
1 minute read
Armar u Anniversarju b’Differenza
Benji Caruana Kummissjoni Armar Estern
Insellmilkom! Mill-ewwel, wara l-festa li għaddiet middejna għonqna għall-ħidma sabiex l-anniversarji ta’ din is-sena jkunu ċċelebrati b’mod xieraq. Minbarra t-30 anniversarju mittwaqqif tas-Soċjetà, l-2020 timmarka l-ħames snin minn meta l-Kummissjoni Armar Estern żanżnet il-faċċata artistika ta’ Triq Birżebbuġa, il-bandiera sekondarja u l-bandiera tar-rawndebawt ta’ San Ġorġ. Għalhekk, friski mis-suċċess tas-sena l-oħra wkoll, ippjanajna żewġ sorpriżi. Waħda minnhom kienet żewġ bandalori artistiċi li kellhom jiżżanżnu għall-festa ta’ Kristu Irxoxt. Id-disinn, il-pittura u l-isfumar saru minn Clifford Vella, il-ħjata kienet fdata għand Stefan Duca, u x-xogħol fuq il-pumi u l-induratura saru minn Ludwig Noel Desira u ntwerew lesti lill-pubbliku fil-programm annwali MillBandisti għall-Membri nhar is-Sibt 29 ta’ Frar 2020. Imma… kellna nieqfu ħesrem minħabba l-pandemija, u għalhekk is-sorpriża l-oħra se jkollna nipposponuha għat-Tnejn 26 ta’ Lulju 2021.
Advertisement
Bħalma drajna nagħmlu kull sena erġajna armajna Triq Birżebbuġa u Misraħ il-Knisja quddiem il-każin għall-festi tal-Milied, filwaqt illi armajna fuq iz-zuntier blarmar riċiklat, kif ukoll armajna l-faċċati tal-każin għallfesta tal-Kattedra ta’ San Pietru Appostlu nhar it-22 ta’ Frar.
Insellem lil Jonathan Bonnici li din is-sena ma setax jibqa’ membru fil-Kummissjoni u lil sħabi kollha li naħdmu flimkien b’ponn wieħed. Grazzi lil sħabi kollha li għalkemm parti minn sezzjonijiet oħra, flimkien mal-Kumitat Ċentrali naħdmu għalenija għall-ġid tassoċjetà tagħna.
Grazzi wkoll lil dawk illi jattendu l-attivitajiet, jagħtu sponsor inkella xi donazzjoni. Insellem lill-familji tagħna tal-paċenzja u s-sapport illi jagħtuna u nitolbu lil San Pietru jibqa’ jbierek il-ħidma tagħna fil-każin.
Viva San Pietru u l-Banda Birżebbuġa!