent Surmast Direttur u l-Għalliem tat-Teorija Mro Ludwig N. Desira L-Għalliem tas-Sezzjoni tal-Qasba Isem KunjomStrument Debutt Alexander CaruanaBatterija 1990 Dione CamilleriBatterija 1990 Kevin Barun Kurunetta 1991 Josef SchembriKurunetta 1994 Andy Mifsud Klarinett 1998 Kristian Cassar Trumbun 1998 Claudia Grech Klarinett 2001 Francesco Barbara Kurunetta 2007 Etienne Zahra Kurunetta 2008 Daniela Barbara Klarinett 2009 Matthew CaruanaKlarinett 2009 Jonathan Ellul BonniciTambur 2009 Michaela Chircop Klarinett 2010 Raffaella BaldacchinoTambur 2011 Matthias Agius Kurunetta 2013 Peter Paul CaruanaBatterija/Kurunetta2014/2019 Shaun CardonaKlarinett 2016 Andrea Borg Kurunetta 2017 Matthew Polidano Sax Tenor/Euphonium2018/2019 Dawk illi jixtiequ jitgħallmu xi strument huma mħeġġin sabiex jikkomunikaw ma’ xi wieħed mill-għalliema, ma’ xi membri tas-Sezzjoni Banda jew ma’ xi membru tal-Kumitat Ċentrali. Infakkru li t-tagħlim isir fis-sede tas-Soċjetà minn għalliema kwalifikati u professjonali filwaqt illi l-istudenti jitressqu għall-eżamijiet tal-London College of Music illi s-Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa hija rreġistrata mal-imsemmi kulleġġ.

Il-Kor Xmun Pietru twaqqaf sabiex ma jiqafx. Hekk għamilna s-sena l-oħra, meta wara xi snin weqfin, erġajna ngħaqadna flimkien kif stajna. Meta fil-pajjiż kollox kien litteralment wieqaf, l-entużjażmu li qam fis-soċjetà għall-Premiere tal-oratorju Divo Petro li ttella’ s-Sibt 24 ta’ Lulju 2021 filKatidral Metropolitan tal-Imdina wassal sabiex erġajna komplejna fejn tħalla mill-Kor Xmun Pietru xi snin qabel. Il-Kumitat avviċina lili u lil żewġi Chris sabiex nieħdu ħsieb illi nerġgħu ngħaqqdu l-kor. Għalkemm iż-żmien kien kontrina u konna marbutin b’diversi irnexxielna niltaqgħu u konna parti minn din l-okkażjoni unika mhux biss għas-soċjetà, imma anke għal Birżebbuġa. F’din l-okkażjoni kantajna malKor Mirabitur u nħossuna morna tajjeb ħafna magħhom. Sfortunatament ma stajniex inkunu l-membri kollha. Kien hemm min ħass illi għal din l-okkażjoni aħjar jaqbiżha, kien hemm min kien għadu jibża’ u kien hemm min ma setax f’dik il-ġurnata. Madankollu, ilkoll kemm aħna kellna l-ħeġġa li ma niqfux ma’ din l-okkażjoni, u bdejna naħsbu sabiex wara l-btajjel tas-sajf nibdew niltaqgħu biex għall-festi tal-Milied Imqaddes nerġgħu nagħtu sehemna, kemm mal-banda tas-Soċjetà, kif ukoll f’xi post b’kunċert mal-pjanu. Madankollu, jekk niftakru tajjeb, mal-ħarifa reġgħu bdew jiżdiedu l-każijiet tal-Covid u ddeċidejna li l-pjanijiet illi kellna nipposponuhom.Issawaslet il-festa! Iva, il-festa wara tliet snin nistgħu ngħidu. Il-Kor Xmun Pietru se jkun qed jieħu sehem mal-Banda Birżebbuġa fil-programm annwali ta’ Lejlet il-Festa Titulari billi jipparteċipa fl-Innu Popolari lil San Pietru, is-silta mużikali Mamma Mia, l-Inno di Gloria ż-żgħir San Pietru fil-Glorja u l-Innu tal-Banda Birżebbuġa. Bħalissa għaddejjin bil-provi għal din l-okkażjoni, xi ħaġa li qed nieħdu gost ħafna nagħmlu. Nixtieq nirringrazzja billi nħeġġeġ aktar membri jingħaqdu magħna. Esperjenza sabiħa u m’hemmx bżonn tkun taf taqra l-mużika sabiex tingħaqad magħna. Bejnietna nibnu familjarità sabiħa li nifhmu lil xulxin. L-unika ħaġa li nitolbu hija s-serjetà u l-prattika sabiex ma nfallux waqt il-provi. Nirringrazzja lill-membri kollha tal-kor talli bl-aktar mod professjonali u diżinteressat jingħaqdu magħna għall-provi kif ukoll lill-familji tagħna talpaċenzja li jieħdu bina. Grazzi ħafna lill-Kumitat Ċentrali u lis-Sezzjonijiet kollha fi ħdan is-Soċjetà tal-fiduċja li juru fit-talent vokali tagħna u lil Mro Christopher Bonnici B.A.(Hons); M.A.; ALCM; LLCM, l-Assistent Surmast tal-Banda Birżebbuġa talli bil-paċenzja kollha jispjega u jirrepeti kemm hemm bżonn sakemm nilħqu l-livell meħtieġ. Grazzi wkoll lis-Surmast Direttur tal-Banda Birżebbuġa, Mro Michael Bugelli ATCL talli huwa konxju li aħna impenjati f’korijiet oħra u għalhekk meta jagħżel id-dati tal-provi tal-Banda Birżebbuġa jara li ma jkunux jaħbtulna ma’ xi servizzi partikolari. Inħeġġiġkom sabiex tiġu ssegwu l-programm mużikali nhar is-Sibt 6 ta’ Awwissu 2022 fil-pjazza ewlenija ta’ Birżebbuġa u wara ssegwu l-wirja qalbiena tan-nar tal-art. Kemm il-kor Xmun Pietru kif ukoll ilħarqa tan-nar huma Frott it-Tfal ta’ Birżebbuġa! Il-Festa t-Tajba!

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 33 – Festa 2022 95 Li nsejħu ismek, Pietru, ikun biżżejjed

Nesprimu t-Talent Tagħna Marouska Bonnici B.A.(Hons) Kor Xmun Pietru L-Antifona tal-Festa Solve Jubente Deo, terrarum Petre catenas; qui facis ut pateant, caelestia regna beatis, Alleluia!

restrizzjonijiet

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 33 – Festa 2022 96 Li nsejħu ismek, Pietru, ikun biżżejjed Sena 2020 Data Okkażjoni Lokalità Servizz Is-Sibt 22 ta’ FrarKarnival BirżebbuġaMarċi Grotteski fl-Isfilata Is-Sibt 29 ta’ Frar Il-Katedra ta’ San Pietru BirżebbuġaProgramm Annwali Il-Ħadd 19 ta’ LuljuIl-Madonna tad-DuttrinaĦal Tarxien Marċ ta’ akkumpanjament filPellerinaġġ Sena 2021 Data Okkażjoni Lokalità Servizz Is-Sibt 24 ta’ Lulju Premiere tal-Oratorio Divo Petro Il-Katidral, l-ImdinaKunċert Is-Sibt 6 u l-Ħadd 7 ta’ Novembru Ir-Raba’ Safra Katanja, SqallijaMarċ u programm mużikali Il-Ħadd 5 ta’ DiċembruMilied fil-PjazzaBirżebbuġa Programm mużikali fil-knisja parrokkjali Sena 2022 Data Okkażjoni Lokalità Servizz It-Tlieta 25 ta’ Jannar Funeral – Stephanie Barbara Birżebbuġa Marċi funebri fuq iz-zuntier talknisja parrokkjali Is-Sibt 5 ta’ FrarSan Pawl Il-Belt VallettaMarċi brijużi fil-każin La Valette Il-Ħadd 17 ta’ AprilKristu Rxoxt Birżebbuġa Marċi Brijużi u Valzi fidDimostrazzjoni Il-Ħadd 1 ta’ MejjuSan Publju Il-Furjana Marċi Brijużi u Innijiet ta’ akkumpanjament fil-purċissjoni Is-Sibt 21 ta’ MejjuKarnival BirżebbuġaMarċi Grotteski fl-Isfilata Il-Ħamis 2 ta’ ĠunjuSan Ġużepp Ħal GħaxaqMarċ Brijuż Il-Ħadd 19 ta’ ĠunjuSanta Katarina V.M.Iż-Żejtun Marċi Brijużi u Innijiet ta’ akkumpanjament fil-purċissjoni It-Tlieta 12 ta’ LuljuSan Ġużepp Il-Kalkara Marċ Brijuż Il-Ħadd 17 ta’ LuljuIl-Madonna tad-DuttrinaĦal Tarxien Marċ u Programm waqt ilpurċissjoni Il-Ħadd 31 ta’ LuljuKristu Re Raħal Ġdid Marċi Brijużi u Innijiet ta’ akkumpanjament fil-purċissjoni It-Tnejn 1 ta’ AwwissuFesta San PietruBirżebbuġaMarċ Brijuż Il-Ħamis 4 ta’ AwwissuFesta San PietruBirżebbuġaMarċ Brijuż Il-Ġimgħa 5 ta’ AwwissuFesta San PietruBirżebbuġa Dimostrazzjoni fuq il-baħar u mattoroq bl-istatwa ta’ San Pietru Is-Sibt 6 ta’ AwwissuFesta San PietruBirżebbuġaMarċ u Programm Mużikali Il-Ħadd 7 ta’ AwwissuFesta San PietruBirżebbuġaMarċ ta’ Filgħodu Il-Ħadd 7 ta’ AwwissuFesta San PietruBirżebbuġaMarċ tan-Nar u r-Reffiegħa Il-Ħadd 28 ta’ AwwissuSan Pawl Ħal Safi Programm Mużikali Il-Ħamis 1 ta’ SettembruJum BirżebbuġaBirżebbuġaMarċ Is-Sibt 3 ta’ DiċembruMilied fil-PjazzaBirżebbuġaGħanjiet tal-Milied Il-Ħadd 18 ta’ DiċembruIn-Novena tal-MiliedBirżebbuġaProgramm fil-knisja parrokkjali Il-Ħamis 22 ta’ DiċembruFesti tal-MiliedBirżebbuġaChristmas Home Concert fil-każin Servizzi tal-Banda Birżebbuġa mis-sena 2020 sas-sena 2022

Victory Vincenzo Ciappara Ħmistax-il Sena Propjetà Tagħna Alan Schembri

Chris u Katie Twanny Borg St

Innijiet u Marċi Brijużi li se jindaqqu millBanda Birżebbuġa fil-Jiem tal-Festa Titulari ta’ San Pietru 2022

Benjamin Emmanuel Bugeja 25 Sena Surmast Michael Bugelli (Surmast Direttur) Il-Bozen Anthony Aquilina Luke l-Iljun Andrew Coleiro

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 33 – Festa 2022 97 Li nsejħu ismek, Pietru, ikun biżżejjed

IsemInnijietl-Innu Il-Kompożitur Innu Popolari Lil San PietruCarmelo Pace Innu Marċ ‘Ragħaj talKnisja’ Alexander (President);Caruanaarr.Simon Farrugia Innu tal-Banda Birżebbuġa Michael Bugelli (Surmast Direttur) Innu Marċ ‘Inti l-Patrun Tagħna’ Michael Bugelli (Surmast Direttur) Innu taż-Żgħażagħ ‘LillĠawhra tal-Iljuni’ Michael Bugelli (Surmast Direttur) Innu tan-Nar Michael Bugelli (Surmast Direttur) Marcia Pontificia Charles Gounod Inħobbuk Bħalma Niesna Ħabbewk Ray Sciberras (Surmast Onorarju) Sliem Għalik Għażiż San Pietru Michael Bugelli (Surmast Direttur) Innu Marċ Kummissjoni Armar Estern Francesco Barbara (Bandist tal-Post) Marċi Brijużi Isem il-Marċ Il-Kompożitur La Senora Rita Anthony Aquilina Emperor Archibald Mizzi Julian u Corinne (Gordon –Antoine) Ray Sciberras (Surmast Onorarju) Santiago di Cuba Joseph Abela Scolaro Nanna Marì Francesco Barbara (Bandist tal-Post) Il-On Peter Paul Caruana (Bandist tal-Post) Il-Bandalora l-ĠdidaJohn David Zammit 7 ta’ Mejju (Perper Bandiera) Andrew Coleiro Brillante Matthew Polidano (Bandist tal-Post) John Grech 1947 Andrew Coleiro Lill-Ħaddiema tal-Każin il-Ġdid Michael Bugelli (Surmast Direttur) Mill-Bubi (Juvecentus)għall-Iljuni Ray Sciberras (Surmast Onorarju) Ruma 2010 Renè Barbara Karmar Andrew Coleiro Daniela Joseph Barbara

L’Estate

Peter’s Philarmonic 25th Anniversary Alexander (President);Caruanaarr.Simon Farrugia Balfrendozan Anthony Aquilina Appassionata Joseph Abela Scolaro Ir-Raba’ Propjetà Andrew Coleiro Et-Jor-Mar David Agius Granada Anthony Aquilina Ħamsin Sena f’QalbnaEmmanuel Bugeja Ontario Ray Sciberras (Surmast Onorarju) Patrice Elaine Alexander (President);Caruanaarr.Simon Farrugia Sunny-Victor-Peter Michael Bugelli (Surmast Direttur) Bernardette Ronnie Pisani The King Archibald Mizzi Santos David Agius Queen of Queens Andrew Coleiro Tal-Bobo Mario Testa Aħna tal-Iljun Andrew Coleiro Charlotte Alexander (President);Caruanaarr.Simon Farrugia Fiesta Anthony Aquilina Coronation Joseph Azzopardi Birżebbuġa Regatta Champions March 2015 Ray Sciberras (Surmast Onorarju) Munchengladbach ’94David Caruana Vinceremos Archibald Mizzi Trisa Ray Fenech Għaqda tan-Nar 22 ta’ Frar (900 Sena Parroċċa) Emmanuel Bugeja Ta’ Farell Jesmond Azzopardi Forza di Leone (Jesnick)Neville Pace

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 33 – Festa 2022 98 Li nsejħu ismek, Pietru, ikun biżżejjed Fis-sena 2019, hekk kif ngħatajt il-fiduċja mill-Kumitat Ċentrali ta’ dak iż-żmien sabiex inkun l-Editur ta’ din il-pubblikazzjoni talfesta titulari, ħsibt sabiex fuq medda ta’ snin niltaqgħu mal-mużiċisti u l-allievi talBanda Birżebbuġa. Fis-sena 2019 konna ltqajna mal-bandisti aħwa Matthias u Jana Agius illi jdoqqu l-kurunetta u l-perkussjoni rispettivament, filwaqt illi l-alliev kien Liam Braden Desira, illi minn dak iż-żmien kompla japprofondixxi l-istudju tiegħu u bħalissa qed jistudja fil-livell ta’ Grad 5 fit-teorija mużikali u riċentament beda jistudja wkoll il-kurunetta. Kif nafu, fis-snin 2020 u 2021, il-pubblikazzjoni kienet limitata u għalhekk ma stajniex inkomplu niltaqgħu mal-mużiċisti tagħna. Għal din is-sena ħsibt sabiex bħala bandist talpost niltaqgħu ma’ Francesco Barbara filwaqt illi għażilt illi niltaqgħu ma’ Hayden Grech bħala l-alliev. Francesco Barbara Franesco għandu 27 sena, trabba u għex f’Birżebbuġa. Ġej mill-familja magħrufa ‘tal-fukli’ u Inkomplu Niltaqgħu mal-Mużiċisti u l-Allievi tal-Banda Birżebbuġa Christopher Bonnici B.A.(Hons); M.A.; ALCM; LLCM Editur dejjem trabba viċin is-Soċjetà Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa. Gradwa fil‘Management’ u fil-‘Marketing’ mill-Università ta’ Malta u l-impjieg prinċipali tiegħu huwa ma’ bank ewlieni f’Malta. F’Settembru 2021 ingħaqad fis-Sagrament taż-Żwieġ ma’ Daniela, illi wkoll hija bandista tas-soċjetà u attiva flimkien mal-familja tagħha fl-istess soċjetà. Il-passatempi ta’ Francesco huma t-tisjir u l-prattika sportiva, speċjalment ‘gym’, ġiri u futbol. Bandist Staqsejt lil Francesco x’ħajru jibda jitgħallem ilmużika u qalli li min ċkunitu kien espost għall-arti mużikali peress illi ommu u ħutu kienu jdoqqu malBanda Birżebbuġa. F’dan iż-żmien kien iħares lejn ittrumbetta u jaffaxxina ruħu bil-melodiji sbieħ tagħha. Fih nibtet il-ħajra li jitgħallem dan l-istrument. Oħtu Stephanie kienet tgħallem lill-allievi u kultant kien jattendi magħha waqt il-lezzjonijiet, għalkemm aktar kien ikun moħħu fil-boċċi tal-biljard milli fl-istudju mużikali. Beda jistudja l-kurunetta mas-Surmast Direttur Michael Bugelli u ta’ tnax-il sena ddebutta malBanda Birżebbuġa fl-2007. Maż-żmien tpoġġa solista tas-sezzjoni tal-kurunetti. Aktar ma beda jdoqq ma’ baned, nies u gruppi differenti fosthom il-‘Versatile Brass’, iktar sar iħobb l-istrument. Applika u ġie aċċettat sabiex japprofondixxi l-istudju fil-‘Johann Strauss School of Music’. Hemm studja l-ħoss, teknika u aspetti oħrajn tal-istrument ma’ Mro Joseph Chircop u Mro Martin Cooper. Beda jesponi ruħu għall-mużika orkestrali u jiltaqa’ ma’ mużiċisti promettenti Maltin u internazzjonali. F’dan iżżmien beda jistudja t-teorija ma’ Mro Ray Sciberras u kiseb id-Diploma fit-teorija A.Mus.T.C.L. Jinsisti li huwa importanti li dejjem jisma’ u jipprova jqarreb lejn dawk aħjar minnu. Jisħaq illi l-perfezzjoni mużikali ma teżistix, u għalhekk dejjem għandu jfittex illi jkun aħjar mill-jum preċedenti. Huma s-sagrifiċċji u l-imħabba mużikali li jżommuh għaddej fl-istudju mużikali. L-Orkestra Nazzjonali Xi snin ilu, Francesco sar parti mill-‘Malta Youth Orchestra’ u hemm esperjenza parti differenti totalment tal-istrument tant illi kellu jitħarreġ kif idoqq mużika orkestrali ma’ orkestra kompluta u anke repertorju f’ambjent differenti. Studja ma’ bosta għalliema differenti, fosthom fi Spanja. Aktar ma dera u beda javvanza beda jsib interess mit-tuturi. Kull lezzjoni jqisha li hija awdizzjoni fiha nfisha għax ikun assassjat kontinwament. Kultant, Francesco qed jissejjaħ ukoll sabiex idoqq f’xi kunċerti mal-Orkestra Nazzjonali u flFrancesco Barbara fis-sala tal-kunċert famuż tal-Ewwel tas-Sena, fi Vjenna.

istess waqt kompla jispeċjalizza fuq l-istudji orkestrali ma’ Mro Brendan Ball li jifforma ukoll parti mill-Orkestra Nazzjonali. Hawn tgħallem idoqq trumbetti differenti fosthom ‘Eb Trumpet, Piccolo, Flugelhorn u Cornet’. L-impenn huwa kbir għaliex dan jinvolvi ħafna studju u preparamenti kuljum għaliex il-livell huwa għoli immens. Riċentament ukoll għamilt awdizzjoni u ngħaqad malOrkestra Nazzjonali bħala ‘Intern’. Francesco kompla jistudja u akkwista żewġ Diplomi oħra: l-Associateship u l-Licenciateship mit-Trinity College of Music kif ukoll kien parti mill-‘Interlaken Classics Festival’ fl-Isvizzera f’kors u taħriġ ma’ professuri tal-istrument fosthom Reinhold Friedrich u Jeroen Berwaerts. Riċentament kien ukoll membru tal-Orkestra Filarmonika Nazzjonali f’mawra Ewropea. F’din il-mawra, l-Orkestra Filarmonika Nazzjonali tat kunċerti fil-Ġermanja, ir-Repubblika Ċeka, l-Islovakkja u l-Awstrija. F’dan il-pajjiż, l-Orkestra Filarmonika Nazzjonali esegwiet programm fil-‘Musikverein’ fejn isir il-kunċert tal-Ewwel tas-Sena. Il-Każini tal-Banda Staqsejt lil Francesco dwar il-każini tal-banda u pront weġibni li diversi drabi u anke fil-każ tiegħu, huma l-ewwel post fejn it-tfal u l-kbar jersqu qrib il-mużika. Għalhekk huwa importanti li nibżgħu għalihom. Illum f’ċerti każini bħal fil-każ tal-każin tagħna anke t-teorija qed tiġi mgħallma u qed isiru eżamijiet fuq bażi regolari. Hemm affarijiet x’jitranġaw imma jħoss illi l-livell għola b’mod ġenerali. Il-każini joffru opportunità għal dawk li jixtiequ jibdew u jkomplu javvanzaw fl-istrument sabiex ikollhom post fejn idoqqu. Illum in-nies jistgħu jaraw ħafna xogħol ta’ fejda jsir mal-allievi u mużiċisti. U l-Futur tal-Banda Birżebbuġa?

Barra min hekk Francesco jħossu kburi li fis-soċjetà hemm grupp ta’ muziċisti tal-post li jiktbu l-mużika huma; ‘u din hija xi ħaġa rari li ssibha llum u dan ikompli jimla l-arkivju sabiħ li qed jinbena fis-soċjeta’.’ Isemmi s-safar li sar matul is-snin mis-soċjetà f’diversi pajjiżi barranin għaliex dan għen sabiex jinbena pedament ma’ soċjetajiet mużikali u surmastrijiet barranin li anke qassmu xogħlijiet tagħhom mas-soċjetà tagħna. Dawn u aktar ipoġġu is-soċjeta’ pjuttost ġdida tagħna ma’ ta’ quddiem f’Malta. Ovvjament fid-dinja tallum l-isfidi bix iżżomm il-bandisti u l-allievi kif ukoll biex tħeġġeġ l-interess wara l-‘Covid’ jibqgħu bħal kulħadd, imma l-futur jekk isir ix-xogħol fuqu huwa sabiħ. L-Appell Finali L-appell ta’ Francesco għal dawk kollha li jixtiequ jitgħallmu strument u jiddejqu javviċinaw lis-soċjetà jew jistħu huwa biex ma jiddejqux u jħeġġeġ lit-tfal u anke kbar sabiex jibdew jitgħallmu l-mużika. Dan jista’ jkun l-ewwel pass għaliex illum hawn ħafna opportunitajiet għal min ikun irid javvanza. Il-mużika tiftaħ ħafna opportunitaijiet kif ukoll hija terapija li tgħin mentalment lil kulħadd. L-istrument u t-tagħlim dejjem jiġi provdut bla ħlas. Taqtgħux qalbkom, kulħadd beda mill-bidu! Hayden Grech Iltqajt ukoll ma’ Hayden Grech, student tat-Teorija tas-Soċjetà, żagħżugħ, student Universitarju li wkoll tkellimt miegħu dwar l-esperjenza tat-tagħlim fi ħdan l-Iskola tal-Mużika tagħna, għalkemm mhux minn Birżebbuġa. Hayden qed jistudja fil-Livell ta’ Grad 4 tal-London College of Music Huwa saħaq kemm ilmużika hija essenzjali f’ħajjitna għax kapaċi sserraħna, tferraħna, iġġeddilna l-memorji u tgħinna ngħaddu l-ħin. Issib min jismagħha għal żvog, issib min jismagħha biex janalizzaha, issib min jipprattikaha u ssib min jistudjaha.Hayden jifhem kemm il-ħajja tal-lum saret mgħaġġla, u huwa f’dan l-ambitu li l-mużika tikseb aktar ħtieġa li tkun mgħallma u aċċettata, għax tista’ tagħti żvog sabiħ lil kulħadd. Minn età tenera kellu mħabba lejn l-arti mużikali, tant illi missieru ħajru jibda jistudja strument. Fil-fatt, Hayden beda jistudja l-kurunetta u wara ftit ġie mħajjar jistudja wkoll it-teorija mużikali fid-dettall. Jisħaq illi l-istudju tat-teorija jgħinu jifhem il-kumplessità tal-mużika. Minkejja li għall-bidu kien isibha diffiċli jlaħħaq mal-istudju akkademiku u l-istudju mużikali, speċjalment meta kien qed jagħmel l-eżamijiet fil-Livell Ordinarju u fil-Livell Avvanzat u Intermedju, permezz tal-mużika tgħallem jifhem aħjar dak illi jkun qed jistudja u għenitu jottjeni marki aħjar. Iħares ’il quddiem sabiex jissokta jistudja l-mużika għax isserħu f’mumenti stressanti u għalhekk sar jiddedika aktar ħin għaliha għax qed jirnexxilha tagħmlu aktar dixxiplinat miegħu nnifsu. Filwaqt illi jawgura l-festa t-tajba lill-poplu ta’ Birżebbuġa kollu, jappella liż-żgħażagħ sabiex jieħdu l-opportunità u jersqu għat-tagħlim mużikali, illi minkejja l-ħajja mgħaġġla, żgur se jsibuha utli matul il-ħajja.

Francesco jinsab sodisfatt ħafna meta jara li l-banda avvanzat kemm minn att ta’ arkivju fejn issib diversi xogħlijiet bħal innijiet u anke oratorju ta’ kompożituri kbar fosthom il-mibki Professur Joseph Vella u anke Mro Ray Sciberras kif ukoll min att ta’ tagħlim għaliex dan isir b’mod strutturat u komplet fejn anke jsiru eżamijiet akkreditati. Is-Soċjetà wkoll għandha sede fejn isiru provi u tagħlim u sett ta’ perkussjoni sħiħ tagħha li jservu bħala bażi soda ta’ infrastruttura.

Il-passatemp tal-fotografija, Hayden jieħdu bis-serjetà!

Li nsejħu ismek, Pietru, ikun biżżejjed Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 33 – Festa 2022 99

Dr Noel Camilleri Il-President tal-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda Din il-banda, Birzebbuga Popolari tal-Iljun. L-ilwien taghha, ahdar u isfar U b’San Pietru l-Patrun

Messaġġ Festa 2022

F’dawn l-aħħar sentejn Pajjiżna bħal bqija tad-dinja għadda minn perjodu ferm diffiċli meta kien milqut mill-pandemija. Effett dirett ta’ dan kien li l-festi tant sbieħ għalina l-Maltin u l-Għawdxin u li huma parti mill-identità tagħna, ma setgħux isiru. Kienu sentejn diffiċli għal kulħadd imma żgur għas-Soċjetajiet tal-Banda li kienu kostretti li l-ħidma tagħhom tkun xi ftit limitata. Imma għar minn hekk kien meta l-każini tagħna kienu magħluqin minħabba l-effetti tal-pandemija. Deher ċar kemm huma punt ta’referenza importanti fl-ibliet u rħula tagħna. Madanakollu kif jgħid il-Malti kull bidu fih it-tmiem u wara dan il-perjodu xejn faċli kull min għandu verament għall-qalbu l-festa Maltija qed jħares b’ottimiżmu biex flimkien nerġgħu nibdew niċċelebraw il-festi fl-bliet u rħulaL-Ghaqdatagħna.

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 33 – Festa 2022 100 Li nsejħu ismek, Pietru, ikun biżżejjed

Nazzjonali Kazini tal-Banda temmen li kif f’dawn is-sentejn urejna maturità u serjetà u dejjem żammejna saħħet il-poplu fuq nett fil-prioritajiet tagħna hekk ukoll għandna naraw li dawn il-festi jkunu ċelebrati b’sens akbar ta’ responsabiltà u serjetà. Dan biex nuru li s-soċjetajiet tal-banda għandhom tmexxija serja u resiljenti biex nerġgħu nagħtu lill-poplu Malti dak li huwa parti importanti milli jagħmilna Poplu. Għaliex il-festa Maltija flimkien mall-lingwa tant sabiħa tagħna jagħtuna identità ta’ Poplu u Pajjiż.

Minkejja li l-pandemija ħalliet effetti fuq s-soċjetajiet tal-banda u l-ħidma volontarja kif ħalliet fuq kullħadd xorta waħda r-reżiljenza tal-kumitati fil-każini tagħna, kien wieħed kbir għaliex minkejja dawn id-diffikultajiet kollha xorta x-xogħol baqa’ għaddej ħalli dak li huwa patrimonju tagħna bħala poplu jitħares u jibqa’ ħaj ġewwa l-komunitajiet tagħna. Madanakollu nkunu boloh jekk ngħidu li ma hemmx diffikultajiet u li dawn għandhom bżonn ngħelbuhom. Huwa żgur li qed jinħass nuqqas ta’ żgħażagħ li lesti jimpenjaw irwieħhom fil-ħidma kontinwa ġewwa s-soċjetajiet tal-banda. Huwa ċar li dawn is-sentejn ħalliet u ser tħalli effett fuq il-parteċipazzjoni tażżgħażagħ fil-każini tagħna. Kif qed jinħass ukoll n-nuqqas ta’ mużiċisti li lesti jerġgħu jimpenjaw irwieħhom b’umiltà u b’sens ta’ appartenza fil-baned tagħna. Dawn huma żewġ pedenti importanti fil-ħolqa tal-ħidma ta’ soċjetà tal-banda daqs kemm hija l-ħidma tal-mijiet ta’nies oħra fl-amministrazzjoni u l-attivitajiet fi ħdan is-soċjetà tal-banda. L-Għaqda temmen li jekk naħdmu flimkien b’sens verament kollettiv u mhux individwalista. Jekk nmiddu idejna għal aktar ħidma b’umiltà, jekk nkomplu naħdmu b’serjetà u b’sens ta’ responsabiltà allura iva nemmen li nistgħu nkomplu niċċelebraw il-festi tagħna kif jixraq. Il-kollettivita trid tkun f’sens l-aktar wiesa li tinkludi ukoll l-awtoritajiet ekkleżjastiċi Għaliex il-festa tibda biċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi u tkompli b’dawk popolari. It-tnejn għandhom l-importanza tagħhom, it-tnejn huma intrinsikament marbuta biex tkun festa sħiħa. Madanakollu, ż-żmien li għaddejna minnu għandu jgħallimna li hemm ħtieġa urġenti li lill-festi tagħna nerġgħu nagħtuhom dak is-sens sabiħ ta’ ċelebrazzjoni komunitarja fejn il-komunità, il-familji, l-ħbieb jerġgħu verament jħossu b’mod kollettiv dak issens ta’ appartenza, dak is-sens ta’ imħabba mhux biss lejn l-patrun, mhux biss lejn dik is-soċjetà tal-banda li huma importanti imma aktar minn hekk lejn il-komunità in ġenerali.Manistax ma ngħalaqx dan il-messaġġ sabiex kull wieħed u waħda minna jiftakar f’dak li qed jiġri ġewwa l-Ukraina. Traġedja umana oħra ta’ sofferenza kbira liema bħala, bħal dik fis-Sirja u tal-Palestina u ta’ popli oħra. Ma għandiex nkunu ndifferenti għal dawn il-ġrajjiet li ħallew u ser jħallu tebgħa li ma titħassarx għall-popli kollha inkluż lilna. Nagħlaq billi f’isem l-Ghaqda Nazzjonali Kazini tal-Banda nawgura l-festa t-tajba, u nirringrazzja lisSoċjetà tal-Banda u l-membri tagħha għax-xogħol volontarju kbir li ssir. Nappella sabiex dik il-ħidma tissarraf f’ċelebrazzjonijiet denji ta’ festa li tgħaqqad ilpoplu.

Kull min għandu għal qalbu l-wirt kulturali Malti, mirfud f’sisien ta’ ġens u magħġun f’dak li sawwar artna mar-radda taż-żmien, żgur jintebaħ illi l-festa Maltija tista’ titqies bħala waħda mill-elementi kulturali prinċipali ta’ dawn il-gżejjer. Sa mill-ibgħad żminijiet, ġensna għaraf il-ħtieġa li jingħaqad f’komunità spiritwali, li jiċċelebra t-twemmin tiegħu u joħloq riti awtentiċi li jinfatmu minn dawk ta’ artijiet biswitna. Madankollu, ilfesta Maltija kif mirquma llum, taf il-bidu tagħha għasseklu dsatax meta diversi tradizzjonijiet differenti ġew magħquda flimkien sabiex inħoloq dan l-avveniment annwali f’ħajjet il-poplu ta’ kull belt u raħal f’Malta u Għawdex.Għalaktar minn 400 sena ilu, il-festa kienet ċelebrazzjoni reliġjuża fil-knejjes, bit-tqassim ta’ ikel u xorb lill-foqra minn xi benefatturi. Fis-seklu tmintax bdew jintramaw xi toroq bil-bnadar, bdew jinħarqu l-maskli u xi mużiċisti bdew jingħaqdu flimkien sabiex idoqqu u joħolqu atmosfera ta’ ċelebrazzjoni. Il-mużika sagra stagħniet, filwaqt li minn tmiem is-seklu sbatax bdiet tiġi introdotta l-użanza li mal-purċissjoni tinħareġ vara merfugħa madwar it-toroq. Dan kollu eventwalment wassal sabiex f’nofs is-seklu dsatax bdew jitwaqqfu l-ewwel każini tal-banda, pilastri ewlenin biex mażżmien kibru ċ-ċelebrazzjonijiet esterni. L-istorja nafuha u għadha tinkiteb: il-festi stagħnew mhux biss fl-aspett intern b’armar u mużika aktar elaborati, iżda b’mod speċjali fl-aspett estern, mhux biss bis-sehem tal-baned lokali, iżda wkoll b’armar rikk u ħarqiet tan-nar ta’ livell għoli. Madankollu, l-identifikazzjoni prinċipali ta’ dak li eventwalment sawwar il-festa Maltija hija l-ħidma volontarja: komunità li tingħaqad flimkien, u għalkemm minn mixjiet differenti, taħdem biex twettaq għan komuni. B’riżultat tal-konvenzjoni tal-2003 tal-UNESCO, ilpajjiżi membri qablu li tinħoloq lista dinjija ta’ wirt kulturali intanġibbli flimkien ma’ reġistru ta’ prattiċi tajba ta’ konservazzjoni. Kull sena jiġu evalwati nominazzjonijiet diversi għall-iskrizzjoni minn pajjiżi membri, b’uħud minn dawn l-applikazzjonijiet ikunu konġunti bejn pajjiżi differenti. Il-proposta li Malta tinnomina l-festa Maltija għal din il-lista kienet ilha xi snin li ssemmiet, u saru xi tentattivi biex jibda dan il-proċess. Sfortunatament dan baqa’ qatt ma seħħ, u konxji tal-bżonn li l-festa Maltija tiġi konservata u mogħtija d-dinjità li jixraqilha, l-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda talbet sabiex tieħu hi r-riedni f’idejha sabiex dan il-proċess jitwettaq. Fis-sena 2018 twaqqfet kummissjoni interna bl-għan illi tistabilixxi l-elementi prinċipali li jsawru l-festa Maltija, dokumentazzjoni dwar l-isfond storiku tagħha u lista ta’ għaqdiet volontarji stabbiliti f’kull belt u raħal ta’ Malta u Għawdex li jaħdmu biex isir dan l-avveniment annwali fil-lokalità tagħhom. Il-kummissjoni saħqet fuq il-prinċipju li l-festa Maltija hija waħda sħiħa u tħaddan fiha l-parti interna u dik esterna. F’Novembru 2019 ġie sottomess l-ewwel dokument bħala Espressjoni ta’ Interess biex il-festa Maltija tiġi inkluża fl-Inventarju Nazzjonali tal-Wirt Kulturali Intanġibbli ta’ Malta. Dan id-dokument inkluda lista tal-aktar elementi importanti li jsawru l-festa Maltija, iżda ma daħalx fid-dettall dwar użanzi jew tradizzjonijiet ta’ rħula partikolari sabiex b’hekk setgħet issir preżentazzjoni ta’ festa Maltija sħiħaL-Espressjoniġenerali. ta’ Interess serviet bħala l-pedament għall-applikazzjoni li kellha ssir għat-talba formali lillUNESCO. F’dan ir-rigward, l-applikazzjoni formali kellha tkun iżjed mistħarrġa u studjata, u għalhekk wara diversi laqgħat mad-Direttorat tal-Kultura, bdiet ħidma ta’ konsulenza professjonali u anki kitba minn studjuż fil-qasam tal-antropoloġija. L-iskop aħħari kien illi l-festa Maltija tiġi ppreżentata bħala espressjoni ta’ poplu, bl-għan li tiġi stabilita identità kulturali qawwija u mirfuda fil-ġewwieni tal-ġens Malti. Sadanittant, matul is-sena 2020 bdew jinġabru ittri mingħand diversi individwi u dilettanti dwar xi tfisser il-festa għalihom, filwaqt li fl-istess perjodu bdiet ħidma dwar vidjow illi kien ser jiġi ppreżentat mal-applikazzjoni stess. Il-mixja biex tiġi finalizzata din l-applikazzjoni kienet xi ftit għat-telgħa, anki għaliex huma bosta dawk li jagħtu sehemhom biex il-festi f’Malta jkunu meqjusa bħala l-ikbar qasam kulturali. Minbarra l-għajnuna tal-Ministeru tal-Kultura, saret ħidma intensiva u koordinata mal-Arċidjoċesi ta’ Malta, fejn permezz tal-Konferenza Episkopali Maltija rnexxielna nwasslu l-ħtieġa li nippreservaw il-festa Maltija sħiħa, għaliex jekk jitnawru l-aspetti tradizzjonali tagħha, speċjalment dawk interni u esterni, dan l-avveniment ma jkunx jista jissejjaħ iżjed bl-istess isem: ikun kollox minbarra festa Maltija! Eventwalment, fit-12 ta’ Marzu 2021 saret laqgħa ta’ diskussjoni u approvazzjoni għall-komunità li għalqet dan il-proċess kollu, sabiex ftit ġranet wara, eżattament fit-30 ta’ Marzu, in-nominazzjoni bl-isem ‘IlFesta Maltija: Ċelebrazzjoni Komunitarja Annwali’ ġiet mibgħuta lill-UNESCO li kkonfermaw il-wasla tagħha. Għalkemm l-imxija tal-Covid-19 kellha l-impatti tagħha anki fuq il-ħidma tal-UNESCO, in-nominazzjoni tal-festa Maltija bħalissa tinsab fl-istadju ta’ evalwazzjoni u nistennew b’ħerqa li sas-sena d-dieħla dan il-proċess jintemm. Finalment, l-għan aħħari għandu dejjem ikun li din it-tradizzjoni unika tal-gżejjer Maltin nikkonservawha, nipproteġuha u ngħadduha lillġenerazzjonijiet ta’ warajna bħala l-iktar espressjoni kulturali awtentika ta’ Malta u Għawdex.

Il-Festa Maltija: L-applikazzjoni għall-iskrizzjoni fi ħdan il-lista ta’ Wirt Kulturali Intanġibbli tal-UNESCO Kav. Duncan Brincat Chairperson Kummissjoni “Il-Festa bħala Wirt Intanġibbli” fi ħdan l-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 33 – Festa 2022 101 Li nsejħu ismek, Pietru, ikun biżżejjed

Apprezzament

Meta persuna tkun qattgħet parti kbira minn ħajjitha fil-volontarjat, allura mingħajr eżitazzjoni wieħed jista’ jiddeskrivi lil Lorry Farrugia bħala persuna tal-komunità li ħabb mhux biss il-Birgu, belt twelidu, imma anke aspetti oħra tal-ħajja komunitarja. Madankollu, Lorry Farrugia jibqa’ wkoll imfakkar bħala l-President tal-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda liema kariga okkupaha għal xejn anqas minn 25 sena li fihom kompla fejn ħallew ta’ qablu sabiex jara li l-baned tradizzjonali tagħna, li ma hemmx dubju huma wirt u patrimonju tagħna, jibqgħu relevanti għas-soċjetà inġenerali. Lorry kien bniedem serju, dixxiplinat u ta’ prinċipju li qatt ma beża’ jesprimi l-opinjonijiet tiegħu fil-qasam bandistiku. Lorry kellu għan wieħed: dak li terġa’ tiddaħħal aktar serjetà kif tiġi ċċelebrata l-festa Maltija għaliex dejjem għaraf illi l-eċċessi ma jagħmlu ġid u ġieħ lil ħadd, aktar u aktar lil dawk li Minkejjajwettquhom.lima baqax jokkupa l-kariga ta’ President, Lorry kien dejjem lest li jagħti Lawrence Farrugia (1938 – 2022) Dr Noel Camilleri Il-President tal-Għaqda Nazzjonali Każinil-parirital-Bandatiegħu b’onestà, b’raġunament oġġettiv u trasparenti. Ħaddieħor forsi wara li jtemm l-inkarigu importanti li kellu jitlef l-interess f’dik l-għaqda. Mhux Lorry, għaliex baqa’ jattendi l-laqgħat tal-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda, u mhux biss jattendi imma aktar importanti kien jikkontribwixxi b’mod pożittiv għaliex hekk kien il-karattru tiegħu. Għandna ngħożżu u nżommu ħaj l-eżempju ta’ Lorry jekk verament irridu li din l-Għaqda u fuq kollox il-każini tagħna u l-festa Maltija jibqgħu relevanti fis-soċjetà Maltija. Mat-telfa ta’ Lorrry Farrugia, l-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda mhux biss tilfet persuna li serva bħala President għal 25 sena, imma aktar minn hekk tilfet persuna li verament ħabb lil din l-Għaqda, ħabb ilfesta Maltija, ħabb dak kollu sabiħ marbut mal-fraternità bandistika Maltija, imma fuq kollox ħabb lis-soċjetà Maltija kemm fuq livell ta’ komunità, imma anke fuq livell nazzjonali.

Inti Pietru, fuq din il-blata nibni l-Knisja Tieghi

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 33 – Festa 2022 102 Li nsejħu ismek, Pietru, ikun biżżejjed

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 33 – Festa 2022 103 Li nsejħu ismek, Pietru, ikun biżżejjed

Rigward din it-Tieni Ittra nsibu li għandha rabta kbira ma’ San Pietru u nkitbet qabel il-qerda ta’ Ġerusalemm fis-sena 70 W.K. L-awtur isemmi ismu personali ‘Symeon Petros’ bħala l-firma tiegħu: “Xmun Pietru, qaddej u appostlu ta’ Ġesù Kristu, lil dawk, li, għall-ġustizzja ta’ Alla u s-Salvatur tagħna Ġesù Kristu, kellhom ix-xorti li jkollhom fidi għażiża daqs tagħna” (2 Pietru 1:1). Il-Grieg illi bih inkitbet huwa Grieg Arkajku. L-istil huwa korrett u sempliċi fl-istess ħin. Din l-ittra għandha ħafna xebħ mat-tagħlim ta’ San Pawl (ara 2 Pt 3:15-16 ma’ 1 Tessalonkin 4:13-5:11), iżda b’mod partikulari mat-tagħlim fl-Ittra ta’ San Ġuda. Fil-fatt hemm rabta kbira bejn it-tieni kapitlu ta’ din l-ittra u l-Ittra ta’ Ġuda. Hija tgħallem dwar il-ħajja u s-sejħa tan-nisrani filwaqt illi twissi kontra l-għalliema foloz u l-valur tal-Kotba Mqaddsa: “U hekk għandna mwettqa aħjar il-kelma tal-profeti. Tagħmlu sewwa jekk toqogħdu attenti għaliha; hi bħal fanal li jagħti d-dawl f’post mudlam sa ma jibda jbexbex il-jum u f’qalbkom titla’ l-kewkba ta’ filgħodu. Dan fuq kollox għandkom tkun tafu: li ebda profezija tal-iskrittura ma għandu ħadd ifissirha minn rasu” (2 Pt 1:19-21). L-Ittra titkellem ukoll dwar il-miġja ta’ Kristu fil-kapitlu 3. Holladay iqisha bħala ‘Ittra Kattolika’ fis-sens li ma għandhiex destinatarji speċifiċi. Skont W. Kurz, J.W. Welch u B.J. Schmidt din l-ittra hija t-testment ta’ San Pietru (a farewell text). Għalhekk naraw eżortazzjonijiet, twissijiet, wegħdiet u barkiet. L-Ittra għandha rabta mal-Antik Testment fejn għandha 16-il riferenza, pereżempju: 2 Pt 2:22 ma’ Proverbji 26:11 u 2 Pietru 3:8 ma’ Salm 90:4. F’2 Pt 3:5 għandna r-rakkont tal-ħolqien, f’2 Pietru 2:4 iddnub tal-anġli, f’2 Pietru 2:4 id-dilluvju, u 2 Pietru 2:5-9 jissemmew Sodoma u Gomorra. Għandha xebħ ukoll mal-Apokalissi ta’ Pietru. L-eqdem manuskritt bibliku li jġib din l-ittra huwa l-papyrus 72 (Papyrus Bodmer VIII li fih 36 paġna) li huwa tal-aħħar tat-tielet seklu u tal-bidu tar-raba’ seklu A.D. Tinsab fil-Kodiċi Sinajitiku (4 seklu), tal-Vatikan (4 seklu) u dak Lixandrin (5 seklu). L-ittra ta’ Firmiljan tal-Kappadoċja li kien ħabib ta’ Oriġene, lil Ċiprijanu ta’ Kartaġni fis-sena 257 A.D. issemmi din it-tieni ittra ta’ San Pietru u għalhekk bħala l-eqdem xhieda dwar din l-ittra. Hija aċċettata bħala Kanonika minn Klement ta’ Lixandra (c.150-215, fil-‘Hypotyposeis’) u Oriġene (c.185-254) li jikkwotaha sitt darbiet. Infatti Oriġene huwa l-ewwel wieħed li jibda jikkwota 2 Pietru fil-kitbiet tiegħu, fejn iqis l-ittra bħala ‘Kelma ta’ Alla’ (et ut ait quodam in loco scriptura), li għandha awtorità daqs l-Ewwel Ittra ta’ Pietru fejn jikteb: “Even Peter blows on the twin trumpets of his own epistles” San Ġirolmu (c. 346-420) għallem li hija ittra Kanonika u Ispirata, u dan għaliex l-ittra hija tassew marbuta mat-tradizzjoni Appostolika, għandha tagħlim korrett u eżatt marbut mal-Iskrittura u mat-Tagħlim tal-Knisja u moqrija fil-liturġiji tal-Knisja tal-bidu. Hija meqjusa Kanonika minn Ġustinu, Polikarpju, Atanasju, Ċirillu ta’ Ġerusalemm, Epifanju, Rufinu, Girgor Nażjanżenu, Santu Wistin, fil-Kanoni ta’ Lawdiċeja u fis-sinodi ta’ Ippona u Kartaġni fir-raba’ seklu. Ta’ min jgħid hawnhekk illi s-sinodi ta’ Ippona u Kartaġni ma kinux aċċettaw l-Ittra ta’ Barnaba u ta’ Klement Ruman illi kienu rispettati ferm fil-bidu tal-Knisja filwaqt li 2 Pietru kienet aċċettata kompletament. Skont J.N.D. Kelly: “No NT document had a longer or rougher struggle to win acceptance than 2 Peter” Hija ġiet meqjusa bħala ‘second-class Scripture’ minn Luteru, u ma tantx kienet milqugħa minn Kalvinu u mwarrba għal kollox minn Erażmu. 2 Pietru 1:5-7 tittratta dwar il-fidi (‘pistis’); il-virtù (‘arete’), it-tagħlim (‘gnosis’), il-kontroll (‘enkrateia’), l-imħabba (‘agape’) u l-qdusija (‘eusebeia’). Hija għandha l-ġeneru ta’ testment u l-linja ta’ dawk ġudajċi bħal: it-Testmenti tat-12-il Patrijarka; it-Tesment ta’ Mosè; it-Testment ta’ Ġobb; 1 Enok, Tobit, 2 Baruk u Ġubilej. Insibu f’1:12-15 il-kelma ‘exodos’ mill-ħajja. Il-Grieg ta’ 2 Pietru 1:1718 dwar it-Trasfigurazzjoni għandu xebħ kbir mal-Grieg ta’ Mattew 17:5. Hija biss issemmi dan l-episodju tatTrasfigurazzjoni minbarra l-Evanġelji kif insibu f’1:1618. Il-kontenut tagħha huwa wieħed dottrinali. Personaġġi importanti li kellhom ħajja spiritwali dejjem iħallu warajhom testment lis-segwaċi tagħhom. Dan jidher illi l-awtur huwa konxju li l-mewt tinsab fil-qrib (1:15) u għalhekk jixtieq ikun qrib id-dixxipli tiegħu għallpariri li jixtieq iħallilhom. Fuq kollox ifakkar fit-tagħlim importanti, speċjalment l-attenzjoni għall-profeti foloz (2:1-22) u l-parusija (3:1-17).

Tagħrif dwar it-Tieni Ittra ta’ San Pietru Fr Charles Buttigieg

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 33 – Festa 2022 104 Li nsejħu ismek, Pietru, ikun biżżejjed Iż-Żjara tal-Papa Franġisku f’Birżebbuġa –Pietru tal-Lum fir-Raħal tal-Ewwel Pietru Okkażjoni unika u storika għal Birżebbuġa kienet iżżjara tal-Papa Franġisku f’Birżebbuġa fit-traġitt tiegħu lejn il-Laboratorju tal-Paċi f’Ħal Far sabiex jiltaqa’ malImmigranti. Il-poplu ta’ Birżebbuġa kollu u l-għaqdiet fi ħdanu kkonkorrew u pparteċipaw bi ħġarhom f’din l-okkażjoni.Nharil-Ħadd 3 ta’ April 2022, minn filgħodu kienet tidher l-atmosfera ta’ festa sabiħa. Birżebbuġa kienet miżgħuda bil-bnadar tal-festa titulari u bnadar ta’ San Pietru. Pietru tal-lum kien se jżur ir-raħal tal-Ewwel Pietru! Triq Żarenu Dalli, iz-zuntier u l-pjazza kienu armati bil-bandalori. Kollox kien jindika li Birżebbuġa, kif intqal fuq wieħed mill-istazzjonijiet televiżivi lokali, kull meta tiġi l-opportunità, dejjem tqum għall-okkażjoni. Wasal waranofsinhar u l-pjazza ta’ Birżebbuġa flimkien mat-toroq minn fejn kien se jgħaddi l-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku mtlew bin-nies, Birżebbuġin u le. Iż-żewġ baned lokali ħadu posthom fuq izzuntier filwaqt illi bosta tfal kellhom parti fejn setgħu joqogħdu flimkien sabiex jilqgħu lill-Papa Franġisku bil-briju sabiħ u innoċenti tagħhom. Il-ħin beda joqrob u nfetaħ il-bieb prinċipali tal-knisja parrokkjali, filwaqt illi l-qanpiena l-kbira ‘San Pietru’ bdiet b’dawk it-tokki solenni tidwi dak il-ħin ta’ waranofsinhar. Ftit wara b’mota solenni komplew il-kumplament tal-qniepen mill-isbaħ, hekk kif qalb il-mużika tal-innu popolari lil San Pietru, versi tal-poeta Dun Frans Camilleri u mużika tas-Surmast Carmelo Pace, għall-imrieżaq tax-xemx u ż-żiffa melliesa ħelwa tar-rebbiegħa, deher jilma l-Ewwel Pietru, illi merfugħ fuq spallejn uliedu Birżebbuġin ħareġ sabiex huwa wkoll ikun xhud ta’ din l-okkażjoni. Sakemm wasal il-Papa Franġisku, għad-dell tal-istatwa titulari ta’ San Pietru Missierna, iż-żewġ baned magħquda f’banda waħda komplew jesegwixxu innijiet b’tema Petrina u marċi brijużi għall-okkażjoni.Għad-daqq tal-qniepen u l-ħruq tas-salut millGħaqda tan-Nar 22 ta’ Frar, filwaqt illi ndaqq l-innu popolari lil San Pietru Appostlu u l-Innu Pontifiċju ta’ Charles Gounod, il-Papa Franġisku, misjuq fil-karozza umli tiegħu, għadda minn fost il-poplu ta’ Birżebbuġa mill-Bajja ta’ San Ġorġ, Triq Żarenu Dalli, Misraħ ilKnisja, Triq Birżebbuġa, Il-Bajja s-Sabiħa u Triq San Patrizju. Imbagħad kompla l-vjaġġ lejn il-Laboratorju tal-Paċi f’Ħal Far. Il-Papa Franġisku ntlaqa’ b’ħafna ċapċip u briju mill-poplu ta’ Birżebbuġa. Hekk kif wasal quddiem issede tas-Soċjetà fi Triq Birżebbuġa, illi kienet armata kif jixraq bl-armar festiv għall-miġja tal-Papa, inħarġet ukoll l-istatwa ta’ San Pietru Appostlu, propjetà tasSoċjetà, illi ntramat fil-bieb tal-każin sabiex l-Ewwel Pietru u Pietru tal-lum isellmu lil xulxin. Wara li għadda l-Papa Franġisku, indaqqu xi marċi oħra tal-okkażjoni, u l-istatwa titulari reġgħet lura lejn il-knisja parrokkjali. Tajjeb illi ngħidu, li grazzi għażżjara tal-Papa Franġisku f’Birżebbuġa, l-istatwa titulari ta’ San Pietru, kienet fost l-ewwel statwi li nħarġu millknisja wara s-sentejn tal-pandemija. Jalla li din iż-żjara, għalkemm qasira kienet sinifikattiva u ħalliet mhux biss frott kulturali u ferrieħi, iżda wkoll frott spiritwali li f’Birżebbuġa ġie jżurna s-Suċċessur tal-patrun tagħna San Pietru Appostlu. Il-faċċata tal-każin fi Triq Birżebbuġa armata għall-okkażjoni

