2 minute read

Mill-Ġdid – Kor Xmun Pietru

Marouska Bonnici B.A.(Hons)

L-ewwel darba li ġejt il-festa ta’ Birżebbuġa, dak iż-żmien l-għarusa ta’ Chris kienet is-sena 2006, u niftakarni nperreċ għajnejja meta qalli li fil-każin tal-Iljun għandhom kor illi jiltaqa’ b’mod volontarju fuq bażi regolari. Il-kant minn dejjem kien għal qalbi, u peress illi studjajt it-teorija mużikali ġieli kelli l-opportunità li anke mmexxi l-organizzazzjoni ta’ kor, u kantajt f’diversi korijiet, fosthom dak illi nkanta ferm għal qalbi u tant inħossni milqugħa fih, il-kor parrokkjali tal-parroċċa tagħna, immexxi b’mod tant għaqli minn Josette Polidano.

Advertisement

Is-sena l-oħra, 2020 kellha tkun sena speċjali oħra tas-soċjetà u kif niftakru ftaħna ċ-ċelebrazzjonijiet permezz ta’ quddiesa fis-sede tas-soċjetà, quddiesa li tmexxiet mill-Kappillan tal-parroċċa, il-Kanonku Anton Galea Scannura. Is-Segretarju Henry Bonnici kien avviċina lili u lil Chris sabiex nieħdu ħsieb nanimaw din il-quddiesa, u għalhekk staqsejt x’sar minnu l-kor tas-soċjetà u qaluli li ma kienx għadu jiltaqa’. Għalhekk issuġġerejt sabiex jekk huwa possibbli jerġa’ jingħaqad il-kor Xmun Pietru taħt it-tmexxija tad-Direttriċi u Fundatriċi tiegħu, Felicienne Paris, illi nixtieq insellmilha u nirringrazzjaha tax-xogħol kollu li għamlet fi ħdan dan il-kor.

Insomma, għal dik il-quddiesa tal-14 ta’ Jannar irnexxielna nsibu xi wħud illi kienu jiffurmaw parti millkor Xmun Pietru u akkumpanjati minn Marisa Cutajar fuq il-kitarra animajna l-quddiesa, illi jien insejħilha t-twelid mill-ġdid tal-kor tas-soċjetà. Kif kien jixraq, dik l-okkażjoni ntemmet bil-kant tal-innu popolari lil San Pietru, versi tal-poeta Dun Frans Camilleri, mużika ta’ Mro Carmelo Pace. Dak il-ħin nammetti li ħassejtni emozzjonata... min kellu jgħidilna x’waqfa kien hemm tistenniena?! Kif feġġet fuq l-orizzont id-data tasSibt 7 ta’ Novembru 2020, u għalhekk iddata tal-premiere tal-oratorio ‘Divo Petro’ ġejna kkuntattjati mill-uffiċjalità tas-soċjetà, Alexander u Henry jekk aħniex interessati li ningħaqdu mal-kor ‘Mirabitur’ u nkantaw fih. Ħassejt illi dan huwa ta’ unur kbir għalina... imma reġgħu ġew imposti r-restrizzjonijiet u dan ġie pospost u issa se jsir is-Sibt 24 ta’ Lulju fil-Katidral Metropolitan ta’ San Pawl flImdina.

Parti mill-kor Xmun Pietru se jkun qed jieħu sehem fih. Dan huwa ta’ unur kbir għall-kor għax se jkun qed jipparteċipa f’okkażjoni fuq skala kbira fil-Katidral Metropolitan ta’ pajjiżna. Xtaqt illi kieku l-membri kollha setgħu jibdew jattendu, imma min minħabba l-pandemija u min minħabba li kellna biss ftit provi għal din l-okkażjoni, ħass illi kellu jibqa’ barra minnha. Minn hawn nixtieq inħeġġeġ kemm lill-membri li kienu jiffurmaw parti minn dan il-kor, kif ukoll dawk illi jħobbu l-kant sabiex javviċinawni u nibdew niltaqgħu. Naċċertakom illi se ssibu familja tilqagħkom u tieħu gost bikom. Nitgħallmu nkantaw flimkien u napprezzaw it-talenti li għandna flimkien.

Nawgura lill-membri tal-kor Xmun Pietru u l-familji tagħhom, kif ukoll lill-poplu kollu ta’ Birżebbuġa, l-isbaħ xewqat għal festa qaddisa f’ġieħ l-Appostlu Missierna San Pietru u ngħidilkom ilkoll grazzi mill-qalb talli qegħdin tagħtuni ċ-ċans illi f’Birżebbuġa nipprattika t-talent illi tant inħobb, it-talent tal-kant.

EASTERN STORE

FREE DELIVERY Tel: 2765 1913

That special place for your pictures & frames Triq Zaren Dalli, B’Bugia Tel: 21657192 leonardo@onvol.net

Large selection of various sizes of frames. Importers of fine art prints. Original oil on canvas & acrylic. Prints on cotton. Lamination

This article is from: