Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Ktieb Santa Marija 2022
Werrej Editorjal............................................................................................2
Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja A.D. 1919
Kumitat Eżekuttiv...............................................................................4
Festa Santa Marija 2022
Messaġġ mill-Kaxxier.......................................................................14
Messaġġ mill-President.....................................................................8 Messaġġ mis-Segretarju..................................................................12 Messaġġ mill-Fratellanza tas-S.Smu Rużarju..................................16
Bord Editorjali
Messaġġ mill-Arċipriet....................................................................18
Randolph Micallef
Artiklu mid-Direttur Spiritwali.........................................................22
Michel Mifsud
Programm Festa Santa Marija.........................................................26
Terence Muscat
Kunċert Mużikali..............................................................................27 Messaġġ mis-Sindku........................................................................32
Ġbir ta’ Reklami Michel Mifsud Clayton Zammit Malcolm Zammit
Dħaħen tal-Gwerra..........................................................................33
Ritratti Kumitat Eżekuttiv 2022.....................................................................5 Il-Kwadru ta' Santa Marija fil-kappella ta’ Bir Miftuħ........................9
Qari tal-Provi
Il-Kwadru tal-altar tal-Madonna tar-Rużarju...................................17
Randolph Micallef
Il-Vara proċessjonali ta’ Santa Marija..............................................19
Michel Mifsud
Ritratti mill-arkivji personali ta Fr Tony Pace.............................22-31 Jum il-Gudja 2022...........................................................................33
Ritratti
Il-Convoy ta’ Santa Marija................................................................35
Matthew Chetcuti
L-Belt Valletta fl-1 ta’ Mejju 1942...................................................38
Randolph Micallef
Il-Koppla tal-Knisja tal-Gudja...........................................................41
Michel Mifsud
Il-Kappella ddedikata lill-Madonna ta’ Loretu.................................45
Terence Muscat
It-Tanker HMS Ohio fi triqtu lejn l-Port il-Kbir..................................49 Rifornimenti jinħattu wara l-wasla tal-Convoy ta’ Santa Marija .....52
Issettjat u Mitbugħ Terence Muscat Bonnici’s Press, Valletta
Ritratti Qoxra Kwadru Titulari ta’ Santa Marija (Gudja). Sunnett lil Santa Marija (Mario Mifsud).
Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Ktieb Santa Marija 2022
1
Editorjal
Inkomplu Fejn Ħallejna Wara assenza ta’ sentejn, għall-grazzja t’Alla se nkunu qed nerġgħu niċċelebraw u nifirħu flimkien bħala lokalità fl-okkażjoni tal-festa ta’ Santa Marija. Għaldaqstant qed nerġgħu naslu għandkom permezz ta’ dan il-ktejjeb sabiex inwasslu l-messaġġ tagħna tal-okkażjoni u nżommu kuntatt magħkom qarrejja, partikolarment dawk minnkom li minħabba raġunijiet diversi ma niltaqgħux ta’ spiss. Sfortunatament waħda mill-effetti diretti tal-pandemija kienet it-twaqqif talpubblikazzjonijiet tal-festi. L-ewwel u fuq kollox għaliex b’responsabbiltà ħassejna li din kienet l-iktar deċiżjoni għaqlija minn punto di vista ta’ prekawzjoni sanitarja. It-tieni għaliex fiċ-ċirkustanzi, speċjalment fl-ewwel sena tal-pandemija, ħassejna li mhux xieraq nkomplu nitfgħu piż finanzjarju fuq min ta’ kull sena sibnih ta’ spalla għalina. Dan għax kien ovvju li r-rota ekonomika kienet xi ftit jew wisq wieqfa għal kulħadd. Madanakollu wara l-maltemp jiġi l-bnazzi u għalkemm għad fadal numru ta’ sfidi, uħud minnhom kbar, nistgħu ngħidu li erġajna qbadna t-triq ‘l quddiem b’impenn, kuraġġ u ottimiżmu. Il-pandemija swiet biex tgħallimna napprezzaw dak li ħafna drabi konna qed nieħdu for granted, dak li verament jagħtina identità u jferraħna. Il-festi kienu u għadhom attività mill-isbaħ fejn in-nies tiltaqa’, tifraħ, tikkopera flimkien, tesprimi l-ħiliet tagħha u fuq kollox issib lilha nnifisha minn aspett reliġjuż u spiritwali. Għaldaqstant l-appell tagħna lilkom qarrejja huwa li issa li esperjenzajna n-nuqqas talfesti, ma nħallux din is-sena tgħaddi qisu ma ġara xejn. Inħeġġukom sabiex kulħadd jieħu sehem bl-aħjar mod li jista’, sabiex kulħadd jikkontribwixxi mill-aħjar li jista’, u biex ilkoll flimkien infakkru lilna nfusna u lil-uliedna li aħna l-Gudjani ġo qalbna tħeġġeġ l-imħabba lejn Ommna Marija tant li niċċelebrawlha tliet festi sbieħ u tant li x-xbieha tagħha npoġġuha kullimkien. Nieħdu din l-opportunità sabiex infakkrukom ukoll taħsbu f’dawk kollha li jgħinuna niffinanzjaw dan il-ktejjeb permezz tar-reklami li eventwalment jgħinuna niġġeneraw xi ħaġa żgħira tal-qliegħ biex intaffu l-ispejjes b’rabta mal-organizzazzjoni tal-festi. L-ispejjeż huma kbar u sfortunatament id-dħul qatt mhu biżżejjed. Għaldaqstant inħeġġukom ukoll tavviċinaw l-membri tal-kumitat għall-kwalunkwe informazzjoni fuq l-attivitajiet ta’ fundraising li se jiġu organizzati bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet ta’ din is-sena kif ukoll jekk tixtiequ tikkontribwixxu finanzjarjament. Kull għajnuna hija ferm apprezzata. Viva Santa Marija. Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Ktieb Santa Marija 2022
2
Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Ktieb Santa Marija 2022
3
62, Vjal it-Torri,Gudja Email: customermedicaid@gmail.com www.medicaidclinics.com
Free Home Deliveries
Mon to Fri 8.00am to 9.00pm Sat 8.00am to 7.00pm
Pharmacy Open all Day
21 676294 / 27 676 294
Contact us
Medicaid Pharmacy
Kumitat Eżekuttiv Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja, A.D. 1919 President Michel Mifsud
Segretarju Clayton Zammit
Kaxxier Malcolm Zammit
Viċi President Etienne Caruana
Ass. Segretarju Mario Mifsud
Ass. Kaxxier Eman Barun
Direttur Ġenerali Joseph Calleja
Rappreżentanti tal-Banda Glen Grioli Marylise Grioli Gino Muscat
Membri Kurt Bartolo Matthew Chetchuti Joswill Paris
Rappreżentant Fratellanza S.Smu Rużarju Randolph Micallef
Diretturi Spiritwali Fr Tony Pace Arċ. Kon. Norman Zammit
Surmast Direttur Mro Michael Pulis
Licensee La Stella Fireworks Factory Matthew Falzon
Awdituri Charles Camilleri James Vella
Għalliema tal-Banda Glen Grioli Jeremy Sultana
Ass. Legali Azzopardi & Busietta Advocates
Membru Onorarju Chev. Carmel Bianchi Daniel Vella
Presidenti Onorarji Dr Jason Azzopardi Fabrizio Borg Joseph Busuttil Dr James Calleja Jimmy Caruana Toninu Caruana
Carmelo Farrugia Hon. Dr Chris Fearne Baruni Igino Trapani Galea Feriol Victor Galdes Perit Jesmod Mugliett Hon. Ing. Mark A. Sammut
Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Ktieb Santa Marija 2022
4
Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Ktieb Santa Marija 2022
6
Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Ktieb Santa Marija 2022
7
Messaġġ mill-President Michel Mifsud
Santa Marija ta’ Bir Miftuħ L-ewwel evidenza fejn Santa Marija hija msemmija bħala patruna tar-raħal tagħna narawha fil-viżita pastorali ta’ Senatore De Mello fl-1436 fejn kien stabbilixxa l-Parroċċa ta’ Santa Marija ta’ Bir Miftuħ. Aktarx li sa dak iż-żmien il-knisja jew kappella kif narawha llum kienet ilha mwaqqfa fl-istess sit, iżda b’xorti ħażina ma jeżisti xejn li jista’ jwassalna għad-data eżatta meta nbniet. Madanakollu, li huwa żgur, li llum dan jagħtina xhieda ta’ kemm il-poplu ta’ dawn l-akkwati kien poplu devot tal-Madonna u tal-Assunta tant li fi żmien meta kollox kien diffiċli u jitlob sforzi kbar (ferm aktar minn tal-lum) raw kif għamlu u waqqfu maqdes mill-isbaħ u anke mlewħ b’affreski u rikezzi (jingħad li ħafna mir-rikezzi huma mirduma fl-akkwati tal-kappella sabiex ma jinsterqux mill-attakki tat-torok). Bħalma ngħidu bil-Malti, iż-żmien igerbeb u ma jistenna lil ħadd. Wara kważi sitt mitt sena minn din il-ġrajja, llum li hawn aħna, dixxendenti u wlied dan il-poplu qadim u devot, xorta jidher ċar li l-venerazzjoni u l-imħabba lejn il-Madonna fil-Gudja baqgħet waħda tassew ħajja, u nittama li dan jibqa’ fi snin li ġejjin. Ilkoll nafu li d-dinja li ngħixu fiha hija kollox barra stabbli. Madanakollu l-bniedem tant jidra din is-sitwazzjoni versatili li xorta waħda jirnexxielu jippjana fit-tul u jaddatta għal kull ma jiġi ma’ wiċċu. Bħalma missirijietna għaddew minn gwerer, assedji, karestiji u pandemiji, aħna wkoll illum għalkemm f’ambjent u epoka differenti, xorta waħda għixna esperjenzi ta’ pandemija u llum qed naraw ukoll żvillupp ta’ konflitt fuq l-għatba tal-Ewropa wara tmenin sena paċi fil-kontinent. Nittama li ma narawx karestiji wkoll għax kollha nafu li konflitti bħal dawn, jekk itulu bosta, jistgħu jwasslu għal dan. Madanakollu fil-Gudja ser nagħmlu l-festa ta’ Santa Marija, festa li sa mill-qedem tipprova tqarreb in-nies kollha tar-raħal. Wara dawn is-snin kollha li ilha ssir din il-festa nista’ ngħid li din hija l-ewwel esperjenza tiegħi li Santa Marija twaqqfet u ser terġa’ ssir f’nuqqas ta’ sentejn. Wieħed jittama li din il-festa tant għażiża terġa’ tkun xhieda ta’ devozzjoni lejn Ommna Marija u tkun waħda mill-isbaħ li qatt rajna. Wieħed għandu jifhem li wara din l-assenza għandna nilqgħuha fostna bl-aktar mod xieraq u dinjituż. Waħda mill-missjonijiet u l-valuri li tħaddan is-Soċjetà Filarmonika La Stella hija li tkattar l-imħabba lejn il-Madonna. Infatti, għaliex il-prinċipji ta’ din is-soċjetà huma msejsa fuq il-kult Marjan, taħt it-titlu tar-Rużarju mqaddes, din is-sena ser nwaqqfu monument fiddaħla ewlenija tar-raħal sabiex jagħti xhieda ta’ dan it-twemmin bil-prominenza li jistħoqlu. Għalkemm is-Soċjetà għaddiet, u għadha għaddejja, minn żmien ta’ prova bħal kulħadd, xorta nstabet ir-rieda, is-saħħa u l-finanzi sabiex tasal għal dan il-proġett prestiġjuż. Meta nħares lura lejn Ottubru 2019 meta bdejna t-triq biex iseħħ dan il-proġett, ma kellniex Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Ktieb Santa Marija 2022
8
għarfien ma’ xiex konna ser niltaqgħu u nista’ ngħid li fit-triq iltqajna ma’ kollox; ostakli li għelibna sforz il-perseveranza u r-raġuni loġika tagħna, ċirkostanzi li taqqlu u għamlu l-affarjiet bl-aktar mod diffiċli, nies benefatturi, nies ħaddiema volontarji, uffiċċji governattivi effiċjenti, uffiċċji oħra anqas effiċjenti... fi ftit kliem iltqajna ma’ ħafna sitwazzjonijiet; uħud li jferrħu u oħra li jdejqu. Illum ngħid li qiegħdin fil-fażi fejn qrobna li jitlesta dan il-proġett. Dan jerġa’ jeħodni lura għal dawk l-għaqlin ta’ qabilna li sawru l-idjoma Maltija bi frażijiet u espressjonijiet bħal “kull deni ħudu b’ġid” jew “Alla jagħlaq bieb u jiftaħ mija”. Dan kollu huwa minnu. Kull deni li seta’ sar b’intenzjoni li jfixkel is-soċjetà ssarraf f’ġid u għal kull bieb li nagħlaq, minkejja li ma nfetħux mija, infetaħ wieħed li jiswa daqs elf għax illum ħa ngawdu dan il-monument f’sit illi f’ebda mument ma konna qed naħsbu u wisq anqas nippjanaw li nagħmluh fih. Nħares ‘l quddiem fejn bl-għajnuna t’Ommna Marija nkomplu nagħtu kemm nista’ kontribut fil-komunità tal-Gudja sabiex jekk jista’ jkun nkomplu narawha tikber fl-għożża u fl-imħabba lejn il-Madonna u nitgħallmu mill-eżempji li tagħtina l-iskrittura u sabiex nippruvaw nimxu fuqhom. Jien persważ li l-poplu tal-Gudja huwa magħmul minn nies li jħobbu r-raħal tant għażiż tagħna, nies li jħobbu l-festi li nagħmlu u nies li dejjem għarfu li jkollhom rispett reċiproku. Ejjew mela nkomplu nagħmlu s-sewwa u ntejbu fejn forsi stajna nkunu aħjar u mingħajr suppervja ngħarrfu n-nuqqasijiet tagħna u naħdmu fuqhom. Nawgura festa qaddisa u sabiħa lil kulħadd. Viva Santa Marija ta’ Bir Miftuħ.
Il-Kwadru ta' Santa Marija fil-kappella ta’ Bir Miftuħ
Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Ktieb Santa Marija 2022
9
@
General Practitioners and Specialistsin Attendance
Services
Food Intolerance Test COVID-19 Rapid Testing
Gudja Healthcare and Wellbeing
Point of Care Testing (blood pressure testing,glucose testing, urinalysis)
Pharmacy Of Your Choice (POYC)
Medical and Healthcare Services
gudjapharmacy@gmail.com
21696 422 / 7969 6423
Triq il-Kappillan c/w Triq william Baker Gudja
Monday to Friday 8.00am to 1.00pm - 4.00pm to 7:30pm Saturday 8:00am to 1:00pm - 4.00pm to 7:00pm
Opening Hours
GUDJA PHARMACY FULL PAGE / 2X HALF PAGE NP
Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Ktieb Santa Marija 2022
10
Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Ktieb Santa Marija 2022
11
ftl
tal-Festa ta' Santa Marija
Jawgura l-festa t-tajba fl-okkażjoni
CHRIS FEARNE
Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa
Messaġġ mis-Segretarju Clayton Zammit
Mhuwiex id-Destin li Jwasslek fit-Triq tas-Suċċess Min jaf kemm-il darba smajna bil-frażi “hekk kellu jkun id-destin” jew “dak id-destin tiegħu”. Int li qed taqra dan il-messaġġ u temmen fid-destin probabbli taħseb li s-suċċess ukoll ikun miktub mid-destin. Meta saqsejt din il-mistoqsija lil diversi persuni li f’ħajjithom kellhom xi forma ta’ suċċess, il-ħsieb tat-tweġibiet tagħhom kien kollu l-istess. Is-suċċess trid taħdem għalih u la jiġi waħdu, u lanqas issibu. Mhux fil-kompitu tiegħi nkejjel is-suċċess tas-Soċjetà tagħna. Dan inħallih għall-ġudizzju tan-nies. Imma ma nistax ma nħarisx lejn is-sena 2019 u ma nitkellimx fuq is-sodisfazzjon kbir li kellna biċ-ċelebrazzjonijiet tal-festa li fakkret il100 sena mit-twaqqif tas-Soċjetà. Festa li fiha ħareġ biċ-ċar li kien hemm preparazzjoni u pjan. Fl-ebda ħin ma ġriet bina l-emozzjoni jew konna kostretti nikkuppjaw lil ħaddieħor. Ilqattusa għaġġelija dejjem frieħ għomja għamlet u għaldaqstant ma tantx ikollha suċċessi; dan stajna narawh fix-xahar kollu ta’ Ottubru 2019. Jekk l-2019 ħadna minnha dak kollu li xtaqna, sfortunatament ma nistgħux ngħidu hekk għas-sena 2020 li fiha rajna t-twelid ta’ mikrobu li ġab id-dinja kollha għarkubteja. Iddinja kellha taffaċċja problemi kbar, b’ħafna mard u mwiet u konsegwentament anke żieda qawwija ta’ problemi soċjali u finanzjarji. Kull entità kummerċjali, voluntiera u assoċjazzjoni kellha taffaċċja sfidi kbar. Dan l-eżami ser jagħti stampa ċara tal-għaqal u r-riżultat tiegħu ser jidher hekk kif il-ħajja terġa’ tiġi lura għan-normalità tagħha. Is-Soċjetà tagħna mhijiex eċċezzjoni u għalhekk il-kumitat kellu joħloq pjan sabiex l-impatt negattiv li kien ġej fuqna mmewtuh kemm jista’ jkun. Il-midja soċjali kienet għodda prinċipali li kienet użata biex biha stajna nibqgħu nikkomunikaw u niffunzjonaw bħala kumitat. Ħadna ħsieb sabiex noħolqu mezz ta’ komunikazzjoni mal-membri tagħna biex kemm jista’ jkun inżommu l-entużjażmu li għalaqna bih fl-2019. Illum il-kumitat għandu r-riżultat ta’ dan l-eżami għaliex hekk kif ir-rota tan-normalità reġgħet bdiet iddur, ma sibna ebda problema biex niftħu l-bibien tas-sede tagħna u ningranaw is-setturi kollha biex fi ftit ġimgħat oħra niċċelebraw iċ-ċentinarju tal-wasla tal-Madonna tar-Rużarju fil-Gudja. Ċentinarju li nista’ niddikjara li ser inkunu qedgħin niċċelebraw bl-aħjar mod li nistgħu. Jekk dawn is-sentejn ser jibqgħu mniżżlin b’ittri suwed fl-istorja tad-dinja, is-Soċjetà tagħna xorta waħda mhux se tħares lejn dan iż-żmien b’negattività. Dan għaliex issa kulħadd sema’ jew ra l-proġett kbir li s-Soċjetà qed taħdem fuqu b’ħafna dedikazzjoni, enerġija u riżorsi. Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Ktieb Santa Marija 2022
12
Matul is-sentejn tal-pandemija ħdimna qatigħ għalih. Illum kważi wasalna u minkejja min ħadem kontrina, dak li hu tagħna bi dritt ħadnih u qed inwettquh. U min spara fl-ajru?... Iċ-ċomb niżel għal wiċċu hux. It-tfixkil kollu li sibna mhux talli ma qatgħalniex qalba iżda talli dan il-proġett ġie ffinanzjat primarjament minn benefattur ewlieni u ħafna mix-xogħol inħadem mill-voluntiera biex b’hekk is-Soċjetà ma ġarritx piżijijiet finanzjarji kbar. U iva fi ftit ġranet oħra l-Gudja ser tkun tista’ tgawdi monument artistiku fid-daħla tar-raħal tagħna; f’wieħed mill-aktar postijiet prominenti. Monument li għalih ma kienx hemm limiti finanzjarji. Monument li dak kollu li se jkun fih mhuwiex fittizzju jew tat-taparsi, daqs kemm mhix fittizzja jew taparsi l-imħabba tagħna lejn Ommna Marija, f’dal-każ taħt it-titlu sabiħ tar-Rużarju Mqaddes. Dalwaqt nerġgħu nibdew niċċelebraw il-festi b’mod sħiħ fil-Gudja u għalhekk nħeġġiġkom Stillanti sabiex nagħtu s-sehem tagħna fil-festa titular ta’ Santa Marija għaliex din hija l-festa tar-raħal kollu u għaldaqstant jixirqilha l-appoġġ tagħna. Fiduċjuż li tisimgħu l-appelli tagħna u għalhekk nħeġġiġkom ukoll tieħdu sehem fil-funzjonijiet tal-knisja, tgħinu finanzjarment lill-parroċċa fil-ġbir, u anke tgħinu fejn huwa possibli fil-ħidma u l-impenji li kull festa iġġib magħha. Minn hawn nirringrazzjakhom bil-quddiem. Nawgura l-festa it-tajba lill-Gudjani kollha.
Fashion Passion New Clothing & Accessories Shop Now Open ‘In Vjal’ It-Torri Gudja ‘One can find clothes of any size. Mob : 9989 8680
Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Ktieb Santa Marija 2022
13
Messaġġ mil-Kaxxier Malcolm Zammit
“Ġid lil Kulħadd, Deni lil Ħadd” – San Ġorġ Preca Meta nipprova nifhem u nosserva l-għala fid-dinja jinqala’ ħafna inkwiet, diżgwit, mibegħda u tbatija mill-ewwel jiġuni f’moħħi l-kliem ta’ wieħed mill-aktar qaddisin sinifikanti għalina l-Maltin; San Ġorġ Preca. Dan il-qaddis kien iħobb jgħid “Ġid lil kulħadd, deni lil ħadd”. Nemmen li kieku kulħadd jispira ruħu minn dawn il-kelmiet is-soċjetà li ngħixu fiha tkun ferm aħjar minn dik li hi. Kuntrarjament, min jagħti bis-sejf, bis-sejf imut. Iżda minkejja li Kristu wissiena dwar dan, sfortunatament ħafna drabi nagħlqu qalbna u widejna. Għal dawn l-aħħar snin, jien flimkien ma’ sħabi tal-kumitat, ippruvajna kemm nistgħu nimxu fuq dan id-dictum. U dan qed nagħmluh mhux għax aħna qaddisin (‘l bogħod minn hekk) imma għax ġenwinament konvinti illi meta tixtieq id-deni lil ħaddieħor jiġi għandek u kuntrarjament, meta tixtieq il-ġid u tipprova tkun ta’ għajnuna għal ħaddieħor, tirċievi lura rispett u ħbiberija. U infatti nistqarr li għall-grazzja ta’ Alla l-imbierek ir-rispett, l-għajnuna u l-kooperazzjoni tan-nies qiegħda kulma jmur dejjem tiżdied. Hekk kif faqqgħet il-pandemija nistqarr li l-biża’ tagħna kien illi dak kollu li ilna naħdmu għalih u nibnu tul l-aħħar snin seta’ jsir suf. B’ħidma sħiħa żammejna kuntatt kontinwu malmembri u l-partitarji tagħna, xi ħaġa li naħseb u nħoss li ġiet apprezzata ferm. Tant hu hekk li kif qbadna ġejjin lura għan-normalità r-rispons li kellna fl-attivitajiet kien sinċerament ferm iktar minn dak li stennejna u dejjem rajna kif għamilna sabiex nkunu ta’ servizz għassoċi kollha b’rispett sħiħ lejn il-protokolli li kienu fis-seħħ minn żmien għal żmien. Fiċ-ċirkustanzi diffiċli tal-pandemija ħdimna bis-sħiħ sabiex fid-daħla tar-raħal jkollna monument iddedikat lill-Ommna Marija taħt it-titlu tar-Rużarju Mqaddes. Dan il-proġett huwa maħsub li jimmarka l-100 sena anniversarju mill-wasla tal-vara tal-Madonna tarRużarju fil-Gudja u se jibqa’ xhieda ħajja tad-devozzjoni Rużarjanta fil-Gudja. Nistqarr li kien żmien diffiċli u ta’ taqtigħ il-qalb minħabba li sibna ħafna turbolenzi li sinċerament kienu żejda u mhux mistennija. Imma bid-dictum ta’ “Ġid lil Kulħadd, Deni lil Ħadd” konvint li se naslu. U bħalma tgħid l-idjoma, f'Awwissu u kulħadd jieħu li jmissu. Illum il-ġurnata ma nistax niddeskrivi s-sodisfazzjon għal dan il-proġett. Sodisfazzjon li ġej anke minn kummenti ta’ nies li minkejja li għadhom ma rawx il-proġett komplut, diġà ferħulna għad-deċiżjoni li ħadna li nagħmlu dan il-proġett u għall-pożizzjoni prominenti li
Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Ktieb Santa Marija 2022
14
fih se jsir; fl-entratura tar-raħal biswit il-Palazz Dorell. Nieħu din l-opportunità biex nirringrazzja lil dawk kollha li għenuna fuq li għenuna sabiex inelgħbet kull diffikultà immaġinabbli u sabiex ngħaddu kull ostaklu. Lill-benefattur ewlieni tal-proġett u lill-benefatturi partitarji li wkoll mill-ewwel sibnihom bil-flus biex jgħinuna kif jistgħu. Mhux b’inqas nirringrazzja wkoll lil dawk li kkontribwixxew b’modi oħra fosthom billi tawna servizzi, prodotti, xogħol u ħin minn tagħhom. Bis-saħħa tagħhom ukoll frankajna ħafna flus u komplejna nkabbru s-sodisfazzjon. Nirringrazzja Lil Alfred u lil Aaron Camilleri Cauchi li ħadu ħsieb id-disinn, lil Aldo Consiglio li naqqax l-istatwa artistika. Ħajr kbir imur ukoll għal Joseph Muscat (tal-Bomba) li ħadem fuq il-pedistall (gratis) u lil Joseph Calleja (il-Bambin) tal-għajnuna u l-paċenzja kbira li jieħu bina. Ftit tal-ġimgħat oħra din il-ħolma se ssir realtà u ma għandix dubju li għas-snin li ġejjin, kull min jgħaddi minn maġenb dan il-monument se jkollu ċans jammira l-ġmiel ta’ dan ilproġett. L-istorja ser tiġġudikana. Lil dawk kollha li forsi għadhom jaħsbu li bil-ħsara tasal, nissuġġerilhom jiftħu għajnejhom u jitgħallmu jieħdu pjaċir bil-ġid. Ngħidilhom ukoll li ma nġorru l-ebda għadab għalihom iżda nħallu f’idejn l-istorja biex tiġġudikahom. Nawgura il-festa t-tajba lill-Gudjani kollha.
Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Ktieb Santa Marija 2022
15
Messaġġ mill-Fratellanza tas-S.Smu Rużarju
Ċertu Affarijiet ma Jinbiddlu Qatt Din is-sena hija sena speċjali għall-Fratellanza tant għażiża għalina tas-S.Smu Rużarju. Dan għaliex il-vara artistika tal-Madonna tar-Rużarju għalqet il-100 sena anniversarju minn meta waslet u dehret għall-ewwel darba fil-Gudja. Hija sena partikolari wkoll għaliex hija l-ewwel sena li fiha, għall-grazzja t’Alla, l-ħajja qabdet tiġi lura għan-normal mill-bidu talpandemija ‘l hawn. Infatti wara sentejn se jerġa’ jkollna ċ-ċans li niċċelebraw festa flimkien. U minn aspett ta’ ċelebrazzjonijiet nistqarr li ma setgħux ġew isbaħ l-affarijiet. Tgħiduli għala? Għal żewġ raġunijiet. L-ewwel; għaliex wara sentejn ta’ tiġrib, li fihom ħafna nies irrikorrew għat-talba tarrużarju mqaddes sabiex jitbiegħdu mill-kefrija tal-pandemija, kellha tkun iċ-ċelebrazzjoni tal-100 sena anniversarju lill-Madonna tar-Rużarju li wasslet sabiex nkunu nistgħu nerġgħu nagħmlu manifestazzjoni pubblika ta’ mħabba u devozzjoni lill-Madonna. Ma għandix dubju li kienet il-fidi, it-tama u fuq kollox it-talb li wasslu sabiex fid-29 ta’ Mejju erġajna stajna ngawdu s-sbuħija tal-Madonna tar-Rużarju ddur mar-raħal tagħna kif konna mdorrijin naraw isir fis-sena preċedenti. Ir-rużarju t-tarka tagħna ngħidu fl-innu. X’sinjal isbaħ setgħet tagħti l-Madonna biex għal darb’oħra tfakkarna li l-aqwa arma kontra kull tiġrib huwa r-rużarju? X’sinjal isbaħ setgħet tagħti l-Madonna tar-Rużarju biex tfakkarna li anqas wara li jgħaddu 100 sena ma għandna ninsewha jew naqtgħu qalbna minna? It-tieni; għaliex l-ewwel festa kompluta li se niċċelebraw fil-Gudja wara l-pandemija ser tkun dik tal-Għid tal-Assunta, Sidtna Marija mtellgħa s-sema. Fl-opinjoni tiegħi dan huwa wkoll sinjal sabieħ li juri konsistenza fil-ħajja tagħna. Minkejja li jgħaddi ż-żmien u li l-affarijiet jinbiddlu, hemm affarijiet li ma jinbiddlu qatt. U bħalma kienet l-Assunta li 80 sena ilu refgħet il-Malta minn xagħraha billi bl-interċessjoni tagħha ppermettiet li Operation Pedestal tkun suċċess (tant li baqa’ mfakkar bħala l-Convoy ta’ Santa Marija) u l-Maltin setgħu jitfgħu wara daharhom l-agħar parti tat-tieni gwerra, hekk ukoll issa l-Gudjani se jkunu jistgħu jassoċjaw n-normalità lura fil-festi mal-festa tal-Assunta. Kollox isegwi u kollox jagħqad. Għalhekk, bħala Fratellanza tas-S.Smu Rużarju, inħeġġukom biex tieħdu pjaċir u tgawdu din il-festa bl-aħjar mod possibbli billi npoġġu fil-prattika dak li tgħallimna partikolarment f’dawn l-aħħar sentejn li fihom stajna nirrealizzaw iktar kemm huma importanti u sbieħ il-festi, partikolarment il-festi interni u l-aspett spiritwali. Iva, il-festa tiġi biex niċċelebraw u nieħdu pjaċir flimkien, naħdmu u nirsistu, iżda fuq kollox nersqu biċċa oħra lejn Ommna Marija; għax minkejja li jgħaddi ż-żmien u li l-affarijiet jinbiddlu, hemm affarijiet li ma jinbiddlu qatt. Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Ktieb Santa Marija 2022
16
Pellegrinaġġ nhar it-29 ta’ Mejju 2022 fejn infakkru l-4 ta’ Ġunju 1922, il-miġja tal-vara proċessjonali.
Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Ktieb Santa Marija 2022
17
Messaġġ mill-Arċipriet Kanonku Norman Zammit
Festa Santa Marija 2022 Jekk Alla jrid din is-sena jerġa’ jkollna festa kif konna nagħmlu f’ġieħ l-Assunzjoni t’Ommna Marija fis-sema. Għal dan ir-raħal tant antik din il-festa tfisser ħafna, għax l-ewwel u qabel kollox hija festa magħżula mill-antenati tagħna biex tiġi ċċelebrata bħala festa titulari. Tajjeb niftakkru li din il-parroċċa hija waħda mill-eqdem parroċċi, u kienet l-ewwel waħda li kellha lil Santa Marija bħala padruna tagħha. B’hekk fost il-parroċċi kollha ddedikati lill-Assunta, din ta’ Bir Miftuħ, illum il-Gudja, hija l-eqdem waħda. Mhux biss imma anke bħala statwa proċessjonali l-Gudja kienet l-ewwel parroċċa li kkummissjonat artist biex jiskolpi fl-injam xbieha ta’ Marija tielgħa s-sema. B’hekk bħalma l-antenati tagħna ħabbew lil Ommna Marija hekk għandha tikber f’qalbna l-istess imħabba. Xi tfisser l-Assunzjoni? Il-bniedem kontinwament huwa mġarrab u jġib quddiem għajnejh li din il-ħajja fuq din l-art trid tasal fi tmiemha. Faċli nirraġunaw mela la tasal fi tmiemha kul u tpaxxa għax minn hawn għal ġol-kaxxa, għamel dak li jiġi għal idejk, x’jimporta li tkun bla prinċipji, u tweġġa’ lil ta’ madwarek. Filwaqt li dan il-misteru jfakkarna li bħalma Kristu tela’ s-sema, u anke Marija li kienet bniedma bħalna f’kollox minbarra d-dnub, l-istess għal dawk li jħobbu ‘l Alla u jħarsu sew il-kelma Tiegħu, wara din il-ħajja ma jarawx it-tmiem, imma ser igawdu ‘l Alla għall-eternità. Mela t-tlugħ fis-sema ta’ Marija għan-nisrani huwa mezz ta’ tama u konsolazzjoni, li t-tbatija li jkollna nbatu minħabba l-prinċipji nsara, huma apprezzati f’għajnejn Alla. L-opri t-tajba li aħna nwettqu jiġu ppremjati wħud minnhom f’din l-art għax nistgħu niltaqgħu ma’ persuni rikonoxxenti u grati għal dak li nwettqu, imma żgur li jiġu premjati fis-sema minn Alla li jaqra x’hemm moħbi fil-qlub. Mela quddiem dan il-misteru, quddiem għajnejna jinħtieġ niftakru fil-qtigħ il-qalb li xi kultant inġarrbu biex ngħixu l-Kelma t’Alla, biex ngħixu l-valuri nsara, biex naċċettaw li l-fatt li persuni jistgħu jpattulna l-ġid li nagħmlu b’deni, u ma naqtgħux qalbna. Dawn ilġrajjiet Marija għixithom qabilna, u Alla kien magħha u qegħidilna bħala eżempju li hija ġiet premjata ta’ dan kollu. Xejn la tibża’ tieħu deċiżjonijiet li juru li int Nisrani, għax tkun qed turi li f’qalbek għandek minquxa t-tama f’Alla u li int Iben jew bint denja ta’ Marija. Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Ktieb Santa Marija 2022
18
Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Ktieb Santa Marija 2022
19
UN
DE
Għal drinks ġenwini u appetizers abbundanti u kontinwi ngħaqad mal-barman, Stephen Tedesco. Jawgura l-festa mill-isbaħ lil kulħadd R O UND RG
U
Frederick Attard
Hair stylist & Barber Salon:52,Vjal it-Tor ri, Gudja
T:21802481 M:79061303 Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Ktieb Santa Marija 2022
20
Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Ktieb Santa Marija 2022
21
Artiklu mid-Direttur Spiritwali Dun Tony Pace
Tfuliti u Żogħżiti ġewwa l-Gudja (1953-1983) (Dan l-artiklu kont bdejt niktbu fis-sena 2001 fuq talba ta’ Salvu Mifsud, ex-President tasSoċjeta La Stella, bil-ħsieb li jiġi ppubblikat f’xi ktejjeb tal-festa tal-każin). Twelidt il-Gudja fl-1953 (illum għandi 69 sena). Ommi kien jisimha Ġużeppa, missieri Lonzu. Għamilt 28 sena noqgħod il-Gudja. Imbagħad iżżewwiġt lil Joan Dalli, imwielda Bormla imma kienet toqgħod il-Gudja wkoll. Matul dawn l-aħħar 40 sena għext Ħal Safi.
Fil-klassi ta’ Ms Sghendo, Std 3, l-awtur jidher it-tieni mil-lemin fil-filliera ta’ wara.
Il-Gudja tal-ħamsinijiet u s-sittinijiet kienet differenti minn dik tal-lum. Lin-nannu Ġużeppi min-naħa ta’ missieri ma niftakrux. Imma lin-nanna Żeppa niftakarha sew. Hekk ukoll niftakar sew liż-żewġ nanniet min-naħa t’ommi, Anġla u Żeppi tal-Pinu. Iz-zija Karmena, oħt ommi, kienet tħobb tirrakkonta ħafna u qaltli li n-nanna Anġla kienet ġejja minn razza minn San Lawrenz Għawdex. Missieri Lonzu kien shipwright, u wara recorder fit-Tarzna ta’ Malta. Kien daħal jaħdem hemm wara l-mewt ta’ missieru biex jgħin lil ommu fit-trobbija ta’ erba’ ulied. Missier missieri miet meta missieri kellu biss erbatax-il sena. Tfuliti norbotha mar-raba’. Iz-zijiet ta’ missieri, magħrufa bħala Ta’ Żakkew kellhom bosta raba’ lejn Bir Miftuħ fl-imħawi magħrufa bħala Tal-Isqof. Tfuliti għaddejt ħafna minnha niġri u nilgħab f’dan ir-raba’. Missieri kellu mansab hemm. Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Ktieb Santa Marija 2022
22
In-nanna Anġla, Omm Ommi.
Missieri Lonzu u Ommi Ġużeppa.
Iz-zijiet Ta’ Żakkew, Wenzu u Franġisk, li kien ukoll il-parrinu tal-Griżma tiegħi, kienu jħalluna nimirħu fih bla xkiel. Wara l-ħsad tal-qamħ erħilna naqbżu fuq il-qiegħa. Bqajt miġbud lejn dan ir-raba’ sal-1973 meta l-biċċa l-kbira għamel wisa’ għar-runway il-ġdida tal-ajruport. Dan ir-raba’ li qed insemmi kien jiġi fejn illum hemm it-terminal il-ġdid. In-nannu Żeppi min-naħa t’ommi kellu r-raba’ lejn il-Karwija. Kont immur ngħinu speċjalment fi żmien il-ħsad. Ġieli għent liz-zija Ċikka taħsad il-qamħ bir-ronka. Fil-maqjel fuq wara tad-dar fi Triq il-Lunzjata fejn twieldet u trabbiet ommi, niftakar it-trobbija ta’ annimali bħall-mogħoż. Fil-għorfa ta’ fuq imbagħad kien hemm minġel mal-ħajt biex innannu jqatta’ l-għalf fuqu. Fis-sajf, jien u ħuti Jessie, Daniel u Lina kont issibna fil-bitħa. In-nannu Żeppi, bilqiegħda, iqaxxrilna l-bajtar tax-xewk li jkun qata’ filgħodu. Għadni nisimgħu jgħidilna bil-ħlewwa kollha: “Karamelli għalik Ton; tal-ħarifa għal oħtok” – dawn kienu kwalitajiet differenti talbajtar. Illum meta nqaxxar xi żewġ bajtriet għat-tfal, għalkemm inxarrbu xi tliet darbiet, xorta jimlieni bix-xewk! Xi ħaġa li kont nammira fin-nannu kienet il-kapaċità li jimxi ħafi, qisu mhux hu. Donnu għarqubu kellu skorċa naturali li ma tħalli xejn iniggżu. Ippruvajt nimitah kemm-il darba. Imma nistqarr li miniex kuntent bir-riżultat tal-isforzi tiegħi u littfal tiegħi ngergrilhom meta narahom ħafjin! Persuna li għadni niftakar sew kien iz-ziju Patist. Proprjament kien iz-ziju t’ommi. Kien joqgħod maz-zija (oħtu) Lukarda ’l ġewwa mis-salib. Irkibt bosta drabi miegħu fuq ilkarettun. Kont immur għandu spiss. Niftakru jaqbad bott tal-ħabib, jiftaħlu sensiela ta’ ‘twieqi’ b’imqass tal-landa, jagħmillu biċċa fildiferru bħala fus, żibġa bħala woxer… u erħilu jdur u jagħqad mal-iċken żiffa. Dari kienet xena komuni ħafna tara dawn il-friefer u l-bottijiet iduru fuq il-bjut tal-irziezet. Minbarra dawn it-tifkiriet ħelwin, iz-ziju Patist ħallielna wkoll piano accordion żgħir aħmar. Milli jidher iz-ziju Patist kien għamel biċċa xogħol fil-ġebel lil xi ħabib, ma riedx flus u dan ħabibu xtralu accordion. Niftakru jqabbel u jgħanni bih. Meta sirt aspirant il-Mużew, Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Ktieb Santa Marija 2022
23
Salvu Farrugia ta’ Ħal Tarxien (konna ngħidulu Salvu tal-kant), Alla jaħfirlu, għallimni ftit għanjiet tal-Milied fuqu. Minn dak inhar l-accordion sar karatteristika tal-Milied tiegħi. Jien domt soċju fil-MUSEUM sakemm kelli 24 sena. Fil-purċissjoni bil-Bambin, lejlet u nhar il-Milied, daqqejt b’dan l-accordion taz-ziju Patist kemm-il darba. Normalment konna nkunu jien u Salvu tal-Kant. Il-Milied, forsi minħabba r-rabta tiegħu mal-MUSEUM tal-qaddis San Ġorg Preca, rabba bħal seħer fuqi. Kont u għadni nħobbu. Hekk lejlet il-Milied, tradizzjonalment, issir ilpurċissjoni bil-Bambin il-Gudja. Nhar il-Milied imbagħad, aħna tal-Mużew tal-Gudja, u ta’ Ħal Kirkop konna nitilgħu Ħal Safi biex ngħinu fil-purċissjoni hemmhekk. Hekk nista’ ngħid li bdiet il-konnessjoni tiegħi ma’ raħal ħelu, Ħal Safi, dak iż-żmien ftit ’il bogħod mill-Gudja, illum maqtugħ naqra iktar minħabba l-mina ta’ taħt l-ajruport. Maż-żmien Ħal Safi, kellu jilgħab parti importanti f’ħajti, speċjalment dawn l-aħħar 40 sena. Meta kelli 16-il sena u kont kandidat fil-Qasam tal-MUSEUM tal-Gudja, is-Superjur Giglio, li kien superjur tal-Korp, talabni nagħti ftit għajnuna lill-Mużew ta’ Ħal Safi li kien għaddej minn żminijiet diffiċli. Għidtlu li kont wasalt biex nagħmel l-eżamijiet tal-GCE. Qalli: “Il-Bambin ma joqgħodx lura biex jgħin lil dawk li jgħinuh!” U bdejt ngħallem il-katekiżmu Ħal Safi. Bir-rota kont nasal f’seba’ minuti, u jekk ir-riħ ikun favurik, tasal anke f’ħames minuti. Illum ngħid li “żammejna l-Mużew miftuħ”, kemm ma jagħlaqx. Però, bil-mod u bil-paċenzja, bdejna ninvolvu lit-tfal Ħal Safin. Miegħi kienu taw daqqa t’id żewġ Gudjani oħra: Philip Zammit, ħu Mons. Carmelo Zammit li sar Kanċillier tal-Kurja Arċiveskovili u llum Isqof ta’ Ġibiltà, u Manwel Barbara, il-Gunner. Il-Mużew ta’ Ħal Safi beda jiġi f’tiegħu, l-iktar wara x-xogħol tas-Superjur Pawlu Sammut taż-Żurrieq.
Waqt logħba futbol mat-tfal tal-Mużew fil-Karwija.
Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Ktieb Santa Marija 2022
24
B’kollox domt tmin snin nattendi Ħal Safi, kważi mingħajr interruzzjoni. Meta kelli 24 sena, wara battalja twila miegħi nnifsi, u wara diversi pariri, iddeċidejt li l-Mużew jien kont wrong way. Kienet deċiżjoni iebsa, għax il-Mużew kont għal qalbi ħafna. Diffiċli nispjega minn xiex wieħed jgħaddi f’battalja interna u spiritwali bħal din. Min ma jgħaddix minn xi waħda simili naħseb li jibqa’ ma jifhimx. Għax il-Mużew jagħtik raison d’etre, skop eżistenzjali, jagħtik spirtu. Nazzarda niddevja ftit u nikteb dwar il-Mużew li nista’ ngħid iddomina lil żogħżiti. Fissena 2001 il-fundatur Dun Ġorġ Preca ġie bbeatifikat u hekk mgħolli għall-qima tal-altari. Niftakar programm tat-televiżjoni fil-ġimgħa li fiha kien ġie l-Papa fostna, l-ex-President tar-Repubblika, Dr Ugo Mifsud Bonnici, kittieb u ħassieb, ħareġ b’teorija li laqtitni. Qal li Dun Ġorġ salva lil Malta minn apostasija (iċ-ċaħda tar-reliġjon). Ma nħossnix kompetenti li nesprimi ruħi favur jew kontra din it-teorija. Li nista’ ngħid hu li Dun Ġorġ bil-mod kif ‘afda’ t-tagħlim f’idejna l-lajċi, żgur li kellu effett pożittiv fuqna lkoll. B’xi mod, is-soċjetà Maltija ‘analizzat’ il-Mużew tal-qaddis Dun Ġorġ Preca. Il-Mużew, għal min jgħixu, jagħtih spirtu. Wieħed Ġiżwita ħabib tiegħi li fil-fatt anke assista ż-żwieġ tiegħi, Fr Alfred Micallef, qal li hu, wara 15-il sena l-Uganda kien għadu jħoss it-timbru tal-Mużew. Jekk ‘tgħix’ il-Mużew għal perjodu twil tħossok fid-dinja imma mhux tad-dinja. Nistqarr li taż-żmien li għamilt ilMużew qatt ma ddispjaċieni. Wara li laħaq superjur, Alla jaħfirlu, ħabibi Ġulinu (Mikelanġ) Spiteri, lil marti ġieli għidtilha li nitħajjar nerġa’ nidħol fil-Mużew. U hi biex tinkini kienet tħobb tgħidli: “Mela int qatt ħriġt mill-Mużew!” Insomma, meta kelli 24 sena ippruvajt ninqata’ mill-Mużew u fil-fatt ktibt l-ittra taddimissjoni. Kont għadni kif bdilt ukoll il-karriera. Wara 5 snin fil-Costing Department u Time Study Engineering tal-Malta Rubber, u sentejn avventuri kontinwi bħala pustier f’Wied il-Għajn, bdejt il-kors ta’ ħames snin li kellu jikkwalifikani bħala għalliem. Grupp ta’ ħbieb stednuni nidħol membru fil-Christ Our Neighbour Group (CONG). Konna nagħmlu (u l-membri ta’ dan il-Grupp illum għadhom jagħmlu) xogħol volontarju mat-tfal fl-istituti, max-xjuħ, il-Little Sisters of the Poor u d-Dar tal-Provvidenza. Hawn iltqajt ma’ marti Joan. Fin-Novena tal-Milied, aħna tal-CONG konna nidħlu l-Belt b’qabda kitarri u jien blaccordion biex bil-kant tagħna, niġbru l-flus għad-Dar tal-Provvidenza. U hekk l-accordion u l-Milied tiegħi baqgħu parti sew minn ħajti. L-accordion li għandi llum għandu wkoll l-istorja tiegħu. Meta kont pustier Ħaż-Żabbar, wara li niġbru l-kaxxi u nissortjaw l-ittri, kien ikollna siegħa żmien sakemm nistennew li jasal il-vann mill-Belt. Min kien jagħmel qadja, min joqgħod jaqra, min jirrakkonta xi barzelletta u... min jilgħab xi numri tal-lottu jew ‘idawwar’ xi logħba karti. Għalkemm missieri u ħija huma riċevituri tal-lottu, il-logħob qatt ma kien ħabibi. Għamilt sitt xhur nagħmel hekk: jekk sħabi jilagħbu 50ċ karti, jien nitfa’ 50ċ ġo bott. Lira lottu u jien kont nitfa’ lira. F’sitt xhur xtrajt accordion second hand li qamli Lm100! Fis-sebgħinijiet Lm100 kienu flus, iżjed minn paga ta’ xahar. Ippruvajt nuri lil sħabi li min ma jilgħabx dejjem rebbieħ. Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Ktieb Santa Marija 2022
25
Programm Festa Santa Marija 2022 It-Tlieta 9 t’ Awwissu Attività għat-tfal li fiha jitqassmu b'xejn il-flokkijiet tal-festa 2022. Il-Ħamis 11 u l-Ġimgħa 12 t’Awwissu Serata divertenti b'ikel u xorb bħala fundraising event fil-każin tasSoċjetà Filarmonika La Stella. Aktar dettalji mingħand il-helpers u l-midja soċjali. Is-Sibt 13 t’Awwissu Fit-20.30 il-Banda La Stella tagħti bidu għall-marċ brijjuż minn quddiem is-Soċjetà Filarmonika La Stella u jilħaq il-qofol tiegħu għal-23.30 fil-pjazza tal-Gudja. Il-Ħadd 14 t’Awwissu Fit-20.00 marċ formali minn Triq il-Kbira (Safi end) u jispiċċa quddiem is-Soċjetà Filarmonika La Stella. Fl-22.30 jingħata bidu għal kunċert mużikali fuq il-planċier tas-Soċjetà mill-Banda La Stella taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur tagħha Mro Michael Pulis. It-Tnejn 15 t’Awwissu Fl-10.30 il-Banda La Stella tagħti bidu għal marċ tradizzjonali ta’ filgħodu minn quddiem is-Soċjetà Filarmonika La Stella u jilħaq ilqofol tiegħu fis-13.30 fil-pjazza tal-Gudja.
Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Ktieb Santa Marija 2022 Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Ktieb Santa Marija 2022
26 26
Kunċert Mużikali Innu Tiegħla s-Sema - Giuseppe Deidun Marcia Omaggio - Michael Pulis Marcia Spagnola Rosita - Pasquale Aiezza Overture Orpheus in the Underworld - Jacques Offenbach Song Beauty and the Beast - Alan Menken Medley Moments for Morricone - Antonio Albanese Medley Sinatra in Concert - Arr. Stephen Bulla Concerto Grosso – Moviment 1 Palladio - Karl Jenkins Arr. Robert Longfield Triumphal March Aida - Giuseppe Verdi Innu Banda La Stella - Vincenzo Ciappara
Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Ktieb Santa Marija 2022
27 27
Inkomplu bit-tifkiriet. Meta tlaqt mill-Mużew kelli iktar ħin liberu ġewwa l-Gudja. Bdejt nitgħallem il-kurunetta mal-Banda La Stella. Fil-Milied tal-1978 kont wasalt biex noħroġ indoqq il-carols mal-Banda. Dak il-Milied, iżda, mradt u ma ħriġtx. Bl-impenji li kelli ttraskurajt il-kurunetta u ma komplejthiex. Ibni David tgħallimha sew u dam idoqq ma’ bosta baned għal diversi snin. Filgħaxijiet konna nintefgħu is-section taż-żgħażagħ, fil-pjazza quddiem il-Każin Maria Assunta. Konna nixorbu xi flixkun birra u ngħidu kelma. Hector Sammut, li kien ikun issection ukoll, ħajjarni ntellgħu pageant. B’xi mod qbadna r-ritmu u l-pageant kienet tirnexxi. Għamilna pageants fi żmien il-Ġimgħa l-Kbira kif ukoll fil-Milied. Ġieli konna madwar 120 ruħ nieħdu sehem. L-irġiel u l-ġuvintur kienu jitqatlu biex jirreċtaw ta’ suldati; biex insibu 12-il appostlu konna nbatu! Ngħid il-verità, wara li għaddejt daqshekk żmien fil-Mużew fejn ukoll konna nagħmlu attivitajiet bħal pageants, attività kif issuġġerixxa Hector niżlitli għasel. Iltqajna grupp ta’ nies li bħali dan il-proġett għoġobhom. Hector kien dak li jaħdem il-props. Kien kreattiv immens. Gejtu Zammit kien jieħu ħsieb is-sound effects. Joe Azzopardi, il-Markiż, intefa’ fuq id-dwal. Johnny Calleja ħadem il-parti ta’ Kristu b’suċċess għal sena wara l-oħra. Karmnu Mangion, Alla jaħfirlu, wera ruħu attur ta’ talent kbir fil-parti ta’ Ġuda. It-tgħalliqa ta’ Ġuda u l-flaġellazzjoni kienu żewġ xeni li ma tixbax tarahom. Nardu Cutajar kien jaħdem il-parti taċ-ċenturjun, Joe Bilocca, Karmnu Dalli, Toninu Caruana u Alla jaħfirlu Toni Mangion kienu qassisin Lhud filwaqt li Joe Dalli, Alla jaħfirlu, kien iqaxxar sew il-parti ta’ Pilatu.
