3 minute read

Triqitna għall-Għaxar Anniversarju

Benji Caruana

Kummissjoni Armar Estern

Advertisement

Sena wara sena nkantaw f’wieħed millmarċi brijużi tas-soċjetà tagħna, u sena wara sena għaddej iż-żmien u matul il-festa ta’ din is-sena se nkunu qegħdin nibdew it-triq sabiex fis-sena 2022 infakkru u niċċelebraw kif jixraq l-għaxar anniversarju mit-twaqqif tal-Kummissjoni Armar Estern, twaqqif illi sar fis-sena 2012.

F’Dawn l-Aħħar Xhur

Peress illi ma tantx stajna nagħmlu attivitajiet minħabba s-sitwazzjoni tal-pandemija, safejn stajna nagħmlu, għamilnieh. Fil-fatt armajna t-triq u l-faċċata tal-każin għall-festa titulari 2020 u erġajna armajna Triq Birżebbuġa u Misraħ il-Knisja quddiem il-każin għallfesti tal-Milied. Għall-ewwel darba, b’kollaborazzjoni mal-Għaqda Mużikali San Pietru fil-Ktajjen, f’dawn iżżminijiet armajna għall-ewwel darba Triq Żarenu Dalli. Aktar armar min-naħa tal-Kummissjoni kien għal Jum il-Fondazzjoni, jiġifieri l-14 ta’ Jannar kif ukoll għallfesta tal-Katedra ta’ San Pietru Appostlu, nhar it-22 ta’ Frar. Aktar armar mal-faċċati tal-każin kienu fir-Randan u l-Ġimgħa Mqaddsa, l-Għid il-Kbir, Corpus Christi u l-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù.

Fl-okkażjoni tal-festi tal-Ġimgħa Mqaddsa u l-Għid il-Kbir saru għadd ta’ pavaljuni bix-xbieha ta’ Kristu Msallab, Marija Addolorata u Kristu Rxoxt. Għadd ieħor ta’ pavaljuni saru bi xbieha ta’ San Pietru Appostlu l-Patrun tagħna sabiex inkompli nżejnu il-membri u l-Birżebbuġin ikomplu jżejnu djarhom fi żminijiet differenti matul is-sena. Saru wkoll diversi kuruni bil-liedna, illi b’donazzjoni ċkejkna jistgħu jinkisbu mill-membri u jittellgħu malarbli privati tagħhom jew jintramaw ma’ xi gallerija. Sfortunatament, għat-tieni sena konsekuttiva ma stajniex inżanżnu ż-żewġ bandalori ġodda li ppreżentajna s-sena l-oħra fil-programm annwali Mill-Bandisti għallMembri. Kellna x-xewqa li nżanżnuhom minkejja li ma stajniex norganizzaw id-dimostrazzjoni bi Kristu Rxoxt, madankollu ma stajniex nagħmlu dan minħabba li żdiedu ferm ir-restrizzjonijiet min-naħa tal-Awtoritajiet tas-Saħħa.

Il-ħidma tagħna għalkemm hija bbażata madwar l-armar, madankollu ma ddurx biss fih. F’Novembru għamilna numru ta’ għadam tal-mejtin illi bħas-soltu sabu domanda qawwija tistenniehom filwaqt illi fi żmien il-festa ta’ San Valentinu għamilna l-ward illi ntlaqgħu tajjeb ħafna minn diversi maħbubin u għall-festi tal-Għid il-Kbir ikkuntentajna bosta membri u partitarji li minn sena għal sena jistaqsuna għall-figolli tradizzjonali.

Minbarra din il-ħidma ssoktajna wkoll b’xogħol ta’ rranġar fuq diversi opri tal-armar illi għandna. Dan kollu grazzi għal bosta membri u partitarji tas-soċjetà.

L-Arblu Prinċipali

Matul ix-xhur xitwin ħadna l-opportunità u niżżilna l-arblu prinċipali tas-sede tas-soċjetà sabiex isir xogħol fuqu. Diversi benefatturi għenu f’dan il-proġett, fosthom

Il-faċċata tal-każin armata għall-festi tal-Ġimgħa Mqaddsa Kuruni Ġodda għall-arbli tal-każin

Il-Kummissjoni Armar Estern John Taylor illi xtara ż-żebgħa, Christopher u Marouska Bonnici li xtraw l-istokk u Joe Caruana li dar il-labarda flimkien ma’ Ludwig Noel Desira. Marco u Frans Cassar għamlu x-xogħol fuq l-injam tal-arblu filwaqt illi Benji Caruana, Pawlu Gafà, John Taylor u Frans Cassar ħadu ħsieb ix-xogħol taż-żebgħa. Eman Farrugia ħa ħsieb l-iwweldjar. Inxtraw bozoz ġodda għall-fustun ta’ dan l-arblu. Dan ma kienx biżżejjed, għax membri minn din il-kummissjoni għenu fil-ħidma ta’ titjib u tisbiħ fis-sede tas-soċjetà, fosthom is-suffett tal-każin. Dwar dan imma, jinfurmakom aktar il-kollega tagħna, Angelo Cutajar, id-Direttur Ġenerali tas-soċjetà.

Żewġ Sorpriżi

Is-sena l-oħra kienet l-ewwel sena f’numru ta’ snin illi ma stajniex nippreżentaw is-sorpriża tradizzjonali, u għalhekk qegħdin nistednukom sabiex il-Ħadd ta’ qabel il-festa titulari, jiġifieri l-Ħadd 25 ta’ Lulju, bejn l-10:15 u nofsinhar tiġu l-pjazza prinċipali u ssegwu l-ewwel sorpriża li l-Kummissjoni Armar Estern se tkun qed tippreżenta. Dak kollu li se nagħmlu se jkun skont il-protokolli imposti mill-Awtoritajiet tas-Saħħa. Is-sorpriża l-oħra se tkun preżentata nhar l-Erbgħa 28 ta’ Lulju 2021 waqt iż-żjara li se jwettaq fis-sede tassoċjetà, il-President ta’ Malta, Dr George Vella.

Grazzi

Minn qalbi nirringrazzja lill-familji tagħna kollha u lilkom il-membri kollha ta’ din il-kummissjoni, kif ukoll lill-Kumitat Ċentrali u lis-sezzjonijiet kollha fi ħdan issoċjetà. Il-festa t-tajba lil kulħadd!

Viva San Pietru!

Chris Refrigeration Services

Automotive, Truck, Trailer, Marine, Industrial, Domestic, Air Conditioning & Refrigeration Specialising in Refrigeration & Electrical Fault finding

Chris Briffa

Mob: +356 9944 2451 Email: chrisbrif@gmail.com

Delivery in the evenings Gluten Free Food available

St. George’s Bay, Birżebbuġa Tel: 2165 3422 • Mob: 7928 4321

164, Birżebbuġa Road, Birżebbuġa T: 2165 0810 • M: 9947 8708 • E: patrickcellars@euroweb.net.mt www.patrickcellars.com

This article is from: