
2 minute read
Programm Festa Esterna
ww w .mfelectrix.com.mt
Programm Festa Esterna
Advertisement
Il-Ġimgħa 23 ta’ Settembru
20:00 - Ikla fil-pjazza tal-Gudja quddiem il-każin b’ikel u divertiment għal kulħadd.
Is-Sibt 24 ta’ Settembru
19:45 - Inawgurazzjoni tal-monument tal-Madonna tar-Rużarju fid-daħla tal-Gudja b’tifkira tal100 sena mill-miġja tal-vara proċessjonali li ssebbaħ ir-raħal tal-Gudja fil-jum tal-festa.
Il-Ħadd 25 ta’ Settembru
18:30 - Festa Tfal. Manifestazzjoni bi statwa tal-Madonna tar-Rużarju mmexxija mit-tfal bissehem tal-Banda La Stella. Wara l-familji huma mistiedna jaraw esebizzjoni mtellgħa mit-tfal stess. Il-parteċipanti se jingħataw tifkira tal-okkażjoni.
It-Tnejn 26 ta’ Settembru
20:30 - Riċeviment għas-soċi u l-għaqdiet.
It-Tlieta 27 ta’ Settembru
18:00 - Ħruġ min-niċċa tal-vara artistika tal-Madonna tar-Rużarju, professazzjoni ta’ fratelli ġodda fi ħdan il-Fratellanza tas-S.Smu Rużarju u preżentazzjoni ta’ trabi. Iktar tard kulħadd ikun mistieden għal fis-sede tas-Soċjetà Filarmonika La Stella għal get together informali.
L-Erbgħa 28 ta’ Settembru
20:00 - Pizza Night imtella’ mis-Sezzjoni Żgħażagħ fil-bitħa tas-Soċjetà Filarmonika La Stella. F’din l-attività ser jiżżanżan proġett mill-isbaħ li ħadmu fuqu ż-żgħażagħ b’tifkira tal-100 sena mill-miġja tal-vara tal-Madonna tar-Rużarju.
Il-Ħamis 29 ta’ Settembru
20:30 - Programm vokali u strumentali bl-isem Night from the Movies mtella’ mill-Banda La Stella taħt id-direzzjoni tas-Surmast Michael Pulis b’direzzjoni wkoll tas-Sur Glen Grioli. Il-Ġimgħa 30 ta’ Settembru
20:30 - Il-Banda Maria Mater Gratiae tibda marċ minn quddiem il-każin li jdur mat-toroq talGudja. Il-marċ jintemm bit-tlugħ tal-vara tal-Madonna tar-Rużarju fuq il-pedistall. Wara l-marċ jingħata bidu għall-spettaklu awdjo-viżiv fil-pjazza tal-Gudja, spettaklu uniku li jinkludi 3D projection mapping u nar sinkronizzat mal-mużika minn fuq il-bejt tal-każin.
Is-Sibt 1 ta’ Ottubru
20:30 - Il-Banda Sant’ Andrija ta’ Ħal Luqa tesegwixxi program mużikali fuq il-planċier taħt iddirezzjoni tas-Surmast Micheal Pulis. Wara l-programm, il-Banda Sant' Andrija tibda marċ minn quddiem il-każin li jdur mat-toroq tal-Gudja.
21:00 - Għad-dilettanti tan-nar il-La Stella Fireworks Factory ser itella’ spettaklu pirotekniku b’ murtali tradizzjonali kif ukoll spettaklu ta’ nar sinkronizzat mal-mużika. Wara jingħata bidu għal wirja ta’ nar tal-art mekkanizzat fi Triq Bir Miftuħ.
Il-Ħadd 2 ta’ Ottubru
11:00 - Il-Banda La Stella tibda marċ grandjuż fost il-briju tal-partitarji Riżurjanti. 19:00 - Tingħata bidu għall-puċissjoni bil-vara artistika tal-Madonna tar-Rużarju. L-Għaqda talMużika San Gejtanu takkumpanja l-ħruġ tar-Reġina tar-Rużarju b’innijiet minn fuq il-planċier. Wara tkompli bi programm mużikali. 21:00 - Dħul tal-purċissjoni. L-Għaqda tal-Mużika San Gejtanu ssellem lill-Madonna tar-Rużarju b’innijiet popolari. 21:30 - L-Għaqda tal-Mużika San Gejtanu tibda marċ minn Triq il-Kbira sa quddiem ilkażin fejn isir l-għeluq ta’ din il-festa ċentinarja. It-Tnejn 3 ta' Ottubru
18:30 - Niltaqgħu quddiem il-każin sabiex immorru għall-ikla tal-għada tal-festa.
Għall-aktar dettalji u aġġornamenti nirrakomandaw li wieħed isegwi s-siti soċjali tas-Soċjetà.
