3 minute read

Man-Noti tal-Banda

Matthew Caruana Membru tas-Sezzjoni Banda Birżebbuġa

Għeżież Qarrejja Il-festa reġgħet waslet, u bħal kull sena, fl-Ewwel Ħadd t’Awwissu u l-ġimgħa li tippreċedih, aħna nagħtu ġieħ lil San Pietru Appostlu. Bħala Sezzjoni Banda Birżebbuġa dejjem ħdimna qagħtih sabiex inkunu nistgħu nwasslu l-mużika mhux biss ġewwa r-raħal tagħna, imma anki lilhinn.

Advertisement

Kif kulħadd jaf, din is-sena ġabet diversi sfidi linnegozji, ħaddiema, kif ukoll lill-każini tal-baned madwar Malta u Għawdex. Il-programm ta’ Frar li s-soltu kien jiftaħ is-separju mużikali għas-soċjetà tagħna, din issena kien ifisser l-uniku programm illi sa meta dan ilktejjeb qed jiġi ppubblikat, stajna nagħmlu bħala soċjetà mużikali, minħabba li ftit wara faqqgħet il-pandemija f’pajjiżna.

Sakemm wasalna sa dan il-programm, madankollu, il-Banda Birżebbuġa baqgħet għaddejja bil-ħidma tagħha. Hekk kif għaddiet il-festa ta’ San Pietru li fiha bħal dejjem ħriġna bl-unuri kollha fil-marċi u l-programm vokali u strumentali tal-Aħħar Jum ta’ Tridu, mill-ewwel middejna għonqna għall-ħidma u daqqejna fl-istess lejla b’żewġ baned differenti, fil-festa ta’ Santa Marija l-Qrendi u l-Gudja, f’Jum Birżebbuġa u kellna ndoqqu wkoll fil-festa ta’ Santu Wistin fil-Belt Valletta, servizz illi ma sarx minħabba li ġie kkanċellat mill-Provinċja Agostinjana Maltija. Fi żmien il-festi tal-Milied daqqejna mal-Banda San Pietru fil-Ktajjen fil-kunċert illi issa sar sinonimu ma’ dan iż-żmien, kunċert illi jittella’ f’wieħed mill-jiem tan-Novena fil-Knisja Parrokkjali u fl-attività Milied fil-Pjazza.

Jumejn qabel il-Milied, quddiem sala ppakkjata bilmembri u l-partitarji orgnizzajna l-kunċert tal-Milied, kunċert illi fih rajna wkoll is-sehem tal-allievi tagħna li daqqew flimkien mal-Banda Birżebbuġa. F’dan isservizz rajna t-tmiem tal-karriera twila tal-Assistent Surmast Charles Wallace Suda li ddeċieda li jirtira. Ħadna l-opportunità sabiex nirringrazzjawh tas-servizz twil tiegħu lis-soċjetà u tħabbar illi postu ta’ Assistent Surmast Direttur se jkun qed jimtela minn Mro. Christopher Bonnici kif ukoll illi l-għalliem tal-istrumenti tal-qasba, inħatar Mro. Ludwig Noel Desira. Is-Soċjetà tinsab kburija wkoll illi investiet f’żewġ persuni minn Birżebbuġa, mużiċisti professjonali li huma mfittxijin diġà minn soċjetajiet mużikali oħra wkoll. Qegħdin nieħdu gost illi dawn il-persuni, minkejja li għadhom jibdew jaqdu l-kariga l-ġdida, mill-ewwel daħlu sabiex ikomplu fejn ħalla Mro. Charles Wallace Suda u qegħdin jaħdmu id f’id mas-Surmast Direttur maħbub tas-soċjetà tagħna Mro. Michael Bugelli, illi nifirħulu u nirringrazzjawh tas-servizz twil u kontinwu li qed jagħti minn qalbu lil din is-soċjetà. Mro. Michael Bugelli huwa l-uniku Surmast Direttur illi kellna din is-soċjetà sa mittwaqqif tagħha, u għalhekk din is-sena, flimkien masSoċjetà qed jiċċelebra t-tletin anniversarju fit-tmexxija tal-Banda Birżebbuġa.

Is-soċjetà tinsab kburija wkoll bis-suċċess ta’ wliedha. Bħala soċjetà, imma iktar u iktar bħala Sezzjoni Banda ħassejna qalbna tfur bil-kburija meta f’isem is-soċjetà tagħna, Karen Abela, Andrea Borg u Liam Desira ġabu marki brillanti fl-eżami tat-Teorija Mużikali li poġġew għalih. Karen Abela ġabet Grad 4, Liam Desira ġab Grad 3 u Andrea Borg ġab Grad 2. Fraħna wkoll meta l-Assistent Surmast Christopher Bonnici gradwa b’Associateship mil-London College of Music, hekk kif għamel il-kurunettista solista tagħna Francesco Barbara li gradwa b’Associateship mit-Trinty College of Music.

Minkejja li x-xenarju tal-Coronavirus wassal ukoll għall-għeluq tal-bibien tas-soċjetà għal perjodu ta’ żmien, dan ma waqqafniex milli nużaw dan il-ħin biex inkomplu nsaħħu t-tagħlim qalb l-allievi u l-istudenti tagħna. Bħal kull skola oħra kellna nfittxu mezzi teknoloġiċi sabiex stajna nkomplu għaddejjin bittagħlim tat-teorija, illi ssokta għaddej b’mod kontinwu. Nirringrazzjaw lill-għalliem tat-Teorija kif ukoll lillistudenti li komplew għaddejjin bil-ħidma u addattaw għal din is-sistema l-ġdida fi żmien qasir.

Kif jgħidu, il-kuraġġ huwa nofs il-fejqan u dak huwa l-għan tagħna bħala sezzjoni f’dan iż-żmien: li nagħmlu kuraġġ lill-membri u ’l-partitarji tagħna. Veru li din issena ma nistgħux nagħmlu l-marċi bħas-soltu imma nistgħu nużaw din l-opportunità biex nirriflettu fuq ilvaluri tal-patrun tagħna San Pietru Appostlu. Bħalma Pietru ġie meħlus mill-ħabs għax kellu l-fidi, aħna wkoll m’għandniex nitilfu l-fidi ħalli bħal Pietru ninħelsu minn dan il-perjodu diffiċli f’qasir żmien.

Il-messaġġ tagħna f’dan iż-żmien huwa li nuru kemm għandna għal qalbna lill-patrun tagħna u naħdmu sabiex inżommu l-ispirtu festiv u reliġjuż ġewwa r-raħal tagħna. Huwa minnu li din hija festa f’normalità differenti mis-soltu imma dan ma jżommniex milli nżejnu d-djar tagħna, intellgħu l-arbli u l-bnadar u ndoqqu xi marċi biex inżommu l-ispirtu festiv u nagħtu qima xierqa lillpatrun tagħna.

This article is from: