Ktieb Festa Madonna tar-Rużarju 2022 (Gudja)

Page 36

Soċjetà Filarmonika

La Stella Gudja A.D. 1919

Festa Madonna tar-Rużarju 2022

Bord Editorjali

Randolph Micallef Michel Mifsud Terence Muscat

Ġbir ta’ Reklami Michel Mifsud Etienne Caruana Malcolm Zammit Kurt Bartolo

Qari tal-Provi

Randolph Micallef Michel Mifsud Ritratti Matthew Chetcuti Randolph Micallef Michel Mifsud Sergio Farrugia Marylise Grioli

Issettjat u Mitbugħ

Terence Muscat

Bonnici’s Press, Valletta

Werrej..........................................................................................1

Editorjal........................................................................................2

Kumitat Eżekuttiv.........................................................................4 Messaġġ mill-President...............................................................6 Messaġġ mis-Segretarju..............................................................8 Messaġġ mill-Kaxxier.................................................................10

Messaġġ mid-Direttur................................................................12

Messaġġ mis-Surmast Direttur..................................................18 Messaġġ mid-Delegat tal-Banda...............................................22

Programm Vokali u Strumentali................................................25 Messaġġ mil-Licensee...............................................................28 Programm tan-Nar.....................................................................31

Messaġġ mis-Sezzjoni Nisa.......................................................32 Messaġġ mis-Sezzjoni Żgħażagħ...............................................36

Messaġġ mill-Fratellanza tas-S.Smu Rużarju............................40

Mill-Maħżen tal-Armar..............................................................44

Messaġġ mid-Direttur Spiritwali...............................................48

Messaġġ mill-Arċipriet...............................................................52

Programm Festa Interna............................................................55

Messaġġ mis-Sindku..................................................................56

Programm Festa Esterna...........................................................60

Mid-Djarju ta’

minn Mons. Ġużeppi

Anġlu Dalli (1868-1936)..........................................................114

Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja -

Gio Maria Abdilla...............................................64 Estratt
De Piro.........................................84
Werrej Il-Kappellun tal-Madonna tar-Rużarju - Matthew Chetcuti. Ċelebrazzjonijiet 100 Sena Fostna - Sergio Farrugia Ritratti Qoxra

Editorjal

Festa Speċjali

Il-festa tal-Madonna tar-Rużarju kienet u tibqa’ f’qalb il-Gudjani għal bosta raġunijiet. Iktar u iktar din is-sena li fiha qed niċċelebraw il-100 sena mill-wasla talvara proċessjonali tal-Madonna tar-Rużarju fil-Gudja.

Wara li erġajna bdejna niċċelebraw kif jixraq lil Ommna Marija fil-festa ta’ Santa Marija, issa li wasal ix-xahar t’Ottubru, ma jonqosx li nieħdu pjaċir ukoll niċċelebraw lil Ommna Marija taħt it-titlu tar-Rużarju Mqaddes. Kif tistgħu tapprezzaw, anke minn din il-pubblikazzjoni, din is-sena ser jerġa’ jkollna programm varjat ta’ attivitajiet biex infakkru dan l-avveniment storiku. Kif jgħid il-Malti xejn ma jsir b’xejn u wara kull attività jew proġett li jsir hemm ħafna siegħat ta’ xogħol minn nies volontarji. Xi jfisser volontarju? Forsi l-ewwel ħaġa li wieħed tiġih ġo rasu huwa xogħol bla ħlas. Veru, imma mhux biss. Xogħol volontarju jfisser ukoll ħafna flessibilità, responsabbiltà, sagrifiċċju, nies li joħorġu barra minn triqthom, nies li jaħdmu fuq proġetti minkejja li mhumiex akkademikament kwalifikati u mħarrġa f’oqsma partikolari (anke jekk kulħadd sfortunatament jippretendi riżultati professjonali).

Iżda probabbli dak hu s-sabiħ tal-festi. Li minkejja kollox, l-imħabba lejn il-Madonna jew lejn il-qaddis twassal sabiex uħud jagħmlu dak li oħrajn anqas jirnexxielhom jagħmlu għall-flus. Dak li oħrajn, fid-dinja tal-lum, anqas biss joħolmu li jibdew aħseb u ara li jwettqu. Għaldaqstant m’hemmx kelma isbaħ minn sempliċiment grazzi kbira lil kull min jgħin sabiex din il-festa tkun possibbli; min ftit u min ħafna, min b’mod u min b’ieħor. Il-kontribut tagħkom jagħmel il-festa possibbli.

L-appell tagħna jibqa’ sabiex taħsbu f’dawk kollha li jgħinuna niffinanzjaw din ilpubblikazzjoni u niġġeneraw xi ħaġa żgħira tal-qliegħ biex intaffu l-ispejjeż b’rabta mal-organizzazzjoni tal-festi. L-ispejjeż huma kbar u sfortunatament id-dħul qatt mhu biżżejjed. Għaldaqstant inħeġġukom ukoll tavviċinaw il-membri tal-kumitat għall-kwalunkwe informazzjoni fuq l-attivitajiet ta’ fundraising li se jiġu organizzati bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet ta’ din is-sena kif ukoll jekk tixtiequ tikkontribwixxu finanzjarjament. Kull għajnuna hija ferma apprezzata.

Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Festa Madonna tar-Rużarju2

Kumitat Eżekuttiv

Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja, A.D. 1919

Segretarju Clayton Zammit Ass. Segretarju Mario Mifsud

Rappreżentanti tal-Banda

Glen Grioli

Gino Muscat

Diretturi Spiritwali

Fr Tony Pace

Arċ. Kon. Norman Zammit

President Michel Mifsud

Viċi President Etienne Caruana

Direttur Ġenerali

Kaxxier Malcolm Zammit

Ass. Kaxxier Eman Barun

Awdituri Charles Camilleri James Vella

Membri Kurt Bartolo Matthew Chetchuti Joswill Paris Marylise Grioli

Surmast Direttur Mro Michael Pulis

Joseph Calleja Ass. Surmast u Għalliema Glen Grioli Jeremy Sultana

Ass. Legali Azzopardi & Busietta Advocates

Rappreżentant Fratellanza S.Smu Rużarju Randolph Micallef

Licensee La Stella Fireworks Factory Matthew Falzon

Dr Jason Azzopardi Fabrizio Borg Joseph Busuttil

Dr James Calleja Jimmy Caruana Toninu Caruana

Presidenti Onorarji

Membru Onorarju

Chev. Carmel Bianchi Daniel Vella

Carmelo Farrugia

Hon. Dr Chris Fearne

Baruni Igino Trapani Galea Feriol Victor Galdes

Perit Jesmod Mugliett Hon. Ing. Mark A. Sammut

Soċjetà Filarmonika La

Stella Gudja - Festa Madonna tar-Rużarju 20224

Messaġġ mill-President 100 Sena Fostna

Michel Mifsud

Is-Soċjetà tagħna reġa’ waslilha ż-żmien li fih tkun qed tesebixxi kull ma tista' toffri sabiex tfaħħar il-Madonna taħt it-titlu tar-Rużarju Mqaddes. Għaliex nagħmlu dan? Nagħmluh bil-għan waħdieni li nesprimu mħabbitna bil-qawwa kollha lejn dak li nemmnu fih. Xejn aktar u xejn anqas minn hekk. Dan huwa d-dmir u d-dover li s-Soċjetà tagħna għandha. U nista’ ngħid li kemm ilni President ta’ din is-Soċjetà, qatt daqs din id-darba ma rnexxielna nwettqu xhieda tanġibbli ta’ dan it-twemmin fuq dan il-livell. Dak li għamilna m’ għamilniehx biex noqogħdu niftaħru kemm aħna kbar jew tajbin, bħalma forsi ħafna soċjetatijiet u nies oħra jagħmlu bil-konsegwenza li jitilfu ċ-ċentru fokali tat-tajjeb li jkunu qiegħdin iwettqu. Aħna għamilnieh għax tassew inħossu li din kienet l-aqwa espressjoni li biha stajna nagħtu ġieħ lill-Omm il-ħallieq. Din kienet il-fehma tal-Kumitat Eżekuttiv meta fl-ewwel lok mar għal dan il-proġett kbir fid-daħla ewlenija tar-raħal. Dan fehmuh ukoll dawk kollha li għenuna finanzjarjament, manwalment jew bis-sapport tagħhom fil-mumenti iebsin. Fehmuh ukoll in-nies li mhumiex daqstant midħla tas-Soċjetà. Fehmu l-importanza tiegħu għalina u għenuna bis-sħiħ. Jien m’għandiex kliem għajr li ngħid lil kull min sibna ta’ għajnuna PROSIT u GRAZZI (li huma ħafna f’oqsma u livelli differenti). Flimkien wettaqna proġett dejjiemi xhieda ta’ dak li nemmnu fih, ta’ dak li nħaddnu minn qalbna u ta’ dak li jagħtina identità u missjoni bħala Soċjetà. 100 sena fostna huwa l-islogan tas-sena 2022; referenza għall-vara proċessjonali tal-Madonna tar-Rużarju li saret fl-1922. Grazzi għal kulħadd għamilna opra oħra ta’ livell daqs dik li għamlu l-antenati tagħna. Dan il-monument li jivvenera l-Madonna tar-Rużarju għandu jitqies simbolu ta’ mħabbitna bħala Soċjetà u anke bħala raħal lejn il-Madonna flewwel lok u turija wkoll ta’ ħidma u għaqda kollettiva.

Minn qalbi nirringrazzja lil kulħadd u nixtieqilkom festa qaddisa u li tgħaqqadna.

Viva l-Madonna tar-Rużarju Mqaddes. Viva l-Każin La Stella.

Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Festa Madonna tar-Rużarju 20226
QIEGĦED TFITTEX VILLEĠĠATURA? Kellimna | bov.com/homeloan | @bovofficial Is-self kollu huwa suġġett għall-kriterji normali ta’ self u għall-approvazzjoni finali mill-Bank of Valletta. It-terminu tas-self ma jistax jaqbeż l-età tal-irtirar. Il-Bank of Valletta p.l.c. hija regolata mill-MFSA u liċenzjata biex toffri l-Kummerċ Bankarju f’termini tal-Att dwar il-Kummerċ Bankarju (Kap. 371 talLiġijiet ta’ Malta). | COM 2679

Messaġġ mis-Segretarju

Anniversarju Dokumentat

Kemm tapprezza meta f’anniversarju l-istorja tkun dokumentata iswed fuq l-abjad. Grazzi għal missirijietna, li ħasbu biex l-istorja tal-vara tagħna tkun kollha dokumentata, illum nistgħu niċċelebraw dan l-anniversarju fiż-żgur. Imma l-għaqal ta’ missirijietna kien aktar minn hekk. L-istorja tgħidlna li meta nħasset il-ħtieġa li ssir l-istatwa, it-talba kienet għal statwa oriġinali u mhux prodott tal-massa. Jew tirnexxi jew xejn; l-aqwa u l-isbaħ. Intgħażel ukoll artist Gudjan li ħadem ukoll fuq il-faċċata tal-knisja arċipetali tal-Gudja. Mill-Gudja għal Gudjani. Dan kollu dokumentat. Mitt sena wara huwa ta’ unur għalina li ser ikollna l-opportunità li niċċelebraw flimkien dan l-avveniment iktar u iktar la sa nkunu nistgħu niċċelebraw b’mod sħiħ wara sentejn ta' assenza minħabba l-pandemija. Min basar li wara l-festa tal-2019 (għeluq il-mitt sena tas-Soċjetà) kellha tkun din il-festa li fiha ser nerġgħu niċċelebraw? Mat-tokki tal-arloġġ tas-sena 2022 il-pjanijiet tagħna bdew jiġu attwati. Bdejna blewwel orotorju fl-istorja tal-Gudja fil-knisja arċipetali tar-raħalna. L-għada, it-toroq sbieħ tal-Gudja laqgħu l-vara tal-Madonna tar-Rużarju, akkumpanjata mill-banda, armar u nar. Xi privileġġ li kellha tkun il-Madonna tar-Rużarju li ssellem lill-poplu Gudjan wara l-mewġa kerha tal-pandemija.

Ikolli nistqarr li l-piż ta din il-festa jinħass kemmxejn aktar minn dak ta’ festi preċedenti minħabba l-obbligu li nonoraw dak li għamlu ta’ qabilna. Madanakollu konxju li b’dak li se nagħmlu se nkomplu niktbu l-istorja b'ittri tad-deheb. Ninsabu determinati li niċċelebraw din il-festa bl-aqwa mod possibbli. Se nibdew bil-kbir nhar is-Sibt 24 ta' Settembru 2022 meta ser ninawguraw il-monument li se jfakkar il-mitt sena mill-miġja tal-vara tal-Madonna tar-Rużarju fil-Gudja. Monument li, minkejja l-kontroversja, se jkun simbolu ta’ għaqda. Monument fejn rebħu s-sens komun u s-sewwa tant li l-Gudja ser tissebbaħ bi xbieha mill-isbaħ tal-Madonna tar-Rużarju fid-daħla tar-raħal. B’hekk se nkunu ferraħna lil kulħadd.

Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Festa Madonna tar-Rużarju 20228

Issa li ninsabu ftit ‘il bogħod miċ-ċelebrazzjonijiet, ma nistax ma ndurx fuqkom is-soci u partitarji sabiex nirringrazzjakom tal-appoġġ u l-għajnuna li tagħtuna. Nemmen li mingħajr ħafna kliem fieragħ qed naslu fejn nixtiequ. Fl-opinjoni tiegħi l-festa ta’ Santa Marija tat stampa ċara ta' dan u nemmen li din il-festa ser tkompli ttina spinta ‘il fuq fit-triq li qbadna. Nagħlaq dan il-messaġġ billi nawgura festa millaqwa lill-Gudjani kollha u nħeġġiġkom sabiex flimkien nieħdu gost u niċċelebraw din il-festa storika.

Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Festa Madonna tar-Rużarju 2022 9

Messaġġ mill-Kaxxier Grazzi Mhix Biżżejjed

Jekk il-pandemija ma servietx ta' ġid minn bosta aspetti, żgur li serviet biex ilbniedem jieqaf ftit mill-ħajja magħġla ta' kuljum u japprezza dawk l-affarijiet li sa ftit tas-snin ilu kienu ovji għal kull persuna. Jkolli nammetti magħkom li fiż-żmien tal-pandemija l-kariga tiegħi ta’ kaxxier ukoll ġegħlitni nsir aktar konxju tas-sagrifiċċji kbar li jsiru minnkom soċi u benefatturi. Sabiex nagħti ftit eżempji; min jaf kemm hemm minnkom li tirrifjutaw milli tagħmlu sahra fuq il-post tax-xogħol biex ikollkom aktar ħin f'idejkom għall-volontarjat? Insemmi wkoll il-fjuwil li jintuża mill-karozzi privati tagħkom biex fl-aħħar mill-aħħar taqdu n-neċessitajiet tas-soċjetà. Min jaf kemm-il darba evitajtu li tiġu għandi b'xi rċevuta u minflok tagħmlu tajjeb għalija inthom minn butkom? Min jaf kemm (u dan huwa sinifikanti ħafna) wħud minnkom tqattgħu ħin ‘l bogħod mill-familja? Ta’ dan is-Soċjetà verament għandha tkun grata. Għalkemm is-Soċjetà tagħna mhijiex waħda numeruża fil-membri mqabbla ma’ każini oħra f’irħula kbar, il-qalb tal-membri tagħna hija kbira wisq. Dan ħareġ fi żmien il-pandemija għaliex flok il-kumitat issospenda l-ħidma ġenerali tiegħu, ikkonċentra u ħadem fuq diversi investimenti li kienu meħtieġa li jsiru fis-Soċjetà tagħna. Il-kelma investiment torbot magħha element finanzjarju u hawnhekk tidħol il-qalb kbira tal-membri tagħna. Il-kotba finanzjarji tal-każin jikkonfermaw li l-każin ftit li xejn involva ruħu finanzjarment għaliex ħafna mill-istess proġetti għamlu tajjeb għalihom il-membri u l-benefatturi . Għalhekk ser nagħti rendikont żgħir tax-xoghol sabiex verament taraw kemm hi kbira l-qalb ta’ dan il-partit.

Sa minn dejjem inħasset il-ħtieġa sabiex il-każin ikollu aċċess għal nies b’nuqqas ta’ mobbiltà. Illum il-kazin għandu dan l-aċċess b’entratura ġdida min-naħa talknisja. Kif qed insemmi l-faċċata tal-ġenb tal-kazin ma nistax ma nsemmix ir-restawr li sar kif ukoll inbidlu l-apperturi kollha u anke inxtara dawl addattat biex jkompli joħroġ is-sabiħ tal-faċċata filgħaxija. Il-bar ukoll kien fil-pjanijiet tagħna u tajnieh

Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Festa Madonna tar-Rużarju 202210

dehra aktar moderna li tikkumplimenta s-swali tal-bottegin. Proġett ambizjuż ieħor li sewa lil każin eluf ta’ euro jinvolvi l-midja soċjali u l-era diġitali. Il-kumitat iddedika uffiċċju bl-għodda kollha mehtiega li ser tagħtina l-opportunità li d-dokumenti u l-mużika tas-Soċjetà jinqalbu u jsiru diġitali. Dan il-proġett fetaħ ukoll opportunità liż-żgħażagħ tagħna sabiex jkunu jistgħu jaħdmu fuq il-projections tat-3D mapping. Fl-2019 tajna spettaklu mill-isbaħ fuq il-faċċata tal-każin. Dan l-ispettaklu li ser nerġgħu nirrepetuh b’mod differenti f’din il-festa. Iżda din id-darba dan ser ikun maħdum miż-żgħażagħ tagħna. Il-midja soċjali ser titmexxa wkoll minn dan l-istess uffiċċju. L-investimenti ma waqfux hawn. Investejna wkoll fl-attivitajiet. Barra l-amara li xtrajna biex nakkomodaw aktar lill-membri numerużi li qed jattendu għal attivitajiet tagħna, investejna fi kċina moderna, nibnija b’dak kollu neċċesarju u skont il-ligi sanitarja. U jekk mhux biżżejjed, grazzi u frott is-sagrifiċċji li għamlu ilbenefatturi tagħna illum is-Soċjetà xtrat ukoll lifter li ser jgħin mhux ftit lil grupp talarmar li jkun qed jarma ir-raħal tagħna f’dawn iż-żminijiet. Proġett ieħor li investejna fih kien set bnadar mill-isbaħ għal kull okkażjoni kemm lokali kif ukoll nazzjonali. Il-ħadid tat-taraġ prinċipali wkoll qiegħed fil-pjanijiet tagħna biex sal-ahhar ta’ din is-sena jitlesta wkoll. Wieħed mill-investimenti li żgur ħadd ma ħolom li s-Soċjetà tagħhna tagħmel huwa l-proġett li qed issir fid-daħla prinċipali tar-raħal tagħna. Fejn ma wasalx ħadd ieħor, minkejja li kellu ċ-ċans, illum ngħid li wasalna aħna. Dan il-proġett għalih kienu meħtieġ eluf ta’ euro. Dan għaliex fhimna li dan mhux xi proġett li jinbidel tul is-snin iżda ser jibqa’ jitgawda mill-ġenerazzjonijiet futuri. Fejn kien meħtieġ li jsir irħam ma għamilniex madum, fejn kien meħtieġ li nużaw ġebla Maltija, ma użajniex fiber glass, fejn kien mehtieg li nqabdu nies professjonali ma qabbadniex dilettanti u nista’ nibqa’ insemmi eżempju wara ieħor. L-storja ta’ mitt sena ilu ser terġa’ tirrepeti ruħha b’avveniment ieħor li ser ikompli jorbot lir-raħal tagħna mal-Madonna tar-Rużarju.

Dan kollu seta’ jsir biss bil-ħila tagħkom il-membri u benefatturi li tant temmnu u tissaportjaw dak kollu li l-kumitat jipproponi. Għaddejna minn sentejn iebsin bil-pandemija u rrnexxielna nagħmlu dan kollu. Għalhekk issa wasal iż-żmien biex flimkien niċċelebraw u nirringrazzjaw lil Ommna Marija li baqgħet tħarisna u li tagħtna ċ-ċans biex finalment niċċelebraw b’mod sħiħ l-anniversarju tal-100 sena mill-wasla tagħha fil-raħal sabiħ tagħna.

Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Festa Madonna

tar-Rużarju 2022 11

Messaġġ mid-Direttur Impenn u Mħabba

Għeżież partitarji tas-Soċjetà, għal sena oħra ntlabt inkun id-Direttur Ġenerali tal-każin tal-Filarmonika La Stella. Forsi ħafna ma jafux dan xi jfisser u x’jinvolvi. Fi ftit kliem il-ħidma tiegħi hija li nieħu ħsieb l-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet li jittieħdu fil-laqgħat tal-kumitat eżekuttiv. Nistqarr magħkom qarrejja li din hija pożizzjoni tassew gratifikanti għax dak li jitfassal fuq il-karta, jiena niġi fdat nwettqu fil-prattika flimkien mal-kumplament ta’ sħabi. Kollha nafu li dawn l-aħħar snin kienu kemmxejn tqal u differenti mill-bqija, però l-kumitat tagħna xorta baqa’ jiltaqa’ fejn kien possibbli u xorta baqa’ għaddej bil-ħidma sabiex itejjeb l-operat u l-infrasstruttura tas-Soċjetà. Fl-aħħar sentejn biddilna l-aperturi kollha tas-sede (ħidma tas-Sur Simon Cassar), irrestawrajna l-faċċata u anke il-ġenb tas-sede, xogħol tal-ġebla li jinvolvi ħafna paċenzja (ħidma tas-Sur Anthony Vella), lestejna aċċess għall-pushchairs u l-wheelchairs, inħoloq uffiċċju għaż-żgħażagħ armat b’kompjuter bl-aħħar tekonoloġija. Dan kollu, u iktar, irnexxielu jsir meta ħafna mir-riżorsi tas-Soċjetà kienu mixħuta bi sħiħ fuq firroundabout ta’ quddiem il-Palazz Dorell li minn roundabout illum nistgħu ngħidu li għamilna proġett/monument ta’ livell. Sa nasal ngħid li kull meta noħroġ mid-dar niċċassa nħares lejn dan is-sit u verament nitqanqal meta nara sa fejn konna kapaċi naslu. Is-sigriet huma bla dubju l-impenn u fuq kollox l-imħabba. Jiena nemmen bi sħiħ li wieħed mill-pilastri fil-ħidma tagħna hija l-imħabba; imħabba għal dak kollu li nagħmlu, imħabba lejn xulxin, imħabba fit-twemmin bla qies lejn il-Madonna. Ixxogħol huwa kollu espressjoni ta’ mħabba kbira. Għalhekk li nagħmlu aħna dejjem ikun suċċess, sa mill-iċken żrara sa l-akbar opra. Jien dejjem bil-bieb miftuħ għal kull min jixtieq ikun parti minn din l-organizzazzjoni ffukata fuq il-ħidma u lest ukoll li dak li naf u ngħaddih bil-qalb kollha liż-żgħażagħ u l-ġenerazzjonijiet futuri. L-appell tiegħi huwa ħudu l-okkażjoni tal-festa sabiex

Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Festa Madonna tar-Rużarju 202212

nkomplu ningħaqdu u nersqu lejn xulxin, ninsew id-differenzi u nimxu ‘l quddiem b’għan wieħed sabiex inkomplu nesprimu l-imħabba tagħna lkoll b’risq il-ħidma tasSoċjetà Filarmonika La Stella u konsegwentament lejn Ommna Marija taħt it-titlu tar-rużarju mqaddes.