Xena mill-Aħħar Ċena; mill-pageant tas-snin tmenin fil-knisja parrokkjali tal-Gudja.
Carmen Dalli, oħt marti fil-parti tal-Madonna; Johnny Calleja fil-parti ta’ Kristu.
Carmen Dalli, oħt marti Joan, idderiġiet il-pageant b’kapaċità kbira diversi drabi. Kienet sikwit ukoll tirreċta l-parti tal-Madonna. Kellha leħen tajjeb għall-kant u baqgħet leġġendarja tkanta ‘Għaliex qtiltuh?’ taħt is-salib. Illum Carmen, miżżewġa u bi tlett itfal, segwiet b’suċċess il-karriera biex illum hija Professur fl-Edukazzjoni tas-Snin Bikrin. Tgħallem fl-Università ta’ Wellington, New Zealand fejn tgħix.
Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Ktieb Santa Marija 2022
28
Meta Carmen spiss iżżurna, dejjem insemmu l-pageants b’nostalġija. Wara waqfa qasira, il-pageants reġgħu bdew jittellgħu b’suċċess fis-sala parrokkjali, fuq inizjattiva tal-Kappillan Dun Evan u għalhekk tkompliet din it-tradizzjoni. Iltqajt ma’ marti Joan fil-CONG fl-1979. Mill-ewwel l-ingredjenti għaġnu r-relazzjoni ta’ bejnietna. Missirijietna kienu attivi fil-Banda u l-Każin La Stella. It-tnejn kienu Gudjani sew. Meta ssir taf lill-kunjatu, Żaren, issir taf kif ikun Gudjan ta’ veru: it-tliet kampnari, Bir Miftuħ u Santa Marija u dak kollu Gudjan jissemmew b’reverenza u tenerezza. Missieri Lonzu u l-kunjatu Nazzareno Dalli, għalkemm ta’ karattru kompletament oppost, kienu jaqblu fuq il-kultura Gudjana. La ommi Guża u lanqas omm marti Frances, qatt ma kienu involuti fil-każin u l-banda. Ilfilosofija tal-volontarjat kienet tfisser differenti għalihom. Niftakar lil missieri meta qorob għall-pensjoni, impenja ruħu ma’ presepju mekkaniku. Ommi ma tantx inkoraġġietu, anzi gergritlu. Meta qorob il-Milied u dan il-presepju beda ġej ’il quddiem, qabadha l-entużjażmu. Darba f’Novembru, bħal ikkonvertiet u saqsietu, “Lonz, nista’ ngħinek?” U missieri ma ssaportiex ma jgħidilhiex, “Trid tgħini? Tbiegħed minni!” Fost l-isbaħ memorji għandi dawk ta’ kemm marti Joan kienet tingwalaha ma’ missieri u ommi. Irriżulta li Joan saret taf lil missieri mill-bogħod ferm qabel ma ltaqgħet miegħi. Skoprejt li missieri, dejjem mhux talli puntwali, imma jħobb jaħseb kmieni, kien imur għaxxogħol kmieni u jgħaddi jisma’ quddiesa fil-knisja ta’ San Pawl Bormla. Joan kienet tmur l-istess quddiesa u kienet tara raġel twil “jintona l-kant” tal-quddiesa. Din qatt ma stajt inniżżilha ……. missieri jintona l-kant! Kien idoqq it-tuba tajjeb ferm, dan kont nafu. Daqq kemm-il darba ma’ nofs il-baned ta’ Malta, anke siefer ma’ La Valette u l-King’s Own. Imma jintona l-kant, għadni sal-lum ma nistax nimmaġinah! Probabbli kienet xi penitenza mogħtija lilu fil-qrar.
Il-kunjatu, Nazzareno Dalli, jipprova jħajjar lin-neputija l-kbira titgħallem il-klarinett.
Missieri Lonzu bit-Tuba waqt il-marċ ta’ filgħodu.
Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Ktieb Santa Marija 2022
29
Meta ġie biex jitlaq mix-xogħol organizzawlu festin żgħir fit-tarzna. Marti Joan u ħuti l-bniet marru miegħu biex jieħdu ħsieb il-ħelu tal-festin. Joan baqgħet milquta minn kemm deher ċar ir-rispett li kien igawdi fost sħabu tax-xogħol. Meta missieri marad serjament (kellu 65 sena) u deher ċar li ma kienx baqa’ tama, xtaq imur Lourdes. Morna miegħu Joan u jien. Il-pellegrinaġġ sewa lilu u lilna. Lourdes hemm xi ħaġa spiritwali li ma tispjegahiex. Ippreparat lil missieri għat-tribulazzjonijiet li kienu ġejjin fuqu. Baqa’ kalm u rrassenjat. Illum din inqisha bħala grazzja kbira minn Alla. Meta ħsibna biex niżżewġu, ħsibna għal dar. Ħarġu l-plots tal-Kurja. Applikajna għal xi plot Raħal Ġdid, Birżebbuġa, Ħal Tarxien, il-Qrendi u Ħal Safi. Telgħetilna bil-polza plot Ħal Safi. Morna narawha jien, Joan u l-kunjatu. Iddeċidejna li neħduha u nibnuha. Iżżewwiġna fl-1982 u morna noqogħdu Ħal Safi fid-dar li bnejna fi Triq il-Kuċċard. F’Marzu ta’ wara miet wieħed mill-organisti li kien hemm Ħal Safi, Filumen Cachia. Fr Mike Agius, ilKappillan, sar jaf bil-passat tagħna u ħajjarni nagħti daqqa t’id Ħal Safi. Daqqejt il-quddiesa tad-Duluri. Fil-preċett il-Kappillan ġabar grupp ta’ tfajliet biex nieħdu ħsieb il-kant. Kien ilbidu tal-Kor Sine Macula li nista’ ngħid li miegħu għaġint ħajti għal dawn l-aħħar 35 sena.
M ST QUE BOUTIQUE Vjal it Torri Gudja
-
MEN & WOMEN CLOTHES BABY & CHILDREN CLOTHES UNDERWEAR & NIGHTWEAR
21664284
BAGS & ACCESSORIES SCHOOL & SHOES & SOCKS BEDDING & TOWELS
Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Ktieb Santa Marija 2022
30
L-awtur, bintu Pauline u Alexandra Borg idoqqu l-accordions fil-purċissjoni tal-Milied Ħal Safi; Pauline qiegħda ddoqq l-accordion taz-ziju Patist.
Mons Arċisqof Charles J Scicluna jordna bħala saċerdot lill-awtur nhar id-29 ta’ Ġunju 2020.
Fil-Milied tal-istess sena (1983) is-Superjur Pawlu Sammut ħajjarni ndoqq l-accordion filpurċissjoni tal-Bambin li dik is-sena xtaq jagħmel lejlet minflok nhar il-Milied. Joan kienet tqila b’Pauline, it-tifla l-kbira. Minn dakinhar bqajt nieħu sehem bl-accordion f’din ilpurċissjoni. Dawn l-aħħar snin, binti Pauline u żewġt iħbieb tagħha, Michela u Alexandra, tgħallmu jdoqqu l-accordion u akkumpanjaw ukoll. Binti Pauline daqqet l-accordion l-aħmar taz-ziju Patist. U hekk, ir-rota tal-ħajja kienet daret ċirku sħiħ. EPILOGU (1984-2022) – Il-karriera tiegħi baqgħet iffukata fuq l-edukazzjoni. Kont għalliem tal-Primarja u għalliem tal-Istorja fis-Sekondarja. Wara sirt Uffiċjal Edukattiv għall-iskejjel Primarji. Fil-ħin liberu għamilt ukoll Liċenzjat fil-Mużika. Minbarra li mexxejt il-Kor Sine Macula bejn l-1983 u l-2016, għallimt ukoll l-ewwel allievi u mexxejt l-ewwel programm tal-Banda San Pawl ta’ Ħal Safi. Kont ukoll Maestro di Cappella ta’ diversi festi, fosthom ta’ Santa Marija l-Gudja bejn l-2001 u l-2011. Wara marda kiefra, marti Joan marret tiltaqa’ mal-Ħallieq fl-2013. Wara dixxerniment Mons. Arċisqof aċċetta t-talba tiegħi biex nagħmel Kors fil-Filosofija u t-Teoloġija li wassalni biex niġi ordnat saċerdot fid-29 ta’ Ġunju 2020. Erbat ijiem qabel l-Ordinazzjoni (25.6.20) Mons Arċisqof sejjaħli u assenjani biex inservi l-parroċċi tal-Gudja u Ħal Safi. Mill-1 ta’ Ġunju ġejt assenjat Ħal Safi u l-Imqabba. Dis-sena wkoll, il-Kumitat tal-Każin La Stella għamlu talba lill-Arċipriet biex nibda nservi bħala d-Direttur Spiritwali tal-Każin f’isem l-istess Arċipriet. Dun Tony Pace Lulju 2022
Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Ktieb Santa Marija 2022
31
Messaġġ mis-Sindku Marija Sara Vella
Festa Santa Marija 2022 Wara nuqqas ta’ sentejn il-festa tat-titular ser terġa’ ssir kif konna nafuha qabel. Qatt ma mmaġinajna li ser ikollna sentejn bla festi però ċ-ċirkustanzi hekk talbu. Issa li qed nieħdu ħajjitna lura minn kull aspett nistgħu verament napprezzaw il-valur kulturali tal-festi u l-patrimonju tar-raħal tagħna. Bħala Kunsill Lokali qed nieħdu l-opportunità nerġgħu nibdew norgranizzaw diversi attivitajiet, fosthom kif iċċelebrajna Jum il-Gudja. Ngħid għalija, l-fatt li nara lilkom r-residenti tgawdu dawn l-attivitajiet huwa ta’ pjaċir kbir, speċjalment meta niftakar kif il-pjazza kienet tkun vojta fin-nuqqas ta’ dawn. Filwaqt li bħala istituzzjoni dejjem naraw li nkomplu ninvestu sabiex intejbu l-ħajja tagħkom ir-residenti, dan ma jsirx bla sagrifiċċji u mingħajr intoppi. Għalkemm fil-proġett ta’ Triq Santa Katerina, Triq id-Dejqa u Triq Joseph Pace kellha terġa’ ssir il-bażi ta’ dawn it-toroq mill-awtorità kkonċernata, issa li dan il-proġett huwa lest nista’ ngħid li ta dehra ġdida lill-qalba tar-raħal. Inħoss li huwa ż-żmien opportun biex ninvestu aktar fil-baned tagħna. Għaldaqstant fil-laqgħa tal-kunsill fl-aħħar xhur ġie proponut li din is-sena jkollna fond li minnu min ikun ser itella’ programm waqt il-ġranet tal-festa tat-titular ikun jista’ jibbenefika minn €500. Qegħdin nieħdu dan il-pass sabiex inkomplu ninkoragixxu l-għaqdiet tagħna jagħtu s-sehem tagħhom fil-festa tat-titular kif ukoll biex ngħinuhom wara l-effetti li ħalliet fuqhom il-pandemija. Dan huwa ftit biss mill-ħidma li qegħdin inwettqu fil-kunsill lokali. Filwaqt li nirringrazzjakom tal-kooperazjoni li nsibu meta nkunu qed nagħmlu xi xogħlijiet, jiena dejjem disponibbli għalikom r-residenti. F’ismi, f’isem il-familja tiegħi, il-kunsilliera u l-istaff tal-Kunsill Lokali nawguralkom il-festa t-tajba.
Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Ktieb Santa Marija 2022
32
Bandiera ġdida f’Jum Il-Gudja 2022.
Preżentazzjoni tal-Girlanda
Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Ktieb Santa Marija 2022
33
i z z a Gr ċja u d i f tal Nixtieq minn qalbi nawgura l-festa t-tajba lillGudjani fl-okkażjoni tal-Festa ta’ Santa Marija. Ministru Għall-Ġustizzja
e. jonathan@jonathanattard.mt t. 2167 2830 / 1
Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Ktieb Santa Marija 2022
34
Dħaħen tal-Gwerra Ħarsa lejn it-tifkiriet ta’ Laurence Mizzi Din is-sena, minbarra li hija l-ewwel sena li fiha qed nerġgħu niċċelebraw il-festi b’mod tradizzjonali wara l-pandemija, jaħbat ukoll it-80 anniversarju mill-wasla tal-Convoy ta’ Santa Marija. Din il-ġrajja hija intrinsikament marbuta mal-festa ta’ Santa Marija tant li ġġor isimha u għaldaqstant ma jonqosx li aħna l-Gudjani nħarsu lejn din il-ġrajja b’għożża u tradizzjoni. F’din il-pubblikazzjoni ddeċidejna li nirrepplikaw erba’ kapitli mid-damma ta’ tifkiriet ta’ Laurence Mizzi, Dħaħen tal-Gwerra. F’din id-damma ta’ tifkiriet, l-awtur Laurence Mizzi, b’faċilita u ħlewa liema bħala, irnexxielu jwassal l-esperjenza tiegħu ta’ tfajjel li għex ilkefrija tat-tieni gwerra. Għal dawk kollha li diġà ġiet f’idejhom din il-pubblikazzjoni, nistednukom terġgħu ġġeddu l-memorji ta’ kif l-awtur Laurence Mizzi ddeskriva l-Gudja u l-Gudjani f’dan ix-xogħol. Lil dawk li forsi qatt ma semgħu b’dan il-ktieb, nistednukom sabiex permezz ta’ dawn l-erba’ kapitli tammiraw il-kitba ta’ dan l-awtur u tfittxu li takkwistaw u taqraw il-verżjoni sħiħa ta’ dan ix-xogħol tant sabiħ. L-għażla ta’ dawn il-kapitli hija mnebbħa mill-fatt li fihom l-awtur jitkellem dwar kif spiċċa jgħix il-Gudja mal-familja tiegħu u kif il-Gudja u l-Gudjani ħallew esperjenza fuqu li ma jinsa’ qatt. X’impressjoni ħalliet fuqu l-knisja tal-Gudja? Kif kienu jilbsu u jitkellmu l-Gudjani mqabbla man-nies tal-ibliet? U l-inħawi li jsemmi; għadhom jeżistu? Dan u aktar tistgħu ssibuh f’dawn l-erba’ kapitli li kollha kemm huma jirreferu għall-perjodu ta’ bejn Ġunju tal-1940 u Lulju tal-1942: xahar biss qabel ma kellu jasal il-Convoy ta’ Santa Marija li għal Malta kien prattikament ifisser it-tmiem tal-agħar parti tat-tieni gwerra. J’Alla llum, 80 sena wara, din il-festa jkollha eżattament l-istess sinifikat fil-kuntest tal-pandemija.
