1 minute read

Messaġġ mill-Arċipriet

Il-Perikli;

Il-membri kollha stqarrew kemm il-perikli huma ikkalkulati sew u pjuttost jidraw jgħixu bihom! Il-prekawzjonijiet jittieħdu kollha, pereżempju t- taħlit isir biss minn dawk bil-Licence A. L-aġġornamenti f’Ta’ Kandja jittieħdu bis-serjetà inkella l-liċenzja ma tiġġeddidx. Skont il-membri, fit-triq hemm iktar periklu!

Advertisement

Il-Finanzi; Għall-grazzja t’Alla l-La Stella Fireworks Factory tgawdi fama mill- aqwa. Hu għalhekk li bosta rħula Maltin u Għawdxin jixtru n-nar mingħand La Stella għall-festi tagħhom. Dan jibqa’ sors importanti ta’ dħul finanzjarju li mingħajru il-kamra tbati ħafna iktar iż-żieda enormi fil-prezzijiet ta’ dawn l- aħħar sentejn. L-ispejjeż jibqgħu uġigħ ta’ ras kbira. Biex tixtri l-materjal, iġġorr ix-xogħol maħdum lest għall-għalqa tal-ħruq taħt is-sorveljanza tal-pulizija, il- kiri tal-fire-engine waqt il-ħruq u bosta intriċċi oħra, wieħed jaħbat jaqta’ qalbu u li ma jkunx għall-għaqal u l-kollaborazzjoni ta’ kulħadd, kieku ma nkampawx.

Konklużjoni;

Ħbieb nistedinkom biex matul il-ġimgħa tal-festa, meta titpaxxew bil-wirjiet pirotekniċi tal-La Stella Fireworks La Stella, taħsbu ftit dwar l-umanità kollha li hemm wara kull murtal! U għala le, għidu Ave Maria lill-Madonna tar-Rużarju għallbżonnijiet spiritwali u materjali tal-ħbieb tagħna!

Messaġġ mill-Arċipriet

Marija Omm ir-Rużarju

Kanonku Norman Zammit

Marija hija l-omm li tintervjeni waqt is-siegħa tal-bżonn. B’hekk il-poplu nisrani jħares lejha bħala wlied itturufnati f’dan il-wied tad-dmugħ u jitlobha. Li Marija tkun l-omm tagħna huwa fatt li Ġesù nnifsu tagħha lilna minn fuq is-salib.

B’hekk kontinwament Marija tħossha responsabbli minna, u tħeġġiġna biex nitolbu. X’jiswa li ngħid li nħobb lil Marija, li niċċelebra festa tal-Madonna, u mbagħad ma nitlobx? X’jiswa li niċċelebra l-festa tal-Madonna tar-Rużarju u mbagħad ir-rużarju illi hija l-aktar talba għall-qalb Marija Santissima ma nitlobhiex?

F’kull dehra l-Madonna ħeġġet it-talba tar-rużarju.

Għaliex?

Għax fiha tarana nikkontemplaw il-ħajja ta’ binha Ġesù fil-posti. Fiha tarana ngħidu t-talba tal-Missierna li għallimna Ġesù stess. Fiha nikkontemplaw il-ġrajja tal-inkarnazzjoni ta’ Ġesù waqt li ngħidu s-Sliema. Fil-Glorja tarana naduraw lil Alla Trinitarju.

Mhux ta’ b’xejn li anke l-kwadru tant antik tal-Madonna tar-Rużarju, kemm filparroċċa tal-Gudja kif ukoll f’diversi parroċċi oħra, insibuh imdawwar bi kwadretti żgħar li juru l-posti tar-rużarju. L-ewwel nett kien mezz kif jitgħallmuhom u jibqgħu jiftakruhom. Hawn nixtieq niġbed l-attenzjoni, nispera li għall-inqas min qed jaqra dan l-artiklu jaf il-posti tar-Rużarju u jaf jgħid ir-Rużarju. Jekk ma tafx tgħid ir-rużarju niġbidlek l-attenzjoni biex tkellimni sabiex nagħtik fuq xiex tista’ timxi.

Jekk verament tħobb lill-Madonna toqgħodx kwiet mingħajr ma titlob din it-talba tant għażiża.

This article is from: