Skip to main content

Santa tal-Festa 2021 - Santa Marija

Page 1

Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja A.D. 1919

Għeżież Gudjani,

Din is-sena qed nerġgħu ngħaddu minn sena li fiha lfesti se jsiru fuq skala ridotta sabiex inħarsu u nipproteġu s-saħħa ta’ xulxin. Madanakollu l-ispirtu Marjan xorta waħda huwa b’saħħtu u jinħass sew firraħal tant għażiż tagħna. Għalkemm f’dawn l-aħħar sentejn l-isfidi għas-Soċjetà tagħna kienu kbar minn kull aspett, bl-għajnuna ta’ Sidtna Marija żammejna għaddejjin u għadna niffunzjonaw kif inhu xieraq; ta’ dan għandna għaliex nirringrazzjawha. Bl-għajnuna tal-Madonna, ninsabu persważi li dan ilperjodu jgħaddi wkoll u minnu nisiltu t-tagħlima li nagħrfu napprezzaw dak li veru hu ta’ għożża għal kull wieħed u waħda minnha. Għalhekk flimkien inħarsu ‘l quddiem b’tama għal aktar ħidma sfieqa b’risq dak li nħobbu fir-raħal tagħna. Nawguraw festa sabiħa u qaddisa lil kulħadd.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Santa tal-Festa 2021 - Santa Marija by Soc. Fil. La Stella; il-Gudja - Issuu