Operation Pedestal, jew kif magħruf il-convoy ta’ Santa Marija, mal-wasla tiegħu ġewwa l-Port l-kbir nhar it-13 t’Awwissu 1942. Sors: www.timesofmalta.com
Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Ktieb Santa Marija 2022
35
Nawguralkom
130, Triq Xintill, Tarxien katya@katyadegiovanni.com /DeGiovanniKatya
Kandidata għall-Partit Laburista fuq ir-Raba’ Distrett Paola - Tarxien - Gudja - Santa Luċija - Fgura
Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Ktieb Santa Marija 2022
36
Tfaqqa’ l-Burraxka (KAP II) It-Tlieta 11 ta’ Ġunju konna għadna bil-kemm qomna. Kienu xi s-sebgħa. F’daqqa waħda nisimgħu t-tinwiħ kiebi tas-sirena, jew il-balomba, kif aħna tan-naħa l-oħra konna ngħidulha. Aħna l-aħwa (konna ħamsa) ħarisna lejn xulxin bħal irridu nistaqsu ‘”allura issa x’ġej?”. La ommi u lanqas jien u ħuti ma kellna l-iċken ħjiel għalfejn kien ingħata dak issinjal, jew x’kellna nagħmlu, issa li kien ingħata. Dak id-dubju malajr neħħejnieh meta, bdejna nisimgħu l-isparaturi tal-kanuni u t-tfaqqigħ tal-bombi. Terġa’, ftit tal-ħin wara, izzija li kienet barra tisma’ l-quddies ġiet tiġri u b’leħen imwerwer qaltilna: “Qed jitfgħu l-bombi?”. Naf li mingħajr ma qgħadna naħsbu morna u nxtħetna taħt il-mejda tal-pranzu nistennew il-ħsejjes jieqfu. Ma għandix amment kemm dam sejjer dan l-ewwel ħbit millajru. Naf biss li aktar tard filgħodu reġa’ kien hemm xi ħbit ieħor u ziti, ta’ mara li kienet messitha l-kurżità biex tara kif ikun attakk mill-ajru. Bexxqet kemm kemm il-purtella talgallarija u xirfet rasha ‘l barra. Dak il-ħin għadda wieħed mill-magħżula biex jgħassu u li kellhom faxxa ma’ driegħhom bl-ittri SC (li kienet tfisser Special Constable) u xħin lemaħ lil ziti, b’leħen żorr għajjat: “X’inti tagħmel fil-gallarija? Ħsibt li ser tara ‘l Santu Rokku”? (Il-Birgu kienet toħroġ kull sena purċissjoni bl-istatwa ta’ dan il-qaddis.) “Agħlaq dik ilpurtella u idħol ‘il ġewwa!”. Ziti, mifxula, għamlet kif qalilha dak tal-faxxa, li l-lum nifhem lanqas hu ma kellu l-iċken ħjiel ta’ gwerra moderna, għax kieku flok joqgħod jippassiġġa fl-għeqqel tal-ħbit, kien jara kif imur u jdabbar rasu mill-aħjar li jista’, ukoll jekk rasu kienet imħarsa b’elmu tal-azzar. Dik l-ewwel ġurnata tal-gwerra għaddejniha ġewwa; barra ma kontx tilmaħ ruħ. Meta, resaq il-lejl għidna r-rużarju u xi talb ieħor għall-paċi u morna norqdu taħt il-mejda, talpranzu, Dik id-darba niftakar ma ċċajtajniex xħin dħalna taħtha. Wara biss ftit siegħat bdejna nintebħu li l-gwerra ma kinitx il-logħba sabiħa li konna naħsbu aħna t-tfal. Terġa’, dak in-nhar missieri ma ġiex jorqod id-dar, kienu żammewh it-Tarzna fuq xi xogħol, u kif dejjem jiġri f’waqtiet bħal dawn, tkun trid xi ħadd għall-wens, u minħabba f’hekk ħakimni biża’ kbir, mhux biża’ li ser jiġrilna xi ħaġa, bħal ngħidu aħna mmutu, jew naqgħu f’idejn l-għadu... le, kien biża’ li ġġib l-inċertezza; ħadd minna ma kien jaf x’ġej għal wiċċu. Dak innhar bsarna, naħseb, li għalkemm il-futur ħadd ma kien jafu (u mn’Alla) fil-qalba ta’ qalbna ħassejna li l-ħajja kif konna nafuha kienet għabet biex qatt aktar ma terġa’ tiġi. Ma niftakarx kif kien għadda l-ewwel lejl tal-gwerra li jiena u l-erba’ ħuti l-oħra qattajna taħt il-mejda, minn għalina għall-kenn. Lanqas ma għandi idea x’kien il-ħolm li kelli dakinhar, għalkemm nista’ nobsor. Li naf hu li kmieni kmieni ġiet ommna tqajjimna: “Oħorġu minn hemm taħt, isa, ilbsu malajr ħalli mmorru...” Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Ktieb Santa Marija 2022
37
“Fejn ma?” “Se mmorru l-Gudja maz-ziju!” Għalkemm wieħed mill-iżgħar irħula u mill-inqas magħrufa, midfun fil-qalba ta’ Malta, jien u ħija l-kbir ma staqsejniex fejn tiġi l-Gudja. Iz-ziju kien superjur tal-Mużew f’dak irraħal u xi ġimgħat qabel ma faqqgħet il-gwerra kien ħadna għall-festa tal-preċett, li kif jaf kulħadd, tal-Mużew jiċċelebraw b’solennità kbira. Il-kelma li aħna konna se mmorru l-Gudja, bil-private malajr xterdet fost qrabatna, u f’kemm trodd salib ħafna li kienu jiġu minna mqar mill-bogħod ġew wara biebna jittallbu biex neħduhom magħna, ħaġa li z-ziju, li kien inkarigat mill-’Operazzjoni Kenn’, għamel bil-qalb kollha. Meta ġiet il-karozza kulħadd ħa xi affarijiet tal-bżonn u billi żmien ma kienx hemm, tlajna u qgħadna millaħjar li stajtna. Kien hemm iz-ziju u z-zija u ommhom in-nanna; ommi u jien u erba’ ħuti; ziti l-oħra bi tliet itfal, wieħed minnhom tat-twelid; il-kuġini ta’ missieri, il-parrinu u żewġ
Ritratt meħud nhar l-1 ta’ Mejju 1942. Xena tal-Belt Valletta wara wieħed mil-ewwel u l-għeqqel attakki li mmarkaw it-tieni gwerra. Sors: www.iwm.org.uk
Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Ktieb Santa Marija 2022
38
nisa oħra aħwa mdaħħla fiż-żmien u n-nannu Wenz. Raddejna s-salib u b’pass imħarrek ħallejna ‘l djarna u ‘l belt fejn twelidna u li magħha min jaf kemm konna ilna marbuta. U bħalna għamlu l-ġirien. Kos toqgħod taħseb... fl-Assedju l-Kbir tal-1565 in-nies tal-irħula meta saru jafu bil-ħbit tat-Torok kienu telqu kollox warajhom u marru jfittxu ken ‘il-ġewwa mis-swar tal-Birgu. Issa, 400 sena wara, ġara il-maqlub: kulħadd ħalla ‘l Birgu (u l-ibliet l-oħra) u mar ifittex ilberaħ tal-kampanja, ‘il bogħod mit-Tarzna u il-Port biex kemm jista’ jkun jeħles mill-hemm u l-għawġ u l-qirda, li kienet ġejja fuqna. Din id-darba mhux bħall-Assedju tat-Torok — l-attakki ma ġewx bl-art jew bil-baħar, iżda tfaċċaw mill-ajru, bħalma fl-imgħoddi qtajjiet kbar ta’ ġurati kienu jaħtbu minn żmien għal żmien għall-uċuh tar-raba’ tagħna. Is-saħta reġgħet fuqna! U kontra dak li kien ġara fl-1565, ma kien għad kellna xejn li seta’ jħarisna mill-qirda ili kienet nieżla mis-sema. Is-swar did-darba kienu bla saħħa u x-xelters kienu għadhom lanqas bdewhom. U hekk tlaqna ‘l djarna — l-egħżeż ħaġa li għandu l-bniedem wara niesu u nfridna minn ħbiebna, xi wħud minnhom jaħasra biex qatt aktar ma nerġgħu narawhom. Aħna u sejrin, mat-triq ma konitx tilmaħ għajr karozzi u karettuni mgħobbija bin-nies u s-sarar, ħerġin mill-ibliet u telgħin ‘il fuq ifittxu l-kenn tal-irħula. L-evakwazzjoni tal-inħawi li jħaddnu l-Port il-Kbir kienet bdiet tabilħaqq.
Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Ktieb Santa Marija 2022
39
Kenn fil-Gudja (KAP III) Tgħidlix kemm domna sejrin. Ma niftakarx. Minbarra l-evakwazzjoni tan-nies, il-ħaġa l-oħra li laqtitni mat-triq kienet il-knisja ta’ Raħal Ġdid, nofsha biss imtella’. Raħal Ġdid kont mort bosta drabi qabel, iżda kien dakinhar filgħodu li ntbaħt bis-sura mhix tas-soltu ta’ dak it-tempju setgħan. (Tabilħaqq kellhom jgħaddu ħafna snin minn dik il-għodwa — 20 sena sħaħ — qabel ma l-knisja kienet lesta fl-1960). Meta wasalna l-Gudja bqajna sejrin dritt fid-dar tad-dutrina li f’ħakka t’għajn inbidlet f’Dar tal-Providenza. Din ma kinitx xi palazz. Kien hemm intrata, kamra laterali n-naħa tax-xellug, kontra intrata, taħt it-taraġ, taraġ, sala mdaqqsa li kienet kappella u bejt. Fin-nofs kien hemm bitħa bi tliet ikmamar oħra u maqjel. Il-kmamar ta’ ġol-bitħa kienu diġà bin-nies meta wasalna — kien hemm żewġ familji minn Raħal Ġdid. Il-lum nistagħġeb kif f’dak id-daqsxejn ta’ post setgħu joqogħdu dawk in-nies kollha — għoxrin b’kollox, bejn il-ftit ġranet u s-sebgħin sena li kienu jagħmlu sitt familji differenti. Dawn minbarra ż-żewġ familji li semmejna u li kienu n-naħa ta’ wara. Kif qgħadna? Tistgħu tobsru? U x’għamilna bis-sodod nistħajjilkom tistaqsu? Kulħadd firex fl-art (tinsewx li kien is-sajf) waqt li beda jirringrazzja ‘l Alla li meta jħares ‘il fuq kien jilmah it-travi ta’ l-injam u mhux il-kwiekeb tas-sema. Għalkemm pajjiżna huwa żgħir u d-distanzi huma qosra ma nista’ qatt ninsa, lanqas jekk igħaddi kemm igħaddi żmien minn fuqi, l-impressjoni li ħallietli l-Gudja. Mingħajr ma ridt intbaħt ii bejn dan ir-raħal ħelu u żgħir u l-Birgu kien hemm qabża kbira. Ibda biex, ħafna mid-djar fil-Gudja kienu sular wieħed, u minħabba f’hekk ix-xemx kienet tidher iżjed u tinħass aktar. It-toroq, tneħħi t-triq ewlenija, kienu mingħajr asfalt, għalkemm innies kienu jżommuhom indaf xummiema. In-nies kienu ħafjin u Ibieshom kien differenti: in-nisa kellhom ilbiesi x’aktarx skuri li jwasslu sa wiċċ riġlejhom; l-irġiel bla ġlekk, ħafna minnhom bil-flanella flok qmis, u qalziet tad-drapp ta’ Malta mxammar biċċa sewwa ‘l fuq mill-għaksa, kollha tista’ tgħid b’beritta f’rashom. Is-subien kellhom qliezet biċ-ċingi msallba wara, bil-qliezi dojoq katusi jwasslu sa l-irkoppa. Il-bniet bil-malji twal u ibieshom iwassal sa taħt l-irkoppa. Ħaġa oħra li laqtitni mill-ewwel kien li l-bibien tad-djar kienu kollha magħluqa, iżda bil-muftieħ fil-post — drawwa li sa fejn naf jien għadha ma nqatgħetx għal kollox minn kullimkien. Minħabba li mill-Birgu tlaqna bil-ħatfa u ma kellna ħin naħsbu għal xejn, kif wasalna morna fil-ħanut li kien hemm quddiemna u xtrajna l-ħwejjeġ li mingħajrhom ma stajniex ngħaddu, bħalma huma, platti, tazzi, skieken u frieket, stali, xkupi u ma għandniex xi ngħidu, ħwejjeġ tal-ikel: ħobż, butir u ġobon, żejt, għaġin u x’naf jien, Kulma kellha dik il-mara talħanut — mibruma, b’toppu kbir wara u leħen oħxon goff imma ħanin — ġarrejniehulha.
Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Ktieb Santa Marija 2022
40
Wara nofsinnhar tal-ewwel jum tagħna fil-Gudja naf li mort ma’ xi ħadd il-knisja u, għadni niftakar qisu lbieraħ, kif bqajt mistagħġeb inħares lejn il-koppla minn ġewwa miżbugħa ikħal bħas-sema, miżgħuda bi kwiekeb lewn il-fidda. Is-skiet li kien isaltan fil-knisja dak ilħin tal-erbgħa kompla kattar fija s-sens ta’ misteru li dak il-ħin kont qed inħoss: qegħdin fi gwerra, f’raħal li ma kontx naf u fi knisja għal kollox ġdida għalija. Meta ħriġt mill-knisja fi triqti lejn id-dar bdejt inħares u nixrob dak kollu li ma kienx tas-soltu għalija, bħal ngħidu aħna l-purtieri tal-ħjut u żibeġ kuluriti li ħafna mill-ħwienet kellhom fil-bibien. Dak il-ħin ukoll xi nisa kienu ħarġu fuq l-għatba ta’ barra (din, kif tgħallimt aktar tard, kienet drawwa) u qagħdu bil-ġabra kollha jraqqgħu l-ħwejjeġ jew joborxu l-patata jew igħidu r-rużarju — dehra li għadha sal-lum timlieni bil-hena u s-sliem. Aħna u għaddejjin in-nies għarfuna u kif ngħaddu minn quddiemhom bdew jgħidu minn taħt l-ilsien “‘dawn rifuġjoti”. Niftakar li dak il-ħin kien sar ħbit mill-ajru, iżda għall-inqas it-tfaqqigħ tal-balal u l-bombi kien jinstema’ fil-bogħod. U hekk l-ewwel jum fil-Gudja kien għadda b’wiċċ il-ġid. Jekk l-ewwel jum għadda mingħajr inċidenti, l-ewwel lejl ma ninsiehx kif ġieb u laħaq, mhux għax kien l-ewwel wieħed, imma minħabba daqsxejn ta’ nsett li jagħmel ħoss sproporzjonat għal kollox għad-daqs tiegħu. Mela kif wasalna filgħodu, kienu nistħajjel għall-ħabta tal-għaxra, jien u ħija mill-ewwel tħabbibna ma’ Ġużi, tifel ta’ mparna, jew xi ħaġa akbar minna, li kien magħruf mar-raħal kollu għall-qilla tiegħu. Dan Ġużi tana werżieq, qalilna biex nagħmluh f’bott vojt tal-ħalib, nagħtuh biċċa tadama’ u tara’ qalilna “kemm igħanni”. Aħna li qatt qabel ma konna rajna jew smajna werżieq, għamilna kif qalilna l-ħabib ġdid tagħna u ħallejnih f’rokna fl-intrata. U tabilħaqq il-werżieq lil Ġużi ma ħarġux ta’ giddiebi. Malli dalam beda l-kantaliena li jaf bl-amment... Żirr... Żirr, Żirr. Żirr, Żirr... Jien u ħija tgħidx kemm ħadna gost nisimgħuh ‘jgħanni’ iżda l-għejja u n-ngħas ma damux ma ħakmuna u f’kemm tgħid posta ta’ rużarju bdejna ngħoddu s-sitta fil-mija. Mhux hekk ixxjuħ li kien hemm mimdudin fl-art fl-intrata u taħt it-taraġ. Dawn imsieken diġà minħabba l-età jsibu n-ngħas iħabbathom biex jiġi. Terġa’, konna f’post ġdid, fuq kutri minflok fuq issodod, biex ma nsemmux il-biża’ li naħseb kellhom tal-gwerra. Biex tagħqad, kien hemm iż-żarżir ma jaqta’ xejn tal-werżieq li la kellu rispetto lejn il-gwerra u lanqas lejn ir-rifuġjati. Tistgħu taħsbu msieken kif għaddewh l-ewwel lejl tagħhom ‘il bogħod mid-dar. Ħadd ma kien jaf fejn kien qiegħed dan l-imbierek ta’ werżieq u wisq inqas li kien tagħna. Iżda, kif sebah kulħadd beda, jitkellem fuqu u malli saru jafu l-fatti tistgħu taħsbu kif ħaduna qatta’ bla ħabel! U magħna weħlet ommi! Din, li soltu kellha ħafna sabar magħna, meta rat dik l-oppożizzjoni organizzata minn kull naħa, kellha ċċedi u tordnalna biex marmu l-werżieq ‘il barra. Wara ħafna xenati kellna nbaxxu rasna u l-imsejken werżieq sab ruħu bħalna — bla dar. Għal ftit ħin fid-dar flok wieħed kien hemm żewġ iwrieżaq inewwħu: jien u ħija.
Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Ktieb Santa Marija 2022
42
Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Ktieb Santa Marija 2022
43
L-Ewwel Xhur tal-Gwerra (KAP IV) Mingħajr dubju ta’ xejn waħda mill-ħwejjeġ li ġibduni l-aktar lejn il-Gudja kienet issempliċità tiegħu flimkien mar-raba’ li bih hu mdawwar dan ir-raħal żgħir. Filwaqt li qabel, meta konna l-Birgu, biex naraw roqgħa ħamrija konna rridu noħorġu ‘l barra mis-swar u niġbdu għal ħdejn il-Kapuċċini, mixja għal tfal tal-età tagħna ma kinitx żgħira, il-Gudja kull fejn tħares ma kontx tilmaħ ħlief għelieqi. Għadni s’issa niftakar l-ismijiet tal-inħawi: Dawra Ddur, il-Ħanija, il-Ħofra, iż-Żebbuġa, Ta’ Loretu, il-Karwija... kollha nħawi miżgħuda b’għelieqi. U naturalment, ir-raba’ ma kienx qiegħed biex ipaxxi l-għajn: biss... Xi ftit ġranet wara li wasalna, Ġużi (li miegħu issa konna sirna ħobża u sikkina) stieden lili u ‘l ħija biex immorru miegħu sal-għalqa ta’ zijuh ħalli naqtgħu ftit tin u niekluh. Tistgħu taħsbu kif ħtafniha l-offerta. Ħriġna ftit ‘il barra mir-raħal u xħin deherlu Ġużi qalilna: ‘’Din l-għalqa taz-ziju... idħlu u aqtgħu kemm tridu”. Jien u ħija morna fuq waħda mit-tiniet li kienet imtaqqla bil-frott, u nimxu dejjem fuq l-eżempju ta’ ħabibna, bdejna nqaxxru u nitfgħu f’ħalqna. Hekk sew! Tiekol kemm trid sa ma tixba. Ara fejn qatt ġo qiegħ ilBirgu konna se nsibu għalqa mimlija tin taz-ziju tal-ħabib tagħna! Kont għadni qed nifraħ b’xortija li permezz tal-gwerra kont sibt ruħi il-Gudja, meta nilmaħ lil wieħed raġel riesaq b’magħżqa, f’idu merfugħa u jgħajjat kemm jiflaħ: “Huwa intom? Qbadtkom fl-aħħar, ja qatta’...! Ħarbattuhieli siġra... Jekk tiġu taħt idejja nqiegħedkom!” Jien u ħija bqajna litteralment bil-bajtra f’ħalqna nħarsu lejn xulxin u naħsbu li dak ir-raġel kien ħa xi żball. F’daqqa waħda Ġużi telaq kollox minn idu u b’ħeffa ta’ xadin beda jaqbeż il-ħitan u jgħajjat: “Iġru għax jaqbadkom Toni...!” “Mela, din l-għalqa mhijiex ta’ zijuk?” staqsejnih mingħajr l-iċken ħjiel ta’ ħażen. “Ħallikom mill-kliem... Iġru”” U ħlisniha b’wiċċ il-ġid. Imma ħej il-ftit gost li ħadna malajr tlifnih. Ma għandniex xi ngħidu, din il-logħba ta’ Ġużi malajr drajniha, u ma laħaqx għadda żmien wisq li ma tgħallimniex l-għelieqi ta’ min kienu u għalhekk ħadd ma kien ser jerġa’ jbellagħina waħda bħal taz-ziju ta’ Ġużi. L-għelieqi kellhom u għad għandhom bħal seħer fuqi u l-gost tiegħi noqgħod inħares idejn il-bdiewa jaħdmu r-raba’: jaħartu, jiżirgħu, jaħsdu u jidirsu, isaqqu u jnaqqu... Id-dehra tal-bidwi fir-raba’ kienet u għadha żżommni msammar u għalhekk il-Gudja sibt l-għaxqa tiegħi. Kien hemm ħaġa iżda li kont nobgħod, anzi nistmerr fil-ħajja sempliċi tar-raħal fejn morna, nfittxu kenn u dan bl-ebda mod ma kien tort tan-nies tal-post: in-nuqqas ta’ drenaġġ. Sa ftit ilu għadd mhux żgħir ta’ rħula f’Malta u Għawdex kienu mingħajr drenaġġ. Fl-1940 il-Gudja kien wieħed minnhom. Ħafna mid-djar kellhom il-fossa, Għal xi raġuni, il-fossa tad-dar fejn morna noqogħdu ma kinitx tintuża u allura kellna, irridu u ma rridux, Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Ktieb Santa Marija 2022
44
noħorġu barra u niġbdu biċċa triq ġmielha biex inbattlu l-bramel f’ħofra f’għalqa mħaffra apposta. Meta kien imiss lili nagħmilha ta’ messaġġier, wiċċi kien isir lewn il-peprin u kont nisħet is-siegħa u l-mument li Mussolini fettillu jidħol fil-gwerra kontra tagħna. Il-ġarr tal-ilma kien biċċa xogħol oħra li tellifni ħafna mill-ħin tal-logħob ma’ sħabi, F’ċerti waqtiet tant kien ikun hemm nies iridu jimlew mill-għajn li konna rridu naħsbu minn qabel u noqogħdu bil-kju... serbut twil ta’ nisa, tfal u xi minn daqqiet irġiel, bramel, stali u buqari... Għal din il-ħabta bdew jaslu l-Gudja għadd ta’ riġmenti Ingliżi li bdew iwaqqfu l-kampijiet tagħhom fir-raba’ ta’ madwar ir-raħal. Tistgħu taħsbu kif aħna, t-tfal konna ġġenninna għal wara s-suldati. Niftakar li kulħadd kien tgħallem bl-amment kif jittallab bl-Ingliż flus Eġizzjani. Illum naf li dawn is-suldati kienu ġew irtirati mill-Eġittu. Minbarra l-flus Eġizzjani, bil-mod il-mod bdejna nitgħallmu nitolbu ħwejjeġ oħra bħal sigaretti u ċikkulata. Wieħed mir-riġmenti li ġie l-Gudja kien il-Hampshires, li kellhom bħala arma, imwaħħla malberitta, ras ta’ tigra. Kull wieħed minna kellu suldat favorit tiegħu; tiegħi kien surġent li sħabu kienu laqqmuh ‘Queenie’. Kien żagħżugħ (dak iż-żmien kont narah raġel) simpatiku, bjond, bin-nemex u fuq kollox qalbu tad-deheb. Ta’ kuljum kont noqgħod nistennih ħdejn il-ħanut ta’ Żeża u mal-erbgħa u nofs ta’ waranofsinnhar kien jiġi u joqgħod ikellimni u kultant iħallasli xi flixkun luminata waqt li hu jieħu pinta ‘ambid’. Kien jistmani ta’ wieħed kbir u mhux ta’ tifel ta’ disa’ snin li kelli. Illum nifhem x’sabar kien jieħu bija, mhux biss għax jien kont daqsxejn ta’ qrempuċu u għalhekk djalogu sħiħ bejnietna qatt ma seta’ jkun hemm, imma wkoll minħabba li l-Ingliż tiegħi kien limitat. Il-fatt li kellna l-Ingliżi fostna sewa ta’ ġid għal ħafna raġunijiet. Waħda, minn dawn kienet li aħna stajna nipprattikaw l-Ingliż. Niżgurakom li fi ftit xhur tgħallimna dak li normalment wieħed jitgħallem f’xi sentejn jew tlieta l-iskola. L-Ingliżi wkoll ma baqgħux lura u bdew huma, wkoll ilissnu xi kliem bil-Malti. Kif wieħed jista’ jobsor, l-ewwel li tgħallmu kienu kliem bħal ‘tfajla’ ‘ħelwa’ ‘inħobbok’ u kliem bħal dan, barra, ma għandniex xi ngħidu, kliem ieħor li mhux tajjeb biex jinżel hawnhekk. Kien hemm xi suldat ‘l hawn u ‘l hinn li kien irnexxielu jitgħallem ilMalti fi żmien tassew qasir! Għalkemm illum naf li t-taħlit taż-żgħar mal-kbar mhux ħaġa ta’ min jinkoraġġiha, jien nista’ ngħid mill-esperjenza tiegħi — qiegħed nitkellem għalija personalment — li qatt ma rajt għajn ħażina minn dawn is-suldati. F’dan iż-żmien li qiegħed nitkellem fuqu, jiġifieri l-ewwel xhur tal-gwerra, il-ħajja kienet reġgħet kważi għan-normal. L-attakki mill-ajru la kienu ħorox u lanqas sikwit. Minħabba f’hekk għadd ta’ familji kienu reġgħu telqu mill-irħula u marru joqogħdu fl-ibliet. Ma nafx kif qagħdu, għax meta għall-ħabta ta’ Novembru, jiġifieri xi ħames xhur wara li bdiet ilSoċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Ktieb Santa Marija 2022
