Pietru: Ħarisna mill-Ħsarat u l-Vizzjijiet
Triqitna għall-Għaxar Anniversarju Benji Caruana
Kummissjoni Armar Estern
Sena wara sena nkantaw f’wieħed millmarċi brijużi tas-soċjetà tagħna, u sena wara sena għaddej iż-żmien u matul il-festa ta’ din is-sena se nkunu qegħdin nibdew it-triq sabiex fis-sena 2022 infakkru u niċċelebraw kif jixraq l-għaxar anniversarju mit-twaqqif tal-Kummissjoni Armar Estern, twaqqif illi sar fis-sena 2012. F’Dawn l-Aħħar Xhur Peress illi ma tantx stajna nagħmlu attivitajiet minħabba s-sitwazzjoni tal-pandemija, safejn stajna nagħmlu, għamilnieh. Fil-fatt armajna t-triq u l-faċċata tal-każin għall-festa titulari 2020 u erġajna armajna Triq Birżebbuġa u Misraħ il-Knisja quddiem il-każin għallfesti tal-Milied. Għall-ewwel darba, b’kollaborazzjoni mal-Għaqda Mużikali San Pietru fil-Ktajjen, f’dawn iżżminijiet armajna għall-ewwel darba Triq Żarenu Dalli. Aktar armar min-naħa tal-Kummissjoni kien għal Jum il-Fondazzjoni, jiġifieri l-14 ta’ Jannar kif ukoll għallfesta tal-Katedra ta’ San Pietru Appostlu, nhar it-22 ta’ Frar. Aktar armar mal-faċċati tal-każin kienu fir-Randan u l-Ġimgħa Mqaddsa, l-Għid il-Kbir, Corpus Christi u l-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù. Fl-okkażjoni tal-festi tal-Ġimgħa Mqaddsa u l-Għid il-Kbir saru għadd ta’ pavaljuni bix-xbieha ta’ Kristu Msallab, Marija Addolorata u Kristu Rxoxt. Għadd ieħor ta’ pavaljuni saru bi xbieha ta’ San Pietru Appostlu l-Patrun tagħna sabiex inkompli nżejnu il-membri u l-Birżebbuġin ikomplu jżejnu djarhom fi żminijiet
differenti matul is-sena. Saru wkoll diversi kuruni bil-liedna, illi b’donazzjoni ċkejkna jistgħu jinkisbu mill-membri u jittellgħu malarbli privati tagħhom jew jintramaw ma’ xi gallerija. Sfortunatament, għat-tieni sena konsekuttiva ma stajniex inżanżnu ż-żewġ bandalori ġodda li ppreżentajna s-sena l-oħra fil-programm annwali Mill-Bandisti għallMembri. Kellna x-xewqa li nżanżnuhom minkejja li ma stajniex norganizzaw id-dimostrazzjoni bi Kristu Rxoxt, madankollu ma stajniex nagħmlu dan minħabba li żdiedu ferm ir-restrizzjonijiet min-naħa tal-Awtoritajiet tas-Saħħa. Il-ħidma tagħna għalkemm hija bbażata madwar l-armar, madankollu ma ddurx biss fih. F’Novembru għamilna numru ta’ għadam tal-mejtin illi bħas-soltu sabu domanda qawwija tistenniehom filwaqt illi fi żmien il-festa ta’ San Valentinu għamilna l-ward illi ntlaqgħu tajjeb ħafna minn diversi maħbubin u għall-festi tal-Għid il-Kbir ikkuntentajna bosta membri u partitarji li minn sena għal sena jistaqsuna għall-figolli tradizzjonali. Minbarra din il-ħidma ssoktajna wkoll b’xogħol ta’ rranġar fuq diversi opri tal-armar illi għandna. Dan kollu grazzi għal bosta membri u partitarji tas-soċjetà. L-Arblu Prinċipali Matul ix-xhur xitwin ħadna l-opportunità u niżżilna l-arblu prinċipali tas-sede tas-soċjetà sabiex isir xogħol fuqu. Diversi benefatturi għenu f’dan il-proġett, fosthom
Il-faċċata tal-każin armata għall-festi tal-Ġimgħa Mqaddsa
52
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 32 – Festa 2021
Kuruni Ġodda għall-arbli tal-każin