Min Qalb L-Iljuni 2020

Page 15

30 sena Benniena Mużikali

L-Appell tal-Kaxxier Walter Pace

Insellem lilkom il-qarrejja kollha ta’ din il-pubblikazzjoni annwali li toħroġ is-Soċjetà Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa fl-okkażjoni talfesta titulari tal-patrun tagħna San Pietru Appostlu. L-aktar wieħed li matul din is-sena għandu għaliex iħokk rasu huwa jien, minħabba li għal madwar tliet xhur, l-introjtu tal-każin waqaf kważi kollu ħtija tal-virus illi ħakem lid-dinja kollha u sakkarna fi djarna. Kontra qalbna kellna nieqfu, u dan minkejja li l-ħidma fil-bini tas-sede tagħna kompliet għaddejja, u iktar mis-soltu. Iktar ’il quddiem f’din il-pubblikazzjoni, persuni oħra li kienu involuti direttament fil-proġett tal-każin ikunu jistgħu jagħtukom spjegazzjoni aktar dettaljata ta’ dak illi sar matul ix-xhur illi għaddew. Irrid nirringrazzja lill-Assistent tiegħi, Andy Mifsud kif ukoll lil Chris Camilleri talli dejjem insibhom ta’ spalla għalija waqt il-ħidma tiegħi. Nirringrazzja wkoll lill-Kumitat Eżekuttiv, speċjalment lill-President u

s-Segretarju li fimkien naħdmu id f’id, u dan minkejja li nuqqas ta’ qbil dejjem jinqala’, imma dejjem inkunu lesti sabiex nifhmu lil xulxin u naslu għal ftehim. Flimkien ma’ Andy Mifsud hemm Marouska Bonnici, illi bil-ħidma tagħhom permezz tat-teknoloġija jtaffuli ħafna millħsibijiet. Insellem b’ħajr ukoll lis-sezzjonijiet kollha li jagħmlu l-almu tagħhom sabiex is-soċjetà tibqa’ tirbaħ fuq il-mewġ kollu li jkollha taffaċċja. Din is-sena, aktar minn snin oħra rrid irrodd ħajr lill-benefatturi kollha, kemm dawk illi jidhru kif ukoll dawk illi jippreferu ma jidhrux, kif ukoll il-benefatturi kollha manwali, li fiżżmien illi l-bini tal-każin kien magħluq, qattgħu ħafna mill-ħin tagħhom ’il bogħod minn darhom sabiex il-parti t’isfel tal-parti l-antika tal-każin tiġi isbaħ u aktar komda għal kulħadd. Insellem b’ħajr ukoll lill-mara tiegħi, Sue talli dejjem tagħtini l-appoġġ. Inħeġġeġ lilkom il-qarrejja sabiex tagħmlu użu millprodotti u l-ħwienet illi jirreklamaw magħna, għaliex dawn ħaqqhom l-akbar grazzi u bis-saħħa tagħhom nistgħu nibqgħu għaddejjin bil-ħidma tagħna.

Triq il-Qaliet, Marsascala Opening Hours Mon – CLOSED Tue - Fri: 9.00am – 6.00pm Sat: 8.00am – 5.00pm Contact: Alexia 2720 0204 Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990

Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 31 – Festa 2020

13


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.