46
Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Ktieb Santa Marija 2022
47
gwerra, kont inżilt maz-zijiet il-Birgu, kien qisu belt tal-ħarsijiet: it-toroq kienu baħħ, ilpassi jirbumbjaw u saħansitra minn bejn ix-xquq taċ-ċangaturi tal-art kien nibet il-ħaxix. Ħaġa oħra li laqtitni dak in-nhar kien l-għadd ta’ nies reqdin taħt il-mina ta’ Santa Liena, f’Bormla; dik il-ħabta konna għadna nemmnu li sakemm ikollok xi mina jew xi ħnejja fuq rasek ma kellikx għalfejn tibża’! Il-fatt li għall-bidu l-attakki ma kinux ħorox kien providenzjali għaliex tana nifs ħalli nagħmlu dak li ma konniex għamilna qabel. Kien għal dil-ħabta li beda t-tħaffir tax-xelters bis-serjetà. Aħna t-tfal konna nqattgħu siegħat sħaħ narawhom ibaqqnu pulzier pulzier, kultant jagħtu xi furnella. Kienu jħaffru żewġ bokok xi għoxrin jarda ‘l bogħod minn xulxin biex iniffduhom. U meta jirnexxilhom iniffduhom, (ma nafx kemm wara) kienet qisha ġrat xi ħaġa kbira. U kellna raġun nifirħu, għax dawk il-kennijiet fil-blat kienu verament katakombi tas-seklu għoxrin, fejn inżilna, mhux biex neħilsu mill-qilla tal-pagani, iżda biex insalvaw ġildna u nitħarsu minn għadu kiefer li ħalef li jeqridna minn wiċċ id-dinja. Din ilqirda ma ġietx mal-ajruplani Taljani fl-ewwel xhur tal-Gwerra. Nista’ ngħid li l-attakki millajru tat-Taljani konna drajnihom u bilkemm konna, nafu li qegħdin fi gwerra. Kulħadd kien jaf per eżempju, li l-bdoti Taljani kienu jibżgħu minna meta jersqu fuq Malta, aktar milli aħna konna nibżgħu mill-bombi tagħhom. Niftakar kien hemm ġar tagħna li kellu radju (ħaġa rari ħafna dak iż-żmien) u minkejja li kien ipprojbit, fuq dan ir-radju waqt l-air raid kien joqgħod jissemma’ d-diskors tal-bdoti Taljani li meta kienu jaraw dak l-infern kollu tiela’ għalihom kienu jinfexxu f’esklamazzjonijiet ta’ ‘Mamma Mia’ waqt li kienu jinstemgħu jlissnu ismijiet ta’ qaddisin bħal ta’ San Gennaro li lejhom kellhom devozzjoni. Minħabba f’hekk ma tantx konna nibżgħu mill-attakki tat-Taljani għalkemm ma konniex neħduhom biċ-ċajt. Aħna t-tfal tal-Gudja kellna għanja żgħira li kienet xi ħaġa hekk: “Air Raid Warning, Air Raid Pas(t) Mussolini l-fartas; Xeħet bomba fuq Ħal Luqa Qatel fenka u għattuqa”. Kien nibet fost il-poplu ċertu ottimiżmu. Niftakar kont smajt xi nies jgħidu li kienu qed jilgħabu l-imħatri li l-gwerra, kienet waslet biex tispiċċa. Iżda għalkemm kont tifel kont fhimt li jekk kien hemm min lest jilgħab l-imħatri favur it-tmiem malajr tal-gwerra, kien hemm oħrajn li kienu deċiżi li l-Gwerra kien għad baqagħlha biex tispiċċa. U dawn talaħħar, kif sirna nafu aktar tard, kellhom raġun biex ibigħu. Il-gwerra għalina kienet għadha bil-kemm bdiet. Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Ktieb Santa Marija 2022
48
Inħallu ‘l Gudja (KAP VIII) Jiena u ħija tant konna drajna l-Gudja li l-Birgu konna tista’ tgħid insejnih. L-aċċent baqa’ tal-Kottonera, iżda ma bqajniex nitħaddtu bil-’Q’ ħierġa mis-saqaf ta’ ħalqna. Filvokabularju tagħna beda dieħel kliem ġdid bħal ‘iqarweż’ ‘ħada’ ‘bini l-ġuħ’ jew ‘bini l-għatx’ ‘iwaddab’ flok ‘igara’, waqt li l-vokali ‘a’ bdiet ħafna: drabi tieħu l-ħoss ta’ ‘o’. Konna sirna ħaġa waħda mal-ambjent lokali. Konna tgħallimna t-toroq u l-isqaqijiet blamment; l-għelieqi ta’ min huma b’isimhom, kunjomhom u laqamhom. Minħabba fiċċokon tar-raħal ma kienx hemm persuna li ma konniex nafu jew li ma kinitx tafna. Tant drajna li l-ħolma tagħna kienet li missieri jitħajjar jixtri għalqa ħalli bħat-tfal l-oħra jkollna r-raba’ tagħna. Ma kinitx xi ħolma li ma setgħetx isseħħ għax missieri, għalkemm imwieled u mrobbi l-Birgu ħdejn il-baħar u jaħdem għomru kollu t-Tarzna, kellu namra kbira għallgħelieqi u l-annimali u naħseb li kien jaqtagħlna xewqitna kieku bqajna noqogħdu hemm. Iżda ma bqajniex; għax dak li għalina t-tfal, minkejja l-bombi, kien jidher xalata, għall-kbar kien ta’ dwejjaq li ma setax jitfisser u li aħna t-tfal qatt ma stajna nifhmu. Illum napprezza xi dwejjaq ġarrbu ommi u missieri, in-nanniet, zijieti u qrabati u bħalhom l-oħrajn li millkenn u l-kumdità ta’ djarhom sabu ruħhom f’naħa oħra ta’ Malta bi drawwiet għalihom, biex ma nsemmux il-fatt li sitt familji kienu mrekkna fi ftit kmamar u kuritur... kulħadd
It-Tanker HMS Ohio fi triqtu lejn l-Port il-Kbir, miżmum fil-wiċċ mill-HMS Penn (Xellug) u HMS Ledbury (Lemin). L-HMS Ohio tant ġarrab ħsarat li wara li nħatt ġie mgħarrraq ftit ‘il barra mill-port. Sors: www.iwm.org.uk
Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Ktieb Santa Marija 2022
49
Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Ktieb Santa Marija 2022
50
jiekol, jorqod, jinġasel u jsajjar fl-istess post! L-irġiel li kienu jaħdmu t-Tarzna bħal missieri u z-ziju kellhom problema oħra kbira barra l-bombi u n-nuqqasijiet l-oħra tal-gwerra — it-trasport. Meta l-qagħda twiegħret u l-petrol skarsa, it-trasport ġie miżmum ħlief għal xi karozza jew tnejn kuljum, u għalhekk l-irġiel ħafna drabi kien ikollhom jimxu minn fejn kienu għat-Tarzna jew post tax-xogħol. Minbarra l-periklu li kienu jġarrbu, l-irġiel kienu jsofru tbatija kbira meta kien ikollhom jimxu mas-sitt mili kuljum jew iżjed, skond fejn kienu joqogħdu. U ngħiduha, wara ġurnata xogħol, ma nafx min kien ikollu aptitha mixja bħal dik, dejjem bil-biża’ li f’nofs triq jaqbdek xi ‘air raid’ u ma jkollokx fejn tistkenn. Il-ftit xelters li kien hemm qalb l-għelieqi kienu mibnija u mhux imħaffra fil-blat u għalhekk ma kellhom l-ebda saħħa... kienu tajbin biss biex iħarsuk minn xi daqqiet ta’ ‘shrapnels’, kif kienu jissejħu dawk il-biċċiet ta’ l-azzar jaħraq li kienu jittajru ma’ kullimkien meta tisplodi bomba. Il-mixja ta’ kuljum ‘l hemm u ‘l hawn kienet qed tkiddu bis-sħiħ lil missieri u minħabba f’hekk qatgħuha li nersqu aktar lejn it-Tarzna. Il-Birgu ma kienx possibbli li mmorru, waħda minħabba l-periklu tal-attakki (ukoll jekk kienu naqsu ħafna) u l-oħra għax għadd kbir mid-djar jew kellhom ħsarat kbar jew kienu mġarrfa, fosthom id-dar li konna noqogħdu fiha aħna qabel il-gwerra. Għalhekk l-‘Erbgħa l-Kbar’ — Missieri, Ommi, iz-ziju u z-zija ddeċidew li ninżlu Raħal Ġdid. Dan il-ħsieb xejn ma għoġobna lilna ż-żgħar, iżda l-ħuta ż-żgħira, qatt ma kielet lill-ħuta l-kbira. U kellna kontra qalbna naċċettaw il-fatt li għal darb’oħra kien ser ikollna naqilgħu l-għeruq li konna rabbejna biex immorru f’post ġdid għalina. Sadattant kien laħaq Lulju tal-1942 u l-għeqqel tal-bombi kien għadda. Iżda kien għad baqagħlna nħabbtu wiċċna ma’ żewġ għedewwa oħra mhux inqas ħarxa: il-ġuħ u l-mard tal-ħakk magħruf bħala ‘scabies’. L-ewwel darba li smajt bil-ġuħ kien meta, qalu li l-ħwejjeġ tal-ikel tant kienu naqsu li kienu ser jagħmlu kollox bir-razzjon. Meta spjegawli li ma kontx ser nibqa’ niekol kemm ikolli aptit ħadtha bi kbira wisq. Fil-familja jien kelli l-fama ta’ wikkiel u żaqqieq; wikkiel kont żgur, l-aktar meta kont nitqabbel ma’ ħija li kien x’aktarx delikat u minn dawk li ma jmiss xejn ma’ xuftejh. Dan il-fatt kien ta’ nkwiet għal ommi, imma, ta’ sodisfazzjon għalija, għax wara li kont niekol tiegħi kont indur għal dak li kien iħalli ħija fil-platt. Sakemm konna għadna, l-Gudja ġuħ ma sofrejniex. Lanqas ħakk. Dawn iż-żewġ flaġelli (għax hekk kienu) kellna nduquhom Raħal Ġdid. Jum fost l-oħrajn, wara li għabbejna l-ftit għamara li kellna fuq il-karettuni, tlaqna aħna wkoll. Kien hemm daqsxejn ta’ żagħżugħ oħxon, wiċċu mimli nemex u għajnejh koħol li Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Ktieb Santa Marija 2022
51
kellu ħmara griża mkemmxa kollha, u krejnih biex iġorr lilna sa Raħal Ġdid. Fuq il-karettun telgħu ommi, nannti u ħuti ż-żgħar, fosthom wieħed ta’ disa’ xhur. Il-bqija tlaqna maz-zija bil-mixi. Warajna ħallejna għadd ta’ qraba oħra. U hekk wara sentejn ta’ avventura ħallejna r-raħal ħelu tal-Gudja. Kienu sentejn li ħallew impressjoni l-aktar profonda fuqi; sentejn li fihom rajt is-sabiħ tal-ħajja Maltija mhix imħassra; sentejn li għallmuni l-ġmiel ta’ ilsienna kif imħaddem b’sengħa u ħila minn ulied il-bdiewa; sentejn li nista’ ngħid sawwru fija mħabba safja għal dak kollu li hu Malti, b’mod speċjali l-ilsien li bih ninqdew u ningħarfu mill-bqija tal-ġnus!
Operation Ceres; Ritratt meħud fil-Port il-Kbir li juri ir-rifornimenti qed jinħattu wara l-wasla tal-Convoy ta’ Santa Marija. Sors: www.iwm.org.uk
Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Ktieb Santa Marija 2022
52
Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Ktieb Santa Marija 2022