Introduzzjoni Il-Professur Oliver Friggieri ħalliena fil-21 ta’ Novembru 2020. Il-funeral statali tiegħu sar nhar il-25 ta’ Novembru 2020 f’Jum il-festa ta’ Santa Katarina ta’ Lixandra, patruna tal-filosfi. Il-kitbiet ta’ Friggieri huma tabilħaqq ħafna minnhom filosofali. Is-Soċjetà tagħna rabtet isimha ma’ dan il-poeta, kittieb u wieħed mill-missirijiet talletteratura Maltija permezz tal-innu ‘Inħobbuk Bħalma Niesna Ħabbewk’¸ liema innu hu kitbilna l-lirika tiegħu fissena 2009. L-innu stess jieħu ismu minn wieħed mill-versi ta’ dan l-istess innu. Il-lirika u l-innu mmużikat minn Mro. Ray Sciberras, surmast onorarju tas-Soċjetà tagħna sar fuq kummissjoni tiegħi stess fis-sena 2009 meta l-vara titulari attwali għalqet 50 sena minn mindu rifset għallewwel darba art Birżebbuġa fl-1959. L-idea tiegħi dwar din il-kitba li se nagħmel mhijiex eżatt biex nitkellem fuq l-innu li semmejt, għalkemm ma nistax niċħad li l-pont li jgħaqqad lili mal-Profs. Oliver Friggieri u dan il-poeta mas-Soċjetà tagħna huwa appuntu l-innu stess. Madankollu mhux il-ħsieb tiegħi li nikteb l-istorja ta’ dan l-innu. Għall-istorja ta’ dan l-innu forsi nikteb xi ħaġa apparti fis-snin futuri, però nixtieq ngħid li waħda mill-affarijiet li xtaqt li dan l-innu jiġi rrekordjat fis-CD li l-banda tagħna kienet ħarġet fl2009, u li jien tant insistejt li jindaqq bit-tliet repliki u bit-tliet stanzi, kif appuntu huwa miktub, kien għaliex waħda mill-kelmiet li kont tajt lill-Profs. Oliver Friggieri kien li nirregalalu s-CD tal-banda bl-innu kantat sħiħ blistanzi kollha kif kien kitibhuli hu. Ara kif jien qatt stajt immur quddiem dan il-bniedem bl-innu kantat biss blewwel żewġ stanzi wara x-xogħol sabiħ li kitbilna u li għalih, minkejja li offrejtlu ħlas, ma żammli lanqas ċenteżmu wieħed?

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 33 – Festa 2022 106 Li nsejħu ismek, Pietru, ikun biżżejjed

Il-Professur Oliver Friggieri u r-rabta mas-Soċjetà tagħna: Riflessjonijiet u Analoġiji f’dik l-ewwel laqgħa li kelli miegħu.

Josef Schembri Meta dħalt biex nikkummissjona dan l-innu, issurmast Sciberras qalli biex insib poeta għal-lirika. Nammetti li l-Profs. Friggieri lanqas biss kien fil-lista tiegħi. Kienet l-impressjoni tiegħi li l-Professur Friggieri, lettur u akkademiku kbir fl-Università ta’ Malta żgur li ma kienx se joqgħod jinħela miegħi. Ikkuntattjajt diversi kittieba awtorevoli imma kollha kienu impenjati. Imbagħad waqt li kont qed naħseb, għidt “Jien wara kollox billi nipprova u nistaqsi lil Professur Oliver Friggieri x’se nitlef? Mhux flus kont se nħallsu bħal ħaddieħor?” Minn hawn u minn hemm kont ikkuntattjajt lill-Profs. Friggieri u niftakar li kien qalli biex immur nitkellem miegħu dakinhar tad-Duluri tas-sena 2009 li skont il-kalkoli li għamilt dan kien nhar il-Ġimgħa 3 t’April 2009. Miegħi kien ġie wkoll Tarcisio Bongailas, partitarju tas-Soċjetà tagħna li kien jieħu interess kemm fil-banda, kemm fil-mużika u tista’ tgħid f’kull aspett talfesta.Meta jien u s-Sur Tarciso dħalna fir-residenza talProfessur Friggieri li kellu fi Fleur-de-Lys, eżatt faċċata tad-dar tal-Kleru ta’ Birkirkara, ġiet tilqagħna l-mara tiegħu u l-kelba. Din il-kelba żgħira, xi Yorkshire terrier milli niftakar, tgħidx kemm kienet tal-għassa għax ma ngħidilkomx kemm nebħitilna u anke ttantat tagħti s-salt lejn saqajna. Meta ġie l-Professur, stedinna nidħlu fissalott u hemmhekk kellna diskursata twila miegħu. Fuq l-innu nnifsu, nikkalkula li ma tkellimniex iktar minn kwarta ħin. Għall-Professur Oliver Friggieri, il-kitba ta’ innu fil-forma poetika kienet xi ħaġa li tagħtih mistrieħ u gost, altru milli nkwiet żejjed u ħsibijiet żejda fuq rasu. Allura, fil-kumplament tal-ħin li qattajna flimkien ma stajtx ma ninnotax il-ġenju u l-filosofija f’dan ilbniedem umli imma kbir. Hija fuq din id-diskursata li se niddedika l-kumplament ta’ din il-kitba u fuq l-iktar partijiet saljenti tagħha. Tifhmu li minn dakinhar sal-lum għaddew tlettax-il sena u għalhekk ifisser li jekk xi ħaġa bqajt niftakarha dan għaliex il-veru baqgħet impressa ġo moħħi. Isem Bir-żebbuġa Meta staqsiena minn fejn konna dlonk għidtlu li aħna konna minn Birżebbuġa. “Iva iva, bilħaqq għax kont insejt. Għandkom isem Malti qed ninnota, ara, bir u żebbuġa”. Għal Friggieri dak li kien Malti kien sagru, allura kien jieħu pjaċir meta jara l-lingwa Maltija mħaddma f’kull settur. Minn hemmhekk telqet tellieqa dwar l-għeruq ta’ isem raħalna: “Tgħid għall-bjar tażżejt taż-żebbuġa jew għall-kelma Bur li tfisser medda art taż-żebbuġ? It-tnejn plawżibbli” Li hu żgur huwa li isem raħalna huwa assoċjat kemm mas-siġra tażIl-Professur Oliver Friggieri u Mro Ray Sciberras, l-awtur u l-kompozitur tal-innu Inħobbuk Bħalma Niesna Ħabbewk.

Li nsejħu ismek, Pietru, ikun biżżejjed Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 33 – Festa 2022 107 żebbuġ u kemm għaż-żejt taż-żebbuġa. Bħalna hawn iż-Żejtun u Ħaż-Żebbuġ. Hu x’inhu isem raħalna kien bil-bosta għal qalb il-Professur Friggieri għax bil-Malti u msemmi għall-industrija antika taż-żejt. Il-Professur Oliver Friggieri u Birżebbuġa: mhux eżatt destinazzjoni popolari għalih Waħda mill-affarijiet li baqgħet impressa ħafna f’moħħi kienet meta qalli li f’ħajtu huwa kien forsi żar lil Birżebbuġa xi ħames darbiet biss. Kien qalli li kien żarha biss għax meta kien għarus mal-mara tiegħu kienu jżuru xi familja kunjomha Felice li kienu ħbieb tal-mara tiegħu. Dawn kienu joqogħdu x’imkien fil-Bajja s-Sabiħa, fejn il-każin tal-Labour kien qalli u dlonk staqsejtu liema wieħed, għax jien niftakar sew li fis-snin tmenin kien hemm żewġ każini tal-Partit Laburista: ilkbir, l-istess wieħed li hemm illum kantuniera ma’ Triq il-Knisja u l-ieħor iż-żgħir li kien eżatt fil-kantuniera fejn sa ftit snin ilu kien hemm id-De Piero bar. Iktar minn hekk, il-Professur ma qalx li kien żar iktar ir-raħal tagħna minn dakinhar ’l hawn. Fuq il-familja Felice ma tantx qisu seta’ jgħidli aktar, probabilment prova oħra ta’ kemm ma żarx iktar lil Birżebbuġa. Fuq dan il-ħsieb però, għad li jien diġà kelli xi perċezzjoni, irrealizzajt kemm għal ħafna nies, Birżebbuġa hija ’l bogħod, u għad li fis-Sajf iżuruna ħafna nies, hawn ħafna nies li lil Birżebbuġa jsibuha mbiegħda u għalhekk rari tkun ta’ destinazzjoni jew parti mid-destinazzjoni fit-traġitt tagħhom. Din ir-realtà għandha ġġegħelna nirriflettu għax jekk il-pożizzjoni ġeografika tagħna diġà qed tpoġġina fi żvantaġġ, allura rridu veru nagħmlu sforz ikbar biex nagħtu lin-nies kollha ta’ Malta raġuni vera biex jiġu jżuruna u jirrispettawna. Post mitluq, post imwarrab u skartat qatt ma jista’ jiġi rispettat. X’jista’ jsir biex raħalna jakkwista aktar popolarità? X’jista’ jsir biex inpattu u nikkumpensaw għall-pożizzjoni ġeografika tagħna? Jekk nieħdu l-festa titulari, li ssir fl-aqwa tas-Sajf, kemm qed naħsbu li qed niġbdu dilettanti lejn Birżebbuġa? Taħsbu li d-dilettanti kollha ta’ Malta qed jinżlu għall-festa tagħna? X’raġuni qed nagħtuhom lid-dilettanti biex jinżlu jaraw il-festa tagħna? X’qed isir ġdid biex kull sena naraw aktar nies u dilettanti jinżlu Birżebbuġa għall-festa tagħna? Malta ssalva ruħha biss jekk in-nies jaħdmu favur raħal jew belt twelidhom Fid-diskursata li kellna, wieħed mill-kumment li għamilt mal-Professur Friggieri kienet: “Profs. jien nemmen illi Malta kulturali tista’ ssalva ruħha biss meta n-nies jagħrfu l-importanza li wieħed jaħdem u jirsisti għal raħal twelidu l-ewwel; li wieħed jibda billi japprezza l-folklor, it-tradizzjonijiet, l-ambjent storiku u ġrajjiet li jkunu sawru l-identità ta’ dik il-lokalità; u mbagħad jifhem u jaqbeż għad-drittijiet tar-raħal tiegħu kemm mal-istat u kemm mal-knisja. Malta ssalva ruħha biss bil-ħidma kollettiva tan-nies li jgħixu f’kull raħal”. Niftakar jgħidli “Prosit, għadek kif għaddejt kumment tajjeb ħafna li forsi għalina jidher ovju, imma ibqa’ ċert li għal ħafna nies dan mhuwiex ovvju.” Biex in-nies jibdew jaħdmu favur il-belt jew raħal twelidhom jeħtieġ li dan is-sense of belonging jibda jitrawwem sa minn meta t-tfal ikunu għadhom żgħar, minn ċkunithom. Illum dan is-sense of belonging mhux qed jiġi trażmess biżżejjed. Donnu sirna naraw kollox żejjed. Donnu jimpurtana biss mill-ħajja personali tagħna biss. Dak li writna qed narmuh bl-iskuża tal-moderniżmu. Xi kultant ninsew kemm missirijietna kienu aktar bilgħaqal minnha u ħafna minn dak li nammiraw u jolqot l-għajn illum huwa biss frott il-ħidma tagħhom illi għamluh b’serjetà u b’qalb lejn l-identità tagħhom. Ninsew ukoll kemm fil-faqar ta’ missirijietna dawn issuperaw lilhom infushom u rnexxielhom jibnu monumenti, knejjes u kkummissjonaw arti kbira għand l-aqwa artisti flEwropa, liema teżori llum huma imprezzabbli. “Birżebbuġa, tridu taħdmu iktar għaliha” Mument minnhom, hekk f’ħabta u sabta, waqt li kien qed imelles il-kelba fuqu biex forsi tieqaf tinbaħ, kien qalilna “Birżebbuġa, Birżebbuġa, tridu taħdmu iktar għaliha”. Ma stajtx niċħad dak li beda jgħid. Birżebbuġa għandha bżonn min jaħdem għaliha. Kien statement li żgur kien jgħodd għal dak iż-żmien u huwa statement li għadu jgħodd sal-lum ukoll. Minħabba li Birżebbuġa hija kbira u magħmula min-nies li ġew minn barra, għad hawn ċerta bruda. Familji u razez antiki li jsawru l-istorja ta’ Birżebbuġa hawn ukoll imma mhux dejjem jintwera interess lanqas minn dawn. Tassew ħasra. Il-problema hija li hawn ħafna qtigħ ta’ qalb. Ħafna nies ma jarawx l-appoġġ ta’ min imexxi, allura maż-żmien kollox jindara u kulħadd jaqta’ qalbu. Din is-sena rajna xi ċaqliq, speċjalment fil-kwistjoni ta’ Wied Żnuber. Kien hemm bosta nies minn Birżebbuġa li ngħaqdu flimkien u pprotestaw kontra l-iżvilupp industrijali li jista’ jeqred dan il-wirt f’raħalna. Niftakar li anke meta l-gvern darba kien ħabbar li kien se jagħmel miżbla f’Bengħisa, ħafna kienu dawk li ngħaqdu flimkien biex jipprotestaw. Mil-lat ta’ ambjent, Birżebbuġa tinsab f’theddida kontinwa. Donnu ma kienx biżżejjed li qridna diġà ħafna mis-sabiħ ta’ dan ir-raħal tagħna. Il-bajjiet ta’ Birżebbuġa kienu fost l-isbaħ f’Malta. Illum kulma tara qiegħ mejjet. Daqshekk klamar, siċċ, qarnit, murini u kull xorta ta’ ħut ieħor. Tinżel Birżebbuġa u minflok ilbajjiet sbieħ li kont tara f’Kalafrana, illum tara krejnijiet ġganteski li jkerrħu l-veduta kollha. Mhux ta’ b’xejn li l-Professur Friggieri kien qalli li Birżebbuġa kien tassew jeħtiġilha nies li jaħdmu għaliha: “Biex taħdem għal raħal twelidek, l-ewwel nett trid tkun bniedem umli, umli tassew u ġenwin. Trid tirrispetta lil għajrek, liċ-ċittadini kollha tar-raħal. Trid tifhem, tiżen u tempatizza ma’ kulħadd. Ma tridx ixxammar imnieħrek u tipprova togħla fuq l-oħrajn b’disprezz u klassiżmu lejn in-nies l-oħra. Trid tinfatam mill-egoiżmu, mill-glorji personali, minn moraliżmu sfaċċatament falz, li mhux veru jkun hemm. Fuq kollox trid tinfatam minn kull kulur u maktur. Ir-raħal l-ewwel, qabel kollox, qabel l-interessi tiegħek, qabel lilek innifsek.” Kien jaf x’inhu jgħid. Kien jaf x’ried Birżebbuġaifisser. fejn tassew jeħtiġilha għajnuna? Jekk dik hija s-sitwazzjoni fl-ambjent, l-istess nistgħu ngħidu għall-folklor u l-festa titulari. Fejn jidħol folklor, il-Karnival qed jerġa’ jingħata spinta, mentri fil-Milied, bis-saħħa ta’ voluntiera qalbiena qed nagħmlu isem ma’ Malta blattività ‘Milied fil-Pjazza’. F’dik li hi ‘Ġimgħa Mqaddsa’ naħseb li jista’ jsir ferm iktar mentri għall-festa titulari,

stanley.zammit@gmail.com7942StanleyZammitIng0596 l-festaNawgurat-tajbalilkulħadd ID-DEPUTAT TAL-PARTIT NAZZJONALISTA FUQ IL -ĦAMES DISTRETT Stanl ey Zammit

