
1 minute read
Messaġġ mid-Delegat tal-Banda
Ċelebrazzjonijiet 100 Sena Fostna Oratorju Madonna tar-Rużarju 28 ta' Mejju 2022

Advertisement

Suċċess, Sagrifiċċju, Impenn u Umiltà
Glen Grioli A(Mus)LCM
Is-suċċess fiha ċertu piż u ma tistax tirreferi għalih mingħajr dawk l-affarijiet kollha important li jiġu qabel. Dawn huma sagrifiċċju, impenn u umiltà.
Ħbieb, wara li fl-2019 għamilna festa kif tixraq f’għeluq il-mitt sena mit-twaqqif tas-Soċjetà tagħna, ma nistax nesprimi l-ferħ li għandi ġewwa fija peress li wara sentejn weqfin minħabba l-pandemija, ser tkun sena speċjali li fiha ser nerġgħu niċċelebraw festa normali. Dan fid-dawl tal-mitt sena mill-wasla tal-istatwa talMadonna tar-Rużarju fil-Gudja. Konna xxurtjati biżżejjed li qabel il-pandemija għalaqna b’ċentinarju u ser nerġgħu niftħu b’festa ċentinarja.
Bħala delegat u segretarju tal-banda bilfors irrid insemmi l-isfidi kbar li ltqajna magħhom f’dawn l-aħħar sentejn. Tlifna ħafna mir-rutina tas-soltu fejn jidħol tagħlim imma bis-saħħa tat-teknoloġija bqajna għaddejjin bl-aħjar mod li stajna virtwalment. Ta’ dan nirringrazzja lill-għalliema tal-iskola mużikali tagħna li bissaħħa tagħhom dan seta’ jkun possibbli.
L-2022 hija sena speċjali immens għal banda tagħna. Nibda billi nsemmi l-Oratorju Madonna tar-Rużarju li ttella’ fit-28 ta’ Mejju, kompożizzjoni tal-bravu Surmast Direttur tal-Banda La Stella Michael Pulis u lirika tal- Kavallier Carmel Bianchi li bilprofessjonalità tagħhom tellajna talba devota mill-isbaħ kif jixraq lill-Madonna. L-għada l-banda ħadet sehem f’purċissjoni bil-vara fejn indaqqu innijiet Marjani.
Insemmi wkoll is-servizzi li l-banda tagħna għamlet fil-festa ta’ Santa Marija. Fittliet servizzi kollha li ħadna sehem il-banda kienet kumpatta f’kull sezzjoni u kienet banda kif jixraq. B’hekk il-banda La Stella toħroġ reġgħet ħarġet b’rasha mgħollija. Dan jgħodd kemm għall-marċi brijjużi kif ukoll waqt il-programm ta’ lejliet il-festa fejn indaqqet mużika varjata għal gosti ta’ kulħadd inkluż l-Innu Marija Tielgħa s-Sema ta’ Giuseppe Deidun bil-vuċi ta’ Sachelle Schembri.
Għal festa ad unur il-Madonna tar-Rużarju l-banda ser ikollha wkoll bosta