
4 minute read
Każin Magħluq – Aktar Ħidma
Angelo Cutajar, Benji Caruana, Eman Farrugia
Laqtu lilna, laqtu lil kulħadd. Wara l-festa li għaddiet ma tantx stajna ngawdu l-bini tal-każin miftuħ, għax fi tmiem Ottubru kellna nerġgħu nagħlqu minħabba l-miżuri restrittivi min-naħa tal-Awtoritajiet tas-Saħħa. Għalina dan kien mument diffiċli ferm bħalma kien għal kull soċjetà oħra. Inħossu li bħala każin dejjem imxejna tajjeb u osservajna l-protokolli kollha u għalhekk ma kellniex għaliex inħallsu dan il-prezz għoli. Quddiem din is-sitwazzjoni kellna għażla, jew noqogħdu nitbekkew xortina u kull xħin ngħaddu minn quddiem il-binja tal-każin ngħidu “Ara x’post sabiħ, magħluq”, inkella mmiddu għonqna għax-xogħol kif għamilna meta konna magħluqin ftit xhur qabel.
Advertisement
Għalkemm huwa każin tal-banda, u għalhekk l-għan prinċipali tal-każin jibqa’ t-tagħlim mużikali, bħal dar ta’ familja, ix-xogħol fil-binja ma jonqosx, u għalhekk f’dawn ix-xhur inżebagħ il-każin u tniżżel l-arblu prinċipali sabiex isir xogħol ta’ restawr fuqu. Il-każin tagħna mhux lakemm tgħid bajjadtu għax mhux każin ta’ kamra waħda, u għalhekk sabiex jimxi x-xogħol ikollna bżonn iż-żmien u bosta ħaddiema volontiera, illi b’rispett sħiħ lejn il-miżuri imposti, min ibajjad naħa, min oħra ħalli kemm jista’ jkun ma niltaqgħux flimkien.
Kif konna qegħdin naqilgħu, inħasset il-ħtieġa li fissala prinċipali tal-każin jitkompla x-xogħol fuq is-suffett sabiex din tingħata dehra dejjem isbaħ u akkoljenti għal min jorganizza xi attività fiha. Infakkrukom illi s-sala prinċipali Anthony Camilleri tinkera għal bosta okkażjonijiet familjari u soċjali u hija attrezzata bl-aħjar mod possibbli sabiex l-okkażjoni tagħkom tkun kompluta u sodisfaċenti.
Aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar nifhmu l-ħtieġa li naddattaw ruħna għal sorsi ta’ enerġija rinovabbli,

Il-pannelli fuq il-każin

Ludwig Noel Desira jaħdem fuq ir-restawr tal-arpa tal-arblu prinċipali Il-President Alexander Caruana jlibbes id-dijadema lill-istatwa restawrata ta’ San Pietru


San Pietru jiddaħħal fin-niċċa fl-intrata prinċipali tal-każin

San Pietru lura mir-restawr - 21 ta’ Frar 2021 Tibdil ta’ bozoz mal-faċċata tal-każin Waqt it-tniżżil tal-arblu prinċipali



Waqt il-carwash organizzata mis-sezzjonijiet f’daqqa Waqt il-ħidma fuq l-arblu prinċipali tas-sede tas-soċjetà

u għalhekk permezz ta’ fondi apposta, applikajna u l-proġett intlaqa’. B’hekk, fuq il-bjut tal-każin tagħna issa għandna l-pannelli solari li permezz tagħhom mhux biss qegħdin niffrankaw il-flus lill-każin, imma aktar minn hekk, qegħdin nikkontribwixxu bl-aħjar mod illi nistgħu favur l-enerġija ħadra.
Aktar xogħol matul dawn ix-xhur inkluda t-twaħħil ta’ bibien ġodda għal diversi kmamar u swali fil-bini tal-każin u fl-istess waqt, filwaqt illi l-lezzjonijiet tatTeorija Mużikali baqgħu għaddejjin b’mod virtwali middar, ħadna l-opportunità sabiex fil-klassi tat-tagħlim mużikali ninstallaw għamara ġdida sabiex il-klassi tkun mgħammra bl-aħjar mod possibbli, bl-istudenti li jattendu jibbenefikaw mhux biss minn tagħlim formattiv professjonali, imma jsibu ambjent illi jilqagħhom bl-aħjar mod possibbli.
Fit-taraġ tal-parti l-ġdida tal-każin, propju fis-sular ta’ isfel, faċċata tal-lift, issa hemm in-niċċa bl-istatwa ta’ Kristu Rxoxt. B’hekk, meta jekk Alla jrid, nittamaw illi fiż-żmien li ġej għad nerġgħu noħorġuha għaddimostrazzjoni nhar l-Għid il-Kbir, se niffrankaw ħafna keded lill-membri, partitarji u r-reffiegħa għax ma jkollniex noqogħdu nniżżluha min-niċċa li kellha oriġinarjament, illi kienet tinsab fit-tieni sular. Minħabba f’hekk ukoll, tista’ titgawda iktar minn kull min iżur il-bini tal-każin.
Ftit jiem wara l-carcade spontanju li organizzajna f’Jum il-Festa Titulari, fin-nuqqas tal-pelleginaġġ, l-istatwa ta’ San Pietru tas-soċjetà marret għar-restawr u induratura bid-deheb. Għal darba oħra dan ix-xogħol
kien fdat f’idejn l-istatwarju li ħadimha fl-1991, il-Kavallier Alfred Camilleri Cauchi u ibnu Aaron, illi għamlu biċċa xogħol mill-isbaħ. F’dawn ix-xhur, waqt illi l-istatwa ta’ San Pietru Appostlu kienet għar-restawr, saret niċċa ġdida għaliha wkoll, u għalhekk, meta waslet lura filkażin, Lejlet il-Festa tal-Katedra ta’ San Pietru Appostlu, nhar il-Ħadd 21 ta’ Frar 2021 filgħodu, minflok ittellgħet fuq fl-ewwel sular, iddaħħlet fin-niċċa l-ġdida li tinsab propju fid-daħla tal-każin. L-għan illi n-niċċa ta’ San Pietru Appostlu tkun flintrata prinċipali tal-każin huwa sabiex din titgawda mhux biss mill-bini tal-każin imma mit-triq ukoll. Min jaf kemm bħala Birżebbuġin, filgħodu fi triqitna lejn ix-xogħol inħarsu lejn din l-istatwa u bi tbissima reċiproka nitolbuh jieqaf magħna u mal-għeżież tagħna f’dik il-ġurnata li nkunu qegħdin nibdew. Minkejja li ktibna aħna dan l-artiklu ma konniex aħna biss illi għamilna dan ix-xogħol kollu matul din is-sena, għax li kieku ħdimna aħna biss, żgur illi ma sarx daqshekk xogħol, u għalhekk nixtieq b’wiċċna minn quddiem nirringrazzjaw lill-benefatturi u l-ħaddiema kollha li ksieħ jew sħana, f’sitwazzjoni tant diffiċli ta’ pandemija iffrekwentaw il-każin mhux biex imaqdru jew jikkritikaw, imma biex imiddu għonqhom għall-ħidma sabiex id-dar tal-Birżebbuġin issir dejjem isbaħ u aħjar. Grazzi mill-qalb u niltaqgħu wara l-festa sabiex inkomplu nsebbħu darna. Għalissa, ejjew ingawdu l-festa bl-aħjar mod illi nistgħu u nibżgħu għal saħħitna u għal saħħet xulxin. Viva San Pietru l-Patrun ta’ Birżebbuġa! Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990