Li nsejħu ismek, Pietru, ikun biżżejjed Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 33 – Festa 2022 110 kull meta titkellem mad-dilettanti kbar ta’ Birżebbuġa, nies involuti sew fil-festa, jgħidulek li jinsabu verament imħassba li ’l quddiem il-festa tagħna għad tispiċċa fixxejn jekk mhux se jitilgħu żgħażagħ verament dilettanti, żgħażagħ li jduru u jaraw x’inhu jsir f’postijiet oħra u jġibu lura magħhom dak li hu tajjeb. Hemm sezzjonijiet fil-festa tagħna li qegħdin f’periklu kbir. Insemmi l-armar ta’ barra fejn id-dilettanti huma veru ftit għax-xogħol kbir li hemm. Il-problema ewlenija hija li mhumiex telgħin żgħażagħ dilettanti. Fil-knisja rridu nirringrazzjaw lill-Perit Schembri li jagħti kulma jista’ għall-armar ta’ ġewwa fil-jiem tal-festa u anke matul is-sena. Hemm affarijiet imbagħad li jridu jiġu mill-parroċċa stess. Ilknisja tagħna minn ġewwa tixraq li jew tiġi invjata jew miżbugħa. Kulħadd għandu għajnejh f’wiċċu. Il-ħitan u l-kolonni tal-knisja għandhom bżonn dawra mejt biex l-estetika tat-tempju tagħna tiġi ’l quddiem. Ma nistax ma nsemmix il-knisja u ma nsemmix il-funzjonijiet. Dawn l-aħħar snin rajna titjib kemm fis-servizz u l-kant liturġiku. Ma ninsewx li b’deċiżjonijiet żbaljati li saru fil-passat, ġenerazzjonijiet sħaħ ġew imċaħħda millfunzjonijiet li darba kienu jsiru fil-knisja tagħna. Aħna t-tfal u l-irġiel tal-lum, għall-kuntrarju ta’ missirijietna qatt ma kellna ċ-ċans li nisimgħu quddiesa, pontifikal jew funzjoni bil-mużika tas-surmast kbir Carlo Diacono, liema mużika xi darba kienet tidwi b’qawwa kbira fil-knisja ta’ Birżebbuġa. Bl-ebda mod ma rrid nimminimizza x-xogħol kbir li qed isir mill-kor attwali biex jipprovdielna animazzjoni tajba, imma l-verità hija li Birżebbuġa tilfet tradizzjoni, tilfet parti mill-identità tagħha minħabba deċiżjoni ta’ individwu. Sta għalina li nleħħnu dawn il-preokupazzjonijiet. Ħadd ħliefna ma jista’ jitkellem għalina. In-nies barranin żgur mhux se jitkellmu għalina. L-ebda barrani, hu min hu, mhu se jitkellem fl-aħjar interess tal-parroċċa, tal-festa u ta’ Birżebbuġa nfisha. Nistgħu nagħlqu għajnejna wkoll. Faċli ħafna. Aktar faċli li wieħed jagħlaq għajnejh milli wieħed jitkellem u jġib lin-nies konxji minn dak li qed isir u minn dak li qed nitilfu. Għalhekk dlonk nerġa’ nisma’ f’widnejja kliem il-Professur Oliver Friggieri: “Birżebbuġa tridu taħdmu aktar għaliha”. Konklużjoni F’dan l-artiklu ppruvajt nislet ftit mill-affarijiet li kien kellimni dwarhom il-Professur Oliver Friggieri fuq Birżebbuġa. Għad illi l-laqgħa li kelli miegħu kienet dwar il-lirika tal-innu ‘Inħobbuk Bħalma Niesna Ħabbewk’, parti kbira mid-djalogu li kellna bejnietna kien fuq ilkultura Nazzjonali Maltija u Birżebbuġa. Il-Professur Oliver Friggieri kien bniedem viżjunarju, kien bniedem li jħobb il-kultura Maltija mill-qiegħ nett. L-aspett popolari għalih kien iktar importanti mill-arti u l-kultura elitista. IlProfessur Friggieri huwa wild ir-raħal Malti. Imwieled ilFurjana, kien iżomm bi sħiħ din l-identità. Għall-Furjana u għall-isem tagħha kien jagħmel minn kollox. Le, dan mhuwiex parrokkjaliżmu. Tabbużawx minn dik il-kelma. Tgħajrux lin-nies għax ikunu jħobbu l-għeruq tagħhom. Il-Professur Friggieri huwa eżempju ċar tal-imħabba li wieħed juri lejn ir-raħal tiegħu. Lill-Furjana, il-Professur Friggieri taha diversi xogħlijiet iddedikati għaliha. Biss biss insemmu l-oratorju ‘Ħodon Fjuri lil San Publju” li ġie mmużikat għall-orkestra minn Mro Ray Sciberras. Ta’ min jgħid però li l-ewwel xogħol bejn dawn iż-żewġ ġganti kien l-innu tagħna ‘Inħobbuk Bħalma Niesna Ħabbewk’. Allura meta tisma’ dan il-kliem li ġej minn ilsien il-Professur Oliver Friggieri, wild raħal Malti, u hu stess jiftaħar li hu wild raħal Malti u li għall-istess raħal għandu mħabba kbira, iktar speċjali, bilfors li l-kliem li qalli matul dik l-ewwel laqgħa, tagħmel teżor minnu u tagħmlu għajn ta’ tagħlim. Imbagħad beda jagħfas il-ħin. Jien ittawwalt lejn l-arloġġ u għidtlu “Profs. se jkollna mmorru għax qed isir il-ħin”. Qalli: “Mhux għax irrid inkeċċikom imma llum għalija ġurnata speċjali. Illum f’Malta jsir l-ikbar u l-isbaħ Mass Meeting, dak tal-Madonna tad-Duluri, u jien u l-mara rridu nlestu sabiex immorru nitolbu warajha”. Fis tlaqna u ħallejna lill-Professur Friggieri waħdu malmara tiegħu u l-kelba li ma waqfitx tinbaħ bil-Professur isikkitha u jwiddibha. Wara dik l-ewwel laqgħa, kont iltqajt miegħu xi darbtejn oħra, fejn kien urieni wkoll xi wħud mix-xogħlijiet kbar li kien għamel u li ġew maqluba għal ħafna lingwi oħra. Kien ukoll newwilli f’idejja l-manuskritt bil-lirika tal-innu, xi ħaġa li għadni ngħożż sal-lum, lirika mill-isbaħ, profonda. Jekk din l-esperjenza kienet għal diversi drabi weġgħa kbira ta’ qalb għalija, jekk xejn, dawn il-laqgħat servew ta’ għajn ta’ tagħlim u ispirazzjoni kbira. Il-ktejjeb ta' tifkira tal-quddiesa tal-funeral statali li sar fil-25 ta' Novembru 2020.

Dawn huma nies illi t-talent tagħhom għarfu jisfruttawh, ingħaqdu flimkien u bil-mod kif inhuma kapaċi huma ffurmaw tim illi permezz tiegħu għamlu unur għalihom infushom u għas-Soċjetà li jilagħbu f’isimha. Nawgurawlhom ħafna aktar snin ta’ ħidma u suċċessi.

Din tiġi f’kaxxa għaliha taħt l-artiklu please: Il-Kowċ tat-Tim Steven Galea flimkien malplejers kollha jirringrazzjaw lill-Kumitat Ċentrali u l-membri kollha tas-Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa kif ukoll liż-żewġ botteginarji tas-Soċjetà tal-appoġġ sinċier u sod tagħhom.

Neville Grech ukoll għandu esperjenza ta’ aktar minn 30 sena fil-logħba tad-darts u rnexxielu jirbaħ l-unuri kollha li toffri l-logħba tad-darts f’pajjiżna. Fost ittimijiet illi lagħab magħhom hemm Paola Wolves, Black Cats u Floriana Ajax. Mario Cutajar ilu jilgħab id-darts aktar minn 25 sena u rebaħ il-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni, il-Kampjonat tat-Tieni Diviżjoni u five a side. Lagħab ma’ St Venera Band Club, Paola Wolves u Floriana Ajax fost bosta timijiet rinomati oħra. Toni Briffa huwa plejer illi ilu jilgħab id-darts fuq 25 sena u rebaħ il-kampjonat tat-Tieni Diviżjoni u matul il-karriera lagħab ma’ diversi timijiet, fosthom Mqabba Band Club, Ħal Għaxaq Band Club u Kasablanka.

Talent Birżebbuġjan –It-tim tad-Darts tas-Soċjetà Fil-ħarġa tas-sena 2019 bdejna niltaqgħu ma’ talent minn Birżebbuġa li mhux neċessarjament ikun parti mis-Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa. Dik is-sena konna ltqajna mal-presepista Anthony Buhagiar. Din is-sena, it-talent lokali se jżommna fil-bini tas-Soċjetà u se jlaqqagħna mal-isportivi tad-darts, irrebbieħa tat-Tielet Diviżjoni. Il-Bidu – Rebħ mill-Ewwel It-tim tad-darts fis-Soċjetà ngħaqad fil-bidu tas-sena 2021, u għalhekk madwar sena u nofs ilu. Minħabba s-sitwazzjoni tal-pandemija, il-kampjonat dam madwar tmien xhur sabiex beda. Minn dan il-klabb ta’ Birżebbuġa hija l-ewwel darba li f’każin tal-banda f’Birżebbuġa hemm tim tad-darts, u fl-ewwel sena tal-istorja tiegħu rnexxielu jirbaħ il-Kampjonat tat-Tielet Diviżjoni. Mhux talli rebaħ il-kampjonat, imma kiser ir-rekords s’issa: irnexxielu jirbaħ il-kampjonat mingħajr ma ġarrab l-ebda telfa. Apparti minn dan, it-tim tas-Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa rnexxielu jkollu tliet plejers minn Malta kollha, illi ‘jiġġieldu’ għall-unur ta’ Plejer tas-Sena fit-Tielet Diviżjoni. Dawn kienu Martin Cutajar, Neville Grech u Toni Briffa. B’sodisfazzjon, l-unur ta’ Plejer tas-Sena għat-Tielet Diviżjoni ngħata lil Martin Cutajar, plejer tas-Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa. Dan kien ta unur kbir li fi żmien tant qasir, u fl-ewwel parteċipazzjoni tiegħu, it-tim tas-Soċjetà rebaħ il-kampjonat kif ukoll plejer fi ħdanu sar il-Plejer tas-Sena tad-Diviżjoni li t-tim ipparteċipa fiha. Il-Plejers It-tim huwa magħmul minn għaxar plejers, illi wieħed minnhom huwa plejer u kowċ. Steven Galea huwa plejer-kowċ illi fil-karriera tiegħu lagħab u mexxa timijiet bħal Civic Ħamrun, Bayern Ħamrun u Floriana Ajax li magħhom rebaħ l-unuri kollha li toffri l-logħba tad-darts f’pajjiżna. Jesmond Cutajar huwa plejer illi ilu jilgħab id-darts fuq 40 sena u rebaħ il-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni darbtejn u dak tat-Tieni Diviżjoni tmien darbiet four a side u kien se jasal sas-semifinali tad-Doubles Open ta’ Malta. Huwa lagħab ma’ timijiet rinomati f’Malta, fosthom St Venera Band Club, San Gejtanu Band Club, Kasablanka, Bayern Ħamrun u Birżebbuġa Cox. David Portelli huwa plejer li ilu jilgħab aktar minn 35 sena l-logħba tad-darts u kien tela’ sas-semifinali fid-Double tal-Malta Open. Huwa lagħab ma’ timijiet rinomati bħal Santa Venera Band Club, Kasablanka u Birżebbuġa Cox. Martin Cutajar għandu esperjenza ta’ aktar minn 30 sena fil-logħba tad-darts u rebaħ il-kampjonat talEwwel Diviżjoni five a side, four a side u aktar. Lagħab ma’ timijiet rinomati bħal San Gejtanu Band Club, St Venera Band Club u Education Bar Ħamrun. It-tim tad-Darts tas-Soċjetà flimkien mal-Ministru Dr Owen Bonnici, il-President Alexander Caruana u t-trofew.

Jesmond Grima ilu aktar minn 30 sena jilgħab id-darts u rebaħ il-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni, ilkampjonat tat-Tieni Diviżjoni u lagħab ma’ bosta timijiet rinomati bħal Floriana Ajax, Ħal Għaxaq Band Club u St Venera Band Club. Karmenu Vella għandu aktar minn 30 sena esperjenza fil-logħba tad-darts u kien jilgħab ma’ Cherry Tree Birżebbuġa.

Louis Coppola ilu jilgħab id-darts fuq 35 sena u rebaħ l-unuri kollha li toffri l-logħba tad-darts f’pajjiżna. Lagħab ma’ timijiet rinomati bħal Floriana Ajax, Paola Wolves u Jesmonds Ħamrun.

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 33 – Festa 2022 111 Li nsejħu ismek, Pietru, ikun biżżejjed

Minn dejjem konna nqisu li l-artal mejda talinjam li kien jintuża fil-knisja tagħna, kien jistona mal-kumplament tal-għamara li kien hemm fuq ilpresbiterju. Darba minnhom avviċinani l-Kappillan u kien qalli li jixtieq li jagħmel xi ħaġa differenti li tkun bilkolonni. Semmieli xi artali oħra li saru fi knejjes oħra. Jien għedtlu li naqbel mal-proposta li jsir altar mejda ġdid, iżda kont qed naħseb dwar jekk kienx possibli jsir tal-irħam, minflok tal-injam. Għedtlu li jekk isir tal-injam, nagħmlulu kolonni irqaq, pariġġ l-għamara l-oħra li kien hemm, filwaqt li jekk isir tal-irħam, dawn ikunu relattivament eħxen, simili għal tal-artal maġġur. Kont għamiltlu disinn, għaddejtulu u beda jistaqsi dwaru. Sadattant kont smajt li xi ħadd kien staqsa disinjatur magħruf u għamillu disinn differenti u elaborat. Iżda dan l-artal propost ma kienx se jkun kumplimentari u l-prezz biex jinħadem fl-injam, aktarx li kien se jkun sostanzjali wkoll. Jien s’ issa, dan id-disinn qatt ma ġie f’ idejja. Inġabru wkoll xi stimi dwar id-disinn li għamilt jien. Jidhirli li kien hemm min talbu 6 000 ewro biex isir talinjam. Jien imbagħad għedtlu biex niġbru stimi ħalli nieħdu idea dwar kemm jiġina kieku kellu jsir tal-irħam. Għax kultant toqgħod lura milli tagħmel xi ħaġa ta’ valur għax tibża’ li se tiswa xi ammont ta’ barra minn hawn biex imbagħad tonfoq il-flus fuq oġġett ieħor li ma jkollu ebda valur dejjiemi. Inġabru xi stimi li wrewna li l-prezz jibda minn 16 000 ewro ’il fuq. Jiena kkonfermajt l-opinjoni li kelli, jiġifieri li aħjar li jsir tal-irħam milli mmorru għal dak talinjam. Kont nippreferi li nibqgħu b’li kellna milli nonfqu l-flus u nibqgħu b’artal tal-injam. Imbagħad ressaqna r-rikors quddiem il-kunsill pastorali parrokkjali u quddiem il-kummissjoni talknisja dwar l-arti sagra. Fil-kunsill kien hemm min ma ħax pjaċir li l-artal isir tal-irħam għax dan se jtellef milli jsiru reċti u kunċerti fuq l-artal. L-ewwel rimarka li ħarġet mill-Kurja kienet li permessi simili jinħarġu biss lil dawk il-knejjes li jkunu se jsiru bażiliċi. Intant komplejna bil-proċess u l-kummissjoni arti sagra riedu li l-artal ikollu 8 kolonni flok 4 u li l-artal ikun akbar fid-daqs. Jiena kont naqbel li bi 8 kolonni, l-artal jidher isbaħ milli b’ 4, iżda jekk inkabbar l-artal, kont se noħloq problema. Billi l-knisja tagħna fiha l-pilastri maġġuri li qegħdin ħafna ’l barra, l-ambone ma jistax jersaq iżjed lejn il-ġenb, għax inkella jitgħatta bilpilastru li semmejna. U jekk inkabbar l-artal mingħajr ma nressaq l-ambone jkun ifisser li se jidjieq l-ispazju bejniethom. Mill-banda l-oħra, jekk inżid il-kolonni mingħajr ma nkabbar l-artal, allura jiċkien l-ispazju vojt fin-nofs tal-artal. Dan ma xtaqtux għax jien ma rridx li ssir bażi sħiħa u hekk inkun nista’ nħalli jidher is-salib li hemm fl-irħam tal-presbiterju. Issuġġerejt li nagħmlu 8 nofs kolonni iżda m’aċċettawx. Allura ċekkint id-daqs tal-kolonni biex indaħħal 8 iżgħar mingħajr ma ngħatti s-salib li semmejt. Id-disinn kien aċċettabbli iżda tfaċċaw diffikultajiet oħra. Qalulna li rridu naħsbu biex wara li nlestu l-artal, inkomplu billi nibdlu l-ambone u s-sedja. U ridna naraw x’ tip ta’ rħam se nużaw għall-kolonni. Għalkemm aħna xtaqna li l-kolonni jkunu pariġġ dawk tal-artal maġġur, illum m’għadekx issib dak it-tip ta’ rħam. Issuġġerejna li nagħżlu rħam kulurit fuq l-isfar jew l-aħmar fil-kannella iżda baqgħu jgħidulna li l-irħam irid ikun l-istess. Allura għażilna tip li jsejħulu arabescato. Dan huwa rħam abjad Taljan bil-vini griżi. Jixbaħ ħafna lill-irħam talkolonni tal-maġġur li fihom il-vini iżda dawk b’kulur aħdar - jien kont nistħajjilhom ġobon tat-tursina. Intant, wara ħafna skossi u bl-intervent personali talArċisqof, ħareġ il-permess u l-marmista Ronnie Pisani tana d-data meta se jkun jista’ jaqdina, jiġifieri salaħħar ta’ Ġunju 2020. Bdejt nhewden dwar l-affarijiet l-oħra li talbuna. Għamilt id-disinji u staqsejtu dwar l-istimi. Bdejt naħseb li jekk ma jsirux issa, jiġrilna li ’l quddiem ma jirnexxilniex inqabblu d-disinn jew l-irħam. Għalhekk iddeċidejt li napplikaw għall-kumplament u nkomplu safejn nistgħu. Meta bdejna s-sena 2020, il-marmista beda jiġi fuq il-post sabiex jieħu l-qisien eżatt, niddiskutu d-dettalji u jordna l-materjal. Għalkemm Ronnie kien tana d-data, ma stajniex naqbdu u nikkonfermaw mal-Arċisqof biex, bħalma kien qalilna, jiġi jikkonsagrah. Bdejna naħsbu li l-aħjar li nissuġġerixxu sabiex iċ-ċerimonja ssir f’ Ottubru u nkunu rasna aktar mistrieħa, li x-xogħol sa dakinhar ikun komplut. Imbagħad f’ Marzu waslet il-Pandemija, ingħalqu l-Knejjes u ħafna postijiet oħra, inħolqot inċertezza kbira bir-riżultat li ħadd ma seta’ jippjana xejn. Il-pandemija serviet biex f’ ċerti affarijiet, għenet fit-twettiq tax-xogħolWaqt il-ħidma fuq l-ambone l-ġdid tal-irħam.

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 33 – Festa 2022 112 Li nsejħu ismek, Pietru, ikun biżżejjed L-artal mejda tal-irħam Il-Perit Michael Schembri

Waħda miż-żewġ gradenzini l-ġodda.

Li nsejħu ismek, Pietru, ikun biżżejjed Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 33 – Festa 2022 113

u f’ ċerti affarijiet oħra, fixklet l-istess xogħol. Min-naħa minnhom, l-imgħallem beda jqatta’ aktar ħin waħdu fil-ħanut tax-xogħol tiegħu u għamel progress kbir fix-xogħol. Min-naħa l-oħra, kemm-il darba nqalgħulu bżonnijiet li jixtri materjali jew isewwi xi għodod, kien isib il-ħwienet magħluqin minħabba r-restrizzjonijiet. L-artal wasal fl-24 t’ April. Inġieb żarmat f’ biċċiet u ddaħħal mill-bieb iż-żgħir tal-knisja li jinsab in-naħa tal-kampnar. Intrama f’ postu dakinhar stess u fis-7 ta’ filgħaxija, il-kappillan qaddes fuqu għall-ewwel darba, il-quddiesa li kienet tintwera online fuq il-facebook talparroċċa. L-għada l-imgħallem reġa’ ġie jkompli jimla l-fili bejn il-partijiet differenti li jifformaw l-artal. Għaddew 3 ġimgħat oħra u għal ħabta ta’ xi nofs Mejju, wasal l-ambone filwaqt li għall-bidu ta’ Ġunju, waslet is-sedja flimkien mal-banketti. U hekk il-partijiet ewlenin tal-proġett, kienu waslu kollha qabel ma l-knisja reġgħet infetħet għall-quddies, nhar is-Sibt 13 ta’ Ġunju filgħaxija, għas-solennità ta’ Corpus Domini. Il-ftuħ mill-ġdid tal-knisja ppermetta li jerġgħu isiru xi funzjonijiet, anke jekk dawn kienu ristretti. Meta rajna li parroċċi oħra bdew jiċċelebraw okkażjonijiet u avvenimenti importanti li jmexxihom l-Arċisqof, issuġġerejna li jekk jista’ jkun, nhar is-Sibt l-1 t’ Awwissu 2020, fil-ġurnata liturġika ta’ San Pietru in vinculis, nitolbuh ħalli jiġi jikkonsagra l-artal u jbierek l-ambone u s-sedja. L-Arċisqof aċċetta l-istedina u nbdew ilpreparamenti meħtieġa għal dik l-okkażjoni speċjali. Fl-artal mejda tqiegħdu r-relikwi tal-qaddis Malti, San Ġorġ Preca, kif ukoll tal-Beati Adeodata Pisani u Nazju Falzon. Dik is-sena, il-festa setgħet tiġi ċċelebrata fuq jumejn biss jiġifieri s-Sibt filgħaxija u l-Ħadd. Ma setgħux isiru t-tridijiet u t-translazzjoni iżda setgħu jsiru l-quddiesa solenni u l-purċissjoni. Din tal-aħħar tħassret hekk kif il-Ġimgħa filgħaxija, inbidlu d-direttivi u b’effett mill-1 t’ Awwissu, reġgħu tħassru l-purċissjonijiet. Il-proġett ma waqafx hemm. Matul Lulju wasal ukoll il-leġiju tas-sedja. Imbagħad fl-aħħar ġimgħa ta’ Marzu 2021, wasal il-battisteru li ntuża bħala pedestall għall-kapsola tas-sepulkru u mbagħad għall-funzjoni ta’ Sibt il-Għid, li għat-tieni sena konsekuttiva, saret filmagħluq. Il-knisja reġgħet infetħet ħmistax fuq l-Għid u f’ Mejju waslu l-gredenzini. Bħala apprezzament għall-fiduċja li wrejna fih, isSur Ronald Pisani offra 2 rigali. L-ewwel wieħed kien l-arma tal-Arċisqof interzjata fl-irħam u bil-kitba tattifkira fuq wara. Din ingħatat bħala rigal lill-Arċisqof dakinhar tal-konsagrazzjoni tal-artal. Imbagħad filġimgħa tal-festa 2021, għaddielna bażi tal-irħam li fiha jitpoġġa l-blandun iż-żgħir u li qed tintuża wkoll għallblandun ta’ żmien Sfortunatament,il-Għid.sabiex ikollna sett unit tal-għamara tal-artal, kellna nissagrifikaw ix-xogħlijiet l-oħra sbieħ li kien hemm qabel, fosthom l-ambone li kien sar fl-1976. Dan kien sewa 500 lira, tħallas minn Antonio u Lukrezia Mangion, b’ disinn u skultura ta’ Salvu Bugeja. Partijiet mill-għamara tal-injam għadna narawhom fil-knisja u qed nużawhom għal skopijiet differenti. M’għamilniex bħal parroċċi oħra li waslu biex biegħu l-opri li kellhom. Matul iċ-ċerimonja tal-Konsagrazzjoni jinħaraq l-inċens fuq l-artal. Ix-xogħol fil-knisja parrokkjali ma jiqafx. Hawn jidher jintrama l-iscaffolding sabiex tinbeda l-ħidma fuq is-saqaf tal-korsija. Dehra tal-proġett tas-saqaf tal-knisja restawrat komplut.

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 33 – Festa 2022 114 Li nsejħu ismek, Pietru, ikun biżżejjed Il-Kappella ta’ San Ġużepp f’Birżebbuġa150 sena wieqfa Michael Balzia Nhar it-8 ta’ Diċembru tas-sena l-oħra (2021) ġiet fi tmiemha s-sena ddedikata lil San Ġużepp, l-Għarus tal-Madonna, illi l-Papa Franġisku nieda eżatt sena qabel bl-Ittra Appostolika “Patris Corde”. Din is-sena kkommemorat il-150 sena minn meta dan il-Patrijarka kien iddikjarat patrun universali tal-Knisja Kattolika millBeatu Papa Piju IX. Nhar it-8 ta’ Mejju 1854, Emmanuele Zammit għamel talba lill-Awtoritajiet Brittaniċi sabiex ikun jista’ jakkwista biċċa spazju pubbliku quddiem il-kappella ta’ Auxilium Christianorum bl-iskop li jkabbar id-dar ta’ rikreazzjoni li kien qiegħed jibni.(1) Fis-sena 1870, dejjem skont ‘Il Portafoglio Maltese’, (ħarġa tal-ġurnal tad-19 ta’ Awwissu) inbniet il-kappella ddedikata lil San Ġużepp fuq il-pjanta taż-żagħżugħ perit Francesco Zammit(2) (qarib tal-fundatur) fuq stil gotiku, stil kemxejn stramb għall-gżejjer Maltin. Ilġurnal ippubblika wkoll irraġunijiet il-għala Zammit bena l-kappella meta kien hemm oħra fil-qrib; għallużu tal-familja tiegħu u talpubbliku. Għall-eżattezza tal-Istorja, tajjeb hawnhekk li dawn ikunu kkwotati kelma b’kelma, liema allegazzjonijiet kienu miċħuda minn diversi saċerdoti (madwar 17) li kienu jqaddsu filkappelli tal-qrib fosthom dik bit-titlu ‘Għajnuna tal-Insara’ fil-ħarġa tal-ġurnal ‘Corriere Mercantile Maltese’ tas-26 ta’ Settembru 1870.(3) L’impossibilità di frequentare in tutte le ore l’altra chiesetta che ivi trovasi, per certi regolamenti più o meno ridicoli, che s’imposero dai proprietarj della stessa, ha forzato il Signor Zammit di costuire un’altra per l’uso della famiglia non solo, ma anche del pubblico e così emanciparsi una volta da una lunga serie do nososissimi tributi a cui trovavasi giornalimente obbligato. Ħames snin wara t-tlugħ tagħha (1876) il-fundatur kiseb id-dritt li fir-raba’ Ħadd ta’ Awwissu jagħmel festa esterna lill-qaddis patrun.(4) Kien appuntu f’dan iż-żmien illi l-kappella ddedikata lil dan il-qaddis infetħet u tbierket b’mod solenni filBajja ta’ San Ġorġ, Birżebbuġa, dakinhar parti millkonfini parrokkjali ta’ Ħal Għaxaq, minn Emmanuele Vincenzo Zammit, eks-kaptan tad-Diviżjoni Furjaniża tal-Voluntieri fil-Milizzja Maltija (imwaqqfa permezz ta’ Ordinanza II tal-1852)(5) nhar is-27 ta’ Lulju 1871 mill-Vigarju Ġenerali Mons. Kanonku Konti Carmelo Scicluna, S.Th.D. fil-preżenza ta’ ħafna qassisin u kjeriċi fosthom l-Arċipriet tal-Isla, il-Kanonku Franġisk Colombo u s-saċerdot Għaxqi Dun Ġwann Bonello. Wara l-istess vigarju qaddes fiha privatament.(6) Din ilġrajja tnaqqxet fuq lapida li kienet tinsab fuq in-naħa tax-xellug tal-bieb tal-faċċata tal-kappella(7). Bieb ieħor jagħti għan-naħa tal-baħar. Waqt li għamel il-kappella tiegħu ġuspatronat, Zammit żejjen il-kappella tiegħu b’altar uniku tal-irħam u pittura titulari li turi lill-Patrijarka San Ġużepp joffri rigali lill-Bambin Ġesù (dan tal-aħħar iżomm għanqud għeneb) impittra mill-famuż pittur Malti Giuseppe Calì, li kien fil-bidu tal-karriera brillanti tiegħu, bil-firma u l-annu 1871 jidhru taħt il-banketta li fuqha jinsab bilqiegħdaFis-senal-Bambin(8)1878,Emmanuele Vincenzo deher għallewwel darba rreġistrat fil-fond numru 60, Strada S. Giorgio, San Ġorġ, il-Baħar(9), dak iż-żmien tagħmel parti minn Ħal Għaxaq, wara li telaq min-numru 20, Strada Scozzese, Il-Belt Valletta(10) Nhar is-26 ta’ April 1881, Vincenzo, ta’ 59 sena, armel ta’ Giovanna xebba Naudi żżewweġ lil Maria Teresa Castagna, liema żwieġ sar f’din il-kappella(11) Meta fis-sena 1886, Vincenzo miet,(12) Teresa żżewġet lil Alessandro Cachia Zammit, iben Matteo Cachia, fundatur tal-Kappella ta’ Marija Għajnuna tal-Insara u Marianna Zammit. Iż-żwieġ seħħ fil-knisja filjali ta’ Santa Marija fiż-Żejtun nhar il-15 ta’ Frar, 1887(13). Alessandro miet ta’ 49 sena fiż-Żejtun nhar is-26 ta’ April 1893 u kien midfun fil-Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Għaxaq(14) L-ewwel Vista Pastorali f’din il-kappella, issa ġuspatronat tal-armla Teresa Cachia Zammit, saret nhar l-14 ta’ Novembru 1897, mill-Arċisqof tad-Djoċesi Maltija, Monsinjur Pietro Pace, li ddikjara b’ġurament li kienet miżmuma tajjeb ħafna(15). Vista oħra saret fil21 t’Ottubru 1927 mill-Arċisqof Dom Mauro Caruana. Hawnhekk Mons. Caruana rrimarka li l-kappella kellha fondazzjoni ta’ 20 quddiesa letta(16) Fir-rapport tal-ewwel Vista Pastorali ta’ wara l-gwerra li Mons. Sir Michael Gonzi għamel fil-Parroċċa ta’ Birżebbuġa nhar il-21 ta’ April 1947, ma hemm xejn iddokumentat dwar din il-kappella(17). L-istess Arċisqof, wara li ta r-rapport tal-Vista Pastorali tiegħu f’Birżebbuġa tal-Ħadd, is-27 ta’ Mejju, 1956, f’ittra li nbagħtet lillKappillan Dun Giuseppe Minuti fit-13 ta’ Awwissu ta’ wara, huwa ordna lill-istess kappillan sabiex jinforma lis-sid illi din kienet ġiet iddikjarata li hi profonata u ma segħetx tkun iktar iċċelebrata l-quddiesa fiha għaliex ma kinitx infetħet għaż-żewġ Visti Pastorali(18) Fl-entratura taz-zuntier li jwassal għall-kappella, kien hemm żewġ lapidi żgħar tal-irħam ta’ indulġenzi, f’tal-lemin l-Arċisqof Carmelo Conte Scicluna, nhar l-20 ta’ Mejju 1879, ta 40 jum indulġenza għal min jgħid Missierna, Sliema u Glorja ġewwa jew quddiem ilkappella ad unur ta’ San Ġużepp(19), filwaqt illi f’dik taxFrancesco Zammit.

Li nsejħu ismek, Pietru, ikun biżżejjed Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 33 – Festa 2022 115

3. Corriere Mercantile Maltese – Lunedì, 22 Settembre 1870. No. 4401, p. 2:- ‘Avendo noi sottoscritti letto nel Portafoglio del 10 agosto una inserzione che ci sembra falzissima in parte, imperocche in essa vengono ingiustamente tacciati i Signori proprietarii della Chiesetta Auxilium Christianorum, sita nella Baja di San Giorgio ... ci crediamo di assoluto dovere di smentire siffatte asserzioni, avendo ivi per lunga lungo tempo frequentato detta Chiesetta, senza incontrarsi tali noje; anzi essendo sempre stati accolti ed onorati colla massima urbanità’.

6. C.E.M. – Atti Civili 1863-1879 (Vol. 202), f. 503. EMMANVEL VINCENTIVS ZAMMIT

xellug, l-istess Isqof, disat ijiem wara, ta l-istess numru ta’ jiem indulġenza għal min jgħid Salve Reġina f’ġieħ il-Madonna taċ-Ċintura(20) Minkejja li din il-kappella nhar il-15 ta’ Novembru 1994(21) (kienet waħda minn tal-ewwel) ġiet skedata bi Grad 1, kulma baqa’ biss qoxra u hemm rapport li din ġiet żarmata minn kollox, waqt li l-pittura ta’ Calì llum tinsab f’kollezzjoni privata. Sfortunatament il-lavur filġebel li bih kienet imżejna din il-kappella fi stil gotiku qed jiddeterjora mal-milja taż-żmien, inkluż dak talkampnar fuq wara tal-istess kappella. Il-qanpiena li hemm fih waqgħet u spiċċat isserraħ fuq il-bank talġebel tal-istess kampnar. Ħasra li din il-kappella tidher li tinsab f’telqa totali u jekk mhux ser isir xi tip ta’ intervent (minkejja li tinsab f’idejn privati) ser nispiċċaw nitilfuha għalDankollox.l-artiklu kellu jidher fil-ħarġa tal-fuljett tassena l-oħra, iżda minħabba restrizzjoni fl-ispazju minħabba l-pubblikazzjoni fi żmien il-Covid-19, l-Editur Christopher Bonnici talabni sabiex dan jidher fil-ħarġa ta’ din is-sena. Ta’ dan jien nirringrazzjah. Riferenzi:1. NA.M. (Arkivju Nazzjonali ta’ Malta) – CSG002 –Petition Z3487. – Ref. 08/05/1854.

2. Il Portafoglio Maltese – Venerdì, 19 Agosto 1870, No. 2600, p.p. 2-3. Conrad Thake – Quentin Hughes – Daniel Cilia (photography) – Malta War and Peace – an Architectual Chronicle 1800-2000, p. 103 u p. 253 (c.v. tal-Perit Francesco Zammit).

4. C.E.M. (Kanċellerija tal-Kurja). – Suppliche 1876, f.f. 522-524.

5. Blue Book – 1853 – 1858 – Chapter 5 – Military Expenditure – Return of Militia (Volunteers). Sena 1853, p. 38. Major A. G. Chesney – Historical Records of The Maltese Corps of the British Army, p. 146.

