4 minute read

Il-Programm tal-Festa

Il-Ħamis 22 ta’ Lulju

6.30pm: Quddiesa u Adorazzjoni bi tħejjija għall-festa.

Advertisement

Is-Sibt 24 ta’ Lulju

3.00pm: Edizzjoni Speċjali tal-programm Mill-Pinna tal-Kompożituri fuq il-paġna facebook tasSoċjetà Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa. 5.30pm: Quddiesa b’suffraġju għal dawk li mietu mill-festa tas-sena l-oħra ’l hawn. Mistiedna b’mod speċjal l-qraba u l-ħbieb. Insemmu isimhom. 8.30pm: Il-Premiere tal-oratorio Divo Petro, versi tal-poeta Sebastian Saliba, mużika ta’ Mro Ray Sciberras fil-Katidral Metropolitan tal-Imdina taħt il-patroċinju distint tal-President tarRepubblika Dr George Vella u s-Sinjura Vella

Il-Ħadd 25 ta’ Lulju

9.30am: Quddiesa mmexxija minn Dun Ronnie Zammit li fiha ssir il-preżentazzjoni tat-trabi li twieldu fis-snin 2020 u 2021. Tingħata tifkira. 10.30am: Edizzjoni Speċjali tal-programm Mill-Pinna tal-Kompożituri fuq il-paġna facebook tasSoċjetà Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa. Waqt dan il-programm, il-Kummissjoni Armar Estern tiftaħ iċ-ċelebrazzjonijiet tal-għaxar anniversarju mit-twaqqif tagħha li se jkun iċċelebrat fis-sena 2022 permezz ta’ inawgurazzjoni ta’ sorpriża. Kulħadd mistieden isegwi mill-pjazza prinċipali ta’ Birżebbuġa b’ħarsien sħiħ lejn id-direttivi tal-Awtoritajiet tas-Saħħa. 11.00am: Quddiesa animata miż-żgħażagħ.

It-Tnejn 26 ta’ Lulju

6.30pm: Quddiesa fil-Knisja Parrokkjali li biha niftħu l-ġimgħa tal-festa. Imexxi l-Kappillan, il-Kanonku Anton Galea-Scannura. 7.15pm: issir l-attività “Fit-Toroq ma’ Pietru”. Ġbir ta’ ikel u flus bil-karozzi mat-toroq ta’ Birżebbuġa b’riżq familji fil-bżonn.

It-Tlieta 27 ta’ Lulju

6.30pm: Quddiesa għat-tfal fil-Knisja Parrokkjali. Imexxi Dun Osmar Baldacchino.

L-Erbgħa, 28 ta’ Lulju 2021 – L-Ewwel Jum tat-Tridu. Jum l-Anzjani

8.30am: Quddiesa ta’ tħejjija għall-festa li għaliha huma mistiedna b’mod speċjali t-tfal 6.00pm: Rużarju 6.30pm: Quddiesa ċċelebrata mill-Kan. Dun Ryan L. Pace, viċi-parroku. Mistiedna b’mod speċjali l-anzjani u l-morda. Wara l-quddiesa, Kurunella, Antifona u Barka Sagramentali. 8:00pm: Żjara ta’ korteżija mill-E.T. President ta’ Malta, Dr George Vella u s-Sinjura Vella fis-sede tas-soċjetà. Matul din l-okkażjoni se jinawgura x-xogħol illi sar fil-każin fl-aħħar xhur.

Il-Ħamis, 29 ta’ Lulju 2021 – It-Tieni Jum tat-Tridu. Jum l-Għaqdiet u Jum il-Familja

8.30am: Quddiesa ta’ tħejjija għall-festa li għaliha huma mistiedna b’mod speċjali t-tfal 6.00pm: Rużarju 6.30pm: Quddiesa ċċelebrata minn Dun Tony Pace. Mistiedna b’mod speċjali l-għaqdiet tal-parroċċa, il-familji u l-koppji li qegħdin jiċċelebraw l-10, 25, 30, 35, 40, 45, 50 anniversarju taż-żwieġ u koppji li żżewġu matul is-sena li għaddiet. Wara l-quddiesa, Kurunella, Antifona u Barka Sagramentali.

Il-Ġimgħa, 30 ta’ Lulju 2021 – It-Tielet Jum tat-Tridu. Jum is-Saċerdozju u l-Ħajja Konsagrata

8.30am: Quddiesa ta’ tħejjija għall-festa li għaliha huma mistiedna b’mod speċjali t-tfal 6.00pm: Rużarju 32

6.30pm: Quddiesa minn Dun Peter Ellul. Mistiedna s-saċerdoti tal-Parroċċa, reliġjużi u membri tal-MUSEUM. Wara l-omelija, issir il-Vestizzjoni tal-Abbatini.Wara l-quddiesa, Kurunella, Antifona, l-innu ta’ radd il-ħajr lil Alla Te Deum Laudamus u Barka Sagramentali.

