1 minute read

Mill-Maħżen tal-Armar

Ċelebrazzjonijiet 100 Sena Fostna Purċissjoni Madonna tar-Rużarju 29 ta' Mejju 2022

Advertisement

Mill-Maħżen tal-Armar

L-Armar Lura fit-Toroq

L-armar tal-festi fit-toroq jagħti l-ewwel indikazzjoni li l-festa tkun waslet. Tul dawn l-aħħar sentejn inħas ferm in-nuqqas tal-armar għaliex il-pandemija ġegħlitna nħallu ġewwa l-maġġoranza kbira tal-armar fl-imħażen tagħna.

Is-sena 2022 tatna l-opportunità nerġgħu niftħu l-imħażen u minnhom noħorġu l-armar li għandna biex diversi toroq fir-raħal jieħdu xejra differenti. Il-ħidma u l-impenn f'dan is-settur baqgħet għaddejja xorta tul il-pandemija biex nkunu nistgħu nagħtu s-sehem tagħna ad unur il-Madonna tar-Rużarju. Qabel nibda nispjega ilħidma tagħna f’dan il-qasam nixtieq nieħu l-opportunità biex nirringrazzja lil tliet membri fi ħdan il-grupp armar li kellhom iwarrbu fil-ġenb il-ħidma tagħhom fl-armar biex minflok iddedikaw ħinhom fuq il-proġett tal-monument. Madanakollu kulħadd fehem li matul dan il-perjodu, il-monument kellu jieħu prijorità.

Is-sett ta' tnax-il kolonna li fuqhom jintramaw il-pilandi issa huwa lest; proġett li rnexxielna nlestu f' ħames snin. Naf li ġejna kritikati li soċjetà tagħna kellha nuqqas ta' pjanar fir-rigward, imma l-għaqal ta’ soċjetà ma jitkejjilx minn dawn id-deċiżjonjiet iżda minn deċiżjonijiet dwar prinċipji, liema prinċipji qatt ma bdilna. Ix-xogħol fuq ilplanċier tkompla wkoll u nifhem li hawn ħafna stennija għal dan il-proġett. Mhuwiex ‘il boghod li naraw din il-ħolma ssir realtà u nserrħilkom raskom li la darba joħroġ ser jitgawda l-ħin kollu, xemx u xita. Għalhekk naħdmu b’mod li dan il-proġett, u proġetti oħra, jitgawdew kemm jista’ jkun. Għalhekk ix-xogħol tagħna qed isir filfiberglass biex nipprevedu mill-elementi li sfortunatament jikkaratterizzaw il-festa tagħna. Dan żgur mhux disunur; jeżistu monumenti taparsi bronż li jinħadmu filfibreglass. F'din il-festa wkoll ser ngħaqqdu s-sett tal-evangelisti li jakkumpanjaw il-pedistall prinċipali tal-Madonna tar-Rużarju. Għall-ewwel darba wkoll ser nkunu qed nużaw forklifter li nxtara minna stess u li ser jiffaċilità aktar il-ħidma fl-armar tat-toroq. Minn hawn nirringrazzja lill-benefattur li għamel tajjeb biex dan inxtara.

Nagħmel appell għal għajnuna f'dawn il-jiem daqshekk impenjattivi u nirringrazzja lilkom benefatturi u voluntiera li dejjem tkunu ta' għajnuna biex l-armar fit-toroq ikun wieħed mill-isbaħ fir-raħal tagħna.

Dettall tal-Iskultura Xogħol fuq il-Pilandri 2022

This article is from: