
2 minute read
Messaġġ mill-Fratellanza tas-S.Smu Rużarju
Spettaklu Finali - Il-Marċ tal-Iljun Festa Madonna tar-Rużarju 4 ta' Ottubru 2019

Advertisement
Messaġġ mill-Fratellanza tas-S.Smu Rużarju
100 Sena Vara

Għall-Fratellanza tas-S.Smu Rużarju ma jistax ikun hemm sena iżjed partikolari minn dik li qed niċċelebraw din is-sena. Sena li fiha qed infakkru l-mitt anniversarju millwasla tal-vara mill-isbaħ tal-Madonna tar-Rużarju (xogħol ta’ Anġlu Dalli, Gudjan). Dan wara li 71 sena qabel (fl-1851) kienet ġiet ikkummissjonata l-Madonna tarRużarju li tinsab fil-kappella tal-Lunzjata (xogħol ta’ Anton Chircop). Daqshekk hi ġo qalb il-Gudjani l-Madonna tar-Rużarju. Illum, ‘l fuq minn 170 sena wara, il-Madonna tar-Rużarju tidher li għada sewwa fil-qlub tagħna u forsi xi ftit mill-mertu ta’ dan huwa tal-Fratellanza tas-S.Smu Rużarju.
Ġeneralment f’dawn il-messaġġi wieħed isib rendikonti ta’ xogħlijiet varji missetturi li jorganizzaw il-festa. Hekk għandu jkun għax it-trasparenza hekk titlob. Għalhekk se nkellimkom fuq proġett li ilna naħdmu fuqu mill-2015. Dan il-proġett ħadilna ħafna ħin u ħafna riżorsi. Dan huwa l-iktar proġett li jagħtina sodisfazzjon. Jismu l-proġett fratelli. Permezz ta’ dan il-proġett, il-fratellanza tagħna, tista’ tkompli tħares ‘l quddiem. Din is-sena, wara nuqqas ta’ sentejn, erġajna bdejna nipparteċipaw fil-funzjonijiet tal-parroċċa u r-rispons tal-fratelli jimlina bil-kuraġġ. Għall-Fratellanza tas-S.Smu Rużarju, fid-dinja tal-lum u bir-riżorsi li għandna, dan huwa l-isbaħ proġett li stajna ninawguraw għall-100 sena mill-miġja tal-vara talMadonna tar-Rużarju.
Iżda kollox irid ikun u bla dubju ħdimna wkoll fuq numru ta’ proġetti oħra li filmaġġoranza tagħhom jikkonsolidaw il-ġid li għandha l-Fratellanza. Bħala linja ġenerali l-mira tagħna hi li l-ewwel nieħdu ħsieb dak li hemm u għalhekk ma tantx nimbarkaw fuq proġetti “ġodda”. Din is-sena ser tkunu tistgħu tgawdu opra millisbaħ li nħaddmet u tħallset kollha mill-membri nfushom tal-kumitat tal-Fratellanza. Restawr ta’ gwarniċ u ventartal ġdid għal miegħu li għall-festa tal-Madonna tarRużarju se jkunu qed jintramaw fuq l-artal tal-kurċifiss. Se nkunu qed inżanżnu wkoll terħa u tvalja ġodda li wkoll ġew irregalati lil Fratellanza minn wieħed mill-membri
tal-kumitat. Intant bdejna wkoll il-proġett tal-bdil tad-damask li jeħel fuq l-artal tar-Rużarju peress li dan huwa propjetà tal-Fratellanza tas-S.Smu Rużarju u għaliex id-damask preżenti sfortunatament ftit li xejn fadallu ħajja. Ħdimna wkoll qattiegħ sabiex flimkien mas-Soċjetà Filarmonika La Stella tellajna programm memorabbli ta’ attivitajiet b’ċelebrazzjoni tal-100 sena mill-wasla tal-vara f’Mejju li għadda filwaqt li għaddejjin bit-tħejjija sabiex niċċelebraw festa mill-isbaħ nhar il-Ħadd 2 ta’ Ottubru.
Nagħlqu dawn il-kelmtejn billi nawguraw mill-qalb lis-Soċjetà Filarmonika La Stella tal-proġett mill-isbaħ li ser jirregalaw lill-Gudjani kollha fl-okkażjoni tal-100 sena vara; xbieha tal-Madonna tar-Rużarju li ser titgawda minn kulħadd u li ser tkun simbolu ħaj li jfakkarna fl-essenza tal-festa.
