Pietru: Ħarisna mill-Ħsarat u l-Vizzjijiet
Każin Magħluq – Aktar Ħidma Angelo Cutajar, Benji Caruana, Eman Farrugia
Laqtu lilna, laqtu lil kulħadd. Wara l-festa li għaddiet ma tantx stajna ngawdu l-bini tal-każin miftuħ, għax fi tmiem Ottubru kellna nerġgħu nagħlqu minħabba l-miżuri restrittivi min-naħa tal-Awtoritajiet tas-Saħħa. Għalina dan kien mument diffiċli ferm bħalma kien għal kull soċjetà oħra. Inħossu li bħala każin dejjem imxejna tajjeb u osservajna l-protokolli kollha u għalhekk ma kellniex għaliex inħallsu dan il-prezz għoli. Quddiem din is-sitwazzjoni kellna għażla, jew noqogħdu nitbekkew xortina u kull xħin ngħaddu minn quddiem il-binja tal-każin ngħidu “Ara x’post sabiħ, magħluq”, inkella mmiddu għonqna għax-xogħol kif għamilna meta konna magħluqin ftit xhur qabel. Għalkemm huwa każin tal-banda, u għalhekk l-għan prinċipali tal-każin jibqa’ t-tagħlim mużikali, bħal dar ta’ familja, ix-xogħol fil-binja ma jonqosx, u għalhekk f’dawn ix-xhur inżebagħ il-każin u tniżżel l-arblu prinċipali sabiex isir xogħol ta’ restawr fuqu. Il-każin tagħna mhux lakemm tgħid bajjadtu għax mhux każin ta’ kamra waħda, u
għalhekk sabiex jimxi x-xogħol ikollna bżonn iż-żmien u bosta ħaddiema volontiera, illi b’rispett sħiħ lejn il-miżuri imposti, min ibajjad naħa, min oħra ħalli kemm jista’ jkun ma niltaqgħux flimkien. Kif konna qegħdin naqilgħu, inħasset il-ħtieġa li fissala prinċipali tal-każin jitkompla x-xogħol fuq is-suffett sabiex din tingħata dehra dejjem isbaħ u akkoljenti għal min jorganizza xi attività fiha. Infakkrukom illi s-sala prinċipali Anthony Camilleri tinkera għal bosta okkażjonijiet familjari u soċjali u hija attrezzata bl-aħjar mod possibbli sabiex l-okkażjoni tagħkom tkun kompluta u sodisfaċenti. Aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar nifhmu l-ħtieġa li naddattaw ruħna għal sorsi ta’ enerġija rinovabbli,
Il-President Alexander Caruana jlibbes id-dijadema lill-istatwa restawrata ta’ San Pietru
Il-pannelli fuq il-każin
Ludwig Noel Desira jaħdem fuq ir-restawr tal-arpa tal-arblu prinċipali
68
San Pietru jiddaħħal fin-niċċa fl-intrata prinċipali tal-każin
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 32 – Festa 2021