
2 minute read
Messaġġ mis-Sindku
Programm Festa Interna
It-Tlieta 27 ta’ Settembru
Advertisement
18:00 - Ħruġ tal-Madonna tar-Rużarju min-niċċa, professazzjoni ta’ fratelli ġodda fil-Fratellanza tas-S.Smu Rużarju u preżentazzjoni tat-trabi lill-Madonna tar-Rużarju.
Il-Ħamis 29 ta’ Settembru
16:30 - Konfessur għall-qrar. 19:30 - Tindaqq mota ta’ kwarta waqt l-orazzjoni Il-Ġimgħa 30 ta’ Settembru
18:30 - Tindaqq mota bi tħabbira għall-festa tal-Madonna tar-Rużarju
Is-Sibt 1 ta’ Ottubru
08:00 - Quddiesa tal-aħħar Sibt bl-omelija fuq l-aħħar misteru tar-Rużarju. 12:00 - Tindaqq mota 17:45 - Jingħad ir-Rużarju u jitkanta l-Għasar ta’ lejliet il-festa. Tindaqq ukoll mota bi tħabbira għall-festa tal-Madonna tar-Rużarju u b’sinjal li xahar t’Ottubru hu x-xahar iddedikat lill-Madonna tar-Rużarju 18:30 - Quddiesa tal-Preċett.

Il-Ħadd 2 ta’ Ottubru
07:00 - Quddiesa tal-Kollokju bil-parteċipazzjoni tal-fratelli tar-Rużarju. 08:00 - Quddiesa Letta. 09:30 - Quddiesa solenni tal-festa mħabbra bi tliet moti li din is-sena se tkun iċċelebrata minn Patri Vincent Micallef O.P. (Provinċjal Ġenerali tal-Ordni Dumnikana). Jinseġ tifħir lill-Madonna tar-Rużarju Patri Joseph Zahra O.P., Kappillan tas-Santwarju ta’ Fatima fi Gwardamanga 11:30 - Quddiesa Letta. 12:00 - Tindaqq mota. 17:00 - Quddiesa Letta li ser titqaddes minn Patri Raymond Gatt O.P. 18:15 - Għasar kantat bil-vuċijiet. 19:00 - Purċissjoni bl-istatwa artistika u devota tal-Madonna tar-Rużarju maħduma mill-Gudjan Anġlu Dalli fl-1922 mmexxija minn Patri Joseph Zahra O.P., akkumpanjata mill-Fratelli tas-S.Smu Rużarju, l-Kleru u d-devoti. Waqt il-purċissjoni jingħad ir-rużarju. Mad-dħul tal-purċissjoni, titkanta s-Salve, il-Litanija, l-Antifona u tingħata Barka Sagramentali. Fl-aħħar jitkanta l-Innu Popolari “LisSultana tar-Rużarju”, bi kliem tas-Sur Brian Bonnici u mużika tal-Mro Micheal Pulis.
It-Tnejn 31 ta’ Ottubru
18:30 - Jitkanata t-Te Deum u tindaqq mota li tindika għeluq ix-xahar ta’ Ottubru, ix-xahar iddedikat lill-Madonna tar-Rużarju

Messaġġ mis-Sindku
Festa 2022
Marija Sara Vella Gafa
Wara nuqqas ta’ sentejn il-festi tar-raħal din is-sena ser jsiru u ser isiru kif konna nafuhom qabel. Qatt ma mmaġinajna li ser ikollna sentejn bla festi però ċ-ċirkustanzi hekk talbu. Issa li qed nieħdu ħajjitna lura minn kull aspett nistgħu verament napprezzaw il-valur kulturali tal-festi u l-patrimonju tar-raħal tagħna.
Bħala Kunsill Lokali qed nieħdu l-opportunità nerġgħu nibdew norgranizzaw diversi attivitajiet, fosthom kif iċċelebrajna Jum il-Gudja, kif ser niċċellebraw il-festi tal-Milied kif ukoll attivitajiet oħra marbutin ma’ postijiet storiċi fil-Gudja. Ngħid għalija, l-fatt li nara lilkom r-residenti tgawdu dawn l-attivitajiet, huwa ta’ pjaċir kbir, speċjalment meta niftakar kif il-pjazza kienet tkun vojta fin-nuqqas ta’ dawn.
Filwaqt li bħala istituzzjoni dejjem naraw li nkomplu ninvestu sabiex intejbu l-ħajja tagħkom ir-residenti, dan ma jsirx bla sagrifiċċji u mingħajr intoppi. Qed naħdmu qatiegħ anka issa sabiex jingħalaq il-proġett tal-ħitan tas-sejjieħ li permezz ta’ fondi Ewropej irranġajna diversi ħitan madwar ir-raħal kollu.
Inħoss li huwa ż-żmien opportun biex ninvestu aktar fil-baned tagħna, għaldaqstant fl-laqgħa tal-kunsill fl-aħħar xhur ġie proponut li din is-sena jkollna fond li minnu min ikun ser itella’ programm waqt il-ġranet tal-festa tat-titular ikun jista’ jibbenefika minn €500. Apparti dan qed inkomplu nuru l-fiduċja tagħna flgħaqdiet billi ninkorporawhom fl-attivitajiet li ħa ntellgħu inkluż dawk tal-Milied. Hija l-intenzjoni tal-Kunsill Lokali li nkomplu nkabbru l-parteċipazzjoni tal-għaqdiet tar-raħal flimkien mal-Kunsill Lokali.
Dan huwa ftit biss mill-ħidma li qegħdin inwettqu fil-kunsill lokali. Filwaqt li nirringrazzjakom tal-kooperazzjoni li nsibu meta nkunu qed nagħmlu xi xogħlijiet, jiena dejjem disponibbli għalikom r-residenti.
F’ismi, f’isem il-familja tiegħi, il-kunsilliera u l-istaff tal-Kunsill Lokali nawgurawlkom il-festa t-tajba.
