30 sena Benniena Mużikali
Ikellimna l-Uffiċjal għar-Relazzjonijiet Pubbliċi Jonathan Bonnici
X’sena din! U x’festa din! Naħseb illi kulħadd qed jittama li tfittex tgħaddi minn fuqna din is-sena! Imma kif jgħid il-Malti ‘għall-magħmul m’hemmx kunsill’. Din is-sena qed nesperjenzaw festa li qatt ma konna nobsru li se nesperjenzaw. Iżda mill-att pożittiv nistgħu narawha bħala xi ħaġa differenti mis-soltu. Vera li nimmissjaw il-briju, il-banda, in-nar… imma forsi din l-esperjenza tgħinna wkoll nirriflettu fuq il-vera festa li niċċelebraw ta’ kull sena. Mill-banda l-oħra nistgħu ngħidu li x-xogħol tas-Soċjetà baqa’ għaddej. Permezz tal-mezzi soċjali ppruvajna nilħqu kemm jista’ jkun nies anke f’dawn ilmumenti diffiċli. Minn qalbi nixtieq nirringrazzja lil dawk kollha li dejjem taw l-għajnuna tagħhom sabiex nibqgħu naraw lis-Soċjetà tagħna dejjem miexja ’l quddiem. Din is-sena ħadna l-opportunità wkoll sabiex jiġi rranġat ilbottegin tal-każin. Dan seta’ jsir bis-saħħa tal-volontiera
tas-Soċjetà li qed iqattgħu ħinhom jaħdmu sabiex dan ix-xogħol jitlesta. Żgur illi kif jitlesta dan ix-xogħol, ilkoll se nkunu nistgħu ngawdu bottegin modern u millisbaħ f’Birżebbuġa. Ma nistgħux ma nsemmux ukoll lill-kummissjonijiet fi ħdan is-Soċjetà tagħna li baqgħu jaħdmu kif jistgħu. Nieħu l-opportunità sabiex nirringrazzja lil Andrè Gatt għad-disinn li għoġbu jagħmlilna fl-okkażjoni tattletin sena anniversarju. L-għażla saret wara sejħa pubblika. Sena oħra tasal u minn qalbna nitolbu l-għajnuna ta’ kulħadd sabiex inkunu nistgħu nkomplu nwettqu l-proġetti li dejjem inwettqu. Fl-istess ħin nirringrazzjaw lil tant volontiera u benefatturi li dejjem sibniehom ta’ sostenn għas-Soċjetà tagħna. Fuq kollox nirringrazzjaw lil Alla kif ukoll lil San Pietru li kienu magħna matul dawn iż-żminijiet xejn pjaċevoli. Jiġri x’jiġri; qatt ma nixbgħu ngħajtu l-għajta… Viva San Pietru!
MG Signs
Plot 90- 91 X , Luqa Industrial Estate, Luqa LQA 3000 T: 21696787 E: sales@mgmalta.com
8
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 31 – Festa 2020