Viva l-Madonna tar-Rużarju

Viva l-Każin tal-Istilla

Soċjetà Filarmonika La
Stella Gudja - Festa Madonna
tar-Rużarju 2022 13
Il-faċċata tas-Socjetà wara x-xogħol ta' restawr.
brings you VOC 0.01g/l INTERIOR & EXTERIOR | LONG LASTING | NO PRIMER NEEDED 77 773 907 | info@paintsforever.com.mt www.gypsumworksmalta.com info@aptc.com.mt 21 660 850 | 79 895 238 | 79 792 083 79 895 234 - bfmstores@gmail.com suppliers of gypsum boards - steel - insulation - finishes and more ONLINE SHOPPING for RESIDENTIAL & COMMERCIAL premises we also provide turnkey works

Messaġġ mis-Surmast Direttur Grazzi Mill-Qalb

Għeżież membri u partitarji tas-Soċjetà Filarmonika La Stella, Gudjani, inħossni ferm kuntent li wara sentejn li ma għamilniex iċ-ċelebrazzjonijiet kif konna mdorrijin nagħmlu, issa din is-sena ser inkomplu nagħmlu festa kbira ad unur il-Madonna tarRużarju.

Żgur li ma kinux sentejn faċli. Min-naħa tal-qasam mużikali tas-Soċjetà tagħna, nista’ ngħid illi b’xi mod jew ieħor baqa’ jinżamm kuntatt mal-aljevi fejn jidħol tagħlim u ta’ dan nixtieq minn qalbi nirringrazzja lill-għalliema s-Sur Glen Grioli u lis-Sur Jeremy Sultana tad-dedikazzjoni tagħhom sabiex it-tagħlim baqa’ għaddej anke virtwalment.

Dawn is-sentejn servew ukoll sabiex il-Kummissjoni Banda ħadmet qatigħ sabiex il-Banda tagħna tibqa’ tagħti s-servizz tagħha u tibqa’ żżomm isimha ‘l fuq kif jixirqilha. Ta’ min isemmi l-ħidma bla heda ta’ din il-kummissjoni sabiex inkunu lesti għal din is-sena importanti ħafna għas-Soċjetà li fiha qiegħdin infakkru l-mitt sena minn meta l-istatwa artistika tal-Madonna tar-Rużarju waslet għall-ewwel darba firraħal tal-Gudja.

Dawn il-festi laħqu l-qofol tagħhom meta nhar is-Sibt 28 ta’ Mejju 2022 tellajna l-Oratorju Madonna tar-Rużarju ġewwa l-knisja Arċipretali tal-Gudja; dan kien suċċess minn kull lat. Dan ma kienx ikun possibli mingħajr il-koperazzjoni talmużiċisti u kantanti li attendew bi ħġarhom għall-provi. Grazzi speċjali tmur lillbandisti tal-post li dejjem sibthom warajja. Inħossni ferm kburi u rikonoxxenti lejn is-Soċjetà La Stella li ġejt fdat b’dan il-proġett importanti sabiex nikkomponi l-mużika ta’ dan l-Oratorju fuq il-kliem mirqum ta’ Chev. Carmel Bianchi, li minn hawnhekk nirringrazzjah u nifraħlu tal-lirika li għoġbu jirregala lis-Soċjetà. Irrid ngħid li biex inkiteb dan l-Oratorju, il-proċess ma kienx qasir u li sar fuq medda ta’ xhur, speċjalment meta tqis li l-mużika hija kollha oriġinali. Minn hawn nixtieq nirringrazzja lill-President u l-Kumitat tas-sapport li sibt fil-perjodu li kont qed nikkomponi din il-

Stella Gudja

Soċjetà Filarmonika La
- Festa Madonna tar-Rużarju 202218

mużika li hija wisq għal qalbi. B’mod specjali rrid nirringrazzja lis-Sur Glen Grioli tal-ħin twil u l-paċenzja li ħa bija sabiex l-mużika tiegħi tiġi kkupjata b’mod diġitali. Nixtieq nirringrazzja wkoll lis-Sinjura Grioli ta’ kemm ħadet paċenzja miegħi u ta’ kemm-il darba laqagħtni ġewwa d-dar tal-familja Grioli, sabiex isir xogħol siewi ta’ koordinazzjoni. Grazzi mill-qalb.

Ma waqafniex hemm, u wara l-kunċert fil-Knisja bdejna inħejju għall-kunċert ta’ lejliet il-festa ta’ Santa Marija. Wara bdejna naħsbu fil-kuncert ferm importanti li l-Banda La Stella ttella’ għall-okkażjoni tal-festa tal-Madonna tar-Rużarju, liema kunċert ser isir nhar il-Ħamis 29 ta’ Settembru. Bħal dejjem il-kunċert tal-festa jkun wieħed impenjattiv u varjat. Jien, flimkien mal-Kummissjoni Banda rajna u għażilna mużika li żgur ser tpaxxi lil dawk kollha li ser jattendu għal dan il-kunċert. Nistedinkom sabiex tattendu għal dan il-kunċert. Minn hawn nixtieq nirringrazzja l-ewwel nett lill-Kumitat u lill-Kummissjoni Banda, lil Bandisti tal-post li attendew għall-provi kif ukoll lill-Bandisti barranin.

Nagħlaq dan l-artiklu billi nirringrazzja u nawgura lil President u Kumitat tal-Banda La Stella, l-għalliema, lis-Sur Glen Grioli li minn hawnhekk nifraħlu għal kisba taddiploma mużikali A(Mus)LCM u lis-Sur Jeremy Sultana li nifraħlu bħala għalliem ġdid tal-qażba tal-banda taghna, lill-Kummissjoni Banda u lill-bandisti tal-post li dejjem sibthom warajja f’kull inizzjattiva. Nawgura wkoll minn qalbi l-festa t-tajba lill-Gudjani kollha.

Ċelebrazzjonijiet 100 Sena Fostna Oratorju Madonna tar-Rużarju 28 ta' Mejju 2022

Messaġġ mid-Delegat tal-Banda Suċċess, Sagrifiċċju, Impenn u Umiltà

Is-suċċess fiha ċertu piż u ma tistax tirreferi għalih mingħajr dawk l-affarijiet kollha important li jiġu qabel. Dawn huma sagrifiċċju, impenn u umiltà. Ħbieb, wara li fl-2019 għamilna festa kif tixraq f’għeluq il-mitt sena mit-twaqqif tas-Soċjetà tagħna, ma nistax nesprimi l-ferħ li għandi ġewwa fija peress li wara sentejn weqfin minħabba l-pandemija, ser tkun sena speċjali li fiha ser nerġgħu niċċelebraw festa normali. Dan fid-dawl tal-mitt sena mill-wasla tal-istatwa talMadonna tar-Rużarju fil-Gudja. Konna xxurtjati biżżejjed li qabel il-pandemija għalaqna b’ċentinarju u ser nerġgħu niftħu b’festa ċentinarja.

Bħala delegat u segretarju tal-banda bilfors irrid insemmi l-isfidi kbar li ltqajna magħhom f’dawn l-aħħar sentejn. Tlifna ħafna mir-rutina tas-soltu fejn jidħol tagħlim imma bis-saħħa tat-teknoloġija bqajna għaddejjin bl-aħjar mod li stajna virtwalment. Ta’ dan nirringrazzja lill-għalliema tal-iskola mużikali tagħna li bissaħħa tagħhom dan seta’ jkun possibbli.

L-2022 hija sena speċjali immens għal banda tagħna. Nibda billi nsemmi l-Oratorju Madonna tar-Rużarju li ttella’ fit-28 ta’ Mejju, kompożizzjoni tal-bravu Surmast Direttur tal-Banda La Stella Michael Pulis u lirika tal- Kavallier Carmel Bianchi li bilprofessjonalità tagħhom tellajna talba devota mill-isbaħ kif jixraq lill-Madonna. L-għada l-banda ħadet sehem f’purċissjoni bil-vara fejn indaqqu innijiet Marjani. Insemmi wkoll is-servizzi li l-banda tagħna għamlet fil-festa ta’ Santa Marija. Fittliet servizzi kollha li ħadna sehem il-banda kienet kumpatta f’kull sezzjoni u kienet banda kif jixraq. B’hekk il-banda La Stella toħroġ reġgħet ħarġet b’rasha mgħollija. Dan jgħodd kemm għall-marċi brijjużi kif ukoll waqt il-programm ta’ lejliet il-festa fejn indaqqet mużika varjata għal gosti ta’ kulħadd inkluż l-Innu Marija Tielgħa s-Sema ta’ Giuseppe Deidun bil-vuċi ta’ Sachelle Schembri. Għal festa ad unur il-Madonna tar-Rużarju l-banda ser ikollha wkoll bosta

Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Festa Madonna tar-Rużarju 202222

M

impenji. Ser iddoqq marċi brijjużi fil-festa tfal li ser tiġi organizzata nhar il-Ħadd 25 ta’ Settembru, fil-programm tal-Ħamis filgħaxija, li fih ser tindaqq mużika ta’ livell u varjata għal gosti ta’ kulħadd, u l-famuż marċ ta’ filgħodu li fih il-banda tkun protagonista.

Nagħlaq billi nirringrazzja l-kumitat tal-fiduċja li wrew fija sabiex nieħu ħsieb din is-sezzjoni, lill-bandisti li jdoqqu mal-Filarmonika La Stella, speċjalment dawk talpost li dejjem kienu hemm meta sejjaħnielhom, u grazzi kbira lil dawk il-bandisti tal-post li kienu jdoqqu u reġgħu ġew. Grazzi wkoll lil dawk li qed juru interess sabiex jerġgħu jibdew idoqqu mal-Banda La Stella.

QUE BOUTIQUE

Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Festa Madonna tar-Rużarju 2022 23
ST
Vjal itTorri Gud ja 21664284 MEN & WOMEN CLOTHES BABY & CHILDREN CLOTHES UNDERWEAR & NIGHTWEAR BAGS & ACCESSORIES SCHOOL & SHOES & SOCKS BEDDING & TOWELS
Programm Vokali u Strumentali Night from the Movies Il-Ħamis 29 ta’ Settembru Innu Madonna tar-Rużarju Mro Michael Pulis - Kantanta Sachelle Schembri Hollywood Milestones John Higgins West Side Story Schoenberg La Vita è Bella Nicola Piovani Aladdin | Speechless Alan Menken - Kantanta Martina Vella Out of Africa John Barry (Direzzjoni Glen Grioli) Superman John Williams Moulin Rouge Jacques Offenbach Rocky Highlights Bill Conti Aladdin | A Whole new World Kantanta Sachelle Schembri u Kurt Cassar Gladiator Hans Zimmer Innu l-Kbir – Madonna tar-Rużarju G. Abdilla – Tenur Joe Aquilina u Sopran Sachelle Schembri Innu tal-Banda La Stella Vincenzo Ciappara Compère - Daniel Vella
Marċ ta' filgħodu mill-Banda La Stella Festa Santa Marija 15 ta' Awwissu 2022

Messaġġ mil-Licensee Ħidma Kontinwa

Wara sentejn li fihom xi ftit jew wisq naqset il-produzzjoni tal-logħob tan-nar minħabba r-raġunijiet li jaf kulħadd, din is-sena ppruvajna kemm jista’ jkun nerġgħu naqbdu r-ritmu partikolarment għall-fatt li din is-sena s-Soċjetà Filarmonika La Stella flimkien mal-Fratellanza tas-S.Smu Rużarju u l-Gudjani se nkunu qed ifakkru l-100 sena anniversarju mill-wasla tal-vara mill-isbaħ tal-Madonna tar-Rużarju. Għalhekk ‘k Alla jrid ser nerġgħu ntellgħu programm pirotekniku sabiħ, imżewwaq b’diversi elementi, u li għandu jolqot il-gosti ta’ kulħadd.

Sabiex inkun nistgħu noħorġu l-programm tal-festa, barra n-nar għall-festa talMadonna tar-Rużarju, matul is-sena ħdimna wkoll numru ta’ servizzi barra millGudja. Fost is-servizzi li ħdimna matul din is-sena nsemmi l-festa tat-Trinità Qaddisa tal-Marsa, il-festi ta’ San Ġorġ (Għawdex), nar tal-art għall-festa ta’ Kristu Re f’Raħal Ġdid, il-festa ta’ Santa Marija tal-Gudja kif ukoll diversi attivitajiet nazzjonali organizzati mill-MTA u mir-Reġjun ta’ Nofsinhar. Kif tistgħu timmaġinaw dan jirrikjedi ħafna impenn u koordinazzjoni. Għaldaqstant nirringrazzja lil kull min jagħti sehmu sabiex kollox jitlaħħaq fil-ħin.

L-appell tiegħi din is-sena huwa sabiex min jista’ jagħtina ftit mill-ħin tiegħu sabiex flimkien inkunu nistgħu ntellgħu l-programm li għandna maħsub. Grazzi kbira lil dawk li dejjem insibuhom ta’ għajnuna kemm finanzjarja kif ukoll permezz tax-xogħol jew self ta’ vetturi. Nirringrazzja wkoll lis-sidien tal-għelieqi li jagħtuna l-aċċess sabiex inkunu nistgħu naħarqu. Fl-aħħar nett nagħlaq bi grazzi kbira u speċjali lill-familji tagħna tal-appoġġ u s-sagrifiċċji li jagħmlu magħna.

Nawgura festa mill-isbaħ lil kulħadd u flimkien nitolbu lill-Madonna tħarisna u tieqaf magħna.

Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Festa Madonna tar-Rużarju 202228
Nar
tal-Ajru Festa
Madonna tar-Rużarju
2021

- Mark Micallef

Ritratt
Perconte

Programm tan-Nar La Stella Fireworks Factory

Is-Sibt 24 ta’ Settembru 19:45 Programm ta’ nar li jakkumpanja l-inawgurazzjoni tal-monument tal-Madonna tarRużarju fid-daħla tal-Gudja.

It-Tlieta 27 ta’ Settembru 08:00 - Ħruq ta’ murtali tal-bomba u murtaletti. 12:00 - Ħruq ta’ murtali tal-bomba u murtaletti. 19:30 - Wara l-ħruġ tal-istatwa artistika tal-Madonna tar-Rużarju min-niċċa jsir ħruq ta’ salut, kaxxa infernali, murtaletti, murtali tal-beraq u murtali tal-kulur.

Il-Ħamis 29 ta’ Settembru 08:00 - Ħruq ta’ murtali tal-bomba u murtaletti. 12:00 - Ħruq ta’ murtali tal-bomba u murtaletti. 20:00 - Ħruq ta’ blalen, sfejjer, murtali tal-logħob, murtali tal-kulur u kaxxa infernali

Il-Ġimgħa 30 ta’ Settembru 08:00 - Ħruq ta’ murtali tal-bomba u murtaletti. 12:00 - Ħruq ta’ murtali tal-bomba u murtaletti. 21:00 - Ħruq ta’ blalen, sfejjer, murtali tal-logħob, murtali tal-kulur u kaxxa infernali 23:30 - Spettaklu ta’ nar issinkronizzat mal-mużika minn fuq il-bejt tal-każin.

Is-Sibt 1 ta’ Ottubru 08:00 - Ħruq ta’ murtali tal-bomba u murtaletti. 12:00 - Ħruq ta’ murtali tal-bomba u murtaletti. 18:30 - Ħruq ta’ salut, kaxxa infernali u diversi settijiet ta’ murtali bil-logħob. 21:00 - Jingħata bidu għall-ispettaklu Stars of Fire (The Original) sinkronizzat mal-mużika, li jinkludi salut, blalen, sfejjer u praxex. Wara ħruq ta’ diversi settijiet ta’ murtali bil-logħob, murtali tal-beraq u murtali tal-kulur. Dan l-ispettaklu jintemm bi gran finale spettakolari. 00:00 - Spettaklu ta’ nar tal-art mekkanizzat akkumpanjat bil-mużika.

Il-Ħadd 2 ta’ Ottubru 08:00 - Ħruq ta’ murtali tal-bomba u murtaletti. 12:00 - Ħruq ta’ murtali tal-bomba u murtaletti. 19:00 - Waqt il-ħruġ tal-purċissjoni jinħaraq salut u kaxxa infernali. Jinħarqu diversi settijiet ta’ murtali bil-logħob, murtali tal-beraq u murtali tal-kulur. 20:45 - Waqt id-dħul tal-purċissjoni tinħaraq kaxxa infernali tal-kulur li tispiċċa bi ħruq ta’ diversi praxex.

In-nar kollu hawn fuq imsemmi nħadem volontarjament mill-membri tal-La Stella Fireworks Factory talGudja. Għall-aħħar aġġornamenti dwar dawn l-esebizzjonijiet segwu l-paġna fuq Facebook.

Messaġġ mis-Sezzjoni Nisa Ix-Xahar ta' Qalbna

Għad-dinja kattolika rumana kollha, partikolarment għalina l-Gudjani, ix-xahar ta’ Ottubru huwa x-xahar iddedikat lill-Madonna tar-Rużarju. Għalina l-Gudjani x-xahar ta’ Ottubru huwa wkoll sinonimu mal-festi esterni sbieħ li ntellgħu ad unur ilMadonna tar-Rużarju. U kif jista’ jkun ma jsirx hekk din is-sena meta l-vara artistika tagħna ser tagħlaq 100 sena? Bdejna f’Mejju u se nkomplu f’Ottubru.

In fatti, aħna l-partitarji tas-Soċjetà Filarmonika La Stella ma naħsbux biss fil-festa tal-Madonna tar-Rużarju f’Ottubru biss. Għalina li l-fjamma tal-festa tħeġġeġ ġo fina matul is-sena kollha, x-xogħol bi tħejja għal dan ix-xahar ma jieqaf qatt. Għalhekk flimkien ma’ sħabi n-nisa fi ħdan is-soċjetà tagħna, kif ukoll b’ħafna għajnuna miż-żgħażagħ u mill-kumitat ċentrali, din is-sena erġajna ħdimna fuq programm t’attivitajiet diversi sabiex permezz tal-fund-raising inkunu nistgħu nikkontribwixxu għal festa sabiħa minn kull aspett. Nieħu din l-opportunità sabiex nirringrazzja lil dawk kollha li jgħinuna fl-attivitajiet imsemmija għax mingħajr ix-xogħol tagħkom il-festa ma tkunx possibbli. Nirringrazzja wkoll lil dawk kollha li tattendu għallattivitajiet għax b’hekk biss ix-xogħol li nagħmlu jissarraf f’suċċess.

Ovvjament ix-xogħol tagħna jilħaq il-milja tiegħu propju f’dan il-perjodu u għaldaqstant nappella lilkom partitarji sabiex fiż-żmien tal-festa tattendu bi ħġarkom għal dak kollu li jkun qed jiġi organizzat. B’hekk ilkoll flimkien inkunu nistgħu nkomplu nkunu ta’ sostenn finanzjarju għall-festa filwaqt li nieħdu pjaċir flimkien f’atmosfera familjari u divertenti.

Infakkarkom ukoll fil-funzjonijiet tal-knisja sabiex ilkoll kemm aħna jkollna festa mimlji hena, risq u fuq kollox paċi.

Viva s-Sultana tar-Rużarju Mqaddes.

Viva r-Reġina ta’ Ottubru.

Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Festa Madonna tar-Rużarju 202232
tawgura l-festa t-tajba lill-Gudjani kollha 127, Triq Santa Marija, Ħal Għaxaq, GXQ 1714 Mob: +356 79861575 E-Mail: nutarbernice@gmail.com BCBDr Bernice Camilleri Balzia Nutar Pubbliku

Naħdmu Flimkien

Wara s-suċċess kbir li kellna fil-festa tal-2019, fejn iċċelebrajna l-100 sena mittwaqqif tas-Soċjetà, kellna nħabbtu wiċċna ma' sentejn koroh fejn ħajjitna nbiddlet ta' taħt fuq. Dlonk sibna ruħna nippjanaw kif ħa niċċelebraw ċentinarju ieħor, dak tal-100 sena mill-wasla tal-vara artistika tal-Madonna tar-Rużarju, Għalhekk flimkien xammarna l-kmiem biex dis-sena nagħmlu suċċess ikbar minn qatt qabel. Dħalna f'dan il-kumitat biex inkomplu nkabbru u nsebbħu din il-festa tant għażiża għalina sabiex din il-festa tkompli tkun fl-ogħla livell. Għal ħafna minna kienet ħaġa naturali li nidħlu f'dan il-kumitat għax kbirna u trabbejna nattendu f'din is-soċjetà mal-familjari tagħna. Għal oħrajn li forsi mhux ġejjin minn familji li huma daqshekk midħla tal-festi fil-Gudja, kienet għażla naturali li jibdew jiffrekwentaw is-sede tagħna għax raw b'għajnejhom li din hija soċjetà ħajja u żagħżugħa, li tinkludi lil kulħadd u fejn isir xogħol bla waqfien sabiex ir-raħal tagħna jissemma dejjem għal affarijiet pożittivi.

Bħala kumitat taż-żgħażagħ qegħdin naħdmu sabiex dan l-anniversarju importanti tal-100 sena jkun wieħed memorabbli. Dan il-proġett, li ġol-Gudja qatt ma sar bħalu, irrikjeda ħafna ħin, paċenzja u sagrifiċċji, iżda meta tara r-riżultat tiegħu żgur mhux forsi wieħed jitpaxxa bih.

Għandna kull unur u kburin li nagħmlu parti minn din is-Soċjetà. Biex nikkonkludu nixtiequ nirringrazzjaw il-kumitati kollha li dejjem sibnihom ta' spalla u tal-fiduċja li urew fina.

F'isem is-sezzjoni żgħażagħ nawguraw il-festa t-tajba lil kulħadd.

Viva r-Reġina ta' Ottubru.

Viva il-Madonna tar-Rużarju.

Messaġġ mis-Sezzjoni Żgħażagħ
Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Festa Madonna tar-Rużarju36

Bilwieqfa mix-xellug għal-lemin: Kayla Galea, Eurielle Dalli, David Farrugia, Christine Borg

Bilqiegħda mix-xellug għal-lemin: Roasia Dalli, Soraya Caruana, Francesca Fabri

Spettaklu Finali - Il-Marċ tal-Iljun Festa Madonna tar-Rużarju 4 ta' Ottubru 2019

100 Sena Vara

Għall-Fratellanza tas-S.Smu Rużarju ma jistax ikun hemm sena iżjed partikolari minn dik li qed niċċelebraw din is-sena. Sena li fiha qed infakkru l-mitt anniversarju millwasla tal-vara mill-isbaħ tal-Madonna tar-Rużarju (xogħol ta’ Anġlu Dalli, Gudjan). Dan wara li 71 sena qabel (fl-1851) kienet ġiet ikkummissjonata l-Madonna tarRużarju li tinsab fil-kappella tal-Lunzjata (xogħol ta’ Anton Chircop). Daqshekk hi ġo qalb il-Gudjani l-Madonna tar-Rużarju. Illum, ‘l fuq minn 170 sena wara, il-Madonna tar-Rużarju tidher li għada sewwa fil-qlub tagħna u forsi xi ftit mill-mertu ta’ dan huwa tal-Fratellanza tas-S.Smu Rużarju.

Ġeneralment f’dawn il-messaġġi wieħed isib rendikonti ta’ xogħlijiet varji missetturi li jorganizzaw il-festa. Hekk għandu jkun għax it-trasparenza hekk titlob. Għalhekk se nkellimkom fuq proġett li ilna naħdmu fuqu mill-2015. Dan il-proġett ħadilna ħafna ħin u ħafna riżorsi. Dan huwa l-iktar proġett li jagħtina sodisfazzjon. Jismu l-proġett fratelli. Permezz ta’ dan il-proġett, il-fratellanza tagħna, tista’ tkompli tħares ‘l quddiem. Din is-sena, wara nuqqas ta’ sentejn, erġajna bdejna nipparteċipaw fil-funzjonijiet tal-parroċċa u r-rispons tal-fratelli jimlina bil-kuraġġ. Għall-Fratellanza tas-S.Smu Rużarju, fid-dinja tal-lum u bir-riżorsi li għandna, dan huwa l-isbaħ proġett li stajna ninawguraw għall-100 sena mill-miġja tal-vara talMadonna tar-Rużarju.

