Pietru: Ħarisna mill-Ħsarat u l-Vizzjijiet Mill-Pinna tal-Editur
Nittamaw… Christopher Bonnici B.A.(Hons); M.A.; ALCM; LLCM Insellmilkom u Paċi u Saħħa lil Kulħadd! Nixtieq nibda l-messaġġ bil-frażi ‘Waslet Festa Oħra’, imma nibża’ li nkun qed inweġġa’ xi sentimenti ta’ xi persuna jew oħra. Għax ngħiduha kif inhi, lil San Pietru nħobbuh, u għalhekk billi nattendu l-funzjonijiet festivi fil-knisja parrokkjali għandna jkollna s-sodisfazzjon illi għallinqas nistgħu ngawdu l-funzjonijiet interni wara li s-sena l-oħra kellna niċċaħdu minnhom ukoll minħabba r-restrizzjonijiet illi kellna. U biex iżżid il-melħ fuq il-ferita, propju Lejlet il-Festa titulari ħarġet id-deċiżjoni li lanqas stajna niċċelebraw il-festa bil-pellegrinaġġ. Kienet festa li fiha kull min iħobb lil San Pietru verament ħass qalbu tingħafas fiha... Ittamajna Ittamajna fuq li ttamajna li l-affarijiet jitjiebu, u kien hemm ċans. Ix-xewqa li almenu naraw lil San Pietru fi triqatna s-sena l-oħra kienet kważi realtà sakemm Lejlet il-Festa ħarġet id-direttiva tal-Kurja Arċiveskovili li dan ma jsirx bħala prekawzjoni. Niftakar lill-Kappillan jgħid fi tmiem il-quddiesa tal-festa li sena oħra bħal dak il-ħin, jekk Alla jrid, San Pietru jkun fil-bieb tal-knisja filbidu tal-purċissjoni... imma għal darba oħra... dan ma kellux ikun, u lil San Pietru se jkollna ngawduh biss minn fuq il-bankun... bħall-festi l-oħra kollha. Niftakru Mis-sena l-oħra ’l hawn tlifna bosta nies b’effett talpandemija, imma mhux biss. Bosta nies tilfu ħajjithom b’kawżi oħra, oħrajn sfaw mingħajr impjieg, oħrajn qed ibatu. Qed niftakar b’mod speċjali fil-membri tassoċjetà u fil-memorja tal-Professur Oliver Friggieri, li bħal diversi oħrajn għallimni fis-snin tal-Università u li għandna fl-arkivji tagħna monument letterarju fl-innu li jfakkar għeluq il-50 sena mill-miġja tal-istatwa titulari f’raħalna, l-innu Inħobbuk Bħalma Niesna Ħabbewk. Lill-editur ta’ qabli Josef Schembri kkuntattjajtu sabiex jagħmlilna artiklu dwaru, imma minħabba d-daqs illi kellu jiġi l-ktieb, jekk Alla jrid, dan l-omaġġ inħalluh għall-pubblikazzjoni tas-sena d-dieħla. Huwa d-dmir tagħna bħala Nsara li niftakru f’dawn in-nies u fl-għeżież tagħhom. Ma nistgħux nifirħu li qegħdin niċċelebraw festa nisranija jekk fuq kollox ma nagħtux kas ta’ min qed ibati. Is-Soċjetà Is-sena l-oħra fakkarna t-tletin sena mit-twaqqif u ma waqafniex hemm. Xtaqna li kieku nagħmlu aktar, xtaqna li kieku mmorru aħjar u nagħmlu l-proġetti li kellna f’moħħna, imma s-sitwazzjoni ma ħallitniex nagħmlu dan. Għall-grazzja t’Alla u ta’ San Pietru, is-
4
Sibt ġimgħa qabel il-festa titulari se jkun qed jittella’ l-Premiere tal-Oratorio Divo Petro fil-Katidral Metropolitan ta’ San Pawl, l-Imdina, li kellu jittella’ f’Novembru 2020. Nittamaw illi kollox imur sewwa ħalli din l-okkażjoni tkun ħolqa oħra fil-kullana ta’ suċċessi fis-soċjetà tagħna. Il-ħaddiema manwali tagħna, b’mod volontarju, pandemija u mhix, qatt ma waqfu, kif se taraw f’paġni oħra ta’ dan l-annwal. Il-ħidma fis-sular ta’ isfel u l-bottegin kif ukoll xogħol ieħor fil-każin ma waqfux, anzi fiż-żmien illi dan kellu jinżamm magħluq, ix-xogħol aktar tkompla ħalli l-membri u l-pubbliku li jiffrekwentaw is-sede tas-soċjetà jkollhom dejjem ambjent aħjar li jilqagħhom. Dan mhux dejjem kien faċli, għax il-ħidma dejjem kellha tibqa’ għaddejja b’rispett sħiħ lejn ir-restrizzjonijiet imposti mill-Awtoritajiet tasSaħħa. L-Istorja tas-Soċjetà Matul din is-sena, is-Soċjetà Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa ppubblikat ukoll il-ktieb talistorja tagħha. Ktieb illi involva ħafna riċerka u ħidma minn diversi persuni li kienu ta’ għajnuna u sapport għalija matul is-sena li fi żmien il-pandemija kelli naħdem fuq din il-ħolma tiegħi li kienet ukoll il-ħolma ta’ bosta membri mis-soċjetà. Nammetti li għalija ma kienx żmien faċli u kien hemm mumenti li bdejt naqta’ qalbi li nlestih. Kont għaddej bl-istudju tiegħi fuq Diploma oħra mużikali mal-London College of Music, il-lezzjonijiet online, u fuq kollox it-twelid ta’ bintna Petra Marie. Imma bil-għajnuna anke tal-mara tiegħi, irnexxieli dejjem inlaħħaq u nsib bilanċ f’kollox. Kull membru u partitarju tas-soċjetà għandu jara li jkollu kopja ta’ din il-pubblikazzjoni Benniena Mużikali tal-Birżebbuġin fillibrerija tiegħu. Dan l-appell imur ukoll għar-riċerkaturi u dawk illi tinteressahom l-istorja tas-soċjetajiet mużikali ta’ pajjiżna. Aħna... mhux Jien! U dan il-ħsieb tal-ktieb tal-istorja jwassalni sabiex naħseb daqsxejn. Kultant jidher isem ta’ persuna waħda fuq biċċa xogħol, imma wara dik il-persuna jkun hemm ħafna oħra, kultant lanqas jidhru f’ritratt wieħed, kultant lanqas jissemma isimhom, imma jkunu għamlu ħafna ħidma minn wara l-kwinti. Nammetti, li kieku ma kellix l-għajnuna ta’ bosta persuni, il-ktieb tassoċjetà ma kienx jitlesta. L-istess din il-pubblikazzjoni. Ejjew dejjem napprezzaw il-ħidma ta’ xulxin, ċkejkna kemm hija ċkejkna. Ejjew dejjem nużaw aktar il-kelma Aħna, grammatikalment Pronom Magħżul Personali tal-Ewwel Persuna fil-Plural, nagħmlu aktar ġid milli ngħidu “jien”. Ejja nħallu l-ego tagħna fil-ġenb u
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 32 – Festa 2021