4 minute read

Sabiex Nibqgħu Mixjin ’il Quddiem

Andy Mifsud

F’dawn l-aħħar xhur, mill-festa tas-sena 2020 sal-lum, is-Soċjetà Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa bbenefikat minn diversi fondi Ewropej u fondi oħra sabiex inkomplu ma’ dak li diġà bdejna sabiex inkomplu nsaħħu s-soċjetà u dak li tagħmel għallmembri, studenti tagħha u l-komunità. F’dan l-artiklu se nkun qed nagħti ħarsa ġenerali lejn dawn il-fondi sabiex b’hekk intom il-membri u l-partitarji tkunu tistgħu tapprezzaw dak illi qed isir matul is-sena.

Advertisement

LEADER Programme

● Gal Xlokk - Measure 3: Promotion of the Cultural Heritage [Documenting our history]

Permezz ta’ dawn il-fondi Ewropej taħt l-iskema Gal Xlokk inkitbet l-istorja tas-soċjetà, mit-twaqqif tagħha sal-lum u ġiet ippubblikata fi ktieb sabiex ikollna l-istorja dettaljata, affidabbli u preċizż tal-ġrajjiet kollha li seħħew sabiex twaqqfet is-soċjetà u dak kollu li ġara matul il-kors ta’ 31 sena.

Dan sar permezz ta’ ħafna riċerki fuq minuti tal-laqgħat tal-kumitat u sezzjonijiet, kotba tal-festa, kif ukoll ta’ diversi intervisti varji ma’ wħud mill-membri tagħha li kienu involuti matul is-snin fis-soċjetà.

Dan il-ktieb se jkun il-punt ta’ referenza għall-ġenerazzjonijiet futuri u għal dawk kollha li jixtiequ jkunu jafu aktar dwar il-każin tal-banda tagħna. Illum il-ġurnata, is-Socjeta Filarmonika San Pietru ta ‘Birżebbuġa hija mudell ta’ kif taħdem organizzazzjoni volontarja. Aħna nagħmlu l-almu tagħna biex nippromwovu l-mużika u l-kultura mhux biss f’Birżebbuġa imma fil-gżejjer Maltin kollha.

● Gal Xlokk - Measure 2: Strengthening a healthy cultural identity [Health, Safety and Security at Birzebbuga Band Club]

Permezz ta’ dawn il-fondi Ewropej taħt l-iskema Gal Xlokk ser jitwaħħlu kameras CCTV u Intruder Alarm madwar il-każin kollu, Fire Alarm in-naħa ta’ Triq Birżebbuġa u diversi bibien interni sabiex ikun hemm iktar sigurtà fil-każin.

It-Taħriġ Mużikali taż-Żgħażagħ fil-Każini tal-Banda ● [Ngħollu l-Livell fit-Tagħlim tat-Timpani]

Wara s-suċċess illi kellna sentejn ilu mill-fondi tal-Aġenzija Żgħażagħ biex insaħħ t-tagħlim tal-perkussjoni speċjalment tat-timpani, u s-sena l-oħra biex inkomplu nħarrġu u nsaħħu t-tagħlim liż-żgħażagħ fuq strumenti oħra tal-perkussjoni, din is-sena s-soċjetà bbenifikat minn fondi tal-istess Aġenzija Żgħażagħ sabiex inkomplu nsaħħu t-tagħlim tat-timpani. B’hekk, b’dawn il-fondi s-soċjetà xtrat Timpani Ludwig 32” sabiex b’hekk, issa l-istudenti tagħna jistgħu jitgħallmu fuq sett ta’ erba’ timpani professjonali, kollha talaħħar mudell, bil-pedali sabiex ikunu jistgħu jibdlu n-noti.

● [Inżidu strumenti ġodda fil-kunċerti flimkien]

Parti oħra mill-istess fond tal-Aġenzija Żgħażagħ hija l-ħidma flimkien masSoċjetà Filarmonika Marija Mtellgħa s-Sema tal-Imġarr. Din is-sena hija s-sitt sena li qed nagħmlu dan il-proġett flimkien, fejn ir-riżultat jidher sew hekk kif qegħdin nużaw ir-riżorsi ta’ xulxin biex inkunu nistgħu faċilment insaħħu l-iskejjel tal-mużika tagħna.

Permezz ta’ dan il-fond xtrajna diversi strumenti bħal glockenspiel, xylophone u syntisizer biex b’hekk inkomplu nespandu t-tagħlim mużikali tagħna u nkunu nistgħu nużawhom anke meta nerġgħu nibdew nikkunċertaw flimkien bejn iż-żewġ soċjetajiet. Apparti minn hekk qed naghmlu diversi master classes fuq suġġetti differenti sabiex ilmużiċisti taż-żewġ baned ikomplu jitħarrġu fit-tagħlim mużikali.

Achievers scheme [Socializing with other musicians]

Achievers hija inizjattiva ta’ finanzjament imnedija mis-Segretarjat Parlamentari għar-Riformi, Ċittadinanza, u Simplifikazzjoni tal-Proċessi Amministrattivi fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru immirata għall-Kunsilli Lokali, Kunsilli Reġjonali, u Organizzazzjonijiet Volontarji. L-għan ta’ din l-inizzjattiva huwa li jinkoraġġixxi liż-żgħażagħ joħolqu u jimplimentaw proġetti li fil-qalba tagħhom hemm il-komunità u li jqarrbu żgħażagħ oħra lejn dixxiplini differenti bhal sports, arti, mużika jew kultura li tkun ’il bogħod mill-vizzji.

F’dan il-qasam ukoll, is-Soċjetà Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa ser tkompli fuq il-proġett tassena l-oħra, imma ma’ sħabna l-mużiċisti tas-Soċjetà Filarmonika Marija Mtellgħa s-Sema tal-Imġarr u qegħdin nippjanaw ukoll illi nespandu dan il-proġett mal-Banda Santa Marija taż-Żebbuġ, Għawdex.

SIS (Small Initiatives Support Scheme) [Preserving our Music]

Permezz ta’ dan il-fond, is-soċjetà ordnat kopertini għall-mużika sabiex din tintrefa’ kif xieraq. Barra minn hekk, din il-mużika qed tiġi wkoll skenjata kollha u protetta fuq external hard drive sabiex b’hekk il-mużika tinstab aktar malajr u ma tintilifx għal kollox jekk jinqala’ xi ħaġa. Dan il-proġett qed jaħdmu fuqu l-mużiċisti żgħażagħ tas-soċjetà tagħna.

Emergency Fund

Permezz ta’ dan il-fond, is-soċjetà ngħatat l-għajnuna sabiex inkomplu ntaffu mill-ispejjeż illi qed ikollna sabiex inkomplu noperaw waqt il-pandemija Covid-19.

National Lotteries Good Causes Fund

Bl-għajnuna ta’ dan il-fond ser isir il-Fire Alarm f’parti mis-sede tas-soċjetà, speċifikament fil-parti l-ġdida li tinsab f’Misraħ il-Knisja.

Grazzi minn qalbi lil dawk kollha li għenu sabiex stajna nibbenefikaw minn tant fondi li fi żmien tant diffiċli għenu ħafna sabiex inkomplu għaddejjin bl-operat tagħna u fejn jista’ jkun anke ntejbuh. Grazzi lil sħabi talKumitat, speċjalment lit-tliet uffiċjali li naħdmu id f’id sabiex naraw illi s-soċjetà tagħna tkun dejjem lesta u bl-aħjar mod possibbli konformi mal-ħtiġijiet illi tiġi mitluba fl-applikazzjonijiet. Insellmilkom u nixtiqilkom il-festa t-tajba.

Aktar strumentatura tas-soċjetà Suspended Cymbal ġdida

Waqt l-għoti tal-ftehim mill-Fond SIS tal-MVCS

Il-Kumitat jixtieq jirringrazzja lil dawk kollha li b’xi mod jew ieħor għenu biex isiru dawn il-proġetti kif ukoll lil dawk illi għenu biex napplikaw għal dawn il-fondi; lill-President tas-Soċjetà Alexander Caruana, lis-Segretarju Ġenerali Henry Bonnici, lill-Kaxxier Walter Pace, lill-Viċi President u lill-Assistent Kaxxier Andy Mifsud u lil Godwin Borg tal-għajnuna tiegħu.

Awguri lill-familji kollha għall-festa ta' San Pietru

Ministru ghall-Inklu - żjoni u l-Kwalità tal-Hajja -

+356 7999 9936 info@juliafarrugia.com /juliafarrugia

Specialising in Dustless Blasting on Fibre & Metal

Triq ta' Rumi

Marsaskala (next to Torri Mamo) mob: 7930 0807

This article is from: