Pietru: Ħarisna mill-Ħsarat u l-Vizzjijiet
Il-Ħsieb tad-Direttur Spiritwali Dun Charles Carabott
Il-Knisja llum, imwaqqfa minn Kristu taħt it-tmexxija ta’ Pietru tinsab għaddejja minn kriżi serja. Min-naħa hemm dawk li jridu jreġġgħu l-arloġġ lura għal qabel ir-riformi tal-Konċilju Vatikan ll, u oħrajn li jridu bidla mgħaġġla fl-istruttura tal-Knisja, jiġifieri aktar involviment tal-lajċi fit-tmexxija, post aktar importanti għall-mara u l-ordinazzjoni tagħhom bħala saċerdoti, it-tneħħija taċ-ċelibat mis-saċerdozju, l-ordinazzjoni ta’ rġiel diġà miżżewġa, komma aktar wiesgħa għal dawk divorzjati u miżżewga mill-ġdid. U l-Papa jiżfen fin-nofs… attakkat miż-żewġ fazzjonijiet. Għadni kif qrajt rapport tas-sitwazzjoni tal-Knisja filĠermanja… ma tantx huwa inkoraġġanti għall-ġejjieni tal-Knisja. Imma wieħed ma għandu qatt jaqta’ qalbu… ghax nemmnu fi kliem Kristu lil Pietru… ‘Il-bibien tal-infern ma jegħlbuhiex’. Anke jekk dawk li qed ikunu ta’ tant ostakolu għas-suċċessur ta’ Pietru huma nies imlaħħqa fil-Knisja, li qed jimminaw ir-riformi li jrid il Papa Frangisku biex il-Knisja tkun aktar qrib in-nies, aktar qrib in-nagħaġ, Knisja li taqdi u tħenn, lil dawk imwarrba u mistmerra bħar-refuġjati fostna, taqdi lil dawk li ma għandhomx wisq mezzi biex ipoġġu ikel fuq il-mejda wara li jħallsu l-kera tal-garaxx illi qed jgħixu fih. Il-Papa Franġisku, suċċessur dehen ta’ Pietru. Pietru li sema’ lill-Imgħallem jgħidlu: ‘Jien nibqa’ magħkom salaħħar taż-żmien.’ Nibqa’ magħkom minkejja d-dgħufija
ta’ dawk li huma parti mill-Knisja, minn fuq sa isfel, kif baqa’ ma’ Pietru anke wara li fi dgħufitu naqsu bil-kbir fil-ħin ta’ prova. Min-naħa tagħna, ulied Pietru, ma nkabbrux il-ħtijiet ta’ dawk illi jonqsu u jiżbaljaw… għax aħna lkoll midinba u neħtieġu l-maħfra. Lanqas ma għandna nkunu Kattoliċi fuq ‘issue’ waħda… eżempju jien nisrani biss għax kontra l-abort u ma jimpurtanix minn ‘issues’ oħra bħall-ġustizzja u s-solidarjetà ma’ dak li hu żgħir u qed jgħix fil-periferija tas-soċjetà, ma’ eks-priġunieri, ma’ nies b’orjentamenti sesswali differenti minn tagħna, ma’ nies li forsi żbaljaw bil-kbir. Ma nkunux nies li dejjem lesti nikkundannaw lil min il-kuxjenza tiegħu tgħidlu xi ħaġa li l-kuxjenza tagħna tgħidilna mod ieħor. Tiftakruh kliem Kristu lill-Fariżej?... Erġajna għal sena oħra qed niċċelebraw il-festa ‘ġewwa’ bi ftit sinjali tal-atmosfera sabiħa li mdorrijin biha. Tal-inqas kien hemm progress mis-sena l-oħra, u ftit jew wisq nistgħu niltaqgħu ftit u nifirħu flimkien. J’Alla din tkun verament l-aħħar darba li se nkunu mċaħħda milli niċċelebraw il-festa tal-patrun tagħna kif aħna mdorrija matul is-snin l-imgħoddija… ħeqq, l-inqas li nistgħu nagħmlu hu li nitolbu lil Pietru tagħna jidħol għalina quddiem Ġesù biex din l-imxija tgħaddi minn fuqna ħalli nerġgħu nibdew ngħixu ħajja aktar normali.
St. Mary Butcher (Prop. Joe Vella)
For fresh & frozen meat
7, Profs. Anton Tabone Street, BirΩebbu©a – Tel: 21651118 Opening Hours: Tuesday to Friday: 9.00am to 6.00pm, Saturday: 9.00am to 2.00pm Wednesday till 2.00pm Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 Minn Qalb l-Iljuni – Edizzjoni 32 – Festa 2021
hairstyles
21, Triq Raymond Caruana, Gudja • Tel: 2167 3030
27