5 minute read

Messaġġ mid-Direttur

Messaġġ mill-Kaxxier

Grazzi Mhix Biżżejjed

Advertisement

Malcolm Zammit

Jekk il-pandemija ma servietx ta' ġid minn bosta aspetti, żgur li serviet biex ilbniedem jieqaf ftit mill-ħajja magħġla ta' kuljum u japprezza dawk l-affarijiet li sa ftit tas-snin ilu kienu ovji għal kull persuna. Jkolli nammetti magħkom li fiż-żmien tal-pandemija l-kariga tiegħi ta’ kaxxier ukoll ġegħlitni nsir aktar konxju tas-sagrifiċċji kbar li jsiru minnkom soċi u benefatturi. Sabiex nagħti ftit eżempji; min jaf kemm hemm minnkom li tirrifjutaw milli tagħmlu sahra fuq il-post tax-xogħol biex ikollkom aktar ħin f'idejkom għall-volontarjat? Insemmi wkoll il-fjuwil li jintuża mill-karozzi privati tagħkom biex fl-aħħar mill-aħħar taqdu n-neċessitajiet tas-soċjetà. Min jaf kemm-il darba evitajtu li tiġu għandi b'xi rċevuta u minflok tagħmlu tajjeb għalija inthom minn butkom? Min jaf kemm (u dan huwa sinifikanti ħafna) wħud minnkom tqattgħu ħin ‘l bogħod mill-familja? Ta’ dan is-Soċjetà verament għandha tkun grata.

Għalkemm is-Soċjetà tagħna mhijiex waħda numeruża fil-membri mqabbla ma’ każini oħra f’irħula kbar, il-qalb tal-membri tagħna hija kbira wisq. Dan ħareġ fi żmien il-pandemija għaliex flok il-kumitat issospenda l-ħidma ġenerali tiegħu, ikkonċentra u ħadem fuq diversi investimenti li kienu meħtieġa li jsiru fis-Soċjetà tagħna. Il-kelma investiment torbot magħha element finanzjarju u hawnhekk tidħol il-qalb kbira tal-membri tagħna. Il-kotba finanzjarji tal-każin jikkonfermaw li l-każin ftit li xejn involva ruħu finanzjarment għaliex ħafna mill-istess proġetti għamlu tajjeb għalihom il-membri u l-benefatturi . Għalhekk ser nagħti rendikont żgħir tax-xoghol sabiex verament taraw kemm hi kbira l-qalb ta’ dan il-partit.

Sa minn dejjem inħasset il-ħtieġa sabiex il-każin ikollu aċċess għal nies b’nuqqas ta’ mobbiltà. Illum il-kazin għandu dan l-aċċess b’entratura ġdida min-naħa talknisja. Kif qed insemmi l-faċċata tal-ġenb tal-kazin ma nistax ma nsemmix ir-restawr li sar kif ukoll inbidlu l-apperturi kollha u anke inxtara dawl addattat biex jkompli joħroġ is-sabiħ tal-faċċata filgħaxija. Il-bar ukoll kien fil-pjanijiet tagħna u tajnieh

dehra aktar moderna li tikkumplimenta s-swali tal-bottegin. Proġett ambizjuż ieħor li sewa lil każin eluf ta’ euro jinvolvi l-midja soċjali u l-era diġitali. Il-kumitat iddedika uffiċċju bl-għodda kollha mehtiega li ser tagħtina l-opportunità li d-dokumenti u l-mużika tas-Soċjetà jinqalbu u jsiru diġitali. Dan il-proġett fetaħ ukoll opportunità liż-żgħażagħ tagħna sabiex jkunu jistgħu jaħdmu fuq il-projections tat-3D mapping. Fl-2019 tajna spettaklu mill-isbaħ fuq il-faċċata tal-każin. Dan l-ispettaklu li ser nerġgħu nirrepetuh b’mod differenti f’din il-festa. Iżda din id-darba dan ser ikun maħdum miż-żgħażagħ tagħna. Il-midja soċjali ser titmexxa wkoll minn dan l-istess uffiċċju. L-investimenti ma waqfux hawn. Investejna wkoll fl-attivitajiet. Barra l-amara li xtrajna biex nakkomodaw aktar lill-membri numerużi li qed jattendu għal attivitajiet tagħna, investejna fi kċina moderna, nibnija b’dak kollu neċċesarju u skont il-ligi sanitarja. U jekk mhux biżżejjed, grazzi u frott is-sagrifiċċji li għamlu ilbenefatturi tagħna illum is-Soċjetà xtrat ukoll lifter li ser jgħin mhux ftit lil grupp talarmar li jkun qed jarma ir-raħal tagħna f’dawn iż-żminijiet. Proġett ieħor li investejna fih kien set bnadar mill-isbaħ għal kull okkażjoni kemm lokali kif ukoll nazzjonali. Il-ħadid tat-taraġ prinċipali wkoll qiegħed fil-pjanijiet tagħna biex sal-ahhar ta’ din is-sena jitlesta wkoll. Wieħed mill-investimenti li żgur ħadd ma ħolom li s-Soċjetà tagħhna tagħmel huwa l-proġett li qed issir fid-daħla prinċipali tar-raħal tagħna. Fejn ma wasalx ħadd ieħor, minkejja li kellu ċ-ċans, illum ngħid li wasalna aħna. Dan il-proġett għalih kienu meħtieġ eluf ta’ euro. Dan għaliex fhimna li dan mhux xi proġett li jinbidel tul is-snin iżda ser jibqa’ jitgawda mill-ġenerazzjonijiet futuri. Fejn kien meħtieġ li jsir irħam ma għamilniex madum, fejn kien meħtieġ li nużaw ġebla Maltija, ma użajniex fiber glass, fejn kien mehtieg li nqabdu nies professjonali ma qabbadniex dilettanti u nista’ nibqa’ insemmi eżempju wara ieħor. L-storja ta’ mitt sena ilu ser terġa’ tirrepeti ruħha b’avveniment ieħor li ser ikompli jorbot lir-raħal tagħna mal-Madonna tar-Rużarju.

Dan kollu seta’ jsir biss bil-ħila tagħkom il-membri u benefatturi li tant temmnu u tissaportjaw dak kollu li l-kumitat jipproponi. Għaddejna minn sentejn iebsin bil-pandemija u rrnexxielna nagħmlu dan kollu. Għalhekk issa wasal iż-żmien biex flimkien niċċelebraw u nirringrazzjaw lil Ommna Marija li baqgħet tħarisna u li tagħtna ċ-ċans biex finalment niċċelebraw b’mod sħiħ l-anniversarju tal-100 sena mill-wasla tagħha fil-raħal sabiħ tagħna.

Messaġġ mid-Direttur Impenn u Mħabba

Joseph Calleja

Għeżież partitarji tas-Soċjetà, għal sena oħra ntlabt inkun id-Direttur Ġenerali tal-każin tal-Filarmonika La Stella. Forsi ħafna ma jafux dan xi jfisser u x’jinvolvi. Fi ftit kliem il-ħidma tiegħi hija li nieħu ħsieb l-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet li jittieħdu fil-laqgħat tal-kumitat eżekuttiv. Nistqarr magħkom qarrejja li din hija pożizzjoni tassew gratifikanti għax dak li jitfassal fuq il-karta, jiena niġi fdat nwettqu fil-prattika flimkien mal-kumplament ta’ sħabi.

Kollha nafu li dawn l-aħħar snin kienu kemmxejn tqal u differenti mill-bqija, però l-kumitat tagħna xorta baqa’ jiltaqa’ fejn kien possibbli u xorta baqa’ għaddej bil-ħidma sabiex itejjeb l-operat u l-infrasstruttura tas-Soċjetà. Fl-aħħar sentejn biddilna l-aperturi kollha tas-sede (ħidma tas-Sur Simon Cassar), irrestawrajna l-faċċata u anke il-ġenb tas-sede, xogħol tal-ġebla li jinvolvi ħafna paċenzja (ħidma tas-Sur Anthony Vella), lestejna aċċess għall-pushchairs u l-wheelchairs, inħoloq uffiċċju għaż-żgħażagħ armat b’kompjuter bl-aħħar tekonoloġija. Dan kollu, u iktar, irnexxielu jsir meta ħafna mir-riżorsi tas-Soċjetà kienu mixħuta bi sħiħ fuq firroundabout ta’ quddiem il-Palazz Dorell li minn roundabout illum nistgħu ngħidu li għamilna proġett/monument ta’ livell. Sa nasal ngħid li kull meta noħroġ mid-dar niċċassa nħares lejn dan is-sit u verament nitqanqal meta nara sa fejn konna kapaċi naslu. Is-sigriet huma bla dubju l-impenn u fuq kollox l-imħabba. Jiena nemmen bi sħiħ li wieħed mill-pilastri fil-ħidma tagħna hija l-imħabba; imħabba għal dak kollu li nagħmlu, imħabba lejn xulxin, imħabba fit-twemmin bla qies lejn il-Madonna. Ixxogħol huwa kollu espressjoni ta’ mħabba kbira. Għalhekk li nagħmlu aħna dejjem ikun suċċess, sa mill-iċken żrara sa l-akbar opra.

Jien dejjem bil-bieb miftuħ għal kull min jixtieq ikun parti minn din l-organizzazzjoni ffukata fuq il-ħidma u lest ukoll li dak li naf u ngħaddih bil-qalb kollha liż-żgħażagħ u l-ġenerazzjonijiet futuri. L-appell tiegħi huwa ħudu l-okkażjoni tal-festa sabiex

nkomplu ningħaqdu u nersqu lejn xulxin, ninsew id-differenzi u nimxu ‘l quddiem b’għan wieħed sabiex inkomplu nesprimu l-imħabba tagħna lkoll b’risq il-ħidma tasSoċjetà Filarmonika La Stella u konsegwentament lejn Ommna Marija taħt it-titlu tar-rużarju mqaddes. Viva l-Madonna tar-Rużarju Viva l-Każin tal-Istilla

This article is from: