1 minute read

Messaġġ mis-Sezzjoni Żgħażagħ

Messaġġ mis-Sezzjoni Żgħażagħ

Advertisement

Naħdmu Flimkien

Wara s-suċċess kbir li kellna fil-festa tal-2019, fejn iċċelebrajna l-100 sena mittwaqqif tas-Soċjetà, kellna nħabbtu wiċċna ma' sentejn koroh fejn ħajjitna nbiddlet ta' taħt fuq. Dlonk sibna ruħna nippjanaw kif ħa niċċelebraw ċentinarju ieħor, dak tal-100 sena mill-wasla tal-vara artistika tal-Madonna tar-Rużarju, Għalhekk flimkien xammarna l-kmiem biex dis-sena nagħmlu suċċess ikbar minn qatt qabel.

Dħalna f'dan il-kumitat biex inkomplu nkabbru u nsebbħu din il-festa tant għażiża għalina sabiex din il-festa tkompli tkun fl-ogħla livell. Għal ħafna minna kienet ħaġa naturali li nidħlu f'dan il-kumitat għax kbirna u trabbejna nattendu f'din is-soċjetà mal-familjari tagħna. Għal oħrajn li forsi mhux ġejjin minn familji li huma daqshekk midħla tal-festi fil-Gudja, kienet għażla naturali li jibdew jiffrekwentaw is-sede tagħna għax raw b'għajnejhom li din hija soċjetà ħajja u żagħżugħa, li tinkludi lil kulħadd u fejn isir xogħol bla waqfien sabiex ir-raħal tagħna jissemma dejjem għal affarijiet pożittivi.

Bħala kumitat taż-żgħażagħ qegħdin naħdmu sabiex dan l-anniversarju importanti tal-100 sena jkun wieħed memorabbli. Dan il-proġett, li ġol-Gudja qatt ma sar bħalu, irrikjeda ħafna ħin, paċenzja u sagrifiċċji, iżda meta tara r-riżultat tiegħu żgur mhux forsi wieħed jitpaxxa bih.

Għandna kull unur u kburin li nagħmlu parti minn din is-Soċjetà. Biex nikkonkludu nixtiequ nirringrazzjaw il-kumitati kollha li dejjem sibnihom ta' spalla u tal-fiduċja li urew fina.

F'isem is-sezzjoni żgħażagħ nawguraw il-festa t-tajba lil kulħadd. Viva r-Reġina ta' Ottubru. Viva il-Madonna tar-Rużarju.

Bilwieqfa mix-xellug għal-lemin: Kayla Galea, Eurielle Dalli, David Farrugia, Christine Borg

Bilqiegħda mix-xellug għal-lemin: Roasia Dalli, Soraya Caruana, Francesca Fabri

This article is from: