
1 minute read
Inkomplu Nsebbħu Dak li hu Tagħna
Emanuel Mangion
Kummissjoni Tisbiħ tal-Każin
Advertisement
Għaddiet sena oħra, sena oħra diffiċli għaliex għadna għaddejjin bil-pandemija. Ikolli nistqarr illi din is-sena kienet diffiċli ħafna aktar mis-sena l-oħra għaliex issa ilna għaddejjin. Jiġu mumenti fejn naqtgħu qalbna li għad xi darba nerġgħu niġu għannormal. Madankollu rridu nagħmlu kuraġġ!
Għaldaqstant aħna bħala Kummissjoni Tisbiħ tal-Każin, minkejja li kellna nqattgħu ħafna iktar ħin imsakkrin fi djarna, ħadna l-inizjattiva biex inkomplu għaddejjin bil-proġett tal-pitturi li konna bdejna f’dawn l-aħħar snin. Din is-sena waqafna ftit mill-pitturi tassala prinċipali Anthony Camilleri għax il-ħtieġa tal-każin hekk talbet.
Bħala kummissjoni qed nieħdu ħsieb illi jsiru żewġ pitturi għall-intrati tal-każin, disinn u pittura ta’ Josef Camilleri minn Għawdex. Waħda mill-pitturi turi lil San Pietru Appostlu bħala l-patrun ta’ Birżebbuġa. Din ilpittura ser tkun qed tilqa` lil kull min jidħol fis-sede tas-soċjeta` tagħna mill-intrata prinċipali. Il-pittura l-oħra hija allegorija li tirrappreżenta l-mużika u s-Soċjeta` Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa. Żewġ affarijiet imwaħħdin flimkien illi jirrappreżentaw l-għan tal-għaqda tagħna, bil-laqam Tal-Iljun u li twassal il-mużika lill-poplu ta’ Birżebbuġa.
Nistieden lil kulħadd sabiex meta jkun jista’ jiġi u jagħti titwila l-każin ġawhra tagħna u jgawdi dawn ilpitturi li għamilna ħalli jkunu jistgħu jitgawdew minn kulħadd. Fl-istess waqt nixtieq nappella lilkom ilkoll sabiex kull min ikun jista’ jgħin lis-soċjeta` jagħmel dan billi jgħaddi xi donazzjoni lill-uffiċjali tas-soċjetà jew lil xi membri tal-kummissjonijiet fi ħdan is-soċjetà.
Nagħlaq billi nawgura l-festa t-tajba lil kulħadd u minn qalbi ngħid VIVA SAN PIETRU!
