Min Qalb L-Iljuni 2021

Page 43

Pietru: Ħarisna mill-Ħsarat u l-Vizzjijiet

Messaġġ mill-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda Raymond Zammit

Is-Segretarju Ġenerali Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda

Meta qegħdin f’dak li suppost normalment ikun staġun tal-festi, minflok qegħdin f’mument partikulari f’ċirkustanzi li biddlulna n-normalità tal-ħajja attiva tassoċjetajiet tagħna. Għal dawn l-aħħar erbatax-il xahar, is-soċjetajiet tal-banda f’Malta u Għawdex inħakmu mill-effetti talCovid-19 xejn anqas minn ħaddieħor. Kulħadd iħoss l-effett fuqu minn aspetti varji iżda ħaġa komuni għal kulħadd kienet u għadha li l-festa tagħna ma nistgħux nagħmluha kif jistħoqqilha u kif nixtiquha. F’Marzu tas-sena 2020 bdejna bil-ħasda talCovid-19 u bdejna nidħlu fi drawwiet ġodda li kkundizzjonawna mhux ftit. Esperjenzajna kif nistgħu naħdmu mhux bil-mod tas-soltu. Is-Sibt 23 ta’ Jannar 2021 komplejna b’ħasda oħra. L-Għaqda tilfet wieħed minnha, membru li l-Għaqda u kull wieħed minna kien iħares lejh bħala sors ta’ informazzjoni, faraġ u ta’ għajnuna. JC, kif kien l-aktar magħruf, kien maħbub u rispettat u jibqa’ ikona talGħaqda għas-servizz inkondizzjonat li kien jagħti lil kulħadd. Meta f’Settembru hu stess kien proponieni biex neħodlu postu għax kien iddeċieda li jieqaf, mill-ewwel ħassejt il-piż tal-kariga, iżda niftakar kliemu stess meta inkoraġġieni biex naċċetta basta naħdem flimkien malmembri tal-Eżekuttiv u mal-membri kollha tas-soċjetajiet

imsieħba. Kien jemmen fil-kollettiv u li kulħadd jagħti s-sehem tiegħu. Lil JC, l-Għaqda Nazzjonali Każini talBanda sellmitlu kif kien xieraq u se nibqgħu niftakruh għall-ġid u x-xogħol li wettaq b’risq is-soċjetajiet li tant kien iħobb. Kieku dan iż-żmien kien żmien normali ta’ festi, konna nkunu qegħdin fl-aqwa tat-tħejjijiet, madankollu l-ħsieb dwar il-festa ma naqasx. Anke l-Għaqda tagħna, kif tafu żammet il-festa fuq nett fl-aġenda tagħha. L-Eżekuttiv huwa konxju tar-responsabbiltà li kull soċjetà mxiet biha f’dak kollu li rnexxielhom jagħmlu u dan nirrikonoxxuh bis-sħiħ. Flimkien mas-soċjetajiet kollha membri, tant ħdimna għall-ġid tal-Festa Maltija biex tkun dejjem ta’ suċċess, tant li qed nistennew b’ħerqa u b’fiduċja li l-Festa Maltija tiġi rikonoxxuta bħala Wirt Intanġibbli fillista Rappreżentattiva tal-Umanità tal-UNESCO. Kif dejjem ħeġġiġna hekk ukoll qed inkomplu nagħmlu, sabiex sakemm jasal iż-żmien li nkunu nistgħu naħdmu u nagħtu sehemna f’dak kollu li s-soċjetà s-soltu tagħmel, irridu nibqgħu b’saqajna mal-art u b’rasna fuq għonqna, kif ngħidu bil-Malti, billi nsegwu l-istruzzjonijiet tal-awtoritajiet tal-pajjiż biex jirnexxielna naslu fejn nixtiequ. Nawgura lill-membri kollha tas-soċjetà kif ukoll ilpoplu fil-komunità, ħidma fejjieda b’risq il-ġid tal-istess komunità li ngħixu fiha u tal-fraternità bandistika.

Waqt l-aħħar tislima lil JC Azzopardi; is-Soċjetà tagħna tidher preżenti wkoll bl-istandard tagħha

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 32 – Festa 2021

41


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.
Min Qalb L-Iljuni 2021 by Banda Birzebbuga A.D. 1990 - Issuu