30 sena Benniena Mużikali
Tletin Sena Banda u Surmast Direttur Mro. Michael Bugelli A.T.C.L.
Għeżież Benjamini, Ammiraturi u Segwaċi tal-Banda tagħna, L-2020 kellha tkun sena speċjali ħafna għalina tal-Banda Birżebbuġa minħabba t-30 sena anniversarju mit-twaqqif talbanda. Jiena wkoll qed niċċelebra dan l-anniversarju, għax ili sa mit-twaqqif ta’ din is-Soċjetà fid-direzzjoni ta’ din il-banda għażiża għalija. Din is-sena jkollna nistabru u nipposponu kollox għas-sena d-dieħla jekk il-Bambin irid. Kellna ppjanati ċelebrazzjonijiet kbar anke bissehem tal-banda, imma ma jimpurtax, dan issa nħalluh għaż-żmien li ġej meta l-affarijiet ikunu aktar siguri għal kulħadd. Is-sena li għaddiet għamilna bosta programmi tajbin. Insemmi dak li normalment nagħmlu fil-knisja parrokkjali mal-banda l-oħra ta’ Birżebbuġa għall-Milied, kif ukoll ilprogramm annwali tal-Milied li nagħmluh għall-membri tagħna u għall-ġenituri tal-allievi. Fi Frar imbagħad żammejna mal-appuntament annwali tal-programm ‘Mill-Bandisti Għall-Membri’ li reġa’ kien programm ta’ kalibru u livell għoli. Din is-sena f’dan il-programm reġa’ kellna s-sehem ta’ bandisti tal-post f’siltiet solisti li l-eżekuzzjoni tagħhom kienet impekkabbli għall-aħħar. Nieħu pjaċir ferm nara bandisti żgħar bravi ħafna li għandhom futur mużikali tajjeb ħafna jekk ipoġġu rashom hemm. IsSoċjetà tagħna minn dejjem kellha mużiċisti bravi u nieħu pjaċir nara li aktar ma mmorru aktar qed ikollna mużiċisti li jieħdu l-mużika bis-serjetà. Dak kien tista’ tgħid l-aħħar appuntament mużikali li kellna, imbagħad x’ġara wara hija storja magħrufa. Qed insemmi l-programm ‘Mill-Bandisti GħallMembri’ u għalhekk nieħu l-okkażjoni sabiex nilqa’ fi ħdan l-amministrazzjoni mużikali tagħna lil Mro. Christopher Bonnici u lis-Sur Ludwig Noel Desirafilkarigi l-ġodda tagħhom, bħala l-Assistent Surmast tal-Banda u għalliem fuq l-istrumenti tal-injam rispettivament. Mro. Christopher Bonnici huwa wkoll l-għalliem tatteorija, u nista’ ngħid illi dan il-proġett, li konna fost l-ewwel baned Maltin li varajnieh qed iħalli frott tajjeb u qed juri li wara kollox din kienet għażla għaqlija millAkkademja tal-Mużika ta’ dak iż-żmien li tintroduċih bħala kors separat u miftuħ għal kulħadd. Minn hawn nirringrazzja wkoll lil Mro. Robert Magro li kien l-ewwel għalliem tat-teorija f’dan il-proġett, u kien hu li ta l-ewwel imbuttatura biex dan il-proġett jifjorixxi. Mro. Bonnici qed jagħmel xogħol siewi ħafna. Anke fi żmien il-pandemija, it-tagħlim tat-teorija baqa’ għaddej minn fuq webconferencing u l-istudenti tagħna ma tilfu xejn. Fuq it-tagħlim l-ieħor tal-prattika ma tantx stajna nagħmlu affarijiet ġodda sfortunatament. Peress illi l-pandemija tolqot l-organi tan-nifs kien ikun perikoluż għal kulħadd li nibqgħu għaddejjin bil-lezzjonijiet tal-
24
