
1 minute read
Messaġġ mid-Direttur Spiritwali
Marċ ta' filgħodu mill-Banda La Stella Festa Santa Marija 15 ta' Awwissu 2022

Advertisement

Messaġġ mid-Direttur Spiritwali
Minn Wara l-Murtal
Fr Tony Pace
Dan l-aħħar iltqajt mal-membri tal-Kamra tan-Nar La Stella. Qattajna l-isbaħ sagħtejn nitkellmu kemm dwar il-piroteknika, kif ukoll dwar il-ħajja lil hinn mill- kamra tannar.

Fuqiex Tkellimna?
Aħjar tistaqsuni fuqiex ma tkellimniex! Il-volontarjat, il-familja, ir-relazzjonijiet, id-dubji tal-Fidi li jkollu kulħadd, il-passatempi, ix- xogħol, il-problema tat- tbatija fid-dinja ...
Insomma, mill-ewwel tinduna li dawn huma persuni normali, bil-ferħat, bl-uġigħ ta’ qalb u bil- problemi kollha li titfgħalna għal wiċċna l-ħajja. F’laqgħa hekk tiskopri l-umanità li hemm wara dawk il-murtali u l-ġigġifogu li tant isebbħu u janimaw ilfesti tagħna.

Professjonalità;
Horace Camilleri huwa l-ex-Licensee tal-kamra. Jidher ċar li jgawdi rispett kbir minn sħabu u l-pariri tiegħu jibqgħu utli kemm għall-andament tal-ħarqa kif ukoll għassigurtà tal-membri. Il-Licensee preżenti huwa Matthew Falzon li bil-ħlewwa imma b’dixxiplina, huwa l-ħolqa mal-kumitat ċentrali tal- każin u jistinka kontinwament biex il-membri voluntiera jagħtu l-kontribut tagħhom filwaqt li jibżgħu għal xulxin.
Il-Familja La Stella;
Impressjonani s-sens qawwi ta’ camarderie. Il-problemi li jkollu Matthew, jew Frans, Manwel, Horace, Raymond, Żaru, Ġanni jew kull membru ieħor tal-kamra, isiru l-problemi ta’ kulħadd b’sens qawwi ta’ solidarjetà mill-aqwa. Ġanni Muscat stqarr kif meta jasal il-mument li l-membri jitilgħu l- knisja wara d-dħul tal-vara u jpoġġu dik il-warda fuq il-bradella bħala turija ta’ devozzjoni u ringrazzjament li kollox għadda b’wiċċ il-ġid, jaqbiżlu d-dmugħ bil- ferħ li jħoss. Ġanni jkun ilu ġimgħa jitlob: “Madonna, mhux importanti li l-wirja piroteknika tmur sew, l-importanti li jitilgħu mill-għalqa tal-ħruq mingħajr l-iċken girfa!”
Barra l-Kamra tan-Nar;
Il-membri jieħdu l-impenn tal-piroteknika bl-ikbar serjetà. Ftit li xejn jibqa’ ħin għal attivitajiet oħra. Imma xorta semmewli lista ta’ attivitajiet li jagħmlu fil-ftit ħin liberu li jkollhom. Horace jibqa’ n-nannu, b’erbat itfal u sitt neputijiet jistennewh id-dar! Imbagħad semmewli x-xogħol fir-raba’, l- attendenza għal xi logħba futbol, il-kaċċa, is- sajd u l-insib!