Is-Sibt, 31 ta’ Lulju 2021 – Lejlet il-Festa Titulari ta’ San Pietru Appostlu

9.00am: Ħruq ta’ Musketterija minn fuq il-każin 12.00pm: Ħruq ta’ Musketterija minn fuq il-każin. Ikla fil-Każin għall-membri, benefatturi u l-partitarji. Min huwa interessat jitkellem ma’ xi membri tal-kumitat matul il-ġimgħa tal-festa minħabba li l-postijiet huma limitati ferm. 2.30pm: Edizzjoni Speċjali tal-programm Mill-Pinna tal-Kompożituri flimkien ma’ Christopher Bonnici, Andy Mifsud u Jonathan Ellul Bonnici. 5.30pm: Quddiesa 6.30pm: Translazzjoni Solenni minn fuq l-Altar tal-Madonna tar-Rużarju, kant tal-Innu u l-Antifona Solve Jubente Deo (2016). Wara ssir iċ-ċelebrazzjoni tal-Ewwel Għasar Solenni tasSolennità ta’ San Pietru Appostlu fil-Ktajjen u Barka Sagramentali. Imexxi Dun Roderick Baldacchino, saċerdot novell. Waqt it-Translazzjoni, l-Għaqda tan-Nar 22 ta’ Frar issellem lir-relikwa ta’ San Pietru Appostlu permezz ta’ musketterija minn fuq il-każin. 7.30pm: Quddiesa

Il-Ħadd, 1 ta’ Awwissu 2021 – Jum il-Festa Titulari ta’ San Pietru Appostlu fil-Ktajjen

Il-Ħinijiet tal-Quddies ikun fis-6.00am, 7.00am, 8.00am, 9.30am, 11.00am u 6.30pm. 8.00am: Ħruq ta’ murtali tal-bomba u murtaletti. 9.30am: Konċelebrazzjoni Solenni mmexxija minn Dun Joshua Cortis, saċerdot novell. Wara l-Evanġelju, il-Kappillan tal-parroċċa tal-Balluta, Patri Renald Loffreda O.Carm. jinseġ Kuruna ta’ Tifħir lill-Appostlu Missierna San Pietru, il-Patrun ta’ Birżebbuġa. Fi tmiem ilquddiesa titkanta l-antifona Solve Jubente Deo kompożizzjoni ta’ Mro Ray Sciberras. 11:00am: Edizzjoni Speċjali tal-programm Mill-Pinna tal-Kompożituri fl-Assenza tal-Marċ Tradizzjonali ta’ Filgħodu flimkien ma’ Christopher Bonnici, Andy Mifsud u Jonathan Ellul Bonnici. 12:00pm: Ħruq ta’ murtali tal-bomba u murtaletti. 6.00pm: Ċelebrazzjoni tat-Tieni Għasar Solenni tas-Solennità ta’ San Pietru Appostlu fil-Ktajjen. 6.30pm: Quddiesa Solenni ċċelebrata minn Dun Jean-Claude Schembri, saċerdot novell. Fi tmiem il-quddiesa ssir ir-Repożizzjoni tar-Relikwa, Antifona u Barka Sagramentali. 8.45pm: L-Għaqda tan-Nar 22 ta’ Frar issellem il-jum solenni tal-1 ta’ Awwissu, Jum San Pietru Appostlu fil-Ktajjen bi ħruq ta’ salut, sett murtali bil-logħob, beraq ikkulurit, murtali biċ-ċentru, murtali tal-kulur, blalen, sfejjer u lampjuni. Il-ħarqa tintemm b’kaxxa infernali tal-kulur.

Il-Ħamis, 5 ta’ Awwissu 2021

Wara l-Quddiesa tas-6.30pm, Adorazzjoni b’ringrazzjament għall-ġid spiritwali tal-festa.

L-animazzjoni liturġika fil-Jiem tal-Festa Titulari jsir mill-Kor Parrokkjali b’akkumpanjament tal-orkestra taħt id-direzzjoni tal-Maestro di Cappella, Josette Polidano. Inħeġġu lil kulħadd sabiex minkejja li għandna festa ridotta u bl-ebda mod ma qed titqies bħala festa bħas-soltu, fil-jiem tal-festa ta’ San Pietru Appostlu nattendu bi ħġarna l-funzjonijiet liturġiċi u nattendu l-attivitajiet illi se jkunu organizzati b’rispett sħiħ lejn is-saħħa pubblika. Nappellaw sabiex nirregolaw ruħna mas-Sagramenti tal-Qrar u t-Tqarbin f’dawn il-jiem sbieħ tal-festa. Ejjew ningħaqdu iktar minn snin oħra madwar l-altar u madwar il-patrun tagħna biex nirringrazzjaw lil Alla l-Imbierek, Ommna Marija u lil San Pietru li waqfu magħna speċjalment f’din is-sena diffiċli. Fin-nuqqas ta’ bosta attivitajiet matul is-sena minħabba l-pandemija, kull donazzjoni tkun ferm apprezzata. Il-Kumitat Eżekuttiv jirriserva d-dritt illi dan il-programm jista’ jitbiddel mingħajr avviż prematur skont il-ħtieġa tal-Festa ta’ San Pietru Appostlu.

Bla daqq u briju, marċi u nar; ’mma f’qalbna infaħħruk, patrun!

(Ħajku lil San Pietru ta’ Erica Vella)

This article is from: