
4 minute read
Merħba fostna u Awguri
Nilqgħu fostna lil Dun Ryan Lee Pace, saċerdot żagħżugħ millparroċċa tal-Madonna tal-Karmnu fil-Gżira. Propju f’Jum is-Solennità tal-Epifanija tal-Mulej, fil-bidu ta’ Jannar tħabbar illi se jkun il-Viċi Parrokku l-ġdid tal-parroċċa tagħna. Lil Dun Ryan niftakruh fostna wkoll meta s-sena l-oħra, kien mistieden sabiex jagħmel il-Paneġierku ta’ Jum il-Festa Titulari ta’ San Pietru Appostlu.
Żgur illi dakinhar ma għaddilux minn moħħu li ftit tax-xhur wara se jinħatar il-Viċi Kappillan tal-parroċċa tagħna. Dun Ryan Lee ġie ordnat saċerdot mill-Arċisqof ta’ Malta, Monsinjur Charles J. Scicluna nhar it-30 ta’ Ġunju 2017. Qabel ġie fostna serva bħala Seminarista u Djaknu fil-parroċċa ta’ San Ġiljan, San Ġiljan u bħala Viċi Parrokku fil-parroċċa ta’ Stella Maris, TasSliema.
Advertisement

Is-Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa tifraħ lil dawn l-għaqdiet u individwi li għamlu unur għar-raħal tagħna matul din l-aħħar sena:
Il-Wisq Reverendu Kanonku, il-Kappillan Dun Anton GaleaScannura għall-ħatra tiegħu ta’ Kanonku fil-Kapitlu tal-Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu fil-Belt Valletta. B’hekk, il-Kappillan talparroċċa ta’ Birżebbuġa huwa membru ta’ żewġ Kapitli; dak ta’ Marija Immakulata f’Bormla u dak ta’ San Pawl Nawfragu fil-Belt Valletta.

Il-Perit Karmenu Vella li nħatar Pro-Kanċillier tal-Università ta’ Malta. Minkejja li mhux oriġinarjament minn Birżebbuġa, il-Perit Vella ilu snin twal joqgħod Birżebbuġa u kemm-il darba sibnieh ta’ appoġġ anke meta ġejna bżonn l-għajnuna tiegħu fis-soċjetà tagħna.

Maureen Amoroso, volontiera tal-parroċċa u partitarja tas-soċjetà, illi nħatret Deputy Chief Commissioner tal-Malta Girl Guides.

Mary Law li rebħet l-unur talaqwa President mara tal-għaqdiet ta’ supporters tal-Ferrari madwar id-dinja. Fis-sena 2018 kienet strumentali fit-twaqqif tal-klabb Scuderia Ferrari Club Birżebbuġa Malta u din is-sena rebħet dan l-unur.

Il-Kaxxier tas-Soċjetà, Walter Pace li din is-sena qed jagħlaq ħames snin konsekuttivi fil-kariga ta’ Kaxxier. Nirringrazzjawh ħafna taddedikazzjoni u l-ħidma li jwettaq b’tant imħabba.

Kyle Cutajar illi ħa sehem diversi drabi f’attivitajiet tas-soċjetà permezz tal-kant. Din is-sena pparteċipa b’suċċess fl-edizzjoni ta’ X-Factor, ikkwalifika għall-finali u ġie fir-raba’ post.

Trustin Farrugia Cann, referì Malti minn Birżebbuġa li f’Settembru 2019 irrefja f’Cardiff, Wales, logħba futbol ta’ kwalifikazzjoni għallkompetizzjoni Euro 2020 bejn Wales u l-Azerbaijan.

Jake Vella li nħatar wieħed mittliet ambaxxaturi tal-ġimgħa Ewropea għall-Isport, rebaħ l-unur Atlas Youth Athlete għax-xahar ta’ April u propju f’Jum il-Festa tal-Katedra ta’ San Pietru Appostlu, nhar it-22 ta’ Frar 2020 rebaħ The People’s Choice Award waqt is-serata ta’ Sport Malta Awards

Gareth Borg illi f’Jum il-Festa tal-Kattedra ta’ San Pietru Appostlu rebaħ l-unur tal-Isportiv tas-Sena fittaqsima tal-Ispecial Olympics waqt is-serata ta’ Sport Malta Awards.

Il-Grupp Armar 1 ta’ Awwissu li għar-raba’ sena konsekuttiva kiseb rekord ieħor għal Birżebbuġa. Dan meta waqt l-attività Milied fil-Pjazza organizzata mill-parroċċa ta’ Birżebbuġa nhar it-30 ta’ Novembru u l-1 ta’ Diċembru 2019 waqqfu r-rekord tal-Ikbar Slitta tal-Milied Mekkanizzata.

Mro Michael Bugelli li għalaq tletin sena Surmast Direttur talBanda Birżebbuġa.

Christopher Bonnici li nħatar l-Assistent Surmast tal-Banda Birżebbuġa u għall-kisba tad-diploma ALCM.

Ludwig Noel Desira li nħatar bħala l-Għalliem tal-Allievi tal-Istrumenti tan-Nifs fis-Soċjetà tagħna.

Francesco Barbara, mużiċist tal-post, għall-kisba tad-diploma ATCL.

Karen Abela, Liam Desira, Andrea Borg u Matthew Polidano li qagħdu għal eżamijiet f’isem is-soċjetà u ġabu riżultati prestiġġjużi.




Il-President Alexander Caruana u Spiridione Camilleri li għalqu tletin sena bandisti tal-post mal-Banda Birżebbuġa.


Jana Agius li għalqet ħames snin bandista tal-post mal-Banda Birżebbuġa.

Rebecca Abdilla u Michaela Chircop li għalqu għaxar snin bandisti tal-post mal-Banda Birżebbuġa.


Is-Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa ssellem lis-soċji kollha li ħallew din id-dinja matul din l-aħħar sena u lill-mejtin kollha li ngħaqdu mal-Ħallieq ħdejn il-Patrun tagħna San Pietru Appostlu. Agħtihom O Mulej il-Mistrieħ ta’ Dejjem!