7. MELITENSIS VOLVNTARIORVM

COHORTIS DVX AEDICVLAM HANC IOSEPHO SANCTO VNICAM ADHVC PRIMAQVE DICATAM POSTQVAM PIVS IX PONT. MAX. VNIVERSAE ECCLESIAE PATRONVM PRONVNCIAVITIVREPATRONATVS ET PVBLICO CVLTI INSTITVTAMASOLOEXCITAVIT MARMORISOS PICTVRISQUE SACRISQVEORNAVIT SVPELLECTILIBVS DITAVIT REVMVS. ECCL. PRIMATIS CAN. CAMELVS SCICLVNA S.TH.D. VICARIO MVNERE RITE LVSTRAVIT VI. KAL. AVG. AN. MDCCCLXXI. 8. Il Portafoglio Maltese – 31 ta’ Marzu 1871. G. Calì – Centenary Exhibition 1846-1946 –

15. C.E.M. – Visitatio Pace 1897-1897 (Vol. LVI), f. 718.

12. Il-mewt ta’ Emmanuele Vincenzo Zammit mhix irreġistrata fir-Reġistru Pubbliku u kull tentattiv li tinstab din irriżulta fin-negattiv. Però finNotifikazzjoni tal-Gvern Nru 115 tas-7 ta’ Settembru 1886 (Gazzetta tal-Gvern Nru 3150 paġna 470) bittitlu ‘Declaration relative to the Certificates indicated in the list published in the Government Gazette of 16th August 1886’, minn 803 could not be delivered, taħt it-titlu Dead, jidher l-isem ta’ Zammit, Capt. E. Vincenzo, ta’ 60, San Giorgio a Mare.

19. Din l-irħama ilha nieqsa għal żmien twil u ritratt tagħha jinsab fl-Arkivju tal-Mużew, Il-Belt Valletta fil-fajl ‘Birżebbuġa’.

20. Niftakar din l-irħama mwaħħla mal-koxxa tal-ħajt qabel il-kanċell li kien jagħlaq l-aċċess għaz-zuntier tal-kappella. Fortunatament kont ħadt nota tal-kitba minħabba History Project lura fl-1976 meta kont għadni student fis-Seminarju. L-istess nista’ ngħid għall-irħama kommemorattiva li tinsab f’nota numru 7 li tat ħjiel tal-bidu tal-eżistenza ta’ din il-kappella f’raħalna.

10. The Malta Government Gazette, No. 2742 – 17 ta’ Ottubru 1877, p. 281.

16. C.E.M. – Zurrico-Safi (Noti).

18. Arivju Parrokkjali Birżebbuġa – Correspondence –February 1950 -19.. (Vol I) – ‘Riguardo alla chiesuola di S. Giuseppe, il Parroco deve informare il patrono della Chiesuola che questa chiesa è profonata e quindi non vi si può celebrare la S. Messa, perchè tanto nella recente Visita Pastorale, quanto nella precedente non si apri al Vescovo Visitatore’.

17. C.E.M. – Visitatio Gonzi 1945-1948, f. 161.

9. The Malta Government Gazette, No. 2781 – 30 ta’ Lulju 1878, p. 234.

14. Malta Public Registry – D1697/93.

11. Malta Public Registry – M289/1881. – Il-ġenituri ta’ Emanuele Vincenzo Zammit kienu Francesco u Vincenza xebba Farrugia (mejtin) waqt li dawk ta’ Maria Teresa Castagna kienu Riccardo u Maria Anna Ellul, it-tnejn ħajjin.

21. The Malta Government Gazette – Notifikazzjoni tal-Gvern Nru 731 tal-15 ta’ Novembru, 1994, p.p. 7914-7915.

Li nsejħu ismek, Pietru, ikun biżżejjed Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 33 – Festa 2022 116 Illustrated Catalogue with biographical notes and index of works – p. 54:- 463 – St. Joseph – Asphar Private Church – Birżebbuġa.

13. Grech Sergio:- It-Tabib Sandy (Il-Politika f’demm ilFamilja Cachia Zammit) – p. 13. Malta Public Registry – M206/87.

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 33 – Festa 2022 117 Li nsejħu ismek, Pietru, ikun biżżejjed Is-Soċjetà Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A.D. 1990 tifraħ ma’ dawn il-Birżebbuġin illi għamlu unur għal raħalna matul is-sena li għaddiet... Is-Sindku l-ġdid, Scott Camilleri Josette Busuttil, il-Viċi Sindku l-ġdid ta' Birżebbuġa Johann Borg, elett fil-Kunsill Lokali fis-siġġu vakat minn Stanley Zammit Stanley Zammit illi ġie elett fil-Parlament Malti Il-Kanonku Peter Ellul illi nħatar Kanonku tal-Kolleġġjata ta' San Pawl Nawfragu, il-Belt Valletta u għall-kisba tal-Liċenzjat fit-Teoloġija Biblika Dun Ġużepp Berry f'għeluq is-60 sena saċerdozju Mons. Alfred Micallef f'għeluq is-60 sena saċerdozju Mons. Vinċenz Deguara f'għeluq is-60 sena saċerdozju L-eks-Direttur Spiritwali Dun Charles Carabott f'għeluq il-50 sena saċerdozju

Francesco Barbara li qed jagħlaq 15-il sena bandist tal-post tal-Banda Birżebbuġa Benji Caruana f'għeluq l-10 snin Chairperson tal-Kummissjoni Armar Estern It-tim tad-darts tas-Soċjetà għar-rebħ tal-Kampjonat u l-promozzjoni fit-Tieni Diviżjoni Paul Gafà, membru fil-Kumitat Ċentrali għas-suċċess fi programm televiżiv L-alliev tas-Soċjetà Matthias Borg illi l-pittura tiegħu ngħażlet sabiex tkun esebita ħdejn il-flyovers tal-Marsa Gareth Borg, żagħżugħ minn Birżebbuġa li pparteċipa fl-Olimpjadi Speċjali

Li nsejħu ismek, Pietru, ikun biżżejjed Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 33 – Festa 2022 118

Jean Paul Fenech, żagħżugħ minn Birżebbuġa li pparteċipa fil-ġiri waqt l-Olimpjadi Speċjali

Dun Ronnie Zammit illi kien jagħti s-servizz fil-parroċċa tagħna u nħatar Kappillan f'Santa Luċija Is-Soċju tal-MUSEUM Anthony Mizzi f'għeluq is-60 sena fis-Soċjetà tadDuttrina Nisranija

Is-Segretarju Henry Bonnici f'għeluq l-10 sena fil-kariga ta' Segretarju

Peter Fenech, żagħżugħ minn Birżebbuġa li pparteċipa bl-għawm waqt l-Olimpjadi Speċjali

Li nsejħu ismek, Pietru, ikun biżżejjed Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 33 – Festa 2022 119 Andrea Borg li qed jagħlaq 5 snin bandist tal-Banda Birżebbuġa Il-Maestro di Cappella, Josette Polidano għar-rikonoxximent mogħti mill-Kunsill Lokali Birżebbuġa Windmill Football Club fl-okkażjoni tal-50 anniversarju mittwaqqif tal-klabb Il-Klabb Regatta Birżebbuġa għar-rebħ tar-regatta ta' taħt it-tmintax-il sena L-awtur Joe Julian Farrugia għassehem fil-Festival tal-Kanzunetta Maltija, Mużika Mużika Danica Muscat għas-sehem f'Mużika Mużika - il-Festival tal-Kanzunetta Maltija u għar-rebħa fit-tielet edizzjoni ta' KANTAMAGĦNA, edizzjoni mtellgħa fit-Teatru Astra, Għawdex Kyle George li beda karriera mużikali barra minn xtutna u għas-sehem f'Mużika Mużika Nathan Psaila għas-sehem f'X Factor Trustin Farrugia Cann li ġie onorat għar-raba' darba bħala l-aqwa referì tal-MFPA Alessandro Desira li kiser rekord tiegħu stess fil-ġiri tal-1000 metru Michael Grech, residenti Birżebbuġa li spiċċa Oceanman f’Lago d’Orta, l-Italja

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 33 – Festa 2022 120 Li nsejħu ismek, Pietru, ikun biżżejjed Is-Soċjetà Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa turi sogħba mal-qraba ta’ dawn il-membri li ħallewna matul dawn l-aħħar sentejn u tiftakar fil-mejtin kollha, speċjalment minn Birżebbuġa li ħallew din id-dinja u ngħaqdu mal-Mulej minn ħdejn il-patrun tagħna, San Pietru Appostlu

Stephanie Buhagiar President u Bandist Onorarju Il-Bord Editorjali jirringrazzja lis-solista talBanda Birżebbuġa, Francesco Barbara talgħajnuna li tana sabiex seta’ jinkiteb dan l-artiklu ta’ tislima Stephanie Buhagiar, xebba Barbara twieldet f’Birżebbuġa fis-27 ta’ Mejju 1981, it-tifla l-kbira ta’ Lorry u Doris Barbara. Kellha żewġ ħutha, Clare u Francesco.Samit-twaqqif tagħha, isSinjura Stephanie Buhagiar, xebba Barbara kienet attiva fi ħdan isSoċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa. Bdiet titgħallem il-mużika ta’ età ċkejkna u wara tliet snin ingħaqdet mal-Banda Birżebbuġa bħala bandista tal-post. Servizz li jgħodd kważi 30 sena mingħajr ebda interess personali! Barra minn hekk kienet parti attiva mis-Sezzjoni Banda u fiha okkupat il-kariga ta’ Chairperson, u għal ħafna snin kienet ukoll Delegata tal-Banda. F’dan iż-żmien hija bniet relazzjoni tajba ma’ diversi mużiċisti madwar Malta. Hija kienet strumentali f’diversi proġetti talbanda, fosthom safar bil-banda u akkademji mużikali. It-tagħlim tassolfeġġ lill-bandisti ġodda wkoll kien parti minn dak li kienet tagħmel fisSoċjetà mingħajr ebda daqq ta’ trombi għal ħafna snin. Hija kienet ukoll il-moħħ wara l-bidu tal-Kunċert talMilied, illi serva sabiex l-allievi tas-Soċjetà jingħataw l-ewwel ċans idoqqu fil-pubbliku. Fl-ewwel snin tal-każin, is-Sinjura Buhagiar kienet ukoll tifforma parti mis-Sezzjoni Żgħażagħ għal diversi snin u dejjem ghenet f’attivitajiet organizzati millkażin għall-benefiċċju finanzjarju u soċjali tas-Soċjetà. Kemm-il darba, anke fid-dar tagħha baqgħet taħdem u tipprepara għal bosta ħtiġijiet tal-każin, fosthom libretti mużikali, ħidma ta’ liedna, brim tal-karti tan-nar, ikel għal xi attivitajiet u xogħol amministrattiv. Kienet anke medjatur bejn diversi persuni fil-każin waqt diżgwid bejn persuni b’ideat differenti. Għal bosta snin, Stephanie Buhagiar ukoll kienet membru fil-Kumitat Eżekuttiv, u kienet impenjata b’diversi rwoli, fosthom rappreżentanta tas-Sezzjoni Banda kif ukoll tieħu ħsieb ir-rendikonti finanzjarji tasSoċjetà. Hija kienet ukoll tgħin f’attivitajiet varji tasSoċjetà bħal Iljieli Sajfin, tombla u l-bqija. Fil-ħajja personali, Stephanie kienet taħdem bħala riċerkatriċi eżekuttiva fil-‘Misco International’ u ‘Business Leaders Malta’. Fl-aħħar ftit snin ta’ ħajjitha bdiet taħdem bħala Kordinatriċi tal-Proġetti ma’ ‘Heritage Malta’. Kienet miżżewġa lil Louis Buhagiar u kellhom żewġt’itfal, Daniel u Thomas. Is-Sinjura Buhagiar dejjem ġabet lis-Soċjetà fost l-ewwel prijoritaijiet, tant illi influwenzat ħafna oħrajn sabiex ikunu parti mis-Soċjetà, fosthom bandisti żgħar, membri oħrajn u anke l-familja tagħha li minnha ħarġu tliet mużiċisti u iktar, fosthom it-tfal tagħha li huma membri attivi fis-Soċjetà. Għalhekk mhux ta’ b’xejn illi l-membri u l-partitarji tnikktu meta saru jafu li Stephanie nħakmet minn marda qalila, u talbu sabiex ma jseħħx l-agħar illi seta’ jseħħ. Dan ma kellux ikun, għax fl-għodwa tal-Ħadd 23 ta’ Jannar 2022, ruħha ttajret lejn is-sema sabiex tistrieħ minn kull uġigħ u tiltaqa’ ma’ San Pietru li tant ħabbetL-aħbarf’ħajjitha.tal-mewt tagħha ġriet mal-erbat’irjieħ tal-pajjiż u kienu bosta l-messaġġi ta’ kondoljanzi u messaġġi ta’ simpatija għal Stephanie u mal-membri talfamilja tagħha. Il-bandiera bl-arma tas-Soċjetà dehret tittajjar mezz’asta f’dawk il-jiem kesħin ta’ Jannar. Fi ftit siegħat saru l-arranġamenti meħtieġa sabiex it-Tlieta 25 ta’ Jannar, waranofsinhar, f’Birżebbuġa, Stephanie ngħatat l-aħħar tislima b’quddiesa konċelebrata Stephanie, l-ewwel mil-lemin, imdawra bil-membri tal-familja u qrabatha

Stephanie ma' żewġha Louis Lucy Gatt, għamlet ħafna ħidma fis-skiet fil-parroċċa u ħalliet din id-dinja fil-5 ta' Frar 2022 Ronnie Borg, membru, partitarju u ġar tas-Soċjetà li ħalla din id-dinja fil-festa tal-Kattedra ta' San Pietru, 22 ta' Frar 2022

praesente cadavere. Kienu bosta persuni li attendew għal din l-aħħar tislima lil persuna li dejjem kienet bi tbissima u dejjem lesta li tgħin lil ħaddieħor. Il-ħemda ta’ waranofsinhar xitwi, wara l-quddiesa nkisret min-noti kiebja tal-marċi funebri fuq iz-zuntier tal-knisja parrokkjali fejn il-Banda Birżebbuġa sellmet lil Stephanie, fosthom b’marċ funebri ddedikat għaliha miktub minn ħuha Francesco u l-innu tal-Banda Birżebbuġa, kompożizzjoni ta’ Mro Michael Bugelli. Wara li telaq il-korteo minn fuq iz-zuntier, Stephanie għaddiet għall-aħħar darba minn quddiem il-bini tassede tas-Soċjetà, fejn ingħatat tislima xierqa minn bosta membri u partitarji. F’dan il-jum, il-bnadar kollha fuq il-każini ta’ Birżebbuġa ttajru mezz’asta b’rispett lejn Stephanie.

Li nsejħu ismek, Pietru, ikun biżżejjed Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 33 – Festa 2022

121

Mro Paul Buttigieg meta kien Surmast tal-Banda Żejtun

Direttur Hector H. Dalli A.Mus.LCM, Pawlu nħatar Assistent Surmast tal-Banda Duke of Edinburgh, illum il-Banda San Lawrenz. Ta’ min jgħid illi Pawlu beda jidderieġi mal-istess banda Ġirbija taħt il-gwida talistess Surmast Hector Dalli.

Li nsejħu ismek, Pietru, ikun biżżejjed Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 33 – Festa 2022 122 Is-Surmast Pawlu Buttigieg SurmastIl-BordOnorarjuEditorjali jirringrazzja lil Mro Johan Debattista ALCM tal-għajnuna li tana sabiex seta’ jinkiteb dan l-artiklu ta’ tislima Pawlu Buttigieg twieled il-Birgu fit-12 ta’ Ottubru 1935. Minn età żgħira Pawlu kien juri interess mużikali. Ta’ seba’ snin beda l-ewwel lezzjonijiet tat-teorija mużikali u solfeġġ għand is-Surmast William James Worley mas-Società Filarmonica Maria Mater Gratiae AD 1883 ta’ Ħaż-Żabbar. Meta wasal iż-żmien biex jagħżel l-istrument l-għażla waqgħet fuq il-klarinett. Is-Surmast Buttigieg kien jistqarr illi huwa dejjem xtaq li jitgħallem l-althorn imma peress li kien ta’ statura żgħira, l-althorn rawh strument kbir u għalhekk tgħallem il-klarinett. Ħareġ idoqq mal-istess banda Żabbarija għall-festa 1951. Dik is-sena f’Ħaż-Żabbar ġew iċċelebrati festi kbar minħabba l-Inkurunazzjoni tal-pittura titulari tal-Madonna tal-Grazzja. Fl-1951 ilBanda Maria Mater Gratiae għaddiet taħt it-treġija tas-Surmast Joseph Abela Scolaro FLCM. Bejn isSurmast Abela Scolaro u ż-żagħżugħ Pawlu Buttigieg nibtet relazzjoni tajba ħafna tant li Pawlu ġie fdat bissiġġu tas-solista kif ukoll beda jitħarreġ għand l-istess Surmast Scolaro. F’dan l-istess żmien, is-Surmast Pawlu Buttigieg kien baqa’ jistudja taħt is-Surmast William James Worley kif ukoll kompla javvanza l-istudju mużikali fl-armonija u l-kontrapunt mas-Surmast Abela Scolaro. Fis-sena 1963 Pawlu ġie appuntat għalliem tas-sezzjoni njam kif ukoll Assistent Surmast tal-banda li rawmitu, is-Società Filarmonica Maria Mater Gratiae. Fl-istess żmien fuq rakkomandazzjoni tas-Surmast

Mro Paul Buttigieg f'waħda miż-żewġ gradwazzjonijiet mużikali

Fis-sena 1968 is-Surmast Pawlu Buttigieg ġab iddiploma ALCM u aktar tard id-diploma A.Mus.LCM. Barra li s-Surmast Buttigieg kien jistudja l-armonija għand Mro Joseph Abela Scolaro u d-direzzjoni mużikali taħt is-Surmast Hector Dalli, fl-istess waqt kien imur jistudja l-prattika tal-klarinett ghand is-Surmast Carmelo Schembri kif ukoll il-kompożizzjoni għand isSurmast Carmelo Pace. Is-sena 1974 kienet importanti ħafna għal Pawlu għaliex fuq rakkomandazzjoni tas-Surmast Salvino Fabri li kien is-Surmast Direttur tal-Banda Marija Annunzjata ta’ Ħal Tarxien, talab illi minħabba raġunijiet ta’ saħħa jieqaf mill-kariga, u b’hekk inħatar is-Surmast Pawlu Buttigieg, kariga li żamm mal-Banda Tarxiniża sas-Sena 1978. Fis-sena 1984, il-kumitat tal-Banda Marija Annunzjata reġa’ dar fuq is-Surmast Buttigieg biex għat-tieni darba jiehu t-treġija tal-banda, u dam f’din il-kariga sas-sena 1991. Fis-sena 1976 ħa t-treġija talGħaqda Banda Żejtun fejn dam sas-sena 1978. Barra Surmast Direttur ta’ dawn iż-żewġ baned, is-Surmast Buttigieg kien Assistent Surmast tal-Banda Maria

Is-Soċjetà Filarmonika San Pietru għaddewtal-Birżebbuginfil-kumplamenttiftakarilligħall-Ħajja ta' Dejjem u llum igawdu lil Alla l-Imbierek u lill-Patrun wiċċ imb’wiċċ. Nuru solidarjetà mal-qraba u l-ħbieb u nħeġġu għat-talb għal ruħhom.