Iżda kollox irid ikun u bla dubju ħdimna wkoll fuq numru ta’ proġetti oħra li filmaġġoranza tagħhom jikkonsolidaw il-ġid li għandha l-Fratellanza. Bħala linja ġenerali l-mira tagħna hi li l-ewwel nieħdu ħsieb dak li hemm u għalhekk ma tantx nimbarkaw fuq proġetti “ġodda”. Din is-sena ser tkunu tistgħu tgawdu opra millisbaħ li nħaddmet u tħallset kollha mill-membri nfushom tal-kumitat tal-Fratellanza. Restawr ta’ gwarniċ u ventartal ġdid għal miegħu li għall-festa tal-Madonna tarRużarju se jkunu qed jintramaw fuq l-artal tal-kurċifiss. Se nkunu qed inżanżnu wkoll terħa u tvalja ġodda li wkoll ġew irregalati lil Fratellanza minn wieħed mill-membri

Messaġġ mill-Fratellanza tas-S.Smu Rużarju
Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Festa Madonna tar-Rużarju40

tal-kumitat. Intant bdejna wkoll il-proġett tal-bdil tad-damask li jeħel fuq l-artal tar-Rużarju peress li dan huwa propjetà tal-Fratellanza tas-S.Smu Rużarju u għaliex id-damask preżenti sfortunatament ftit li xejn fadallu ħajja. Ħdimna wkoll qattiegħ sabiex flimkien mas-Soċjetà Filarmonika La Stella tellajna programm memorabbli ta’ attivitajiet b’ċelebrazzjoni tal-100 sena mill-wasla tal-vara f’Mejju li għadda filwaqt li għaddejjin bit-tħejjija sabiex niċċelebraw festa mill-isbaħ nhar il-Ħadd 2 ta’ Ottubru. Nagħlqu dawn il-kelmtejn billi nawguraw mill-qalb lis-Soċjetà Filarmonika La Stella tal-proġett mill-isbaħ li ser jirregalaw lill-Gudjani kollha fl-okkażjoni tal-100 sena vara; xbieha tal-Madonna tar-Rużarju li ser titgawda minn kulħadd u li ser tkun simbolu ħaj li jfakkarna fl-essenza tal-festa.

Soċjetà Filarmonika

La
Stella Gudja - Festa Madonna tar-Rużarju
2022 41
Ċelebrazzjonijiet 100 Sena Fostna Purċissjoni Madonna tar-Rużarju 29 ta' Mejju 2022

L-Armar Lura fit-Toroq

L-armar tal-festi fit-toroq jagħti l-ewwel indikazzjoni li l-festa tkun waslet. Tul dawn l-aħħar sentejn inħas ferm in-nuqqas tal-armar għaliex il-pandemija ġegħlitna nħallu ġewwa l-maġġoranza kbira tal-armar fl-imħażen tagħna.

Is-sena 2022 tatna l-opportunità nerġgħu niftħu l-imħażen u minnhom noħorġu l-armar li għandna biex diversi toroq fir-raħal jieħdu xejra differenti. Il-ħidma u l-impenn f'dan is-settur baqgħet għaddejja xorta tul il-pandemija biex nkunu nistgħu nagħtu s-sehem tagħna ad unur il-Madonna tar-Rużarju. Qabel nibda nispjega ilħidma tagħna f’dan il-qasam nixtieq nieħu l-opportunità biex nirringrazzja lil tliet membri fi ħdan il-grupp armar li kellhom iwarrbu fil-ġenb il-ħidma tagħhom fl-armar biex minflok iddedikaw ħinhom fuq il-proġett tal-monument. Madanakollu kulħadd fehem li matul dan il-perjodu, il-monument kellu jieħu prijorità.

Is-sett ta' tnax-il kolonna li fuqhom jintramaw il-pilandi issa huwa lest; proġett li rnexxielna nlestu f' ħames snin. Naf li ġejna kritikati li soċjetà tagħna kellha nuqqas ta' pjanar fir-rigward, imma l-għaqal ta’ soċjetà ma jitkejjilx minn dawn id-deċiżjonjiet iżda minn deċiżjonijiet dwar prinċipji, liema prinċipji qatt ma bdilna. Ix-xogħol fuq ilplanċier tkompla wkoll u nifhem li hawn ħafna stennija għal dan il-proġett. Mhuwiex ‘il boghod li naraw din il-ħolma ssir realtà u nserrħilkom raskom li la darba joħroġ ser jitgawda l-ħin kollu, xemx u xita. Għalhekk naħdmu b’mod li dan il-proġett, u proġetti oħra, jitgawdew kemm jista’ jkun. Għalhekk ix-xogħol tagħna qed isir filfiberglass biex nipprevedu mill-elementi li sfortunatament jikkaratterizzaw il-festa tagħna. Dan żgur mhux disunur; jeżistu monumenti taparsi bronż li jinħadmu filfibreglass. F'din il-festa wkoll ser ngħaqqdu s-sett tal-evangelisti li jakkumpanjaw il-pedistall prinċipali tal-Madonna tar-Rużarju. Għall-ewwel darba wkoll ser nkunu qed nużaw forklifter li nxtara minna stess u li ser jiffaċilità aktar il-ħidma fl-armar tat-toroq. Minn hawn nirringrazzja lill-benefattur li għamel tajjeb biex dan inxtara. Nagħmel appell għal għajnuna f'dawn il-jiem daqshekk impenjattivi u nirringrazzja lilkom benefatturi u voluntiera li dejjem tkunu ta' għajnuna biex l-armar fit-toroq ikun wieħed mill-isbaħ fir-raħal tagħna.

Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Festa Madonna tar-Rużarju44
tal-Armar
Dettall tal-Iskultura Xogħol fuq il-Pilandri 2022
Marċ ta' filgħodu mill-Banda La Stella Festa Santa Marija 15 ta' Awwissu 2022

Messaġġ mid-Direttur Spiritwali

Minn Wara l-Murtal

Fr Tony Pace

Dan l-aħħar iltqajt mal-membri tal-Kamra tan-Nar La Stella. Qattajna l-isbaħ sagħtejn nitkellmu kemm dwar il-piroteknika, kif ukoll dwar il-ħajja lil hinn mill- kamra tannar.

Fuqiex Tkellimna?

Aħjar tistaqsuni fuqiex ma tkellimniex! Il-volontarjat, il-familja, ir-relazzjonijiet, id-dubji tal-Fidi li jkollu kulħadd, il-passatempi, ix- xogħol, il-problema tat- tbatija fid-dinja ...

Insomma, mill-ewwel tinduna li dawn huma persuni normali, bil-ferħat, bl-uġigħ ta’ qalb u bil- problemi kollha li titfgħalna għal wiċċna l-ħajja. F’laqgħa hekk tiskopri l-umanità li hemm wara dawk il-murtali u l-ġigġifogu li tant isebbħu u janimaw ilfesti tagħna.

Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Festa Madonna tar-Rużarju 202248

Professjonalità;

Horace Camilleri huwa l-ex-Licensee tal-kamra. Jidher ċar li jgawdi rispett kbir minn sħabu u l-pariri tiegħu jibqgħu utli kemm għall-andament tal-ħarqa kif ukoll għassigurtà tal-membri. Il-Licensee preżenti huwa Matthew Falzon li bil-ħlewwa imma b’dixxiplina, huwa l-ħolqa mal-kumitat ċentrali tal- każin u jistinka kontinwament biex il-membri voluntiera jagħtu l-kontribut tagħhom filwaqt li jibżgħu għal xulxin.

Il-Familja La Stella;

Impressjonani s-sens qawwi ta’ camarderie. Il-problemi li jkollu Matthew, jew Frans, Manwel, Horace, Raymond, Żaru, Ġanni jew kull membru ieħor tal-kamra, isiru l-problemi ta’ kulħadd b’sens qawwi ta’ solidarjetà mill-aqwa. Ġanni Muscat stqarr kif meta jasal il-mument li l-membri jitilgħu l- knisja wara d-dħul tal-vara u jpoġġu dik il-warda fuq il-bradella bħala turija ta’ devozzjoni u ringrazzjament li kollox għadda b’wiċċ il-ġid, jaqbiżlu d-dmugħ bil- ferħ li jħoss. Ġanni jkun ilu ġimgħa jitlob: “Madonna, mhux importanti li l-wirja piroteknika tmur sew, l-importanti li jitilgħu mill-għalqa tal-ħruq mingħajr l-iċken girfa!”

Barra l-Kamra tan-Nar;

Il-membri jieħdu l-impenn tal-piroteknika bl-ikbar serjetà. Ftit li xejn jibqa’ ħin għal attivitajiet oħra. Imma xorta semmewli lista ta’ attivitajiet li jagħmlu fil-ftit ħin liberu li jkollhom. Horace jibqa’ n-nannu, b’erbat itfal u sitt neputijiet jistennewh id-dar! Imbagħad semmewli x-xogħol fir-raba’, l- attendenza għal xi logħba futbol, il-kaċċa, is- sajd u l-insib!

Soċjetà
Filarmonika La Stella Gudja - Festa Madonna tar-Rużarju
2022 49

Il-Perikli;

Il-membri kollha stqarrew kemm il-perikli huma ikkalkulati sew u pjuttost jidraw jgħixu bihom! Il-prekawzjonijiet jittieħdu kollha, pereżempju t- taħlit isir biss minn dawk bil-Licence A. L-aġġornamenti f’Ta’ Kandja jittieħdu bis-serjetà inkella l-liċenzja ma tiġġeddidx. Skont il-membri, fit-triq hemm iktar periklu!

Il-Finanzi;

Għall-grazzja t’Alla l-La Stella Fireworks Factory tgawdi fama mill- aqwa. Hu għalhekk li bosta rħula Maltin u Għawdxin jixtru n-nar mingħand La Stella għall-festi tagħhom. Dan jibqa’ sors importanti ta’ dħul finanzjarju li mingħajru il-kamra tbati ħafna iktar iż-żieda enormi fil-prezzijiet ta’ dawn l- aħħar sentejn. L-ispejjeż jibqgħu uġigħ ta’ ras kbira. Biex tixtri l-materjal, iġġorr ix-xogħol maħdum lest għall-għalqa tal-ħruq taħt is-sorveljanza tal-pulizija, il- kiri tal-fire-engine waqt il-ħruq u bosta intriċċi oħra, wieħed jaħbat jaqta’ qalbu u li ma jkunx għall-għaqal u l-kollaborazzjoni ta’ kulħadd, kieku ma nkampawx.

Konklużjoni; Ħbieb nistedinkom biex matul il-ġimgħa tal-festa, meta titpaxxew bil-wirjiet pirotekniċi tal-La Stella Fireworks La Stella, taħsbu ftit dwar l-umanità kollha li hemm wara kull murtal! U għala le, għidu Ave Maria lill-Madonna tar-Rużarju għallbżonnijiet spiritwali u materjali tal-ħbieb tagħna!

Soċjetà Filarmonika La
Stella Gudja
- Festa Madonna tar-Rużarju 202250
Nixtieq minn qalbi nawgura l-festa t-tajba lillGudjani fl-okkażjoni tal-festa tal-Madonna tarRużarju. Ministru Għall-Ġustizzja e. jonathan@jonathanattard.mt t. 2167 2830 - 21525202 Grazzi tal-fiduċja

Messaġġ mill-Arċipriet

Marija Omm ir-Rużarju

Marija hija l-omm li tintervjeni waqt is-siegħa tal-bżonn. B’hekk il-poplu nisrani jħares lejha bħala wlied itturufnati f’dan il-wied tad-dmugħ u jitlobha. Li Marija tkun l-omm tagħna huwa fatt li Ġesù nnifsu tagħha lilna minn fuq is-salib.

B’hekk kontinwament Marija tħossha responsabbli minna, u tħeġġiġna biex nitolbu. X’jiswa li ngħid li nħobb lil Marija, li niċċelebra festa tal-Madonna, u mbagħad ma nitlobx? X’jiswa li niċċelebra l-festa tal-Madonna tar-Rużarju u mbagħad ir-rużarju illi hija l-aktar talba għall-qalb Marija Santissima ma nitlobhiex?

F’kull dehra l-Madonna ħeġġet it-talba tar-rużarju. Għaliex?

Għax fiha tarana nikkontemplaw il-ħajja ta’ binha Ġesù fil-posti. Fiha tarana ngħidu t-talba tal-Missierna li għallimna Ġesù stess. Fiha nikkontemplaw il-ġrajja tal-inkarnazzjoni ta’ Ġesù waqt li ngħidu s-Sliema. Fil-Glorja tarana naduraw lil Alla Trinitarju.

Mhux ta’ b’xejn li anke l-kwadru tant antik tal-Madonna tar-Rużarju, kemm filparroċċa tal-Gudja kif ukoll f’diversi parroċċi oħra, insibuh imdawwar bi kwadretti żgħar li juru l-posti tar-rużarju. L-ewwel nett kien mezz kif jitgħallmuhom u jibqgħu jiftakruhom. Hawn nixtieq niġbed l-attenzjoni, nispera li għall-inqas min qed jaqra dan l-artiklu jaf il-posti tar-Rużarju u jaf jgħid ir-Rużarju. Jekk ma tafx tgħid ir-rużarju niġbidlek l-attenzjoni biex tkellimni sabiex nagħtik fuq xiex tista’ timxi.

Jekk verament tħobb lill-Madonna toqgħodx kwiet mingħajr ma titlob din it-talba tant għażiża.

Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Festa Madonna tar-Rużarju 202252
Il-Knisja Arċimatriċi u Arċipretali Festa Santa Marija 14 ta' Awwissu 2022
Ritratt - Martin Abela

Programm Festa Interna

It-Tlieta 27 ta’ Settembru 18:00 - Ħruġ tal-Madonna tar-Rużarju min-niċċa, professazzjoni ta’ fratelli ġodda fil-Fratellanza tas-S.Smu Rużarju u preżentazzjoni tat-trabi lill-Madonna tar-Rużarju.

Il-Ħamis 29 ta’ Settembru 16:30 - Konfessur għall-qrar. 19:30 - Tindaqq mota ta’ kwarta waqt l-orazzjoni Il-Ġimgħa 30 ta’ Settembru 18:30 - Tindaqq mota bi tħabbira għall-festa tal-Madonna tar-Rużarju

Is-Sibt 1 ta’ Ottubru 08:00 - Quddiesa tal-aħħar Sibt bl-omelija fuq l-aħħar misteru tar-Rużarju. 12:00 - Tindaqq mota 17:45 - Jingħad ir-Rużarju u jitkanta l-Għasar ta’ lejliet il-festa. Tindaqq ukoll mota bi tħabbira għall-festa tal-Madonna tar-Rużarju u b’sinjal li xahar t’Ottubru hu x-xahar iddedikat lill-Madonna tar-Rużarju 18:30 - Quddiesa tal-Preċett.

Il-Ħadd 2 ta’ Ottubru 07:00 - Quddiesa tal-Kollokju bil-parteċipazzjoni tal-fratelli tar-Rużarju. 08:00 - Quddiesa Letta. 09:30 - Quddiesa solenni tal-festa mħabbra bi tliet moti li din is-sena se tkun iċċelebrata minn Patri Vincent Micallef O.P. (Provinċjal Ġenerali tal-Ordni Dumnikana). Jinseġ tifħir lill-Madonna tar-Rużarju Patri Joseph Zahra O.P., Kappillan tas-Santwarju ta’ Fatima fi Gwardamanga 11:30 - Quddiesa Letta. 12:00 - Tindaqq mota. 17:00 - Quddiesa Letta li ser titqaddes minn Patri Raymond Gatt O.P. 18:15 - Għasar kantat bil-vuċijiet. 19:00 - Purċissjoni bl-istatwa artistika u devota tal-Madonna tar-Rużarju maħduma mill-Gudjan Anġlu Dalli fl-1922 mmexxija minn Patri Joseph Zahra O.P., akkumpanjata mill-Fratelli tas-S.Smu Rużarju, l-Kleru u d-devoti. Waqt il-purċissjoni jingħad ir-rużarju. Mad-dħul tal-purċissjoni, titkanta s-Salve, il-Litanija, l-Antifona u tingħata Barka Sagramentali. Fl-aħħar jitkanta l-Innu Popolari “LisSultana tar-Rużarju”, bi kliem tas-Sur Brian Bonnici u mużika tal-Mro Micheal Pulis.

It-Tnejn 31 ta’ Ottubru

- Jitkanata t-Te Deum u tindaqq mota li tindika għeluq ix-xahar ta’ Ottubru, ix-xahar iddedikat lill-Madonna tar-Rużarju

18:30

Messaġġ mis-Sindku

Festa 2022

Wara nuqqas ta’ sentejn il-festi tar-raħal din is-sena ser jsiru u ser isiru kif konna nafuhom qabel. Qatt ma mmaġinajna li ser ikollna sentejn bla festi però ċ-ċirkustanzi hekk talbu. Issa li qed nieħdu ħajjitna lura minn kull aspett nistgħu verament napprezzaw il-valur kulturali tal-festi u l-patrimonju tar-raħal tagħna.

Bħala Kunsill Lokali qed nieħdu l-opportunità nerġgħu nibdew norgranizzaw diversi attivitajiet, fosthom kif iċċelebrajna Jum il-Gudja, kif ser niċċellebraw il-festi tal-Milied kif ukoll attivitajiet oħra marbutin ma’ postijiet storiċi fil-Gudja. Ngħid għalija, l-fatt li nara lilkom r-residenti tgawdu dawn l-attivitajiet, huwa ta’ pjaċir kbir, speċjalment meta niftakar kif il-pjazza kienet tkun vojta fin-nuqqas ta’ dawn.

Filwaqt li bħala istituzzjoni dejjem naraw li nkomplu ninvestu sabiex intejbu l-ħajja tagħkom ir-residenti, dan ma jsirx bla sagrifiċċji u mingħajr intoppi. Qed naħdmu qatiegħ anka issa sabiex jingħalaq il-proġett tal-ħitan tas-sejjieħ li permezz ta’ fondi Ewropej irranġajna diversi ħitan madwar ir-raħal kollu.

Inħoss li huwa ż-żmien opportun biex ninvestu aktar fil-baned tagħna, għaldaqstant fl-laqgħa tal-kunsill fl-aħħar xhur ġie proponut li din is-sena jkollna fond li minnu min ikun ser itella’ programm waqt il-ġranet tal-festa tat-titular ikun jista’ jibbenefika minn €500. Apparti dan qed inkomplu nuru l-fiduċja tagħna flgħaqdiet billi ninkorporawhom fl-attivitajiet li ħa ntellgħu inkluż dawk tal-Milied. Hija l-intenzjoni tal-Kunsill Lokali li nkomplu nkabbru l-parteċipazzjoni tal-għaqdiet tar-raħal flimkien mal-Kunsill Lokali.

Dan huwa ftit biss mill-ħidma li qegħdin inwettqu fil-kunsill lokali. Filwaqt li nirringrazzjakom tal-kooperazzjoni li nsibu meta nkunu qed nagħmlu xi xogħlijiet, jiena dejjem disponibbli għalikom r-residenti.

F’ismi, f’isem il-familja tiegħi, il-kunsilliera u l-istaff tal-Kunsill Lokali nawgurawlkom il-festa t-tajba.

Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Festa Madonna tar-Rużarju 202256

ww w

.mfelectrix.com.mt
This issue is available in four denominations; 1oz-€100, 1/2oz-€50, 1/4oz-€25 and 1/10oz-€10. Melita coins are legal tender and classed as investment gold, and their price is based primarily on the spot price of gold on the international markets. These bullion coins are exempt from any Value Added Tax. Each coin is set in an individually numbered sealed card that certifies the coin within. MELITA Gold MALTA Weight Alloy Diameter Quality Face Value Thickness Edge Year of Issue 1oz 31.103g (1oz) Fine Gold 999.9 34mm Proof-like €100 1.78mm Milled 2022 1/2oz 15.55g (1/2oz) Fine Gold 999.9 27mm Proof-like €50 1.40mm Milled 2022 1/4oz 7.77g (1/4oz) Fine Gold 999.9 22mm Proof-like €25 1.06mm Milled 2022 1/10oz 3.110g (1/10oz) Fine Gold 999.9 16mm Proof-like €10 0.80mm Milled 2022 Real size illustrations www.lombardmalta.com • www.maltacoins.com Available online at www.maltacoins.com or Lombard Bank, 67, Republic Street, Valletta in collaboration with Gold

Programm Festa Esterna

Il-Ġimgħa 23 ta’ Settembru

20:00 Ikla fil-pjazza tal-Gudja quddiem il-każin b’ikel u divertiment għal kulħadd.

Is-Sibt 24 ta’

- Inawgurazzjoni tal-monument tal-Madonna tar-Rużarju fid-daħla tal-Gudja b’tifkira tal100 sena mill-miġja tal-vara proċessjonali li ssebbaħ ir-raħal tal-Gudja fil-jum tal-festa.

Il-Ħadd 25 ta’ Settembru

18:30 - Festa Tfal. Manifestazzjoni bi statwa tal-Madonna tar-Rużarju mmexxija mit-tfal bissehem tal-Banda La Stella. Wara l-familji huma mistiedna jaraw esebizzjoni mtellgħa mit-tfal stess. Il-parteċipanti se jingħataw tifkira tal-okkażjoni.

It-Tnejn

ta’ Settembru

- Riċeviment għas-soċi u l-għaqdiet.

It-Tlieta 27 ta’ Settembru 18:00 - Ħruġ min-niċċa tal-vara artistika tal-Madonna tar-Rużarju, professazzjoni ta’ fratelli ġodda fi ħdan il-Fratellanza tas-S.Smu Rużarju u preżentazzjoni ta’ trabi. Iktar tard kulħadd ikun mistieden għal fis-sede tas-Soċjetà Filarmonika La Stella għal get together informali.

L-Erbgħa 28 ta’ Settembru

20:00 - Pizza Night imtella’ mis-Sezzjoni Żgħażagħ fil-bitħa tas-Soċjetà Filarmonika La Stella. F’din l-attività ser jiżżanżan proġett mill-isbaħ li ħadmu fuqu ż-żgħażagħ b’tifkira tal-100 sena mill-miġja tal-vara tal-Madonna tar-Rużarju.

Il-Ħamis 29 ta’ Settembru

20:30 - Programm vokali u strumentali bl-isem Night from the Movies mtella’ mill-Banda La Stella taħt id-direzzjoni tas-Surmast Michael Pulis b’direzzjoni wkoll tas-Sur Glen Grioli.

Il-Ġimgħa 30 ta’ Settembru

20:30 - Il-Banda Maria Mater Gratiae tibda marċ minn quddiem il-każin li jdur mat-toroq talGudja. Il-marċ jintemm bit-tlugħ tal-vara tal-Madonna tar-Rużarju fuq il-pedistall. Wara l-marċ jingħata bidu għall-spettaklu awdjo-viżiv fil-pjazza tal-Gudja, spettaklu uniku li jinkludi 3D projection mapping u nar sinkronizzat mal-mużika minn fuq il-bejt tal-każin.

Is-Sibt 1 ta’ Ottubru

20:30 - Il-Banda Sant’ Andrija ta’ Ħal Luqa tesegwixxi program mużikali fuq il-planċier taħt iddirezzjoni tas-Surmast Micheal Pulis. Wara l-programm, il-Banda Sant' Andrija tibda marċ minn quddiem il-każin li jdur mat-toroq tal-Gudja.

Settembru 19:45
26
20:30

Il-Ħadd

ta’

itella’

jingħata

Riżurjanti.

tar-Rużarju.

b’innijiet minn

il-planċier.

ssellem lill-Madonna tar-Rużarju

21:00 Għad-dilettanti tan-nar il-La Stella Fireworks Factory ser
spettaklu pirotekniku b’ murtali tradizzjonali kif ukoll spettaklu ta’ nar sinkronizzat mal-mużika. Wara
bidu għal wirja ta’ nar tal-art mekkanizzat fi Triq Bir Miftuħ.
2
Ottubru 11:00 - Il-Banda La Stella tibda marċ grandjuż fost il-briju tal-partitarji
19:00 - Tingħata bidu għall-puċissjoni bil-vara artistika tal-Madonna
L-Għaqda talMużika San Gejtanu takkumpanja l-ħruġ tar-Reġina tar-Rużarju
fuq
Wara tkompli bi programm mużikali. 21:00 - Dħul tal-purċissjoni. L-Għaqda tal-Mużika San Gejtanu
b’innijiet popolari. 21:30 - L-Għaqda tal-Mużika San Gejtanu tibda marċ minn Triq il-Kbira sa quddiem ilkażin fejn isir l-għeluq ta’ din il-festa ċentinarja. It-Tnejn 3 ta' Ottubru 18:30 - Niltaqgħu quddiem il-każin sabiex immorru għall-ikla tal-għada tal-festa. Għall-aktar dettalji u aġġornamenti nirrakomandaw li wieħed isegwi s-siti soċjali tas-Soċjetà.
Pjanta tal-Monument tal-Madonna tar-Rużarju Ċelebrazzjonijiet 100 Sena Fostna.
UNDERGROUND U Fr ederick Attar d Hair stylist & Barber Salon:52,Vjal it-Tor ri, Gudja T:21802481 M:79061303

Mid-Djarju ta’ Gio Maria Abdilla

Eks Prokuratur tal-Fratellanza tas-S.Smu Rużarju u Eks President tas-Soċjetà Filarmonika La Stella

F’din il-pubblikazzjoni qed niffukaw fuq il-ġrajja tal-wasla tal-vara tal-Madonna tar-Rużarju fil-Gudja. Wieħed mill-iktar rakkonti kredibbli u dokumentati li sibna huwa rakkont miktub minn Gio Maria Abdilla fit-8 ta’ Lulju 1922 (ftit tal-ġranet biss wara li seħħet il-ġrajja). Dak iż-żmien Gio Maria Abdilla kien Prokuratur talFratellanza tas-S.Smu Rużarju. Huwa kien ukoll bniednem li ħadem ħafna għal ġid tas-Soċjetà Filarmonika La Stella u infatti matul is-snin huwa okkupa diversi karigi. F’dan ir-rakkont, li huwa jsejjaħlu “Rakkont tal-Istatwa tar-Rużarju Venerata filKnisja Parrokjali matriċi tal-Gudja li saret fl-1922” wieħed jista’ jara u japprezza d-diffikultajiet u l-ostakli kollha li ħabbtu wiċċhom magħhom hu u sħabu sabiex irnexxielhom iwettqu l-ħolma tagħhom; dik li jżanżnu vara ġdida tal-Madonna tarRużarju. Għalkemm ma hemm l-ebda dubju li r-rakkont huwa viċin ħafna tal-verità (dan jikkonfermawh ukoll dokumenti oħra), din il-ġrajja hija ovvjament miktuba millperspettiva tal-awtur b’lingwaġġ u veduti li jirriflettu l-opinjoni tiegħu u ż-żmien li fih inkiteb.

L-Ewwel Parti

Kienet ġurnata minn ta’ Ottubru tas-sena 1921 meta f’idea li ġietni xtaqt nagħmel mezz illi nkompli ix-xewqa li kelli sa minn ċkuniti, iġifieri illi bħala prokuratur talFratellanza tar-Rużarju tal-Gudja nieħu ħsieb nagħmel statwa ġdida tar-Rużarju. Ġurnata fost il-ġimgħa f’xi s-sitta ta’ waranofsinhar il-kappillan Dun Ġużepp Spiteri mill-Belt kien qiegħed bilqiegħda fuq siġġu għall-frisk fejn iz-zuntier in-naħa ta’ San Ġużepp u jien ersaqt fuqu u ssuġġerejtlu l-idea li kelli u billi dak iż-żmien kien ipprojbit il-ġbir privat minħabba li kien qiegħed isir xogħol taż-żebgħa fil-knisja staqsieni jekk hux sejra ssir bil-ġbir inkella benefattur. Jien irrispondejt li benefattur u huwa qalli mela tista’ tibda x-xogħol. Irringrazzjajtu u tlaqt. Sentejn qabel dan il-fatt, ċertu Gio Maria Galdies bin Katerina Galdies Dalli u Giuseppe Dalli, iz-ziju ta’ dan Gio Maria Galdies kienu xtaqu jkunu benefatturi ta’

Soċjetà Filarmonika La Stella

Gudja - Festa Madonna tar-Rużarju64
Gio Maria Abdilla President tas-Soċjetà Filarmonika La Stella (1937 - 1948)(1952 - 1960)
Rożi Ġużeppi Katerina Speranza L-aħwa Dalli, li fl-1922 kienu l-benefatturi tal-istatwa talMadonna tar-Rużarju, maħduma mill-istatwarju Gudjan Angelo Dalli. (Antonio Dalli ma jidhirx fir-ritratti) Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Festa Madonna tar-Rużarju66

dina l-istatwa iżda billi ma kienx hemm permess li jsir ġbir u lanqas opri, ix-xewqa tagħhom ma setgħetx tiġi kompluta.

Meta għalhekk is-Sur Kappillan tani risposta li nista’ nibda x-xogħol, filgħaxija mort il-każin (Circolo La Stella No. 30 Strada Reale), sibt lil Giuseppe Dalli u Galdies Gio Maria (li kien President tal-imsemmi każin) u tlabthom illi billi issa għandna ċirkustanzi illi l-istatwa tista’ ssir irrid risposta sal-aħħar tax-xahar ta’ Ottubru 1921 jekk għadhomx bl-idea li jagħmlu l-istatwa, sabiex jekk ma jagħmluhiex huma nieħu ħsieba jiena. Ir-risposta wara ftit taż-żmien kienet iva.

Issa dak iż-żmien kien hemm ċertu Angelo Dalli (tas-Suffari) mill-Gudja miżżewweġ Ħal Tarxien li kien ilu joqgħod Ħal Tarxien xi 10 snin, dan kien raġel intelliġenti ħafna u meta kellu xi 25 sena kienet qiegħda tinbena l-faċċata tal-knisja tal-Gudja stess u dan daħal għax-xogħol b’lavrant iżda fi ftit taż-żmien bl-intelliġenza li kellu, kellu l-ħila jieħu x-xogħol taħt idejh u dderieġa x-xogħol tal-kampnari huwa. Fis-sena 1914 inqalgħet gwerra mal-Ewropa kollha u x-xogħol tal-bini spiċċa għal kollox. Għalhekk irrikorra għat-tarzna u daħal b’assisstent shipwright it-tarzna. Fis-sena 1918 ilgwerra spiċċat u bejn is-sena 1918 u s-sena 1919 tawh is-sensja.

Meta sab ruħu nieqes mix-xogħol ried jara x’se jagħmel u billi kellu xi idea taxxogħol tal-istatwi tal-kartapesta ta ruħu għal dan ix-xogħol. Fis-sena 1920, Dun Paul Zammit mill-Gudja, ħabib kbir ta’ dan Anġlu Dalli, kien rettur tal-Knisja ta’ Liesse il-Belt u sabiex jakkwista l-fama lil dan Dalli ordnalu statwa ta’ Liesse, Madonna bilbambin u tliet kavallieri u anġlu bi statwa żgħira f’idejh. Ix-xorti tat illi din l-istatwa rnexxietlu wisq u dan Anġlu akkwista fama liema bħala.

Meta għalhekk jiena ġejt biex nordna din l-istatwa sibt ruħi f’konfużjoni kbira fejn nordnaha, ridt kieku nordnaha għand Anġlu però bżajt li ma tirnexxix u fl-istess ħin ma ridtx nordna barra għaliex għedt illi biċċa ħobż aħjar jiekolha wieħed pajżan minn barrani. Ġurnata fost l-oħrajn kont għandu u rajt xi xogħol minn tiegħu li għoġobni ħafna u qbadna diskursata u tani kelma illi jekk ma tirnexxielux l-istatwa stajna ma nieħduhiex. L-idea għoġbitni u pproponejna li nippruvaw.

Fl-4 ta’ Novembru 1921 dan Anġlu ġie l-każin u hemm sar l-akkordju bejn Giuseppe Dalli u Angelo Dalli għax-xogħol tal-istatwa prezz Lm9-10, bil-kundizzjoni illi jekk ma tirnexxix ma jieħduhiex. Giuseppe Dalli ordnaha għan-nom ta’ ħutu Caterina Galdies Dalli, Pranz Dalli, Rosaria u Antonio Dalli.

Meta l-istatwa kienet ordnata jien ridt naħseb għall-pedistall. Bgħatt għall-ċertu Emmanuele Buhagiar skultur tajjeb u ħażżli disinn ta’ pedistall li malli rah il-poplu

Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Festa Madonna tar-Rużarju 2022 67

ngħoġob tassew u ordnajtulu Lm25 u x-xogħol sar taħt id-direzzjoni tas-Sur Carlo Farrugia, Chief Draughtsman tal-Gvern (mill-Gudja)

Il-pedistall sar bil-ġbir mill-fratelli u sar arbural ta’ Lm27 li minnhom sar il-pedistall, xogħol ta’ dijadema tal-fidda, girlanda tal-pedistall u forċini ġodda. Il-kumplament tal-ispejjes tħallsu mill-ġbir tal-flieles.

Ix-xahar ta’ Novembru 1921 ġara illi Dun Paul Zammit miet u billi l-kappillan kien xi ftit skoraġġit fuq it-telfa ta’ Mons. Schembri, kbir benefattur tiegħu, li rabbieh hu u li kien miet fil-15 ta’ Lulju 1921, u fuq inkwiet li bħala kap dejjem jiltaqa’ miegħu, talab lill-Mons. Isqof Dun Mauro Caruana sabiex imur Rettur ta’ Liesse flok il-mejjet Dun Paul Zammit u l-Isqof ikkonċedielu.

Għal din l-aħbar il-maġġorparti tal-popolazzjoni tal-Gudja tħawdet u għamlu l-mezzi possibbli sabiex jibqa’ hawn saħansitra saret petizzjoni bil-firem ta’ kulħadd (eċċezzjoni xi tużżana) taħt ċertu nutar miż-Żurrieq (ħu Dun Giuseppe mlaqqam tal-Lasta) iżda kollu għalxejn id-deċiżjoni kienet li l-kappillan immur Rettur ta’ Liesse.

It-Tieni Parti Ġara għalhekk illi l-pajjiż nqasam f’żewġ partiti, min kien favur il-kappillan u min kontra.

Dawk li kienu favur il-kappillan ħadmu kemm felħu sabiex il-kappillan ma jmurx u billi qassisin mill-pajjiż ma kien hemm ħadd isservew b’ittri anonimi kontra min ikun ġej u gerrxu xi sitt qassisin. Ġara għalhekk illi ċertu Dun Nicola Aquilina mis-Siġġiewi aċċetta l-kariga flok il-kappillan megħjun mill-partit kuntrarju.

Billi l-kappillan kellu xewqa kbira illi l-opra taż-żebgħa tal-knisja tiġi kompluta talab lil dan Dun Nicol illi jagħtih il-permess illi għalkemm ma jkunx hawn ir-raħal però nhar ta’ Ħadd jiġi jgħinu sabiex jiġbor u jassisti għall-knisja. Dun Nicol għoġbitu l-idea u aċċetta.

Fit-23 ta’ Diċembru 1921, il-kappillan telaq mir-raħal iżda mal-ewwel Ħadd li ġie, Dun Ġużepp Spiteri ddobba ħaruf, għamluh lotterija, u kien hemm profit ta’ Lm1-5. L-għedewwa tal-kappillan li kienu nies mill-partit taċ-Ċintura meta raw li l-kappillan sejjer jibqa’ jidher lejn ir-raħal waħħlu f’ras Dun Nicol illi jekk jibqa’ jiġi ‘l hawn Dun Ġużepp Spiteri r-raħal jinqasam f’żewġ partiti u li hu ma jkunx irrispettat. Dun Nicol, billi ġie mill-ewwel bl-idea tat-taħwid, emmen il-kliem tal-għadu u sab mezz sabiex ma jħallihx jiġi iżjed billi qallu illi qabel ma jkollu somma flus f’idejh ix-xogħol ma riedx ikomplieh. Il-kappillan Dun Ġużepp Spiteri xamm id-daqqa mill-ewwel u kif xterdet

Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Festa Madonna tar-Rużarju 202268

din l-aħbar ir-raħal nqasam f’żewġ partiti tassew. Dun Nicol għalhekk ġie abborrit mill-maġġorparti tal-popolazzjoni, li kien il-partit tar-Rużarju u tas-Sagrament u aċċettat mill-partit taċ-Ċintura.

It-Tielet Parti

Għall-ħabta ta’ Diċembru 1921 ix-xogħol tal-istatwa nbeda u mill-bidu tiegħu wera li x-xogħol sejjer jirnexxi. Ġara però illi meta ġie iqiegħed l-għajnejn tal-Madonna ma sabx tal-qies u qabditu konfużjoni kbira.

Staqsi minn hawn, u iġri minn hemm, u għajnejn tal-qies ma nistgħux insibu; iżżmien dieħel sewwa għalhekk kien fadal tama waħda. Huwa kien bagħat iġib 3 xhur qabel sett pari għajnejn ta’ kull daqs mill-Ġermanja għalhekk kellu fiduċja kbira li jirċevihom f’qasir żmien. Fl-aħħar ta’ Frar jirċievi ittra li waslu. Tista’ taħseb għalhekk b’liema ferħa mar għalihom, iżda ma damx ferħan wisq għaliex kif fetaħ il-kaxxa jsib illi flok sitt pari minn kull daqs irċieva tliet tużżani miż-żgħar kollha daqs wieħed. Tista’ taħseb għalhekk liema dwejjaq qabdu lill-imgħallem. Żmien x’jistenna ma għandux biex ma jlestix l-istatwa ma jistax ikun, għalhekk diġà kien iddeċieda li jagħmilhom biż-żebgħa.

Iżda qabel xejn jiena għidt bejni u bejn ruħi ħalli nerġa’ nagħmel tfittxija oħra forsi l-Madonna tlaqqani ma’ xi par. Mort il-Belt u Strada San Paolo kien hemm wieħed li kellu ħafna. Qallibtlu kull ma kellu u ma sibtx ħlief waħda farrada. Mort għalhekk ħosbien għand l-imgħallem u għedtlu bil-biċċa u qalli hekk hu, dik l-istess li sibt jiena hux, kienet fil-vetrina. Le weġibtu, jiena fil-kaxxa sibtha. Tal-vetrina ma rajthiex. Taf li qiegħed tħassibni qalli. Imur l-għada u Alla jista’ kollox isibhom it-tnejn jaqblu, hux veru miraklu? B’dana kollu kien fadallu biss xahar żmien iżda billi it-temp kien favorih l-istatwa kienet lesta fil-ħin. Il-ġmiel tagħha deher veru sublimi.

Issa wasalna għall-induratura. Dorna għalhekk il-Belt kollha u billi ma kienx hemm ħlief ħames ġimgħat żmien ix-xogħol m’aċċettah ħadd. Diġà konna qtajna qalbna. Fl-aħħar irrikorrejna għand ċertu Tomaso Bartolo u Giuseppe Farrugia mill-Imdina u x-xogħol aċċettawh. Għalhekk moħħna mistrieħ illi kollox sejjer jirnexxi kif tixtieq qalbna. Ix-xogħol tal-induratura nħadem tajjeb ħafna li ngħoġob minn kulħadd.

Ir-Raba’ Parti

Wasal għalhekk iż-żmien tat-tberik tagħha. Jiena bis-sinċerità kollha mort għand Dun Nicol Aquilina l-viċi kappillan biex niftiehem miegħu kif sejrin imberkuha. Ġara

Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Festa Madonna tar-Rużarju 2022 69

li dan Dun Nicol kien diġà tkellem ma’ Mons. Angelo Portelli, vikarju tal-Isqof Dun Mauro Caruana fuq l-istatwa u billi dan (l-Isqof) ma kienx jaf biha, waħħal f’rasu li l-istatwa ma jdaħħalhiex. Għalhekk dan Dun Nicol talabni r-rikors tal-Isqof. Jien irrispondejtu li rikors ma għandix għaliex il-kappillan stess kien qalli li m’għandix bżonn rikors għaliex l-istatwa saret minn benefattur. Dan irrispondieni li hemm bżonn rikors u ammonieni li billi iż-żmien daħal jaqbel illi mmur inkellem l-Isqof verbalment. Jien aċċettajt il-proposta.

L-għada filgħodu mort għand Portelli b’fiduċja kbira li meta jisma’ mingħandi r-raġuni l-għala ma għamiltx ir-rikors nirranġaw kollox bil-kwiet, iżda kontra qalbi ngħid li sibt kollox kuntrarju għaliex lanqas biss ilħaqt tgħarraftlu l-bidu tal-istorja li ma laqagħnix bil-ħażin mill-ewwel u assolutament mhux talli ma ried jaf b’xejn, iżda qalli wkoll li nista’ ma nagħmel ebda rimedju għaliex l-istatwa ma jaċċettahiex sabiex isservi tagħlima.

Tistgħu taħsbu għalhekk kif ħriġt minn quddiemu donni ras maqtugħa, iżda b’dan kollu l-fiduċja tiegħi soda f’Marija Santissima. Ma qtajt qalbi qatt li l-istatwa tibqa’ barra għalhekk tajt bidu għall-ħidma.

Filgħaxija dhert quddiem Dun Nicol u għedtlu kif kien laqgħani u rrispondieni li mmorru flimkien għand Portelli bil-ħsieb li l-kelma tiegħu tiġi mismugħa, iżda għallkuntrarju, Mons. Portelli deher ostinat aktar minn qabel. B’dana kollu l-fiduċja mhux maqtugħa għal kollox Dun Nicol issuġġerieli li mmorru għand Mauro.

Il-Ħames Parti

Fl-istess żmien ta’ dan kollu l-pajjiż kien imħawwad wisq. Diġá kien sar il-konkors għall-Kappillan iżda għall-eżami ma resaq ħadd. Meta l-Isqof ra hekk, kien jinsab ċertu qassis mill-Gudja sagristan maġġur f’San Pawl tal-Belt u bagħat għalih u talbu li jmur kappillan il-Gudja u dan minħabba ċ-ċirkustanzi tal-pajjiż aċċetta, resaq għall-eżami, għadda u rċieva l-karta li huwa deċiż kappillan, iżda ġara li sa filgħaxija il-volonta tbiddlitlu għal kollox b’mod tali illi tah ħass ħażin. Filgħodu kmieni mar malajr għand l-Isqof u annulla kull ma kien sar. Tista’ taħseb kif reġa’ sab ruħu Mons. Portelli wara tant taħbit għaliex assolutament ried li jagħmel lilu.

Kien jinsab ukoll mill-banda l-oħra s-segretarju tal-Isqof Mauro li dan kien jitħabat bil-bosta biex isir Dun Nicol kappillan u għaldaqstant huwa u Portelli kienu xi ftit impikati fuq din iċ-ċirkustanza għaliex Portelli lil Dun Nicol ma riedx jaċċettah. Mar mela Dun Nicol għand Mauro u kelmu fuq iċ-ċirkustanza tal-istatwa li dan

Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Festa Madonna tar-Rużarju 202270
Il-Madonna tar-Rużarju Qabel l-Induratura tal-1947

meta sema’ ir-raġunijiet fehem li ma kien hemm ebda diffikultà però qabel xejn jitkellem ma’ Portelli. L-istess ħin Dun Nicol kellem ukoll lis-segretarju li bħala ħabib tiegħu pproponielu li jgħinu kemm jista’. Jien mill-banda l-oħra rrikorrejt għand Dun Piet li dan tkellem ħafna ma’ persuni oħra ta’ kunfidenza ma’ Mauro li għenuni wkoll. Dan kien fil-bidu tax-xahar ta’ Mejju 1922.

Iż-żmien qiegħed joqrob ġmielu għaliex fit-30 ta’ Mejju kellha ssir il-festa, millbanda l-oħra r-raħal irvellat kollu għaliex l-istatwa mhix sejra tidħol u għalkemm middiskors tal-Isqof Mauro Caruana għandna xi speranza li nirranġaw, kulħadd qalbu ttektek għaliex nafu li hija ħaġa kbira ħafna li superjur jikser il-kelma ta’ sieħbu, iżda sewwa jgħidu li l-bniedem jipproponi u Alla jiddisponi.

Mela isimgħu. Ġara li f’Tuneż kella ssir festa ta’ San Pawl solenni ħafna u billi kienu inkarigati ħafna Maltin ta’ hemm xtaqu għalhekk li ssir minn xi qassisin Maltin. Bagħtu għalhekk jistiednu lill-Isqof Portelli u dan aċċetta bil-qalb kollha. Għalhekk kellu jsiefer sabiex fl-14 ta’ Mejju jassisti għall-festa. Tistgħu taħsbu kif ikkonfondejna meta smajna b’din l-aħbar għaliex dehrilna li ż-żmien tal-istatwa daħal wisq u billi Mauro ried jitkellem miegħu u dan siefer issa iż-żmien aktar jitwal għaliex kellu jirritorna Malta fl-20 tax-xahar.

Kollox però sar għall-kuntrarju, meta s-segretarju tal-Isqof sab ruħu waħdu, qal issa huwa l-waqt tiegħi li nasal fejn nixtieq iġifieri li Dun Nicol isir kappillan. U sabiex aktar Dun Nicol jiġi aktar milqugħ mill-popolazzjoni ħadem kemm felaħ sabiex l-istatwa tiġi aċċettat u dan ikun mezz kbir għar-rispett ta’ Dun Nicol.

Għalhekk bit-taħbit tas-segretarju u bil-għajnuna ta’ xi persuni oħra l-Isqof ippropona li l-istatwa tiġi aċċettata u billi għall-konkors ta’ kappillan ma resaq ħadd kien diġà pproponut Dun Nicol. Sadattant Portelli reġa’ ġie Malta u billi ż-żmien daħal sewwa Dun Nicol mar għand Mauro għar-risposta u sab li kien għad ma kelmux, wara xi jumejn mort għand Mauro jiena stess u wara li erġajt spejgajtlu l-fatti kollha ġegħelni nagħmel bħal apoloġija fejn jiena nitlob skuża u nispjega illi in-nuqqas tarrikors ma sarx b’disrispett tal-Awtoritajiet iżda bi żball involontarju ta’ min kien irieġi u għalhekk nitlob skuża ta’ dak li sar.

Ir-rikors sar u t-Tlieta filgħodu 23 ta’ Mejju 1922 mort l-Imdina u ppreżentajt irrikors lill-Isqof Mauro u wara li għamilli xi mistoqsijiet wegħedni li jagħtina risposta s-Sibt 27 ta’ Mejju. Is-Sibt wasal u Dun Nicol bil-għajnuna ta’ Alla mar għar-risposta. F’nofs siegħa kif wasal mix-xogħol mort għar-risposta u b’ferħa kbira nsib li l-istatwa ġiet aċċettata, għal din l-aħbar ġiet imtellgħa l-bandiera fuq il-każin b’sinjal ta’ ferħ u bid-dehra tagħha kulħadd induna bl-aħbar.

Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Festa Madonna tar-Rużarju 202272

Is-Sitt Parti

Ferħ kbir kien jidher fuq wiċċ il-fratelli għalhekk ġiet deċiża l-festa għall-11 ta’ Ġunju, it-tberik tagħha kellu jsir fl-4 ta’ Ġunju. Il-Ħadd filgħodu (4 ta’ Ġunju) ma ħafna nies, fit-tlieta u nofs ta’ filgħodu, tlaqna lejn l-Imdina u fis-sitta konna ninsabu għand l-induratur Tomaso Bartolo u Giuseppe Farrugia wara li smajna l-quddies ħriġna l-istatwa.

