2 minute read

Messaġġ mis-Sezzjoni Nisa

Programm tan-Nar

La Stella Fireworks Factory

Advertisement

Is-Sibt 24 ta’ Settembru

19:45 - Programm ta’ nar li jakkumpanja l-inawgurazzjoni tal-monument tal-Madonna tarRużarju fid-daħla tal-Gudja. It-Tlieta 27 ta’ Settembru

08:00 - Ħruq ta’ murtali tal-bomba u murtaletti. 12:00 - Ħruq ta’ murtali tal-bomba u murtaletti. 19:30 - Wara l-ħruġ tal-istatwa artistika tal-Madonna tar-Rużarju min-niċċa jsir ħruq ta’ salut, kaxxa infernali, murtaletti, murtali tal-beraq u murtali tal-kulur.

Il-Ħamis 29 ta’ Settembru

08:00 - Ħruq ta’ murtali tal-bomba u murtaletti. 12:00 - Ħruq ta’ murtali tal-bomba u murtaletti. 20:00 - Ħruq ta’ blalen, sfejjer, murtali tal-logħob, murtali tal-kulur u kaxxa infernali Il-Ġimgħa 30 ta’ Settembru

08:00 - Ħruq ta’ murtali tal-bomba u murtaletti. 12:00 - Ħruq ta’ murtali tal-bomba u murtaletti. 21:00 - Ħruq ta’ blalen, sfejjer, murtali tal-logħob, murtali tal-kulur u kaxxa infernali 23:30 - Spettaklu ta’ nar issinkronizzat mal-mużika minn fuq il-bejt tal-każin.

Is-Sibt 1 ta’ Ottubru

08:00 - Ħruq ta’ murtali tal-bomba u murtaletti. 12:00 - Ħruq ta’ murtali tal-bomba u murtaletti. 18:30 - Ħruq ta’ salut, kaxxa infernali u diversi settijiet ta’ murtali bil-logħob. 21:00 - Jingħata bidu għall-ispettaklu Stars of Fire (The Original) sinkronizzat mal-mużika, li jinkludi salut, blalen, sfejjer u praxex. Wara ħruq ta’ diversi settijiet ta’ murtali bil-logħob, murtali tal-beraq u murtali tal-kulur. Dan l-ispettaklu jintemm bi gran finale spettakolari. 00:00 - Spettaklu ta’ nar tal-art mekkanizzat akkumpanjat bil-mużika.

Il-Ħadd 2 ta’ Ottubru

08:00 - Ħruq ta’ murtali tal-bomba u murtaletti. 12:00 - Ħruq ta’ murtali tal-bomba u murtaletti. 19:00 - Waqt il-ħruġ tal-purċissjoni jinħaraq salut u kaxxa infernali. Jinħarqu diversi settijiet ta’ murtali bil-logħob, murtali tal-beraq u murtali tal-kulur. 20:45 - Waqt id-dħul tal-purċissjoni tinħaraq kaxxa infernali tal-kulur li tispiċċa bi ħruq ta’ diversi praxex.

In-nar kollu hawn fuq imsemmi nħadem volontarjament mill-membri tal-La Stella Fireworks Factory talGudja. Għall-aħħar aġġornamenti dwar dawn l-esebizzjonijiet segwu l-paġna fuq Facebook.

Messaġġ mis-Sezzjoni Nisa

Ix-Xahar ta' Qalbna

Annie Busuttil

Għad-dinja kattolika rumana kollha, partikolarment għalina l-Gudjani, ix-xahar ta’ Ottubru huwa x-xahar iddedikat lill-Madonna tar-Rużarju. Għalina l-Gudjani x-xahar ta’ Ottubru huwa wkoll sinonimu mal-festi esterni sbieħ li ntellgħu ad unur ilMadonna tar-Rużarju. U kif jista’ jkun ma jsirx hekk din is-sena meta l-vara artistika tagħna ser tagħlaq 100 sena? Bdejna f’Mejju u se nkomplu f’Ottubru.

In fatti, aħna l-partitarji tas-Soċjetà Filarmonika La Stella ma naħsbux biss fil-festa tal-Madonna tar-Rużarju f’Ottubru biss. Għalina li l-fjamma tal-festa tħeġġeġ ġo fina matul is-sena kollha, x-xogħol bi tħejja għal dan ix-xahar ma jieqaf qatt. Għalhekk flimkien ma’ sħabi n-nisa fi ħdan is-soċjetà tagħna, kif ukoll b’ħafna għajnuna miż-żgħażagħ u mill-kumitat ċentrali, din is-sena erġajna ħdimna fuq programm t’attivitajiet diversi sabiex permezz tal-fund-raising inkunu nistgħu nikkontribwixxu għal festa sabiħa minn kull aspett. Nieħu din l-opportunità sabiex nirringrazzja lil dawk kollha li jgħinuna fl-attivitajiet imsemmija għax mingħajr ix-xogħol tagħkom il-festa ma tkunx possibbli. Nirringrazzja wkoll lil dawk kollha li tattendu għallattivitajiet għax b’hekk biss ix-xogħol li nagħmlu jissarraf f’suċċess.

Ovvjament ix-xogħol tagħna jilħaq il-milja tiegħu propju f’dan il-perjodu u għaldaqstant nappella lilkom partitarji sabiex fiż-żmien tal-festa tattendu bi ħġarkom għal dak kollu li jkun qed jiġi organizzat. B’hekk ilkoll flimkien inkunu nistgħu nkomplu nkunu ta’ sostenn finanzjarju għall-festa filwaqt li nieħdu pjaċir flimkien f’atmosfera familjari u divertenti.

Infakkarkom ukoll fil-funzjonijiet tal-knisja sabiex ilkoll kemm aħna jkollna festa mimlji hena, risq u fuq kollox paċi. Viva s-Sultana tar-Rużarju Mqaddes. Viva r-Reġina ta’ Ottubru.

This article is from: