Pietru: Ħarisna mill-Ħsarat u l-Vizzjijiet
Il-Messaġġ tas-Sindku ta’ Birżebbuġa Joseph Farrugia
Għaddiet sena oħra u l-festa, għal darba oħra minħabba l-imxija tal-COVID-19, se ssir b’mod differenti mis-soltu. Iżda nixtieq infakkarkom li l-festa hija l-ispirtu fil-qalb, l-imħabba u r-rispett bejn ir-residenti. Mingħajr dawn il-valuri ma jkun ifisser xejn li jkollna briju, nar mill-isbaħ, marċi brillanti u dekorazzjonijiet mill-isbaħ. Madankollu, xorta nħoss li f’din is-sitwazzjoni, żgur li se jkollna festa ta’ għaqda u atmosfera sabiħa bħalma jkollna kull sena. Matul dawn l-aħħar 23 sena li servejt bħala Sindku ta’ din il-lokalità ħdimt sabiex il-lokalità tagħna tingħata l-aqwa rispett. Dejjem imxejt bil-prinċipju li tkun filKunsill, mhux biex tkun moqdi, iżda biex taqdi. Inutli tkun f’din il-pożizzjoni u ma ssemmax leħen ir-residenti tiegħek. Inutli tkun f’din il-pożizzjoni jekk ma tħossx il-karba tagħhom. Sfortunatament qatt ma għaddietli minn moħħi li kelli nservi dan iż-żmien kollu fit-tmun tal-lokalità tagħna, biss issa nemmen li wasal iż-żmien tiegħi li nirtira. Għalhekk dan ser ikun l-aħħar messaġġ ta’ awguri tiegħi.
Nammetti li tul dawn l-aħħar sentejn iddestin ma kien faċli xejn. Nammetti li saħħti m’għadhiex dik li kienet 23 sena ilu, nixtieq kieku, iżda issa ż-żmien beda jagħmel tiegħu. Kien għalhekk li fl-aħħar seduta talKunsill ħabbart li wasal iż-żmien li nagħmel pass lura u nibqa’ nservi bħala kunsillier fi ħdan il-Kunsill Lokali, biex b’hekk issa jkolli l-opportunità li nara l-lokalità tagħna titmexxa minn persuna bi ħsieb żagħżugħ li jkun jista’ jagħti l-enerġija li hemm bżonn, sabiex nilħqu l-għanijiet ġodda. Qabel nagħlaq irrid nieħu l-opportunità biex nawgura l-festa t-tajba lir-residenti kollha, kif ukoll nirringrazzja lil dawk kollha li għal 23 sena sħaħ fdawni sabiex immexxi lil din il-lokalità tant sabiħa. Nawgura l-festa t-tajba lil sħabi l-kunsillieri, lis-Segretarju Eżekuttiv u l-istaff tal-uffiċċju li jaħdem qatigħ u lil kull entità li filħin liberu tagħha, tiddedika ħinha, sabiex il-festa b’mod jew ieħor tittella’ u tkun ta’ ferħ u għaqda għar-residenti ta’ Birżebbuġa.
Rainbow Stationery 14, Misraħ il-Knisja, Birżebbuġa • Tel: 27874677
For all your stationery requirements for School, Home, Office
• Photo Digital Printing • Passport Photos • All Kinds of Watch Repairs, Batteries, Straps Flowers for All • Scan Services Occasions • Craft Items • One For All Gift Vouchers • Laundry & Dry Cleaning Services Rainbow Sta tionery Gift Vouchers • Me To You • E-Cigarettes & Liquids Available • Greeting Cards • Silver Plated Frames • Perfumes • Magazines • Personalised Hand Made Cards • Original Ink Cartridges & Toners For All Printers • Games, Toys & Gifts for all occasions and much more… Rainbow Stationery Birzebbuga
Email: xmark11@hotmail.com
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 32 – Festa 2021
29