Hawnhekk inqala’ għawġ ieħor. It-temp kien riħ isfel u bil-mod il-mod bdiet tqattar ix-xita. Skont ma kien jidher it-temp kien sejjer għall-agħar. Bilġri ħadna l-istatwa taħt il-mina ma tmurx iżżid tqattar ix-xita. Diġà kienet ilha nieżla tliet kwarti. Sadattant iddubbajna ħafna lożor u inċirata tajba li x-xita ma tistax tinfed. It-temp beda jeħfief u bil-mod il-mod bdejna nimtlew bil-kuraġġ. Billi l-istatwa kienet mgħottija tajjeb meta rajna li t-temp ħfief sewwa għalkemm bit-taqtir aħna tlaqna u bil-għajnuna t’Alla wasalna b’wiċċ il-ġid. Għall-ħabta tal-ħdax ta’ filgħodu qrobna lejn ir-raħal u trid tara l-kwantità ta’ tfal jgħajtu quddiem, nies jimxu wara l-istatwa, xi sitt karettuni mgħobbijin bin-nies wara, u żewġ karettuni bil-pjanċier, insomma reġiment sħiħ. L-istatwa ġiet imqiegħda fid-dar ta’ Bernardo Gafà fi Strada Reale No. 3. Fil-ħamsa ta’ waranofsinhar l-istatwa ġiet mikxufa u għad-dehra tagħha kulħadd skanta. Filħamsa u nofs ġiet imbierka minn Dun Nicola Aquilina viċi parroku u l-banda San Andrea ta’ Ħal Luqa akkumpanjat l-istatwa bil-marċi sbieħ tagħha sal-pjazza.

Kienu diġà s-sebgħa xħin il-Madonna waslet il-pjazza. Malli waslet kien hemm ippreparata fuq il-pjanċier l-orkestra La Stella tal-istess pajjiż li malli waslet intonat l-innu “Lode a Maria” ippreparat għal din iċ-ċirkustanza li kif spiċċa saru applausi kbar mill-popolazzjoni. L-orkestra kienet komposta minn 30 strument, 24 tifla u tenur ikantaw.

Kif spiċċa l-innu l-istess orkestra daħlet il-Knisja biex tkompli s-servizzi tagħha, malli l-Madonna tfaċċat fil-knisja nbdiet l-Ave Maris Stella bl-orkestra li l-forza tagħha kienet tal-għaġeb.

Għalkemm kien ippreparat li għandha ssir is-Salve, il-Litanija u l-Antifona Dun Nicol tħawwad u spona għalhekk il-festa spiċċat naqra fil-qosor u sar biss Tantum Ergo.

Wara l-benedizzjoni sar trattament kif kien xieraq lill-orkestra u kien ukoll mistieden tant Dun Nicol u kemm l-abbatini. Wara, il-banda u l-orkestra komplew il-programm tagħhom.

Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Festa Madonna tar-Rużarju 2022 73
Il-Festa t-Tajba Membru tal-Parlament Ewropew cyrusengerer.com Uffiċċju - 11, Triq il-Pelegrinaġġ, Bormla +356 9900 3561 cyrus@cyrusengerer.com

Is-Seba' Parti Sebaħ il-Ħadd filgħodu 11 ta’ Ġunju u fil-pjazza ma kontx tilmaħ ħlief trabijiet jittajru fl-arja, bosta u bosta mir-rużuni li kienu armati għall-okkażjoni tal-festa ġew żarmati għaliex fil-biża’ li ssir ħafna ħsara. Il-maġġoranza tal-poplu tal-pajjiż jidhru konfużi donnu ħsieb ikrah qiegħed idejjaqhom u bir-raġun kollu għaliex riħ liema bħalu kien qiegħed jonfoh. Speranza li jiskot mhemmx għaliex sejrin jibqgħu privi mill-aħħar xewqa li kellhom li jgawdu l-festa tal-għażiża tagħhom il-Madonna taħt ittitlu tal-Ward. Iżda dik li ħelset minn bosta battalji ħorox lill-maħbubin tagħha mhux sejra tonqos lilhom issa fl-aħħar xewqa tagħhom. Għall-ħabta ta’ 16:00 ta’ waranofsinhar donnu sebaħ mill-ġdid. Ir-riħ illi kien jonfoħ b’forza kbira donnu staħba u kkalma għal kollox. Waslet il-Banda Duke of Edinbrugh tal-Birgu u għamlet il-marċi sbieħ tagħha mat-toroq. Fis-sebgħa nieqes kwart bdiet ħierġa l-purċissjoni b’pompa kbira qalb l-isparar tal-bombi u d-daqq tal-qniepen, il-purċissjoni tkompliet b’pompa kbira. Fit-tmienja u nofs daħlet ilproċessjoni u ġiet intonata s-Salve bħas-soltu iżda ġara illi l-istess Dun Nicola wara s-Salve flok li qgħad jistenna li ssir Litanija reġa’ kanta l-Osemus u spona. Hawnhekk il-popolazzjoni ħadita ftit bi kbira għaliex dehrilhom illi dik l-azzjoni ġiet magħmula apposta billi l-Ħadd ta’ qabel sar l-istess żball (għalkemm apposta ma naħsibx li saret iżda billi kien għajjien mill-purċissjoni ried jeħles).

Għal danakollu kif spiċċat il-benedizjoni daħlu ħafna nies jgħajtu ma’ Dun Nicola Aquilina. “Proset għaliex ħassartilna festa”. Wara din il-frattarija Dun Nicol skuża ruħu u n-nies ħarġet ‘il barra. Madanakollu l-festa spiċċat b’wiċċ il-ġid.

Ġara iżda li Dun Nicol xaba’ jamministra fil-pajjiż speċjalment fuq din l-okkażjoni għaliex fehem li ma tantx kien miġjub mill-maġġoranza tal-popolazzjoni għalhekk l-għada filgħodu 12 ta’ Ġunju mar għand Mons. Portelli u d-deċiżjoni kienet li għandu jitlaq, għalhekk filgħaxija ġarr ħwejġu u telaq. Ġara għalhekk li fil-pajjiż ma kien hemm l-ebda qassis u għalhekk it-Tlieta u l-Erbgħa ma sarx quddies. L-Awtorità tal-knisja flok fittxet li tibgħat qassis biex jamministra bagħtet deċiżjoni li tagħlaq il-knisja u l-knisja ġiet magħluqa. Kien jitqaddes biss il-quddies ta’ nhar ta’ Ħadd. Żewġ pulizija ġew mibgħutin għassa mal-knisja bil-lejla u bi nhar. In-nies tal-pajjiż stess, speċjalment xi nisa tal-partit l-ieħor ħallew ilsienhom u bdew iqassqsu u jigdbu kemm jifilħu. Tista’ taħseb ilsien ta’ mara fejn għandu il-ħila jasal, tant, li l-pulizija għal dak id-diskors kella tieħu passi. Għajdut kbir xtered ma’ Malta kollha, gideb immens, b’mod li ma kontx tgħid li int mill-Gudja. Wara xi erbat ijiem ħarġu

Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Festa Madonna tar-Rużarju

2022 75
Il-Wasla tal-Madonna tar-Rużarju fil-Pjazza Il-Gudja 4 ta' Ġunju 1922

iċ-ċitazzjonijiet u ġew mħarrkin 23 wieħed u kienu dawn;

1) Giuseppi Dalli (ix-Xaban) bħala kap di storbju

2) Vincenza Grixti (ta’ Pejja)

3) Galdies Gio Maria (tax-Xaban)

4) Abdilla Gio maria (ta’ Bexxaq, il-Prokuratur)

5) Zammit Carmelo (il-Qondos, kaxxier tal-każin)

6) Baldacchino Benigno (il-Qejqi)

7) Dalli Angelo (id-Dudu)

8) Spiteri Giuseppe (ta’ Rużar tad-Daqqaq)

9) Spiteri Giovanni (ta’ Rużar tad-Daqqaq)

10) Gatt Carmelo (l-Għawdxi)

11) Gatt Salvu (l-Għawdxi)

12) Gatt Gio Maria (ta’ Salvu l-Għawdxi)

13) Gatt Lorenzo (ta’ Salvu l-Għawdxi)

14) Gatt Giuseppe (ta’ Francesco l-Għawdxi)

15) Gatt Carmelo (ta’ Francesco l-Għawdxi)

16) Dalli Angelo (it-Tari)

17) Dalli Giovanni (in-Noqq)

18) Dalli Carmelo (in-Noqq)

19) Baldacchino Giuseppe (iż-Żibri)

20) Barbara Giovanni (tal-Patrija)

21) Zammit Pietro (il-Kozzu)

22) Zammit Michele (taz-Zopp)

23) Galea Agostino

Dawn kienu n-nies imħarrka, bosta minnhom kienu bla ħtija. Il-kawża kienet fit-23 ta’ Ġunju il-Belt, b’din ix-xhieda beda Dun Nicola. Dam jixhed siegħa u nofs bl-arloġġ u l-maġistrat ma seta’ jgħaqqad b’ebda pont anzi ġibed it-tort għalih. L-istess ħaġa x-xhieda l-oħra. Ma xhedu xejn ħlief li semgħu l-frattarija u li qalulu mur saqqi l-ħass. Tlajna għall-kawża darbtejn iżda ma nqatgħetx

Diġà kienet ilha xahar kważi l-knisja magħluqa u l-ebda bniedem ma nqala’ sabiex jirranġa din il-kwistjoni. Kien id-9 tax-xahar ta’ Lulju u Dun Pawl l-Arċipriet tal-Mosta u Dun Piet Farrugia sagristan maġġur f’San Pawl tal-Belt (it-tnejn mill-Gudja) ġew

Gudja

Soċjetà Filarmonika La Stella
- Festa Madonna tar-Rużarju 202278

ir-raħal fejn fl-4 ta’ waranofsinhar il-knisja għamlu bħal diskors twil fejn spjegaw iddisgrazzja li fiha konna ninsabu u r-riżultat kien li saret petizzjoni fejn fiha ġiet mitluba skuża lill-Awtorità tal-Knisja għal dak kollu li sar u sabiex Mons. Isqof jirrimedja għal dak il-gwaj tal-knisja u jibgħat saċerdot sabiex jamministra.

Saret il-petizzjoni bil-firem tan-nies li kien hemm presenti u kienet ippreżentata quddiem l-Isqof mill-prokuraturi u r-retturi tal-tliet fratellanzi flimkien ma’ Dun Pawl l-Arċipriet tal-Mosta. Mons. Isqof Caruana wera li ħa gost ħafna għat-talba tal-maħfra u ddeċieda li l-Ġimgħa 14 tax-xahar persunaġġ jiftaħ il-knisja. Tahom ilbenedizzjoni u kulħadd mar pajjiżu.

Kien nhar il-Ġimgħa meta għall-ħabta tal-ħamsa ta’ waranofsinhar il-qniepel talknisja kienu jinstemgħu jidwu ma’ kullimkien u l-ħoss tagħhom kien jinstama’ xi ħaġa isbaħ mis-soltu. Proċessjoni solenni mmarċjat mill-parroċċa għall-Annunzjata u minn hemm Mons. De Piro (Mons. Il-Katedral tal-Imdina) ħareġ proċessjonalment bis-Sinjur għall-Parroċċa. It-toroq mnejn kella tgħaddi l-purċissjoni kienu mimlija bi kwantità ta’ fjuri mxerrda fl-art u qsari ta’ kull għamla mal-ħitan. Kif is-Sinjur tbiegħed fuq l-artal tkanta t-Te Deum. Kif spiċċa t-Te Deum, l-Arċipriet tal-Mosta għamel diskors ta’ mħabba versu r-ragħaj tal-parroċċa u versu xulxin b’mod li bikka l-kulħadd. Wara sar it-Tantum Ergo, saret benedizzjoni u l-festa ġiet kompluta sollennament.

Issa ġara li billi l-maġsitrat tal-Qorti ma seta’ jgħaqqad ebda pont fuq xiex imexxi l-kawża saret deċiżjoni li tiġi stallata. Fit-18 ta’ Lujlu kellna nitilgħu għall-kawża, iżda ġiet risposta li t-Tnejn 17 ta’ Lulju fis-sitta ta’ waranofsinhar niltaqgħu l-għassa talpajjiż. Fis-sitta u kwart ġie l-kummissarju tal-pulizija flimkien ma’ Mons. De Piro fejn qalilna li għat-talba ta’ Mons. Isqof il-kawża ġiet mgħoddija nulla b’mod li qisu qatt ma kien xejn. Aħna filwaqt li tlabna skuża rringrazzjajnieh u ħriġna u hekk kulħadd ġie fil-paċi.

Viva Maria S.S. tar-Rużarju li bil-qawwa tagħha ġejna mhux biss aħna meħlusin mill-qilla tal-għedewwa, iżda bil-qawwa tagħha rebħet ukoll il-qlub kollha għaliex tfiet l-odju li kien jeżisiti u nisslet paċi u mħabba fil-qlub ta’ kulħadd. Viva r-Reġina tal-Paċi u r-Reġina tar-Rużarju Mqaddes.

Gio Maria Abdilla – Prokuratur tal-Fratellanza tas-S.Smu Rużarju – Gudja.

Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Festa Madonna tar-Rużarju 2022 79
Ċelebrazzjonijiet 100 Sena Fostna Purċissjoni Madonna tar-Rużarju 29 ta' Mejju 2022

Estratt minn Mons. Ġużeppi De Piro

F’Kull Qasam tal-Istorja ta’ Malta

Fr Alexander Bonnici, O.F.M. Conv.

Dan ir-rakkont ferm sabiħ u dettaljat jagħti stampa minn perspettiva oħra talġrajja li seħħet fil-Gudja fl-1922, din id-darba min-naħa ta’ kif rawha l-awtoritajiet ekklesjastiċi ta’ dak iż-żmien. Dan li qed nirripproduċu hawnhekk huwa estratt millktieb Mons. Ġużeppi De Piro (1877– 1933) Vol II. Dan il-ktieb huwa ta’ Fr Alexander Bonnici, O.F.M. Conv. u l-parti li qed inwasslulkom hija kapitlu 8 tal-ktieb. Din ilpubblikazzjoni ġiet imnedija fl-1985. Għal din r-raġuni l-awtur setà jsib persuni li għexu in prima persona din l-esperjenza u għaldaqstant seta’ wkoll jintervistahom. B’hekk din il-kitba hija ferm aktar rikka u apprezzata minn nies li jsibu dan il-fatt storiku ta’ interess.

Kapitlu 8 - Messaġġier ta' Paċi fl-Inkwiet tal-Gudja.

Kien hawn min sejjaħlu "Interdett"!

ll-fatt li, minħabba xi ċirkustanzi koroh, il-knisja parrokkjali tal-Gudja, fis-sena 1922, inżammet għal xi żmien magħluqa, kienet okkażjoni biex, għal darb'oħra, Mons. De Piro deher bħala messaġġier ta' paċi. Xejn ma hi ħaġa komuni li I-knisja ewlenija ta' post tinżamm magħluqa għal xahar sħiħ. Għalhekk, ix-xnigħat li xterdu dwar dan il-każ rari tal-Gudja kabbru I-fatti. Minn fomm għall-ieħor, din il-ġrajja taIistorja għaddiet daqs li kieku kien intafa' xi interdett fuq ir-raħal tal-Gudja. Fil-fatt, għalkemm hu minnu li I-knisja parrokkjali, f'dak iż-żmien, inżammet kważi dejjem magħluqa, interdett ma kienx hemm la fuq xi ħadd min-nies, u lanqas fuq il-knisja parrokkjali nnifisha. Ma kienx faċli li jinġabar il-materjal biex din il-ġrajja tidher filveru dawl tagħha. Qatt ma ġie ppubblikat xejn dwar dan il-każ. Madankollu, xhieda uffiċċjali u dokumentata teżisti. Fil-Kurja Arċiveskovili ta' Malta, minbarra d-digriet tan-nomina ta' Mons. De Piro, inżammet dokumentazzjoni li turi l-gravità ta' dik il-qagħda. lnżammu saħansitra dawk il-kitbiet li wieħed jistenna

Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Festa Madonna tar-Rużarju 202284
Mons. Ġużeppi De Piro 1877-1933

li ma jsibhomx: bħalma huma I-ittri anonimi. Mill-kitbiet jidher ċar kemm kien hemm diffikultajiet biex dik il-parroċċa titmexxa, u kemm kien diffiċli biex jinstabilha kappillan. lr-reġistri parrokkjali tal-Gudja jissoktaw jagħtuna ftit dawl ieħor dwar dik il-ġrajja. Ittra li teżisti hi xhieda tal-problemi bejn poplu u Arċisqof. lr-reġistri uffiċjali tal-parroċċa juru wkoll il-preżenza ta' Mons. De Piro u Dun Ġwann Vella għat-tul ta' madwar xahar.

ll-kittieb ta' din il-“ġrajja" issokta jagħmel tiftix ieħor. Jiena staqsejt lil xi persuni kbar fiż-żmien biex nisma' I-fehmiet tagħhom. Tkellimt ukoll ma' oħrajn li wassluli dak li semgħu, u staqsew 'il ħaddieħor dwar dan il-każ. Jiena m’inix se nsemmi isimhom biex nirrispetta x-xewqa tagħhom. Membri tas-Soċjetà ta' San Pawl tkellmu wkoll ma' Dun Ġwann Vella. Dan fissrilhom bil-kelma x'kien għadu jiftakar; hu bagħat ukoll dikjarazzjoni miktuba dwar il-każ tal-Gudja. ll-ġrajjiet twasslu minn Dun Ġwann skont il-verità sostanzjali tagħhom; imma xi dettalji, speċjalment dwar iż-żmien, mhumiex eżatti għaliex, wara madwar sittin sena, ma tantx hu possibbli li kollox jitwassal eżattament kif kien.

Il-Partiti tal-Ajkla u taI-lstilla.

L-inkwiet, fir-raħal ċkejken tal-Gudja, kien ilu ħafna sejjer. Iż-żewġ kappillani ta' qabel żmien din il-ġrajja spiċċaw it-tnejn ħażin. Bejn 1904 u 1916, il-Kappillan talGudja kien Dun Alfons Marija Gauci, imlaqqam I-Għawdxi. Hu kien saċerdot qaddis; imma ġie kkalunnjat, u għalhekk tneħħa minn Kappillan.[1] Fid-9 ta' Jannar, 1917, bħala Kappillan intgħażel Dun Ġużepp Spiteri; dwar dan, xterdu xnigħat ta' ħtijiet serji. Aktar tard, hu kellu jilmenta li, fil-Gudja, ma kien qed isib l-ebda qassis biex igħinu fil-pastorali. F'dikjarazzjoni tiegħu nnifsu, naqraw hekk: "Fil-Gudja, il-Kappillan hu l-qassis waħdieni li għandu fuqu l-piż ta' kull assistenza mal-moribondi".[2] Imma Kappillani oħrajn tal-Gudja kellhom huma wkoll I-istess ilment. Sa meta laħaq Kappillan Dun Ġużepp Spiteri, aktar milli dwar partiti, ikun aħjar li nitkellmu dwar fratellanzi. Kien hemm il-Fratellanza tal-Madonna taċ-Ċintura u I-oħra tal-Madonna tar-Rużarju. ll-festa tal-Madonna taċ-Ċintura kienet u baqgħet tiġi ċelebrata I-Ħadd fuq it-28 ta' Awwissu. Dik tal-Madonna tar-Rużarju saret dejjem fl-ewwel Ħadd ta' Ottubru. Imma I-festa tar-Rużarju, għalkemm kien fiha s-solennità esterna bid-daqq tal-banda

Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Festa Madonna tar-Rużarju 202286

u bl-armar, kienet prinċipalment devozzjonali. Minħabba f'hekk, il-Fratellanza tarRużarju, minn xi żmien, kienet ħolqot festa oħra. Fl-ewwel Ħadd ta' Mejju, bdew jiċċelebraw il-festa tal-Madonna tal-Warda. Huma lill-Madonna bdew iqimuha bħala "Rosa Mystica"'. Warda Mistika, li tfisser "Warda tas-Sema", u mhux "Warda Misterjuża", bħalma jsejħulha ħafna minnhom. Il-Fratellanza tar-Rużarju bdiet tqis il-festa tal-Madonna tal-Warda bħala I-prinċipali tagħha. Żmien il-Kappillan Spiteri kien dak li matulu ż-żewġ fratellanzi fetħu każin. Nfetħu l-każini dak taċ-Ċintura li, fil-Gudja, ma damx ma beda jissejjaħ il-Każin tal-Ajkla. Dan kien fis-sena 1919, u l-Każin tal-Warda (jew tar-Rużarju). Dan beda jissejjaħ il-Każin tal-Istilla. B'hekk iż-żewġ fratellanzi saru partit fil-veru sens tal-kelma. ll-partit talIstilla dejjem inħass li kien akbar, u għalhekk iżjed qawwi, mill-partit tal-Ajkla.

Biż-żmien, iż-żewġ partiti waqqfu I-banda mużikali tagħhom. Dak tal-Ajkla beda I-banda li saret magħrufa bl-isem ta' Our Lady of Consolation. Dak tal-Istilla lillbanda sejħilha bl-isem ta' La Stella.

Għalkemm kien hemm żewġ partiti, ma kienx hemm ħlief statwa waħda, li kienet tassew artistika u maħduma għal tar-Rużarju minn Antonio Chricop (il-pedesatall oriġinali tagħha jinstab fil-Każin tal-Istilla sal-lum). Hi statwa maħduma fl-injam; daqqa kienu jqegħdulha Warda, daqqa kuruna tar-Rużarju, u daqqa Ċintura, skont I-okkażjoni. Illum din I-istatwa tinsab fil-knisja ċkejkna tal-Lunzjata.

Lejn is-sena 1920, dawk tal-partit tal-Istilla bdew jixxennqu biex ikollhom statwa li tkun għall-festi tagħhom biss. Sa minn dak iż-żmien, il-partiti kienu jitlewmu ta' sikwit bejniethom. Imma, imbagħad, fil-festa ta' Santa Marija, it-tnejn kienu jagħtu s-sehem tagħhom. Minkejja dan, raħal ċkejken ma kienx jiflaħ għal erba' festi li jġibu magħhom I-ispejjeż. Għalhekk, il-festa ta' Santa Marija, il-Patruna tar-raħal, dejjem batiet xi ftit.

F'kull żmien, iż-żewġ partiti kienu jgħassu fuq il-Kappillani biex jaraw jekk jagħmlux xi preferenza bejn partit u ieħor. Ta' sikwit, lill-Kappillan, huma kienu jittimbrawh li hu miġbud lejn partit jew ieħor. Fi żmien meta l-qiegħa kienet ilha ħafna tisħon, ixxewqa taI-istatwa I-ġdida għall-festa tal-Madonna tal-Warda kienet I-okkażjoni ta' nkwiet kbir. Fl-istess żmien, Dun Ġużepp Spiteri kellu nkwiet ta' natura oħra malArċisqof. Meta ma kienx ilu ħames snin Kappillan, Spiteri kellu jirrinunzja għal dik il-parroċċa. lr-rinunzja tiegħu ġġib id-data tat-2 ta' Diċembru, 1921.[3]

Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Festa Madonna tar-Rużarju 2022 87

L-lstatwa li kienet Għajn ta' nkwiet.

Għalkemm fil-Gudja kellu ħafna li kienu kontra tiegħu, il-Kappillan Spiteri kien maħbub mill-partitarji tal-lstilla. Jidher li hu ma weriex ruħu kuntrarju meta dawn bdew jaħsbu biex jagħmlu statwa ġdida. Imma Spiteri spiċċa, u, fi tmiem il-parrokat tiegħu, kien għadu ma ntalab l-ebda permess mingħand l-Awtoritajiet tal-Knisja biex dik I-istatwa ssir.

