Min Qalb L-Iljuni 2021

Page 38

Pietru: Ħarisna mill-Ħsarat u l-Vizzjijiet

Sabiex Nibqgħu Mixjin ’il Quddiem Andy Mifsud F’dawn l-aħħar xhur, mill-festa tas-sena 2020 sal-lum, is-Soċjetà Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa bbenefikat minn diversi fondi Ewropej u fondi oħra sabiex inkomplu ma’ dak li diġà bdejna sabiex inkomplu nsaħħu s-soċjetà u dak li tagħmel għallmembri, studenti tagħha u l-komunità. F’dan l-artiklu se nkun qed nagħti ħarsa ġenerali lejn dawn il-fondi sabiex b’hekk intom il-membri u l-partitarji tkunu tistgħu tapprezzaw dak illi qed isir matul is-sena.

LEADER Programme ● Gal Xlokk - Measure 3: Promotion of the Cultural Heritage [Documenting our history] Permezz ta’ dawn il-fondi Ewropej taħt l-iskema Gal Xlokk inkitbet l-istorja tas-soċjetà, mit-twaqqif tagħha sal-lum u ġiet ippubblikata fi ktieb sabiex ikollna l-istorja dettaljata, affidabbli u preċizż tal-ġrajjiet kollha li seħħew sabiex twaqqfet is-soċjetà u dak kollu li ġara matul il-kors ta’ 31 sena. Dan sar permezz ta’ ħafna riċerki fuq minuti tal-laqgħat tal-kumitat u sezzjonijiet, kotba tal-festa, kif ukoll ta’ diversi intervisti varji ma’ wħud mill-membri tagħha li kienu involuti matul is-snin fis-soċjetà. Dan il-ktieb se jkun il-punt ta’ referenza għall-ġenerazzjonijiet futuri u għal dawk kollha li jixtiequ jkunu jafu aktar dwar il-każin tal-banda tagħna. Illum il-ġurnata, is-Socjeta Filarmonika San Pietru ta ‘Birżebbuġa hija mudell ta’ kif taħdem organizzazzjoni volontarja. Aħna nagħmlu l-almu tagħna biex nippromwovu l-mużika u l-kultura mhux biss f’Birżebbuġa imma fil-gżejjer Maltin kollha. ● Gal Xlokk - Measure 2: Strengthening a healthy cultural identity [Health, Safety and Security at Birzebbuga Band Club] Permezz ta’ dawn il-fondi Ewropej taħt l-iskema Gal Xlokk ser jitwaħħlu kameras CCTV u Intruder Alarm madwar il-każin kollu, Fire Alarm in-naħa ta’ Triq Birżebbuġa u diversi bibien interni sabiex ikun hemm iktar sigurtà fil-każin. It-Taħriġ Mużikali taż-Żgħażagħ fil-Każini tal-Banda ● [Ngħollu l-Livell fit-Tagħlim tat-Timpani] Wara s-suċċess illi kellna sentejn ilu mill-fondi tal-Aġenzija Żgħażagħ biex insaħħ t-tagħlim tal-perkussjoni speċjalment tat-timpani, u s-sena l-oħra biex inkomplu nħarrġu u nsaħħu t-tagħlim liż-żgħażagħ fuq strumenti oħra tal-perkussjoni, din is-sena s-soċjetà bbenifikat minn fondi tal-istess Aġenzija Żgħażagħ sabiex inkomplu nsaħħu t-tagħlim tat-timpani. B’hekk, b’dawn il-fondi s-soċjetà xtrat Timpani Ludwig 32” sabiex b’hekk, issa l-istudenti tagħna jistgħu jitgħallmu fuq sett ta’ erba’ timpani professjonali, kollha talaħħar mudell, bil-pedali sabiex ikunu jistgħu jibdlu n-noti. ● [Inżidu strumenti ġodda fil-kunċerti flimkien] Parti oħra mill-istess fond tal-Aġenzija Żgħażagħ hija l-ħidma flimkien masSoċjetà Filarmonika Marija Mtellgħa s-Sema tal-Imġarr. Din is-sena hija s-sitt sena li qed nagħmlu dan il-proġett flimkien, fejn ir-riżultat jidher sew hekk kif qegħdin nużaw ir-riżorsi ta’ xulxin biex inkunu nistgħu faċilment insaħħu l-iskejjel tal-mużika tagħna. Permezz ta’ dan il-fond xtrajna diversi strumenti bħal glockenspiel, xylophone u syntisizer biex b’hekk inkomplu nespandu t-tagħlim mużikali tagħna u nkunu nistgħu nużawhom anke meta nerġgħu nibdew nikkunċertaw flimkien bejn iż-żewġ soċjetajiet. Apparti minn hekk qed naghmlu diversi master classes fuq suġġetti differenti sabiex ilmużiċisti taż-żewġ baned ikomplu jitħarrġu fit-tagħlim mużikali.

36

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 32 – Festa 2021


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.