Li nsejħu ismek, Pietru, ikun biżżejjed Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 33 – Festa 2022 123

Is-Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa tirringrazzja lis-Surmast Pawlu Buttigieg għall-għajnuna li ta matul is-snin. Kif xieraq, is-Soċjetà kienet preżenti għall-funeral illi sar fil-Knisja Arċipretali u Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja, Ħaż-Żabbar, it-Tlieta 3 ta’ Awwissu 2021 filgħodu. B’sinjal ta’ rispett, is-Soċjetà tajret il-bandiera tagħha mezz’asta. Lis-Surmast Buttigieg nibqgħu niftakruh f’bosta kompożizzjonijiet illi għad għandna fl-Arkivju vast tagħna.

Pawlu Buttigieg ħalla din id-dinja nhar il-31 ta’ Lulju 2021 fl-età ta’ 85 sena. Dakinhar inzerta wkoll Lejlet il-Festa Titulari ta’ San Pietru f’Birżebbuġa. Dakinhar il-kamp bandistiku Malti tilef ġgant sieket li għalkemm ma kienx magħruf mal-erbat irjieħ ta’ pajjiżna, mill-umiltà u l-kwiet ta’ daru rawwem mużiċisti u surmastrijiet li għamlulu u għadhom jagħmlulu ġieħ.

ikkompona diversi siltiet mużikali bħal marċi brijużi, marċi funebri u lista twila ta’ Sinfoniji, Preludji, Marċi Sinfoniċi u Overtures. L-ewwel silta li pennen kien il-marċ brijuż ‘San Ġuda Taddew’ illi ndaqq għall-ewwel darba mill-Banda San Lawrenz tal-Birgu. L-aktar kompożizzjonijiet magħrufin huma l-marċi ‘Sailor Prince’, ‘Bejn Żewġt Iħbieb’, ‘FraJoMar’, il-Marcia Sinfonica ‘Musica Est Vita’ li żżanżnet mis-Società Filarmonica Maria Mater Gratiae u ‘La Speranza’ li ndaqqet għall-ewwel darba fil-Birgu. Il-Banda Birżebbuġa għandha bosta minn dawn ilkompożizzjonijiet fl-arkivju tagħha, u waħda mill-aktar siltiet importanti hija s-silta ‘Inaugural’ b’dedika għallkażinIs-Surmastil-ġdid.

Mater Gratiae ta’ Ħaż-Żabbar, il-Banda San Lawrenz tal-Birgu, l-Għaqda Mużikali Beland taż-Żejtun kif ukoll il-Banda San Mikiel ta’ Ħaż-Żabbar. Fis-sena 1991 irtira mix-xena bandistika Maltija u ddedika aktar ħin fuq it-tagħlim tat-teorija u l-armonija lill-istudenti li kienu jmorru jistudjaw għandu. Huma bosta s-surmastrijiet u mużiċisti prolifiċi Maltin illi għaddew minn taħt idejn is-Surmast Buttigieg. Fosthom tajjeb illi nsemmu lisSurmast Orazio Cachia, is-Surmast John J. Pace, isSurmast Mario Scicluna, is-Surmast Johan Debattista, is-Surmast Sean Anthony Scicluna kif ukoll is-Surmast Christopher Bonnici, li huwa wkoll l-Assistent Surmast tal-BandaIs-SurmastBirżebbuġa.Buttigieg

· familji kollha tagħna tal-paċenzja u l-appoġġ illi jieħdu bina matul is-sena kollha;

· il-membri fi ħdan l-Għaqda tan-Nar 22 ta’ Frar illi jaħdmu n-nar tal-ajru u tal-art sabiex fl-ewwel ġimgħa ta’ Awwissu jkollna ħarqa mill-aqwa f’Birżebbuġa;

· il-heplers Nisa Petrini għall-ħidma u l-attivitajiet illi jtellgħu matul is-sena kollha u sabiex il-binja tal-każin tkun nadifa;

· l-eks-Kunsillier Stanley Zammit illi ġie elett fil-Parlament Malti u għalhekk kellu jtemm il-ħidma fil-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa;

· Il-President Onorarju Għal Għomru, Fundatur u Benefattur Ewlieni, il-Presidenti Onorarji, il-Membri Onorarji, is-Surmastrijiet Onorarji u l-Bandisti Onorarji għassostenn illi jagħtu matul is-sena kollha;

124 Li

· is-Surmast Direttur u l-Għalliem tas-Sezzjoni Ram Mro Michael Bugelli A.T.C.L., l-Assistent Surmast u Għalliem tat-Teorija Mro Christopher Bonnici B.A.(Hons); M.A.; ALCM; LLCM; u l-Għalliem tal-Qasba Mro Ludwig N. Desira għall-ħidma tagħhom fit-tagħlim tal-mużika matul is-sena;

· il-Bandisti tal-Post u l-Allievi kollha tal-impenn tagħhom fl-istudju u s-servizzi tas-Soċjetà;

· Alla l-Imbierek, Ommna Marija u l-Appostlu Missierna San Pietru talli jkunu dejj em magħna fil-ħidma tagħna matul is-sena;

· il-membri tal-kor Xmun Pietru mmexxi mis-Sinjura Marouska Bonnici;

· W. Rev. Kappillan, il-Kanonku Anton Galea-Scannura, Fr Peter Ellul u l-Kleru u l-Abbatini tal-parroċċa ta’ Birżebbuġa għas-servizz tagħhom matul is-sena kollha;

· Il-Kanonku Ryan Lee Pace għas-servizz illi ta fil-parroċċa ta’ Birżebbuġa fiżżmien illi qeda l-missjoni tiegħu fil-parroċċa tagħna;

· is-Supretendent, l-Ispettur u l-membri tal-Korp tal-Pulizija għall-ħidma tagħhom f’Birżebbuġa, speċjalment għaż-żamma tal-Bon-Ordni fi żmien il-festa;

· l-eks-Sindku Joseph Farrugia (ir-Ricky) għas-servizz illi ta lil Birżebbuġa fis-snin illi okkupa l-kariga ta’ Sindku;

· is-Sezzjoni Banda għax-xogħol fejjiedi u kontinwu li tagħmel matul is-sena;

· lill-Perit Michael Schembri u l-helpers kollha tal-knisja parrokkjali tagħna tas-sagrifiċċji u l-ħidma sabiex id-Dar t’Alla tkun dejjem miżmuma fl-aħjar kun dizzjonijiet; · l-Eċċ. President tar-Repubblika, Dr George Vella talli dejjem sibnieh pront jatten di kull meta ġie mistieden;

· Dun Charles Carabott għas-snin illi ta bħala Direttur Spiritwali tas-Soċjetà sa mittwaqqif tagħha;

Is-Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 tirringrazzja lil:

· Is-Sindku l-ġdid, Scott Camilleri, il-Kunsilliera u l-istaff tal-Kunsill Lokali għall-ħid ma tagħhom f’Birżebbuġa u għall-koperazzjoni tagħhom mas-Soċjetà;

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 33 – Festa 2022 nsejħu ismek, Pietru, ikun biżżejjed

· Il-President, is-Segretarju Ġenerali, it-Teżorier u l-membri kollha tal-Kumitat Ċen trali għall-impenn kontinwu tagħhom għall-ġid tas-Soċjetà;

· Grupp Armar 1 ta’ Awwissu għall-ħidma tagħhom matul is-sena sabiex jissebbħu l-imsieraħ u t-triqat ta’ raħalna matul il-jiem tal-festa ta’ San Pietru;

·

· il-Bottegin u l-familja tiegħu kif ukoll lill-Amministrazzjoni ta’ Bar Nineteen Ninety li jaħdmu kontinwament sabiex dawn ikollhom klijentela tajba matul is-sena kollha;

· jekk bi żvista nsejna lil xi ħadd nitolbuh jagħdirna u jiskużana.

· L-Editur, l-Uffiċjal għar-Relazzjonijiet Pubbliċi, il-Bord Editorjali u l-Uffiċċju għar-Relazzjonijiet Pubbliċi sabiex is-Soċjetà tkun preżentata bl-aqwa mod fuq din il-pubblikazzjoni, fil-ġurnali, fiż-żamma tal-paġni relatati mas-Soċjetà fuq l-internet u meta nkunu mistiedna fuq mezzi radjufoniċi u televiżivi;

· dawk illi jiġbru r-reklami, jieħdu r-ritratti, l-artikolisti, il-qarrejja tal-provi u dawk illi jgħinu fil-pubblikazzjoni ta’ dan l-annwal;

· dawk illi jiġbru l-kontribuzzjonijiet u lil min jgħin b’għotjiet finanzjarji lis-Soċjetà;

Li nsejħu ismek, Pietru, ikun biżżejjed Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 33 – Festa 2022 125

· dawk illi jikkummissjonaw in-nar mill-Għaqda tan-Nar 22 ta’ Frar; l-Għaqda tan-Nar Our Lady of Consolation tal-Gudja għall-għajnuna tagħhom lill-Għaqda tan-Nar 22 ta’ Frar;

· il-Grupp Teatrali 14 ta’ Jannar għas-sehem tagħhom fl-operat tas-Soċjetà;

· il-preżentaturi tal-kunċerti tal-Banda Birżebbuġa;

· l-Awdituri tas-Soċjetà li b’paċenzja u reqqa jeżaminaw il-kotba finanzjarji;

· dawk illi jattendu l-attivitajiet tas-Soċjetà;

· is-Sezzjoni Tisbiħ tal-Każin għall-ħidma kontinwa sabiex is-sede tagħna tkun dejjem isbaħ u aħjar;

· dawk l-individwi u ditti li jirreklamaw fuq il-mezzi tas-Soċjetà u nħeġġu lill-qarrejja sabiex jgħinu lil dawn l-individwi u d-ditti billi jagħmlu użu mill-prodotti tagħhom;

· Sue Pace tal-għajnuna kbira tagħha sabiex jiġu organizzati bosta attivitajiet;

· is-Sezzjoni Żgħażagħ Iljuni għall-attivitajiet illi jorganizzaw matul is-sena kollha u għall-impenn tagħhom sabiex ta’ kull sena jkollna briju sabiħ u kbir matul il-marċi brijużi tas-Soċjetà;

· Annabelle Gatt għat-tiswija ta’ bosta bnadar;

· il-Kummissjoni Armar Estern għall-ħidma kontinwa fuq proġetti ġodda u restawr fis-sede tas-Soċjetà filwaqt illi nawgurawlhom aktar suċċessi issa li qed jiċċele braw għeluq l-għaxar anniversarju;

· dawk illi jipprovdu bibita lill-bandisti, lil tan-nar u lil tal-armar matul is-servizzi tal-festa;

· dawk illi jgħinu lis-Sezzjonijiet sabiex jittellgħu l-attivitajiet tas-Soċjetà;

· l-Avukat u l-Perit tas-Soċjetà għall-għajnuna kollha tagħhom;

· il-President, il-Kumitat u l-Membri tal-Għaqda Mużikali San Pietru fil-Ktajjen għall-koperazzjoni tagħhom;

· dawk illi jikkummissjonaw is-servizz tal-Banda Birżebbuġa matul is-sena u fil-festi tagħhom għall-fiduċja li juru fina;

· il-poplu kollu ta’ Birżebbuġa u l-villeġġjanti għall-koperazzjoni li juru mas-Soċjetà Filarmonika San Pietru matul il-jiem tal-festa u matul is-sena kollha;

· il-ħaddiema kollha manwali tas-Soċjetà li matul is-sena kollha b’sagrifiċċju per sonali u għall-għeżież tagħhom ikunu fil-bini tas-soċjetà jwettqu diversi ħidmi et u manutenzjoni sabiex kemm il-parti l-antika kif ukoll il-parti l-ġdida tas-sede jinżammu fl-aħjar sitwazzjoni;

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 33 – Festa 2022 126 Li nsejħu ismek, Pietru, ikun biżżejjed 75 Sena Fostna L-Ewwel Statwa Titulari li waslet Birżebbuġa nhar id-29 ta’ Diċembru 1947. Fiż-żmien riċenti nħarġet fuq iz-zuntier fil-Ħruġ min-Niċċa 1997, illi ħabat għeluq il-50 sena mill-miġja tagħha f’Birżebbuġa, imbagħad fiċċelebrazzjonijiet tal-anniversarju tal-1950 sena mill-Martirju ta’ San Pietru, fis-sena 2017, meta nhar id-29 ta’ Ġunju filgħodu, akkumpanjata miż-żewġ baned terrqet mat-toroq ta’ Birżebbuġa sabiex ikunu ċċelebrati wkoll is-70 sena mill-miġja tagħha f’Birżebbuġa, it-80 sena bidla fit-titular u minħabba li l-istatwa titulari kienet qiegħda tiġi restawrata.

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 33 – Festa 2022 127 Li nsejħu ismek, Pietru, ikun biżżejjed Gasparell Bailing Plant co. Ltd ............................... 2 Global Insurance Brokers ....................................... 3 Elbros Homes ......................................................... 6 Joe and Jerry Pace Furniture Ltd 7 Tal-Fenech Boat Storage 10 Stefan Zrinzo Azzopardi 10 Julia Farrugia Portelli 11 Securevicion 12 Tony Muscat 13 Dove’s Pet Shop 13 KC Turnkey Projects 13 Coxsports Bar 13 With Best Wishes 13 IVCs Lift Services 14 Celeste 14 50 Pretty Baby Birzebbuga 14 Alfgatt 15 Workload 15 Vision Garage 15 Insieme 16 The Right Spot......................................................16 D Nail Bar 17 John Cutajar 17 The Cathedral Group Ltd 20 Unitech Security Systems.....................................21 Gasparell Bailing Co Ltd ....................................... 22 Miriam Dalli ........................................................... 23 Charms ................................................................. 24 Screen Salon ........................................................ 25 Casual 78 ............................................................. 26 Charlie’s Motoring School..................................... 26 Toni Bezzina ......................................................... 27 Audio Images........................................................27 Fruit Ella Grocer and Green Grocer 29 London Butcher 29 Laws 30 Marco Camilleri 30 Mariners................................................................30 Juice Cafè.............................................................30 Owen Bonnici 31 JJ Ironmongery 32 MG Signs 35 La Clinique............................................................36 Southmarket Supplies Ltd 36 Cardiff Butcher 36 BIBAS 36 Paulson.................................................................37 Manuel Garage 37 Xtreme Fishing 48 Pie Master 48 Tots 48 Southvale..............................................................50 Min irreklama f’din il-pubblikazzjoni Anthony Azzopardi................................................50 Robert Camilleri .................................................... 51 Animal Crackers ................................................... 51 Charlie’s 51 Eastern Store........................................................51 Leonardo 51 Rainbow Stationery 52 The Alterations Room 52 Tree D 54 St Mary Butcher 54 Birzebbuga Filling Station 54 TF Rentals 54 Tasty 55 Chinese Rose 56 Muscat 56 Automax 57 Musiclink 57 C& T Autoparts 58 Building Construction Ltd......................................58 Chris Refrigeration Services 59 Alfresco.................................................................59 Patrick Cellars 59 Tarcisio Caruana...................................................59 The Seven’s 62 C.D.S 62 The Bubble Shop .................................................. 62 Roc a Go .............................................................. 63 Metlec Services .................................................... 63 Jason Cutajar ....................................................... 63 Gold Lady ............................................................. 66 Cutajar Upholstery ................................................ 67 Districtfive ............................................................. 67 Mario’s 69 Superstar Butcher.................................................69 Guido Agius 70 Guido Agius 71 Oman’s Fruit and Veg 73 Cherries Take Away 74 Johann Borg 74 Sugu & Gogo 75 Alexander Caruana...............................................75 Omar Farrugia 78 Mangion Brother ’s Żurrieq LTD 78 Montebello Dealer 79 Josette Busuttil 79 Toni Digby & Son 80 Catherine’s Hair Stylist 80 Al Piazza...............................................................82 Scott Camilleri 82 Stanley Zammit...................................................108 Light and Shade 108 Francine Farrugia 109

Li nsejħu ismek, Pietru, ikun biżżejjed Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 33 – Festa 2022 128 Is-Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa tawgura l-festa t-tajba lill-poplu kollu ta’ Birżebbuġa, il-villeġġjanti u dawk kollha li jiġu jżuruna f’dawn il-jiem sbieħ, fi spirtu ta’ għaqda u fraternità flimkien. VIVA SAN PIETRU L-PATRUN TAGĦNA!

Auto Technics, PLOT 319, Industrial Estate, Luqa

Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.