Wara Spiteri, ma nstabitx persuna adatta li setgħet tieħu fuq spallejha I-piż ta' dik il-parroċċa. ll-parroċċa, mill-bidu nett tas-sena 1922, intreħiet f'idejn Dun Nikol Aquilina, qassis mis-Siġġiewi. Ma jirriżultax li lilu qatt offrewlu biex isir Kappillan. lt-titlu li kellu u li baqa' dejjem bih kien dak ta' Vigarju Kurat. Fil-bidu nett tas-sena 1922, hu żgur li kien il-Gudja għaliex għammed għall-ewwel darba fit-3 ta' Jannar, 1922;[4] imbagħad, fil-5 ta' Jannar, mexxa l-ewwel funeral,[5] u fl-14 ta' Jannar, għamel l-ewwel tieġ f'dik il-knisja parrokkjali.[6]

Dun Nikol Aquilina ħass il-piż tal-fatt li kien waħdu. Kien hemm qassis ieħor joqgħod il-Gudja; dan kien Dun Piet Farruġia; imma, sa dak iż-żmien, hu kien għadu kanonku ta' San Pawl tal-Belt, fejn għal xi snin, kien ukoll il-viċi-parroku. Dun Piet kien sejjer lura f'saħħtu, għalkemm, żmien wara, hu kellu jagħti s-sehem tiegħu filħidma ta' din il-parroċċa.[7]

ll-Vigarju Kurat jidher li kien qed jagħmel ħiltu biex iġib il-bilanċ bejn iż-żewġ partiti. Imma ftit irnexxielu. Jidher ukoll b’ċertezza li Dun Nikol ma kellu l-ebda ħsieb li jidħol għall-konkors ħalli jilħaq kappillan tal-Gudja. Fit-18 ta' Marzu, 1922, ħareġ l-editt għall-għażla tal-Kappillan il-ġdid tal-Gudja. Imma ma resaq ħadd: lanqas dan il-Vigarju Kurat.[8]

L-Arċisqof ma riedx iħalli 'I dik il-parroċċa mingħajr kappillan. Għalhekk, hu ordna lis-Segretarju ġenerali tad-Djoċesi, li kien Mons. Dun Manwel Vassallo, biex jibgħat in-nomina ta' kappillan lill-imsemmi Dun Piet Farruġia. L-ittra tal-għażla ta' Dun Piet ħarġet fl-24 ta' April, 1922.[9] Imma Dun Piet ma kienx ġie avviċinat qabel ma ntbagħtitlu dik l-ittra. Skont kliemu stess. Dun Piet kien bniedem li jbati bin-nervi. Għalhekk, it-tobba, sa minn żmien qabel, kienu wissewh biex ma jaċċettax uffiċċji ta' responsabbiltà. Barra minn hekkk, hu kien qed jara b'għajnejh li I-parroċċa talGudja kienet għaddejja minn żmien imqalleb ħafna. Hu pprova jagħmel sforz fuqu nnifsu, ħalli jidħol biex imexxi 'I dik il-parroċċa ta' raħal twelidu. Imma dik l-għażla

Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Festa Madonna tar-Rużarju 202288

kienet il-kawża li hu ma satax isib paċi u, għalhekk, la kien qed jiekol u lanqas jorqod. Tlitt ijiem biss wara, fis-27 ta' April, 1922, hu wieġeb lill-Monsinjur Segretarju biex dan iwassal id-diffikultajiet tiegħu lill-Arċisqof Caruana. Hu kien żgur li l-Arċisqof jagħdru, u jifhem il-problemi tiegħu.[10] Imma, aktar tard, Dun Piet xorta waħda kien ta' merti kbar għall-parroċċa tal-Gudja. Fis-6 ta' Marzu, 1923, hu aċċetta n-nomina ta' Prokuratur tal-knisja parrokkjali, u ħadem bla serħan sa żmien il-mewt tiegħu fissena 1938.[11] Madankollu, sakemm waslet dik is-sena 1923, il-Gudja kellha tgħaddi minn żmien ta' problemi kbar.

Malli beda x-xahar ta' Mejju, 1922, il-Vigarju Kurat, Dun Nikol Aquilina, kien qiegħed jara toqrob l-ewwel festa ta' partit: dik tal-Madonna tal-Warda li, fis-sena 1922, kienet sejra tkun fis-7 ta' Mejju. Imma, qabel ma waslet il-festa. Dun Nikol, il-Ġimgħa, 5 ta' Mejju, kiteb lill-Isqof Anġlu Portelli biex fissirlu li ma kienx possibbli għalih li jibqa' iżjed bħala Vigarju Kurat tal-Gudja. Hu ma semmiex problemi ta' partiti; imma semma ċ-ċirkustanzi partikulari ta' niesu u s-saħħa dgħajfa tiegħu. Hu xtaq li, fi żmien ħmistax, I-Arċisqof jibgħat ieħor minfloku.[12] Hu evidenti li l-problema ewlenija ma kinetx saħħtu, imma r-raħal li kien fih għaliex, aktar tard, dak Aquilina aċċetta li jmur Kappillan Ħal Għaxaq, u mbagħad Ħal Tarxien u s-Siġġiewi. Sadanittant, il-Ħadd, 7 ta' Mejju, il-festa tal-Madonna tal-Warda saret bis-solennità tas-soltu. Għall-aħħar darba, huma wżaw I-istatwa tal-injam li kienet toħroġ purċissjoni fil-festa tal-Madonna taċ-Ċintura wkoll: li kienet il-festa tal-partit I-ieħor.[13]

L-istatwa I-ġdida li kienu beħsiebhom jagħmlu kienet għajn ta' nkwiet doppjament. Dun Ġużepp Spiteri, li kien tant maħbub mill-partit tal-Madonna tal-Warda, ma kienx talab permess lill-Kurja Djoċesana biex l-istatwa I-ġdida ssir. Meta wasal nofs ix-xahar ta' Mejju, l-istatwa kienet lesta, u lil dawk tal-Warda għoġbithom ħafna. Kien eżattament f'dak iż-żmien meta Dun Nikol Aquilina ddeċieda li jerġa' jissikka lill-Arċisqof dwar il-bżonn li hu ma jibqax Vigarju Kurat. Meta ra li l-Isqof Portelli ma wieġeb xejn għall-ittra tiegħu tal-5 ta' Mejju, Aquilina kiteb direttament lill-Arċisqof. L-ewwelnett, hu stagħġeb kif ma reġax ħareġ avviż għall-konkors ta' kappillan. Hu fisser ukoll mal-Arċisqof li, jekk ma jintbagħatx ieħor minfloku, ikollu jagħti r-rinunzja formali billi jibgħat id-dimissjoni tiegħu.[14]

Fil-fatt, I-Arċisqof ma naqasx milli jagħti każ taI-ittra ta' Dun Nikol Aquilina. Fl-

Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Festa Madonna tar-Rużarju 2022 91

20 ta' Mejju, 1922, hu ħareġ it-tieni editt għall-konkors ta' Kappillan tal-Gudja. Dan twaħħal fil-Katidral ta' Malta, il-Gudja, u fil-postijiet tas-soltu. Imma kien għaIxejn. Reġa' ma resaq ħadd.[15]

Fl-istess żmien, Dun Nikol Aquilina ntebaħ bl-iżball li, forsi involontarjament, għamlu dawk tal-partit tal-Warda meta ordnaw I-istatwa I-ġdida mingħajr permess. Għalhekk, I-istess Aquilina ried igħinhom biex isewwu dak I-iżball. B'ittra tat-22 ta' Mejju, 1922, Ġamri Abdilla, bħala Prokuratur tal-festa tal-Madonna tal-Warda, kiteb ittra ta' apoloġija lill-Arċisqof. Wara li talab skuża għal dak li sar, f'isem il-partit kollu hu kiteb hekk: "B'din l-ittra, huma jagħmlu l-qalb u jitolbu lill-Eċċellenza Tiegħek biex int tagħdirhom għat-tort li, involontarjament, forsi għamlulek. Bħala Missier maħbub, huma jixtiequ mingħandek li inti tilqa' s-supplika li huma jagħmlulek b'qima ta' wlied. B'din l-ittra, huma jitolbuk biex tagħtihom il-permess li jwarrbu l-istatwa l-qadima, u jqiegħdu minflokha l-istatwa l-ġdida li tant irnexxiet, u li, wara tant sagrifiċċji, għandhom is-sodisfazzjon li jarawha lesta"[16]

ll-Vigarju Kurat ried jagħtihom kull għajnuna. Għalhekk, hu żied ir-rakkomandazzjoni tiegħu: "Jiena ma nsib l-ebda diffikultà biex huma jaqilgħu dak li qed jitolbu. Mhux biss, jiena nirrikmanda minn qalbi biex dak li qed jitolbu jingħatalhom".[17]

Għalkemm bażża' lill-Arċisqof li sata' jibgħat id-dimissjoni tiegħu, Dun Nikol Aquilina, li fehem tajjeb li ma kienx faċli li jinstab qassis, ma telaqx mill-Gudja. Ilwasla tal-istatwa l-ġdida, li hu għen fil-permess meħtieġ għaliha, għandha mnejn nebbħitu li forsi sata' jersaq xi ftit iżjed lejn dan il-partit ta' festa sekondarja li kien qed isir dejjem iżjed qawwi. Barra minn hekk, it-tluq tiegħu mill-Gudja kien ifisser li r-raħal jitħalla mingħajr ragħaj.

L-istatwa I-ġdida tal-Madonna tal-Warda kienet tal-kartapesta, u nħadmet milliskultur Anġlu Dalli. Għalkemm mill-Gudja, hu kien joqgħod Ħal Tarxien; I-istatwa nħadmet fid-dar tiegħu ta' Ħal Tarxien.[18] Malli I-permess mixtieq wasal, bdiet titħejja festa oħra, li kienet sejra tkun għall-bidu nett tax-xahar ta' Ġunju. Kienet festa li tfakkar il-wasla taI-istatwa. L-istatwa kienet sejra tiżżanżan b'dimostrazzjoni li tibda minn ħdejn il-Palazz imsejjaħ Ta' Bettina, u tibqa' sejra sal-knisja parrokkjali. Għal dawk tal-partit taI-lstilla, dik il-ġurnata kienet sejra titqies daqs li kieku kienet il-festa tal-Madonna tal-Warda. Għalhekk, huma bdew jistennew li, malli l-vara tasal il-knisja, jitkantaw il-Litanija tal-Madonna u I-Antifona ta' nhar il-festa. L-aħħar darba

Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Festa Madonna tar-Rużarju 202292

li jidher isem Dun Nikol Aquilina fir-reġistri tal-parroċċa hu l-Ħamis, 8 ta' Ġunju, 1922: meta hu mexxa I-funeral ta' Antonja Inguanez.[19] Għalhekk, jidher li I-ġurnata tat-trasport solenni ta' dik I-istatwa I-ġdida kienet l-4 ta' Ġunju: nhar il-festa liturġika tat-Trinita' Qaddisa. Flimkien ma' Dun Nikol Aquilina, kien hemm xi qassisin oħrajn li ġew mistiedna biex 'il dak it-trasport jagħmluh iżjed solenni. Imma, fl-entużjasmu tal-ferħ u fil-briju tad-daqq u I-isparar, ir-reffiegħa taI-istatwa u I-poplu kollu li kien imdawwar magħha tnikkru ħafna iżjed mis-soltu. Dak li, aktar minn purċissjoni, kien kortew, tawwal b'mod esaġerat sa wara l-11 ta' bil-lejl. Dun Nikol Aquilina, minħabba dak id-dewmien żejjed, malli daħlet I-istatwa, ma ppermettiex li jitkantaw il-litanija u I-antifona. Minnufih, ġiet mogħtija I-barka sagramentali.

Dan il-każ li, minnu nnifsu, ma kellux ikun il-kawża ta' nkwiet gravi, kien I-okkażjoni ta' tebgħa kerha fuq il-ġrajja tar-raħal tal-Gudja. Malli daħal fis-sagristija, Dun Nikol Aquilina sab folla ta' nies ifferoċjati għalih. Huma hedduh bl-aħrax bi kliemhom, u jidher li kien hemm min ried jerfa' idejh fuqu. Hu żgur li xi ħadd sejjaħ il-pulizija, u x'uħud ġew ukoll arrestati. X'uħud baqgħu mitlufin f'dagħdiegħa għall-Vigarju Kurat għaliex ħassew ruħhom ċerti li kien hu nnifsu li ġieb il-pulizija. Imma hu żgur li Dun Nikol Aquilina ħafer lil kulħadd.[20]

ll-Knisja Magħluqa.

Malli nqala' dak I-inkwiet, Dun Bert Cassar, qassis minn Ħal Luqa li kien mar igħin lil Aquilina fl-okkażjoni ta' dik il-festa, qabad u ħa s-Sagrament fil-parroċċa ta' Ħal Għaxaq. Dun Nikol Aquilina telaq minnufih mill-Gudja. Min-naħa taI-awtoritajiet talKnisja, ma ħareġ l-ebda digriet ta' xi kundanna. Imma ġara li l-Gudja, b'effett ta' dak li ġara, sfat mingħajr ebda saċerdot. Għalhekk, il-knisja parrokkjali, fost x-xogħol, ma nfetħitx iżjed. ls-sagramenti ma bdewx jiġu amministrati, u l-qniepen ma daqqewx. Dan kien qed jidher bħal penitenza fuq dak ir-raħal. Bi ħtija ta' xi wħud minnhom, huma tilfu s-saċerdot waħdieni li kellhom. Għalhekk, ir-raħal kollu kien sejjer jibqa' mingħajr saċerdot sakemm ma jinstabx wieħed li jkun adatt u li jaċċetta li jmur imexxi I-parroċċa tal-Gudja.

Wara li ħaduha kontra Aquilina, ma kien hemm l-ebda Magħmudija qabel it-23 ta' Lulju, 1922.[21] L-ewwel tieġ kien fis-16 ta' Lulju, 1922.[22] Imma l-quddies ta' nhar ta' Ħadd ma qatax. Żewġ saċerdoti mill-lmqabba kienu jmorru jqaddsu kull nhar

Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Festa Madonna tar-Rużarju

2022 93

ta' Ħadd.[23] ll-funerali baqgħu jsiru xorta waħda. Kollox juri li, meta kienet tmut xi persuna, issejjaħ saċerdot għar-rit tal-funeral. Il-knisja parrokkjali kienet tinfetaħ, u I-mejtin, I-istess bħaż-żmien ta' qabel, kienu jindifnu fil-knisja. Fiż-żmien meta I-knisja kienet magħluqa, u eżattament, fit-12 ta' Ġunju, 1922, li hi I-ġurnata meta bdiet ma tinfetaħx bħas-soltu, kien hemm funeral ta' xiħ ta' 84 sena. Nafu b'ċertezza li Dun Nikol Aquilina ma niżżilx id-dettalji ta' dak il-funeral għaliex, għall-ewwel darba, wara ż-żmien qasir tiegħu, tibda I-kitba b'kalligrafija differenti. Funerali oħrajn ta' dak iż-żmien diffiċli kienu fis-16, 21, u 23 ta' Ġunju, u fit-12 ta' Lulju.[24] Dan I-aħħar funeral kien f'ġurnata meta s-soluzzjoni proviżorja kienet diġà nstabet; imma min instab kien għadu kif irċieva n-nomina proprju I-ġurnata ta' qabel.[25]

Dak ix-xahar ta' Ġunju kien wieħed ikrah għall-istorja tal-parroċċa tal-Gudja.

Lejn soluzzjoni proviżorja.

Lejn nofs ix-xahar, meta I-Arċisqof ma sata' jsib 'il ħadd li jmur bħala kappillan talGudja, kien hemm qassis magħruf li offra minn jeddu li jieħu f'idejh it-tmexxija ta' dik il-parroċċa. Dan kien il-Kanonku ta' Bormla, Dun Karm Buġelli. B'ittra tas-17 ta' Ġunju, 1922, dan il-qassis popolari kiteb hekk lill-Arċisqof Mawru Caruana: "lmqanqal biss mix-xewqa li, bil-għajnuna t'Alla, nagħmel ftit ġid fejn l-aktar jinħass il-bżonn, u, billi minħabba d-diffikultajiet gravi li nqalgħu speċjalment bl-aħħar inċidenti, oħrajn forsi ma jħossux il-kuraġġ li jmorru bħala Kappillan, niddikjara li jiena dispost li naċċetta l-parroċċa tal-Gudja". Imma Buġelli qiegħed il-kondizzjonijiet tiegħu. Fosthom kien hemm dik li jibqa' membru parlamentari u li ma jkunx obbligat li jsib ieħor minfloku biex joqgħod fil-parroċċa meta jonqos għal mhux iżjed minn 24 siegħa.[26] Għalhekk, I-Arċisqof ma rax soluzzjoni għal dik il-problema fl-offerta ta' dan il-Kanonku.

L-Arċisqof wieġbu malajr b'ittra tad-19 ta' Ġunju, 1922. Fost l-oħrajn, hu qallu: "Nirringrazzjak minn qalbi. Imma jiddispjaċini li ma nistax nagħmel użu mill-offerta ġeneruża tiegħek".[27]

Dik il-qagħda kerha kienet qed ittawwal wisq. ll-Maltin jarawha bi kbira li knisja parrokkjali tinżamm magħluqa fost ix-xogħol għat-tul ta' xahar. Fil-Gudja, il-problema kienet akbar għax ma kien hemm l-ebda knisja oħra li fiha kien jitqaddes il-quddies. F'dak ix-xahar li tant deher twil, l-eqreb knisja kienet il-parroċċa ta' Ħal Għaxaq. Hawn tidħol il-figura ta' Mons. Ġużeppi De Piro. F'moħħ I-Aċisqof Caruana, hu deher

Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Festa Madonna tar-Rużarju 202294
GUDJA PHARMACY Opening Hours Monday to Friday 8.00am to 1.00pm4.00pm to 7:30pm Saturday 8:00am to 1:00pm4.00pm to 7:00pm @ T riq il-Kappillan c/w T riq william Baker Gudja 21696 422 / 7969 6423 gudjapharmacy@gmail.com Gudja Healthcare and W ellbeing Services G Medical and Healthcare Services Pharmacy Of Y our Choice (POYC) Point of Care T esting (blood pressure testing,glucose testing, urinalysis) Food Intolerance T est COVID-19 Rapid T esting eneral Practitioners and Specialistsin Attendance

bħala I-persuna adatta biex jikkalma I-poplu, u jiftaħ it-triq biex il-parroċċa terġa' taqbad ir-ritmu normali. Minn mindu għalqet il-knisja parrokkjali sakemm Mons. De Piro rċieva n-nomina tiegħu kien għadda xahar: ġurnata b'ġurnata: mill-11 ta' Ġunju, wasal il-11 ta' Lulju 1922. Fil-11 ta' Lulju, 1922, ħareġ digriet iffirmat millArċisqof innifsu; fih insibu dawn il-kelmiet:

B'dan id-digriet tagħna, Aħna ninnominaw u nagħżlu lill-Illustrissmu u Reverendissmu Monsinjur Dekan ĠUŻEPPI DE PIRO, bħala Delegat speċjali tagħna biex jieħu f'idejh id-dmirijiet parrokkjali tar-raħal tal-Gudja, li bħalissa hu bla kappillan. Aħna nagħtuh is-setgħat kollha li jintrabtu mal-ministeru parrokkjali. Din in-nomina tibqa' sakemm jidhrilna Aħna.

Maħruġ mill-Palazz Arċiveskovili tagħna tal-belt Valletta, fil-11 ta' Lulju, 1922. Mawru O.S.B.

Arċisqof-Isqof ta' Malta.

Dun Pawl Vella Mangion

Kanċillier [28]

Att ta' Riparazzjoni u ftuħ tal-Parroċċa.

Meta l-Erbgħa, 12 ta' Lulju, 1922, sar il-funeral tat-tarbija Nazzarenu Mallia, Mons. De Piro kien għadu ma wasalx il-Gudja.[29] Imma jista' jitqies bħala ċert li Mons. De Piro mar il-Gudja, il-Ħamis, 13 ta' Lulju. Hu ma marx waħdu. Ħa miegħu lil Dun Ġwann Vella (l-ewwel saċerdot tas-Soċjetà ta' San Pawl) u lil Fra Ġużepp Caruana (l-ewwel fratell ta' l-istess Soċjetà). Miegħu hu ħa wkoll lil Wenzu Grixti, il-qaddej tal-familja De Piro. Dun Ġwann irrakkonta li huma telqu mill-Imdina fuq karrettun fl-4 ta' filgħodu. ld-dar ta' Mons. De Piro, u tal-membri tas-Soċjetà ta' San Pawl, kienet sejra tkun I-istess waħda tal-kappillan. Imma Mons. De Piro ried li I-ftuħ tal-knisja parrokkjali jsir b'solennità kbira li, fl-istess ħin, il-funzjoni tkun ukoll bħala att ta' riparazzjoni għall-offiżi li kienu saru lil Dun Nikol Aquilina u lillArċisqof Mauro Caruana. Għalhekk, mal-wasla tagħhom il-Gudja, fil-għodwa tat-13 ta' Lulju, huma marru biex fetħu l-knisja tal-Lunzjata, li qiegħda f'nofs ir-raħal.[30] Din hi knisja ċkejkna ħafna li, fis-sena 1754, kienet inbniet għat-tielet darba, minn Dun Ġwann Barbara bi flusu u minn kontribuzzjonijiet tal-poplu. Fiha ma hemmx ħlief artal wieħed.[31] Kif fetħu I-knisja tal-Lunzjata, huma daqqew il-qanpiena ċkejkna ta'

Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Festa Madonna tar-Rużarju 202296

dik il-knisja, biex in-nies ikunu jafu li kienet sejra ssir quddiesa. Dawk it-tokki ġiegħlu 'l kulħadd jistagħġeb. ld-daqq tal-qniepen kien ilu ma jinstama' għal xahar sħiħ. Għalhekk, huma ħarġu minn djarhom, u nġabru quddiem dik il-knisja biex jaraw x'ġara. Kif kien hemm kotra sewwa ta' nies, Mons. De Piro għamlilhom kelmtejn biex ħeġġiġhom ħalli jżommu I-paċi bejniethom. Żgur ukoll li f'dak il-mument, hu ħabbar il-ftuħ tal-Knisja Parrokkjali. In-nies tal-Gudja ferħu bil-preżenza fosthom ta' bniedem tant magħruf għall-ġid li kien qed jagħmel. Imma huma ferħu wkoll meta I-istess Mons. De Piro ħabbrilhom li, dak in-nhar stess, waranofsinnhar, qassis li huma kienu jafuh ħafna kien sejjer imur fosthom biex, permezz ta' purċissjoni b'Ġesù Sagramentat, jitlaq minn dik il-Knisja tal-Lunzjata, jaqsam it-toroq tal-Gudja, u jasal sal-Knisja Parrokkjali. Il-wasla ta' dik il-purċissjoni fil-parroċċa kienet sejra tfisser il-ftuħ mill-ġdid tal-Knisja. Dak il-qassis li kien sejjer għall-okkażjoni kien Dun Pawl Mallia, I-Arċipriet tal-Mosta. In-nies tal-Gudja kienu jafuh sewwa għax hu kien wild dak ir-raħal, u kellu d-dar ta' niesu fil-qrib ta' dik il-knisja tal-Lunzjata. F'dik il-għodwa tat-13 ta' Lulju, il-ftit li setgħu jidħlu fil-knisja tal-Lunzjata semgħu l-quddiesa ċelebrata minn Dun Ġwann Vella.[32]

Ma kien hemm l-ebda dewmien bejn il-wasla ta' De Piro fil-Gudja u l-ftuħ tal-knisja parrokkjali. Dak in-nhar stess, il-ħamis, 13 ta' Lulju, 1922, waranofsinnhar, l-Arċipriet Dun Pawl Mallia mar biex imexxi dik il-purċissjoni. Kienet ġurnata fost ix-xogħol; għalhekk, ma kienx hemm il-possibiltà li jmorru xi ħafna nies minn postijiet oħrajn. Barra minn hekk, dik ma kinetx purċissjoni tas-soltu. Kienet, fuq kollox, għan-nies tar-raħal. Imma l-Arċipriet Mallia, kif kiteb hu nnifsu, fisser li marru ħafna qassisin, kemm mill-parroċċa tiegħu tal-Mosta kif ukoll minn parroċċi oħrajn. Għalhekk, dak I-att ta' riparazzjoni sar b'mod solenni.[33] ll-ġurnata tat-13 ta' Lulju, 1922 kienet waħda ta' festa kbira għall-Gudja. L-Arċipriet Mallia nnifsu kiteb li l-ftuħ mill-ġdid tal-knisja parrokkjali ntlaqa' bi tqanqil ta' ferħ u b'solennità li ma jistgħux jitfissru bil-kliem. Dik ir-riparazzjoni dehret bħala att ta' fidi u ta' mħabba tassew. Kien att ta' fidi li, skont Mallia, żgur li kien se jibqa' minqux fil-qalb ta' kull wieħed minnhom. Hu ssokta jikteb hekk: "Hu proprju l-każ li wieħed igħid li mill-ħażin ħareġ ġid kbir. Alla għamel użu mill-malizzja tad-demonju biex il-fidi, il-qdusija, u d-devozzjoni tal-fidili jidhru iżjed" B'sodisfazzjon, l-Arċipriet talMosta ssokta jikteb li l-ferħ kien kbir, u kien jidher fuq il-wiċċ ta' kulħadd. Minn

Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Festa Madonna tar-Rużarju 2022 97
Nawguralek il-Festa t-tajba JULIE ZAHRA Membru Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista facebook.com/JulieZahra.mt instagram.com/juliezahra.mt 7704 3012 | juliezahra.mt@outlook.com Grazzi tal-fiducja

kulfejn għadda Ġesù Sagramentat, kien hemm bnadar iperpru fuq il-bjut, u l-gallariji kienu mżejna b'damask fin. Kwantità ta' fjuri ksew ukoll it-toroq tal-purċissjoni. Ħadu sehem bosta qassisin minn parroċċi oħrajn, u kkumpanjaw il-fratelli ta' kull fratellanza li kien hemm il-Gudja. Wara s-Sagrament, kien hemm kortew twil ta' nisa: saħansitra morda u xjuħ. ll-kumment żied ukoll dawn il-kelmiet: "ll-poplu tagħna wera kemm hu miġbud lejn ir-Reliġjon u, sabiex jagħti kotra ta' frott, hu ma jistenniex ħlief ftit paċenzja u kura min-naħa tagħna".[34]

Kif il-purċissjoni daħlet fil-knisja parrokkjali, tkanta bil-mużka I-innu ewkaristiku 0 Salutaris Ostia. Fi knisja parrokkjali maħnuqa bin-nies, I-Arċipriet Mallia, filpreżenza ta' Mons. De Piro, għamel diskors taI-okkażjoni. Hu għażel it-test li tant kien joqgħod għal dik I-okkażjoni. ld-diskors tiegħu kien kumment fuq il-kelmiet ta' Kristu fil-Vangelu ta' San Ġwann, fejn qal: "Missier Qaddis, ħarishom f'ismek dawk li Inti tajtni, biex ikunu ħaġa waħda bħalna".[35]

Wara I-barka sagramentali, I-Arċipriet Mallia għamel diskors ieħor fejn xebbah id-differenza ta' merħla bla ragħaj ma' oħra mħarsa minn ragħaj. Kulħadd deher li fehem x'ried igħidilhom. Kollha bdew juru li kienu grati lejn dawk li għenu biex is-sitwazzjoni tirranġa. Fil-fehma ta' min kiteb din id-deskrizzjoni, kull iben il-Gudja donnu staħa minnu nnifsu talli, fi żmien ta' problemi, ma kellhomx il-kuraġġ jersqu quddiem I-Arċisqof, u jitolbuh jaħfrilhom. ll-poplu kollu tal-Gudja wiegħed li s-Sibt ta' wara, jiġifieri: fil-15 ta' Lulju, 1922, jagħmlu tqarbina ġenerali li sservi ta' tpattija għall-offiżi li kienu għamlu lill-Arċisqof.[36]

L-għeluq ta' din il-kitba juri li, fil-fatt, fil-moħħ taI-Arċisqof ukoll, dak ix-xahar kien għalihom bħala penitenza għall-imġiba ħażina tagħhom. Imma I-mod kif huma rranġaw ruħhom u d-dispożizzjonijiet tajbin tagħhom kellhom jiswew ukoll biex jiftħu għajnejn I-Awtoritajiet tal-Knisja. Kulħadd kien jixtieq li l-imġiba tajba tagħhom tibqa' għaż-żmien ta' wara wkoll. Lir-raħal tal-Gudja, I-Arċipriet Mallia, li twieled fih u kellu niesu għadhom hemm, sejjaħlu "raħal imsejken". "Hu assolutament meħtieġ li l-Kappillan il-ġdid ikun wieħed li jkollu l-ħila jrażżan l-ispirtu partiġjan li diżgrazzjatament inżera' f'dan il-poplu".[37]

Pastorali ta' Paċi minn Mons. De Piro. Fit-13 ta' Lulju, 1922, għal Mons. De Piro beda xahar ta' appostolat li ma kellux

Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Festa Madonna tar-Rużarju 2022 99

ieħor jixbħu tul il-ħajja tiegħu. Hu għamel kulma jagħmel Kappillan fil-parroċċa. L-ewwel darba li eżerċità l-awtorità tiegħu kienet il-Ħadd, 16 ta' Lulju, 1922, meta għaqqad fis-sagrament taż-żwieġ lil Ġamri Farruġia u Virġinja Muscat.[38] Imma Mons. De Piro qatt ma sejjaħ lilu nnifsu "Kappillan". Dan kien iż-żwieġ waħdieni ta' żmien Mons. De Piro. Imma hu għammed tliet trabi fil-Gudja: fit-23 ta' Lulju u fis-6 u l-14 ta' Awwissu. Imbagħad, nhar il-festa ta' Santa Marija, fil-15 ta' Awissu, 1922, Mons. De Piro ddelega lil Dun Ġwann Vella biex igħammed tarbija.[39] Din ta' nhar Santa Marija kienet l-aħħar Magħmudija ta' żmienu. Fi żmien De Piro, saru wkoll żewġ funerali: fid-9 u 12 ta' Awwissu, 1922.[40] Imma I-pastorali ta' De Piro li, minħabba fiha baqa' magħruf u maħbub, ma kenitx din.

Mit-13 ta' Lulju sa żmien il-festa ta' Santa Marija tas-sena 1922, kulħadd kien ifittex lil Mons. De Piro f'dak li soltu jfittxu għalih lill-Kappillan. Dun Ġwann Vella kien qisu l-Viċi tiegħu. Kulħadd kellu rispett kbir lejhom. Imma dawk tal-partit talMadonna tal-Warda kienu għadhom inkwitati ħafna għaliex huma kienu għadhom imħarrkin biex jitilgħu l-qorti talli kienu ħebbu għal Dun Nikol Aquilina. X'uħud kienu ġew arrestati u, għalkemm telquhom, ma kienet twegħdet l-ebda maħfra.[41] ll-każ ma kellux jintesa malajr. Fix-xhur ta' wara wkoll, fil-biża' li kellhom li dak Dun Nikol Aquilina seta' jerġa' jinbagħat fir-raħal, in-nies tal-Gudja reġgħu fakkru lill-Arċisqof li ma rieduhx. L-aktar li kienu rrabjati kien għaliex dehrilhom li ma kellux għalfejn iġibilhom il-pulizija. F'ittra anonima, ftit iżjed tard, huma kitbu hekk lill-Arċisqof: "Dun Nikol ġibilna l-pulizija. Aħna ma nibżgħux mill-pulizija. Jekk irridu, nafu kif nagħmlu u x'nagħmlu".[42] Imma dik kienet il-fehma ta' wieħed li naqas ħafna mir-rispett bi kliemu u qal dak li ħass biex jiżvoga dak li kellu f'qalbu. Hu qal dawk il-kelmiet għax ma kellux il-kuraġġ li juri min kien. Ismu baqa' moħbi. ll-fatti kienu differenti għal kollox. ll-familji tan-nies li kienu qalgħu xi ċitazzjoni kienu inkwitati ħafna. Mons. De Piro malajr intebaħ b'dak in-nuqqas ta' paċi. Fl-ewwel ġranet tiegħu fil-Gudja, jiġifieri minnufih wara t-13 ta' Lulju, bl-appoġġ taI-Arċisqof Caruana, Mons. De Piro ried jara kif igħin lil dawk il-familji mnikktin. Hu tkellem maIAwtoritajiet tal-Gvern, u rnexxielu jipperswadihom biex jaħfru lil kulħadd. Għalhekk, hu laqqa' n-nies, u kkwieta l-familji billi wasslilhom li ħadd ma kien se jittalla' l-qorti. [43] Kollox juri wkoll li, fit-tjubija tiegħu, Mons. De Piro ppreżenta l-każ bħallikieku I-opra prinċipali għal dik il-maħfra ġiet bil-ħidma tal-Arċisqof Caruana. F'dik il-

Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Festa Madonna tar-Rużarju 2022100

qagħda diffiċli, kien hemm bżonn li I-poplu jerġa' jinġibed lejn l-Arċisqof li, bħala ragħaj tad-Djoċesi, kien hemm min saħansitra talab ħaqq u vendetta minnu wkoll.[44] Madankollu, it-tilwim bejn iż-żewġ partiti ma ttaffiex wisq. Dawk tal-Partit taċĊintura kellhom fosthom x'uħud li ma ħadux gost bil-maħfra li nqalgħet. Huma bdew ixerrduha li ma kienx minnu li ħadd ma kien se jittalla' l-qorti. Beda jingħad li dak kien intqal biex il-poplu jikkalma; imma I-ġustizzja, xorta waħda, ma kienet se taħfirha lil ħadd. F'dak iż-żmien, Dun Ġwann Vella kien qed jitħallat man-nies biex jisma' x'jgħidu. Kien hemm ukoll xi theddid li jqiegħdu xi bombi biex nies ta' partit itajru xi affarijiet tal-partit l-ieħor. L-istess Dun Ġwann għarraf b'kollox lil Mons. De Piro. Għalhekk, il-Monsinjur sejjaħ minnufih liż-żewġ presidenti tal-partiti, u kellimhom b'mod ċar. Mons. De Piro ma kien jisħon qatt; imma wiċċu mhux darba u tnejn li ħa l-bixra ta' wieħed serju ħafna meta kien deċiż li jfiehem lil xi wħud li ma jridhomx joqogħdu jilagħbu bi kliemu. Din kienet waħda mill-okkażjonijiet meta hu tkellem b'serjetà u b'ton ta' ċanfira wkoll. B'mod deċiż, hu qalilhom hekk: "Jiena dejjem għedt il-verità. La darba għedtilkom li m'hemmx qorti, ifisser li m'hemmx". Huma baxxew rashom u emmnu fi kliemu.[45]

Jidher ukoll li kien f'dik l-okkażjoni meta Mons. De Piro fisser lil dawk il-persuni l-bżonn li tinkiteb ittra lill-Arċisqof Caruana ħalli b'mod uffiċjali, f'isem in-nies talGudja, huma jroddu ħajr ta' kulma kien sar magħhom, juru ndiema milli kienu għamlu, u jwegħdu wkoll li dawk l-iżbalji ma jerġgħux isiru.

Fil-fatt, I-ittra lill-Arċisqof inkitbet fid-19 ta' Lulju, 1922: f'għeluq l-ewwel ġimgħa ta' Mons. De Piro fil-Gudja. ll-kittieb tal-ittra kien Ġużeppi Cutajar, li kien joqgħod f'nru. 18 Triq Santa Marija; imma miegħu ffirmaw ukoll Ġużeppi Spiteri u Anġlu Pace. Għalkemm l-ittra nkitbet f'isem in-nies kollha tal-Gudja, huma riedu li, fuq kollox, tkun f'isem dawk li kienu ġew imħarrkin mill-pulizija. Huma ammettew li dik il-festa tal-Madonna tal-Warda ta' ftit iżjed minn xahrejn qabel, kienet l-okkażjoni ta' tant dispjaċiri. Imma, waqt li wrew indiema għal dak li kien ġara, huma fissru kemm kellhom għax jafuhulu talli l-kawża kontra tagħhom kienet ġiet sospiża. B'hekk inniket tar-raħal ma kibirx. Huma wegħdu wkoll li jagħmlu ħilithom biex 'il quddiem jevitaw tant fanatiżmu u jikkonvinċu wkoll oħrajn biex ma jaqgħux fih.[46]

Dak iż-żmien qasir ta' appostolat fil-Gudja għandu xi ġrajjiet marbutin miegħu. Meta r-raħal kien qiegħed jikkwieta u n-nies kienu qed jammiraw il-ħidma ta' Mons.

Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Festa Madonna tar-Rużarju 2022 101

De Piro, wasal f'widnejn Marija Vella, omm Dun Ġwann, li binha kien qiegħed f'post ta' nkwiet kbir. Bħal kull omm oħra, hi mliet rasha u, minn Bormla, telgħet il-Gudja biex tkellem lil Mons. De Piro. Hi lmentat miegħu u qaltlu: "Kif ġejtu hawn f'dan I-inkwiet?" "Diġà sparawlna", weġibha l-Monsinjur bi tbissima. Hi nħasdet u dlonk staqsietu: "Sparawlkom? Jaqaw"? Hu mbagħad qalilha: "Sparawlna fil-festa bilbombi". Fil-fatt, in-nies tal-Gudja baqgħu jinġibdu lejh dejjem iżjed, u malajr saru jħobbuh.[47]

Darba fost I-oħrajn, wieħed tallab mar jitlob il-karità fid-dar tal-Kappillan, fejn kien qiegħed Mons. De Piro. Fetaħlu Fra Ġużepp Caruana; imma dan, billi ma kellu xejn f'idejh biex jagħtih xi ħaġa, bagħtu billi qallu: "Alla jgħinek"! ll-Monsinjur, li kien fuq ġewwa, semgħu lil Fra Ġużepp; għalhekk, sejjaħlu minnufih, u qallu: "X'iġifieri tgħidlu: 'Alla jgħinek'? Mur għajjatlu għaliex, bħalissa, fina jara l-Kappillan; hu ġie għand missieru; u għalhekk irridu ngħinuh". lt-tallab issejjaħ malajr, u tawh xi ħaġa tal-karità.[48]

De Piro flimkien mal-Kappillan il-ġdid.

Fit-tielet ġimgħa ta' Mons. De Piro bħala Delegat tal-Arċisqof fil-Gudja, l-Awtoritajiet tal-Knisja tefgħu għajnejhom fuq il-persuna li setgħet tgħin f'soluzzjoni definittiva għal dik il-problema. L-għażla waqgħet fuq qassis minn Ħal Għaxaq. Dan kien Dun Nikol Abdilla. Mons. Vassallo, is-Segretarju Djoċesan, kitiblu fid-29 ta' Lulju, 1922, biex jgħarrfu bil-għażla tiegħu.[49]

Madankollu, Dun Nikol Abdilla ma ħax il-parroċċa tal-Gudja f'idejh qabel ma ħalla ż-żmien igħaddi. Kien wasal iż-żmien l-iżjed diffiċli fil-ħajja ta' Kappillan. Dan hu żmien it-tħejjija tal-festa titulari. ll-festa ta' Marija Assunta, il-Patruna tar-raħal talGudja, kienet qed toqrob. Iż-żewġ partiti, Tal-Warda u taċ-Ċintura, jagħtu s-sehem tagħhom għal dik il-festa titulari. Għalhekk, ma kienx jaqbel li jidher kappillan ġdid li, billi ma jkunx jaf l-affarijiet, seta' jidħol f'xi basla li ma jseħħlux joħroġ minnha. Għal dik is-sena, Mons. De Piro ħa f'idejh it-tħejjija għaċ-ċelebrazzjoni tal-festa titulari. Dan kien xogħol ġdid għal Mons. De Piro. Iż-żewġ membri tas-Soċjetà ta' San Pawl, Dun Ġwann Vella u Fra Ġużepp Caruana, tawh għajnuna kbira. lt-tlieta li huma ħabbtu bieb bieb biex jiġbru għal dik il-festa. Kienu joħorġu wkoll bil-karrettun, u kienu jagħtuhom b'ġenerożità, mhux biss offerti ta' flus, imma wkoll qamħ u affarijiet

Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Festa Madonna tar-Rużarju 2022102
CALL US TODAY FOR A FREE ON-SITE ESTIMATE T. 21318885 E. lorraine@big.com.mt www.big.com.mt

oħrajn.[50] Għall-festa ta' Santa Marija ta' dik is-sena, Mons. De Piro stieden lill-Arċisqof Caruana. F'dik is-sitwazzjoni li, bil-mod il-mod, bdiet taqleb għall-aħjar, l-Arċisqof ma setax ma jmurx. Hu kellimhom b'enfasi qawwija dwar il-bżonn tal-għaqda ta' bejniethom, u spiċċa bil-kelmiet: "Irrid narakom ulied tassew ta' Santa Marija".

[51] Proprju nhar Santa Marija tas-sena 1922 ġie amministrat is-sagrament talMagħmudija. Dun Ġwann Vella, iddelegat minn Mons. De Piro, għammed lil Ġużeppa Dalli.[52] Wara l-festa ta' Santa Marija, Mons. De Piro u ż-żewġ membri tas-Soċjetà ta' San Pawl setgħu jħallu r-raħal tal-Gudja. Dun Nikol Abdilla, diġà kellu n-nomina uffiċjali; hu kien aċċetta, u diġà kien qiegħed il-Gudja. Minkejja dan, ismu qatt ma jidher fi żmien Mons. De Piro.[53] lsem Dun NikoI jidher għall-ewwel darba meta, fl-20 ta' Awissu, 1922, għaqqad fiż-żwieġ l-ewwel koppja ta' żmienu.[54] L-għada stess, ismu reġa' deher meta għammed l-ewwel tarbija.[55] Abdilla ma niżżilx fir-reġistru li hu I-Kappillan tal-Gudja, imma kiteb li hu kien ġie magħżul bħala kappillan. ll-frażi "Kappillan Elett" qiegħda biex turi li hu kien bin-nomina uffiċjali imma mingħajr pussess.

Mons. De Piro telaq mill-Gudja qabel l-20 ta' Awwissu 1922. Imma l-qagħda ma kinitx ikkwitat għal kollox. Kien hemm min kien għadu qed jibża' li l-għażla finali kienet sejra taqa' fuq Dun Nikol Aquilina. B'ittra anonima, iffirmata "Gudja", u mibgħuta lill-Arċisqof lejn I-aħħar ta' Awwissu, 1922, intalab li Dun Nikol jitwarrab għal kollox minn dak ir-raħal. Billi nzerta li l-kappillan elett kien hu wkoll jismu Dun Nikol, din I-ittra toħloq ċerta ambigwità, u tista' tagħtina x'naħsbu li l-kittieb għandu mnejn qed jgħid għalih. Imma ma jidhirx li hu hekk għax jissemma l-każ li hu kien ġabilhom il-pulizija. Meta n-nomina tal-kappillan kienet għadha ma tħabbritx filpubbliku, din il-kitba ssemmi kemm ir-raħal tal-Gudja kien abbandunat. Nies morda kienu qed joqorbu lejn I-aħħar ta' ħajjithom, u ma kellhomx min jieħu ħsiebhom u jassistihom. Jissemmew ukoll it-trabi li kienu waslu biex jitwieldu. Din l-ittra waslet f'idejn l-Arċisqof il-Ġimgħa, l-1 ta' Settembru.[56] Minkejja dan, Dun Nikol Abdilla, għalkemm bla pussess, diġà kien qed jitqies bħala l-Kappillan. Kien hemm bżonn li joħorġu xi direttivi dwar ir-raħal tal-Gudja. Għalhekk, l-lsqof Anġlu Portelli, fil-25 ta' Awwissu, 1922, kiteb ittra, u din ġiet indirizzata lill-"Kappillan" tal-parroċċa.[57]

Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Festa Madonna tar-Rużarju 2022104

Kien għadu qed jinħass il-biża' li l-parrokat ta' Abdilla jkollu bidu ħażin. Meta l-ħatra tiegħu kienet għadha ma saritx pubblika, wieħed li ma weriex l-isem tiegħu, imma ffirma E.B., kiteb ittra iebsa lill-Arċisqof Caruana. Hi ġġib id-data tal-1 ta' Settembru 1922. Hu ddikjara wkoll li l-kontenut tagħha nqara quddiem bosta nies. Hu kiteb hekk: "Din l-ittra li nispera tkun l-aħħar inqrat quddiem ġemgħa nies hawn ir-raħal, li lkoll riedu jiġu jippreżentawhielek; imma jiena pperswadejthom li għandha tagħmel il-ġid".

Wara li De Piro kien telaq mill-Gudja u Dun Nikol Abdilla kien beda jmiss b'idejh il-problemi gravi tar-raħal, in-nies tal-Gudja riedu jerġgħu jfakkru l-imgħoddi. Hi ittra li turi l-qagħda kerha ta' raħal abbandunat u mitluq għal riħu! lr-raħal kien għaddej minn żmien meta ma kienx jiftakar tant skandli daqs kemm kienu raw f'dawk I-aħħar erbatax-il sena! L-ittra fiha ħafna dettalji partikulari u ismijiet ta' persuni biex il-kittieb isaħħaħ dak li jgħid. L-għan ewlieni ta' l-ittra kien li l-Arċisqof jerġa' jibgħatilhom lil Dun Ġużepp Spiteri bħala Kappillan tagħhom għaliex huma kienu saru jħobbuh, u kien mimli ħeġġa u dħuli ma' kulħadd.[58]

Ix-xewqa tal-Paċi tinħass iżjed.

Aktarx li Dun Nikol Abdilla qatt ma kien jaf x'kien qed jinkiteb lill-Arċisqof. Ma jidher li ttieħdet l-ebda deċiżjoni li tbiddel l-għażla tad-29 ta' Lulju, 1922. ll-proposta li jibgħatulhom il-kappillan li kellhom sas-sena ta' qabel lanqas ma kien il-każ li tiġi kkunsidrata.

Madankollu, dawk l-ittri wrew li kien jaqbel li l-bidu uffiċjali ta' Dun Nikol Abdilla jerġa' jittawwal xi ftit. Kienet ħarġet deċiżjoni mill-Kurja tal-Arċisqof dwar l-ewwel festa tal-Madonna tar-Rużarju, li kienet sejra tiġi ċċelebrata fil-Gudja. ld-dispożizzjoni ħarġet bid-data tal-25 ta' Awissu; imma kienet dwar il-festa li f'dik is-sena kienet taħbat il-Ħadd, 1 ta' Ottubru. L-ittri anonimi kienu għadhom ma nkitbux. Imma l-kitba tagħhom ġiebet magħha li l-Awtoritajiet tal-Knisja kienu b'għajnejhom miftuħin fuq il-kappillan elett biex jaraw x'suċċess kien se jkollu.