prattika mill-viċin. Is-sistema virtwali setgħet tintuża, imma onestament ma nkunx nista’ nsegwi lill-istudenti bi preċiżjoni, speċjalment fil-kwalità tal-ħoss u ta’ teknikalitajiet oħra. Kont inkun kostrett biss li nevalwa lill-istudenti min-naħa tat-tqassim tan-noti aktar milli dik li hi artikolazzjoni. Għalhekk kontra qalbna ddeċidejna li nieqfu sakemm l-affarijiet jiġu ’l quddiem. Però fiż-żmien li qed nikteb dan il-messaġġ, jiġifieri fil-bidu ta’ Ġunju, jien u l-Kumitat Ċentrali diġà tkellimna flimkien u qed naraw x’jista’ jsir biex il-lezzjonijiet isiru f’ambjent li hu sigur għal kulħadd. Il-virus għadu barra u ħafna minna ngħixu ma’ nies vulnerabbli. Sakemm ningħataw struzzjonijiet preċiżi min-naħa tal-awtoritajiet ċivili ma nistgħux nagħmlu li rridu, inkella nkunu qed nidħku bina nfusna u npoġġu lin-nies tagħna f’periklu serju. Matul dawn is-snin li ili mal-banda tagħna - li birraġun inħossni daqs wieħed minn dawk stess li waqqfu l-banda - nara li din is-Soċjetà għamlet affarijiet kbar. Nista’ nirrakkonta ħafna partijiet mill-istorja ta’ din isSoċjetà. Naħseb li kont diġà għidtielkom l-istorja li oriġinarjament fis-sena 1989 jien kont ġejt avviċinat biex inkun is-surmast ta’ wara Mro. Frank Galea tal-banda l-oħra, il-Banda San Pietru fil-Ktajjen. Sa dakinhar ma kienx għad hemm il-ħsieb li tinħoloq banda ġdida. Peress li kont u bqajt sal-aħħar nett, sal-funeral tiegħu stess, ħabib kbir ta’ Mro. Galea ma xtaqtx li nieħu din ilkariga, imma meta mbagħad l-istess nies li avviċinawni qaluli li kienu se jwaqqfu banda ġdida aċċettajt minnufih, għax kienet offerta mhux biss ġeneruża, imma li tkun l-ewwel surmast ta’ banda hija xi ħaġa ta’ prestiġju wkoll. F’dawn is-snin kollha għallimt diversi tfal u żgħażagħ minn Birżebbuġa. Li kieku dawn it-tfal baqgħu bandisti mas-Soċjetà tagħna, kieku llum lanqas biss ikollna bżonn nistiednu mużiċisti barranin mal-banda tagħna. Nixtieq li l-Kumitat Ċentrali jaħdem fuqha din. Irridu naraw kif se nżommu lill-mużiċisti tagħna, magħna. Naf li llum saret diffiċli għal kulħadd u t-tfal tagħna qed ikollhom jieħdu deċiżjonijiet ibsin sabiex ilaħħqu malħajja tagħhom, imma xorta nixtieq li ssir xi ħaġa fuqha din. Ma nemminx lanqas li għandna nagħtu biss tort lill-kwalità tal-ħajja tal-lum. Nemmen bis-sħiħ li l-Kumitat għandu jkollu r-responsabbiltà li jħares lejn il-mużiċisti lokali bħala membri speċjali ħafna tas-Soċjetà tagħna, aktar millmembri l-oħra. Soċjetà mingħajr bandisti tal-post hija sempliċiment għaqda tal-festa, dawk li fl-antik konna nsibuhom bħala ‘Circolo’. L-uniku mezz li bih ilkumitati jistgħu jagħmlu dan huwa li jistaqsu ta’ spiss dwar l-andament tal-banda u jġonġu t-trufijiet aktar milli joqogħdu bilqiegħda fuq is-sedja tal-ġudikatur. Sakemm il-kumitati ċentrali tal-baned se jkomplu jaġevolaw lid-dilettanti tal-festa imma jgħoddsu ’l isfel
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 31 – Festa 2020