L-Isqof Anġlu Portelli kien bagħat ittra lill-Kappillan elett Dun Nikol Abdilla, u ordnalu li l-festa li kien imiss tal-Madonna tar-Rużarju ssir b'mod devozzjonali biss. ll-partit ta' I-lstilla ma kellux iżejjen it-toroq. Baned ma kellhomx idoqqu. Fil-knisja, l-armar kellu jkun dak ta' kuljum. Kollox kellu jsir taħt id-direzzjoni tal-Kappillan. Fil-

Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Festa Madonna tar-Rużarju 2022 105
Nawguralkom Kandidata għall-Partit Laburista fuq ir-Raba’ Distrett Paola - Tarxien - Gudja - Santa Luċija - Fgura 130, Triq Xintill, Tarxien katya@katyadegiovanni.com /DeGiovanniKatya

purċissjoni, ma kellhomx jieħdu sehem ħlief il-Fratelli tal-Fratellanza tar-Rużarju. Tul il-purċissjoni kollha kemm hi, kellu jiġi reċitat ir-Rużarju. Għalhekk, id-daqq talbanda ma kellux isir lanqas waqt il-purċissjoni. L-istatwa kellha timxi fl-aħħar nett tal-purċissjoni, u, warajha, jimxu l-ewwel l-irġiel u mbagħad in-nisa jgħidu r-rużarju. [59]

F'dawk iċ-ċirkustanzi diffiċli, dan kien att ieħor ta' riparazzjoni u ta' prova għannies tal-Gudja biex juru kif kienu se jilqgħu deċiżjoni min-naħa tal-awtoritajiet talKnisja.

Problemi gravi, għal-lanqas dik id-darba, ma nqalgħux. Dun Nikol Abdilla qagħad għad-dispożizzjonijiet li sarulu, u rebaħ il-prova ta' dak l-ewwel xahar u nofs tiegħu fil-Gudja. Għalhekk, fl-4 ta' Ottubru, 1922, intbagħat id-digriet tan-nomina lil dan il-Kappillan li kellu jagħmel ħiltu biex iġib il-paċi bejn iż-żewġ partiti.[60]

Kif kien mistenni minn kulħadd, I-Arċisqof Mauro Caruana ddelega lil Mons. De Piro biex jagħti l-pussess lil Dun Nikol Abdilla. ll-funzjoni solenni tal-pussess saret il-Ħadd, 8 ta' Ottubru, 1922.[61]

B'dan il-mod, Mons. De Piro, li kien l-ewwel wieħed li daħal biex isolvi l-problema gravi tal-Gudja, reġa' deher meta l-paċi kienet seħħet. In-nies tal-Gudja wkoll inġibdu lejh, u xtaquh jibqa' magħhom. Imma kulħadd kien jaf li dak ma kienx possibbli għaliex id-dmirijiet tiegħu kienu qed isejħulu band'oħra. Bħalma kien ġara f'postijiet oħrajn, fil-Gudja wkoll in-nies intlaqtu mis-serjetà, ħlewwa, u qdusija tiegħu. lttifkira ta' Mons. De Piro baqgħet ħajja f'dawk li kienu mdaħħlin sewwa fil-problemi ta' dik il-qagħda tassew diffiċli. In-nies tal-Gudja ferħu meta l-kappillan tagħhom, Dun Nikol Abdilla, is-sena ta' wara, fl-1923, stieden lil Mons. De Piro biex jinseġ il-paniġierku ta' l-Assunta.[62] Nafu li Mons. De Piro kellu devozzjoni speċjali lejn Marija Assunta. Lil Marija Assunta, Mons. De Piro kien ħatarha bħala l-patruna tasSoċjetà ta' San Pawl, li hu kien waqqaf ftit snin qabel. Meta nkiteb dwar Marija taħt it-titlu tal-Assunta, fost l-oħrajn, insibu hekk: "Aħna wkoll illi, sa mill-bidu tal-lstitut, ħassejna l-għajnuna ta' Marija, ħtarnieha bħala l-Patruna tagħna l-aktar għażiża".[63] L-imħabba kbira tiegħu lejn I-Assunta, jew, kif insejħulha aħna l-Maltin, lejn Santa Marija, kienet raġuni oħra li Mons. De Piro ma ntesiex mir-raħal ċkejken tal-Gudja, fejn ħadem biex iġib il-paċi. Meta, nhar l-Assunta tas-sena 1923, Mons. De Piro mar il-Gudja għall-paniġierku ta' Santa Marija, dakinnhar, hu kien liebes bi lbies ħamrani

Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Festa Madonna tar-Rużarju 2022 107

u jlellex ta' Monsinjur, kif huma stennew mingħandu, u kif kien xieraq għas-solennità ta' I-okkażjoni. Fiż-żmien li hu kien għadda man-nies tal-Gudja, bejn Lulju u Awissu 1922, Mons. De Piro ma kienx jidher liebes jekk mhux bis-suttana ta' qassis sempliċi. [64]

Referenzi;

[1] A.A.M., Kanċ., V, Gudja, ff.180, 275-280.

[2] L.C., Suppliche, 1922, II, n.164. F'dak iż-żmien hu kien spiċċa minn kappillan.

[3] L.C., Kanċ., V, Gudja, 1922, f.104r-v. Hu kien laħaq fid-9 ta' Jannar, 1917.

[4] A.P.G., Bapt., VII (1912-1940), f.78.

[5] L.C., Mort., VII (1913-1934), f.60.

[6] L.C., Matr., VI (1892-1931), f.208.

[7] Dan jidher minn ittra tiegħu nnifsu: A.A.M., Corr., Caruana, 1922, n.50, Dun P. Farruġia - Mons. E. Vassallo, 27/4/1922.

[8] L.C., Kanċ., V, Gudja, 1922, f.104r.

[9] L.C., Corr., Caruana, 1922, n.50, Vassallo - Farruġia, 24/4/1922.

[10] Ibid., Farruġia - Vassallo, 27/4/ 1922.

[11] A.A.M., Atti Ċivili, 1922-23, n.113, f.207. Ara wkoll: Antonio Saliba, "II-Kanonku Dun Pietru Farruġia: Prokuratur ħabrieki tal-Knisja Parrokkjali tal-Gudja" Leħen il-Parroċċa talGudja, Ediz. Speċjali 1983, bla numerazzjoni.

[12] A.A.M., Corr., Caruana, 1922, f.50A, Aquilina - Portelli, 5/5/1922.

[13] Dun Nikol Aquilina, fid-9/ 11/ 1928, laħaq kappillan Ħal Għaxaq (A.A.M., Kanċ., V, Għaxaq, ff.262-269), u, minn hemm, fit-28/8/ 1935, għadda għal kappillan Ħal Tarxien (L.C., XVII, Tarxien, ff.263, 273-279), u mbagħad intbagħat kappillan is-Siġġiewi mis-sena 1952 sal-1957 (L.C., XV, Siġġiewi ff.251-257).

[14] L.C., Corr., Caruana 1922 Aquilina -Caruana 15/5/1922.

[15] L.C., Kanċ., V, Gudja, 1922, 104 r-v.

[16] A.P.G., Documenti, Abdilla - Caruana, 22/5/1922.

[17] Ibid., Raccomandazione di Aquilina.

[18] Mastru Dalli, kif kien jissejjaħ, kien ukoll il-bennej tal-faċċata tal-Knisja Parrokkjali tal-Gudja, kif inhi llum. Dan hu tagħrif li nġabar minn nies li joqogħdu I-Gudja.

[19] A.P.G., Mort., VII, f.62. Fil-fatt, f'dan il-każ, fir-reġistru ma hemmx ismu; imma tingħaraf li hi I-kitba tiegħu. L-aħħar li jidher ismu hu amministrazzjoni tal-Magħmudija tas6/6/1922; L.C., Bapt., VII, f.83.

[20] Xi ħaġa minn dan tidher f’ittra anonima, iffirmata “Gudja”: A.A.M., Corr., Caruana, 1922, n.50C. Wasal ukoll xi tagħrif orali.

[21] A.P.G., Bapt., f.84.

[22] L.C., Matr., VI, f.210.

[23] Wasal minn tagħrif orali.

[24] A.P.G., Mort., VII, ff.62-63.

[25] Mons. De Piro kien ġie nominat bħala Delegat taI-Arċisqof proprju l-ġurnata ta'

Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Festa Madonna tar-Rużarju 2022108

qabel; imma hu kien għadu ma marx il-Gudja. Ara A.A.M., Atti Ċivili, 1922-23, n.87. f.162r.

[26] L.C., Corr., Caruana, 1922, n.50B, Buġelli - Caruana, 17/6/ 1922.

[27] Ibid., Caruana - Buġelli, 19/6/1922.

[28] L.C., Atti ~ivili. 1922-23, n.87 f.162r.

[29] A.P.G., Mort., VII, f.63. Għalhekk, ma hux eżatt dak li jgħid Dun Ġwann Vella, meta kiteb li De Piro wasal il-Gudja matul il-Ġimgħa ta' qabel il-festa tal-Qalb ta' Ġesù. Ġralu li hu ħallat il-purċissjoni ta' riparazzjoni bis-Sagrament, ma' dik li soltu ssir nhar il-Qalb ta' Ġesu’. A.M.S.S.P., Intervisti De Piro, Dun Ġw. Vella, f.79r.

[30] lt-tagħrif ta' dan ittieħed mill-kelmiet ta' Dun Ġwann; imma sar xi tibdil f'dak li ma twassalx b'mod eżatt: A.M.S.S.P., Intervisli De Piro, Vella, ff.47, 49,78.

[31] A. Ferres, Descrizione Storica delle Chiese di Malta e Gozo, 1866, p.354.

[32] Ara A.M.S.S.P., Inlervisti De Piro, Vella, ff.48, 49, 78-79. ll-kumment hu wkoll ibbażat fuq ittra taI-Arċipriet Dun Pawl Mallia: A.A.M., Corr., Caruana, 1922, n.77. Dun Pawl Mallia - Ar`. M. Caruana. 14/7/ 1922. Dak Dun Pawl Mallia dam Arċipriet il-Mosta sas-sena 1930, meta mbag]ad la]aq Monsinjur tal-Katidral: A.A.M., Kanċ.,X, Mosta.f.37. lnżidu wkoll li dawn id-dettalji juru li I-parroċċa tal-Gudja damet magħluqa mil-12 ta' Ġunju sat-12 ta' Lulju, 1922.

[33] A.A.M. Corr., Caruana, 1922. n.77B.

[34] Ibid.

[35] Ibid. It-test bibliku hu {w., 17,11

[36] Ibid., n.77C.

[37] Ibid.

[38] A.P.G., Matr., VI, f.210.

[39] L.C., Bapt., VII. ff.84-85.

[40] L.C., Mort. VII, ff.63-64.

[41] A.M.S.S.P., Intervisti De Piro, Vella, ff.48-49, 80.

[42] A.A.M., Corr., Caruana, 1922, n.50C. iffirmata "Gudja".

[43] A.M.S.S.P., Intervisti De Piro, Vella, ff.4849.

[44] Ara A.A.M., Corr., Caruana, 1922, nn.50C, 60.

[45] A.M.S.S.P. Intervisti De Piro, Vella, ff. 48-49.

[46] A.A.M., Corr., Caruana, 1922, n.60, Ġ. Cutajar, Ġ. Spiteri, A. Pa`e- Caruana, 19/7/1922.

[47] A.M.S.S.P., Intervisti De Piro, Vella, f.2.

[48] lbid., f.49.

[49] Abdilla ġie magħżul wara li eżaminawh dwar il-ħila tiegħu: A.A.M., Atti Ċivili, 192223, n.63, 29/7/1922. Hu ġie nfurmat dak in-nhar stess: L.C., Corr., Caruana, 1922. n.50C, Em. Vassallo - Abdilla, 29/7/ 1922.

[50] A.M.S.S.P., Intervisti De Piro, Vella, f.82.

[51] Ibid.

[52] A.P.G., Bapt., VII, f.85.

[53] Fir-re[istru tal-Magħmudijiet tal-Gudja, qabel ir-reġistrazzjoni tal-Magħmudija tat23/7/1922, li saret minn Mons. De Piro, insibu dawn il-kelmiet: "Parochus Nicolaus Abdilla". Dan juri li r-reġistrazzjonijiet tal-Magħmudijiet ta' żmien De Piro huma tul il-parrokat ta'

Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Festa Madonna tar-Rużarju 2022 109

Abdilla. Minkejja dan, Abdilla, qabel id-29/7/ 1922, ma kellu l-ebda jedd li jsejjaħ lilu nnifsu "Kappillan".

[54] A.P.G., Matr., VI, f.211. Fir-reġistru tal-mejtin, Dun Nikol Abdilla juża terminolo[ija iżjed eżatta. Qabel ma jniżżel dwar il-funeral tat-22/ 9/ 1922, hu kiteb: Amministrazione Saċ. Nicola Abdilla: L.C., Mort., VII, f.64.

F’kull reġistru, hu beda jniżżel sempliċement "Parochus" wara li ħa I-pussess tal-parroċċa.

[55] L.C., Bapt., VII, f.85.

[56] A.A.M., Corr., Caruana, 1922, n.50C.

[57] L.C., lbid., n.50D, E.B. - Arċ. Caruana, 1/9/1922. [58] Ibid.

[59] A.A.M., Atti Ċivili, 1922-23, n.4, f.139r-v. [60] L.C., Kanċ., V, Gudja, 1922 n.104r-v, 111r-v. [61] lbid., f.113r.

[62] A.M.S.S.P., Intervisti De Piro, Ġ. Vella, f.104r.

[63] "L'Assunzioni ta' Marija", San Paul: Almanak, 193.1. p.20. [64] A.M.S.S.P.. Intervisti De Piro. Vella. ff.l-2.

Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Festa Madonna tar-Rużarju 2022110
NATIONAL LOTTERY – POS 390 - GUDJA OPEN ALL DAYS Agent Jean Paul Pace – 99696343 National Lottery – POS 390 - Gudja Il Festa it - Tajba lil Kulhadd

Anġlu Dalli (1868-1936)

L-Istatwarju tal-Vara tal-Madonna tar-Rużarju. Martin Gravina, Dip. Educ. (Adm. & Mangt.)

Anġlu Dalli (magħruf bħala s-Suffari) twieled il-Gudja nhar id-29 ta’ Marzu 1868 minn Ġużeppi Dalli li kien mill-Gudja u Anna (xebba Camilleri) li kienet miżŻejtun. Huwa kien mgħammed l-għada 30 ta’ Marzu 1868 fil-Parroċċa tal-Gudja mill-Kappillan Dun Fidel Zammit. Fil-fonti tal-magħmudija huwa ngħata l-ismijiet ta’ Anġlu, Franġisku u Spiridione filwaqt li l-parrini kienu Antonio Mirabita u t-tifla tiegħu Marija Rosa Mirabita, it-tnejn kienu miż-Żejtun.[1] Il-familja Dalli kienu joqogħdu fi Triq il-Kbira, fid-dar 155 (illum b’numru 108 Triq Raymond Caruana) u għalhekk huwa wisq probabli li Anġlu twieled fl-imsemmija dar. Ir-remissa li hemm mal-istess dar, kienet il-post minn fejn missieru kien ibigħ bl-ingrossa inbid, żebbuġ, bakkaljaw u affarijiet oħra bħal dawn. Għaldaqstant wieħed jista’ ukoll jikkonkludi li dak iż-żmien il-familja Dalli kienet tat-tajjeb.

Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Festa Madonna tar-Rużarju 2022114
Anġlu Dalli 1868-1936

Minn ċkunitu Anġlu kellu namra lejn l-arti tal-immudellar. Infatti, huwa kien iqatta’ ħafna ħin għand il-“Prinċ” li kien joqgħod il-Gudja, fejn huwa kien joqgħod jarah jagħmel l-istatwi. Fil-Gudja għadna nsibu xogħol fil-karatpesta li kien jagħmel il-“Prinċ”. Nhar is-16 ta’ Ġunju 1895, is-saċerdot Dun Albert Dalli b’delega millkappillan Dun Lawrenz Debono (1875-1896) żewweġ lil Anġlu Dalli u l-Maria Anna Sciberras fil-Parroċċa tal-Gudja.[2] Maria Anna kienet minn Ħal Tarxien u qabel ma żżewġet hija kienet taħdem bħala għalliema fl-iskola Primarja ta’ Ħal Tarxien. Meta Anġlu Dalli żżewweġ, huma baqgħu joqogħdu fid-dar li kellhom il-Gudja. Frott iżżwieġ ta’ Anġlu ma’ Marija Anna huma tmien ulied. Dawn kienu Ġużeppi, Serafina, Nazzareno, Indri, Wistin, Margerita, Ninu u Fortunato. Wara xi żmien, huwa bena dar f’Ħal Tarxien li kellha n-numru 25 (illum 12) Triq il-Palma u li għandha wkoll kantina taħt il-post kollu. Din il-kantina kienet isservi bħala l-post ta’ fejn Anġlu kien jaħdem l-istatwi. Il-kantina kienet ukoll il-post ideali sabiex huwa seta’ jerfa’ t-tafal li bih kien jimmudella.

Fost ix-xogħol fil-kartapesta li Anġlu Dalli kien għamel, insibu sett ta’ anġli żgħar u tnejn oħra kbar għall-parroċċa ta’ Ħal Tarxien. Il-vara tal-Madonna ta’ Liesse għallknisja ta’ Liesse il-Belt Valletta, xogħol ukoll fil-kartapesta, li matul l-aħħar gwerra dinjija nqerdet, kif ukoll il-vara tal-Madonna tar-Rużarju li nsibu fil-Knisja Parrokkjali tal-Gudja. Rigward din il-vara tal-Madonna tar-Rużarju, filwaqt li huwa għamel ixxogħol tal-kartapesta, it-tifla tiegħu Margerita li dak iż-żmien kienet tgħallem fisCentral School f’Ħal Tarxien f’Bowyer House (quddiem il-knisja ta’ San Bert), għamlet il-libsa tal-Madonna u tal-Bambin. Ix-xogħol fuq din il-vara kien bdieh nhar l-4 ta’ Novembru 1921 fil-post li kellu f’Ħal Tarxien. Il-karnaġjon kien fdat f’idejn Ġużeppi Cali li kien ħabib ta’ Anġlu Dalli u li miegħu kien jaqsam il-ħsibijiet li kien ikollu fuq ix-xogħol tal-arti. Il-vara tal-Madonna tar-Rużarju ddaħlet għall-ewwel darba filKnisja Parrokkjali Santa Marija tal-Gudja nhar il-Ħadd 4 ta’ Ġunju 1922 u ħarġet għall-ewwel darba proċessjonalment nhar il-11 ta’ Ġunju 1922 fl-okkażjoni tal-festa tal-Madonna tal-Warda. Il-vara li ħadem Anġlu Dalli ħadet post dik maħduma minn Antonio Chircop li kienet tintuża għall-festi sekondarji; dik tal-Warda, tar-Rużarju u taċ-Ċintura. Biċċa xogħol oħra li ħarġet minn idejn Anġlu Dalli u li għadna ngawduha fil-festa titulari ta’ Santa Marija, hija l-istatwa ta’ Malta li tintrama’ fil-misraħ ta’ dan ir-raħal. Anġlu Dalli kien ukoll għamel kemm restawr, u xi tibdiliet żgħar, kif ukoll żebagħ il-vara tal-Madonna tad-Duttrina (xogħol Ġlormu Darmanin 1834-1879) li nsibu fil-Knisja Arċipretali Marija Annunzjata ta’ Ħal Tarxien. [3] Barra li Anġlu Dalli kien statwarju, kien jaħdem ukoll bħala mgħallem tal-bini.

Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Festa Madonna tar-Rużarju 2022116

Infatti nsibu li mis-sena 1906 sa 1910 kien bena n-navi tal-Knisja Arċipretali ta’ Santa Katerina taż-Żurrieq. Huwa kien għamel ukoll ix-xogħol tal-ġebel tan-niċċa tal-Lunzjata li nsibu fil-Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Tarxien, kif ukoll il-bini tad-dar nru. 79a Triq il-Palma Tarxien li kienet id-dar ta’ Dun Mikiel Vella u d-dar fl-istess raħal nru. 63 Triq il-Palma, li kienet id-dar ta’ Dun Ġwann Diacono, liema djar għadhom jeżistu. Fil-bidu tas-seklu għoxrin bena l-faċċata tal-Parroċċa Santa Marija tal-Gudja fuq disinn tal-Gudjan Carlo Farrugia.

Ftit qabel ma’ miet, Anġlu kien qala’ daqqa ta’ karrozza quddiem l-għassa ta’ Ħal Tarxien, u minn hemm saħtu baqgħet sejra lura sakemm miet. Anġlu Dalli miet fiddar tiegħu f’Ħal Tarxien nhar il-11 ta’ Frar 1936 fl-età ta’ 68 sena u wara funzjoni funebri li kienet saritlu ġewwa l-parroċċa ta’ Ħal Tarxien, ġie midfun fil-qabar numru 8 kompartiment C fiċ-ċimiterju tar-raħal ta’ Ħal Tarxien, jew aħjar kif huwa magħruf bħala tal-Erwieħ. Martu Marija Anna Dalli mietet tliet xhur warajh, nhar is-27 ta’ Mejju 1936 fl-età ta’ 58 sena u indifnet fil-qabar numru 14 fl-istess ċimiterju. [4]

Fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill Lokali tal-Gudja (2000-2003), f’ħarġa talgazzetta tal-Gvern tas-16 t’April 2002 kien ġie notifikat illi l-Wesgħa li hemm fi Triq ilKbira ma’ dik li kienet Triq San Mark (illum Triq il-Fidwa) tingħata l-isem ta’ Wesgħet Anġlu Dalli (1868-1936) statwarju.

Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Festa Madonna tar-Rużarju

2022 117

Referenzi

1. Bapt. Vol V 1846-1886 p.120, Gudja

2. Matr. Vol VI 1892-1931 p.14, Gudja

3. Vol 9 Liber Defunctorum AB Anno 1933 Usque Ad Annum 1963 Tarxien p.49

4. Ibid. P. 55

Biblijografija

-Battistino Vinċenti, Ħal Tarxien 1993

-Tarxien, Ħarġa Speċjali tal-Festa 1999

-Muscat Reno, Artisti Maltin li nkludew lill-Madonna tar-Rużarju fix-xogħol tagħhom, P.63.

-Soċjetà Filarmonika “La Stella”, Madonna tar-Rużarju Festa 2001

-Joseph A. Farrugia, L-istatwa tad-Duttrina skont ix-xjuħ tagħna, P.35 Il-Festa tal-Madonna

-tad-Duttrina fil-Parroċċa Arċimatriċi ta’ Ħal Tarxien 2002.

-Tagħrif mogħti lill-awtur mill-Kan. Dun Mario Agius.

Noti:-

- Meta Anġlu Dalli żżewweġ lil Maria Anna, missieru Ġużeppi kien diġà miet.

- Filwaqt li fis-santa tat-tifkira tal-mewt, l-età ta’ Marija Anna hija miktuba 58, fir-reġistru tal-mewt tal-parroċċa ta’ Ħal Tarxien hija mniżżla 59.

- Id-dfin fil-knisja parrokkjali ta’ Ħal Tarxien baqa' jsir sas-sena 1935.

Medicaid Pharmacy 21 676294 / 27 676 294 Pharmacy Open all Day Mon to Fri 8.00am to 9.00pm Sat 8.00am to 7.00pm Free Home DeliveriesContact us 62, Vjal it-T orri,Gudja Email: www .medicaidclinics.comcustomermedicaid@gmail.com
Il-Madonna tar-Rużarju Bil-Kuruna f'idha u f'id il-Bambin Xoghol fl-injam Anton Chircop - 1851 Kappella tal-Lunzjata Il-Gudja
Syphase Services. Earth Electrodes. Electrical and plumbing installations. Mobile 79064424 Email syphase@gmail.com
Ritratt
- Mark Micallef Pearconte Ċelebrazzjonijiet 100 Sena Fostna Purċissjoni Madonna tar-Rużarju 29 ta' Mejju 2022

Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.