Mid-Djarju ta’ Gio Maria Abdilla
Eks Prokuratur tal-Fratellanza tas-S.Smu Rużarju u Eks President tas-Soċjetà Filarmonika La Stella
F’din il-pubblikazzjoni qed niffukaw fuq il-ġrajja tal-wasla tal-vara tal-Madonna tar-Rużarju fil-Gudja. Wieħed mill-iktar rakkonti kredibbli u dokumentati li sibna huwa rakkont miktub minn Gio Maria Abdilla fit-8 ta’ Lulju 1922 (ftit tal-ġranet biss wara li seħħet il-ġrajja). Dak iż-żmien Gio Maria Abdilla kien Prokuratur talFratellanza tas-S.Smu Rużarju. Huwa kien ukoll bniednem li ħadem ħafna għal ġid tas-Soċjetà Filarmonika La Stella u infatti matul is-snin huwa okkupa diversi karigi. F’dan ir-rakkont, li huwa jsejjaħlu “Rakkont tal-Istatwa tar-Rużarju Venerata filKnisja Parrokjali matriċi tal-Gudja li saret fl-1922” wieħed jista’ jara u japprezza d-diffikultajiet u l-ostakli kollha li ħabbtu wiċċhom magħhom hu u sħabu sabiex irnexxielhom iwettqu l-ħolma tagħhom; dik li jżanżnu vara ġdida tal-Madonna tarRużarju. Għalkemm ma hemm l-ebda dubju li r-rakkont huwa viċin ħafna tal-verità (dan jikkonfermawh ukoll dokumenti oħra), din il-ġrajja hija ovvjament miktuba millperspettiva tal-awtur b’lingwaġġ u veduti li jirriflettu l-opinjoni tiegħu u ż-żmien li fih inkiteb.
L-Ewwel Parti
Kienet ġurnata minn ta’ Ottubru tas-sena 1921 meta f’idea li ġietni xtaqt nagħmel mezz illi nkompli ix-xewqa li kelli sa minn ċkuniti, iġifieri illi bħala prokuratur talFratellanza tar-Rużarju tal-Gudja nieħu ħsieb nagħmel statwa ġdida tar-Rużarju. Ġurnata fost il-ġimgħa f’xi s-sitta ta’ waranofsinhar il-kappillan Dun Ġużepp Spiteri mill-Belt kien qiegħed bilqiegħda fuq siġġu għall-frisk fejn iz-zuntier in-naħa ta’ San Ġużepp u jien ersaqt fuqu u ssuġġerejtlu l-idea li kelli u billi dak iż-żmien kien ipprojbit il-ġbir privat minħabba li kien qiegħed isir xogħol taż-żebgħa fil-knisja staqsieni jekk hux sejra ssir bil-ġbir inkella benefattur. Jien irrispondejt li benefattur u huwa qalli mela tista’ tibda x-xogħol. Irringrazzjajtu u tlaqt. Sentejn qabel dan il-fatt, ċertu Gio Maria Galdies bin Katerina Galdies Dalli u Giuseppe Dalli, iz-ziju ta’ dan Gio Maria Galdies kienu xtaqu jkunu benefatturi ta’
Soċjetà Filarmonika La Stella
Gudja - Festa Madonna tar-Rużarju64
Gio Maria Abdilla President tas-Soċjetà Filarmonika La Stella (1937 - 1948)(1952 - 1960)
Rożi Ġużeppi Katerina Speranza L-aħwa Dalli, li fl-1922 kienu l-benefatturi tal-istatwa talMadonna tar-Rużarju, maħduma mill-istatwarju Gudjan Angelo Dalli. (Antonio Dalli ma jidhirx fir-ritratti) Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Festa Madonna tar-Rużarju66
dina l-istatwa iżda billi ma kienx hemm permess li jsir ġbir u lanqas opri, ix-xewqa tagħhom ma setgħetx tiġi kompluta.
Meta għalhekk is-Sur Kappillan tani risposta li nista’ nibda x-xogħol, filgħaxija mort il-każin (Circolo La Stella No. 30 Strada Reale), sibt lil Giuseppe Dalli u Galdies Gio Maria (li kien President tal-imsemmi każin) u tlabthom illi billi issa għandna ċirkustanzi illi l-istatwa tista’ ssir irrid risposta sal-aħħar tax-xahar ta’ Ottubru 1921 jekk għadhomx bl-idea li jagħmlu l-istatwa, sabiex jekk ma jagħmluhiex huma nieħu ħsieba jiena. Ir-risposta wara ftit taż-żmien kienet iva.
Issa dak iż-żmien kien hemm ċertu Angelo Dalli (tas-Suffari) mill-Gudja miżżewweġ Ħal Tarxien li kien ilu joqgħod Ħal Tarxien xi 10 snin, dan kien raġel intelliġenti ħafna u meta kellu xi 25 sena kienet qiegħda tinbena l-faċċata tal-knisja tal-Gudja stess u dan daħal għax-xogħol b’lavrant iżda fi ftit taż-żmien bl-intelliġenza li kellu, kellu l-ħila jieħu x-xogħol taħt idejh u dderieġa x-xogħol tal-kampnari huwa. Fis-sena 1914 inqalgħet gwerra mal-Ewropa kollha u x-xogħol tal-bini spiċċa għal kollox. Għalhekk irrikorra għat-tarzna u daħal b’assisstent shipwright it-tarzna. Fis-sena 1918 ilgwerra spiċċat u bejn is-sena 1918 u s-sena 1919 tawh is-sensja.
Meta sab ruħu nieqes mix-xogħol ried jara x’se jagħmel u billi kellu xi idea taxxogħol tal-istatwi tal-kartapesta ta ruħu għal dan ix-xogħol. Fis-sena 1920, Dun Paul Zammit mill-Gudja, ħabib kbir ta’ dan Anġlu Dalli, kien rettur tal-Knisja ta’ Liesse il-Belt u sabiex jakkwista l-fama lil dan Dalli ordnalu statwa ta’ Liesse, Madonna bilbambin u tliet kavallieri u anġlu bi statwa żgħira f’idejh. Ix-xorti tat illi din l-istatwa rnexxietlu wisq u dan Anġlu akkwista fama liema bħala.
Meta għalhekk jiena ġejt biex nordna din l-istatwa sibt ruħi f’konfużjoni kbira fejn nordnaha, ridt kieku nordnaha għand Anġlu però bżajt li ma tirnexxix u fl-istess ħin ma ridtx nordna barra għaliex għedt illi biċċa ħobż aħjar jiekolha wieħed pajżan minn barrani. Ġurnata fost l-oħrajn kont għandu u rajt xi xogħol minn tiegħu li għoġobni ħafna u qbadna diskursata u tani kelma illi jekk ma tirnexxielux l-istatwa stajna ma nieħduhiex. L-idea għoġbitni u pproponejna li nippruvaw.
Fl-4 ta’ Novembru 1921 dan Anġlu ġie l-każin u hemm sar l-akkordju bejn Giuseppe Dalli u Angelo Dalli għax-xogħol tal-istatwa prezz Lm9-10, bil-kundizzjoni illi jekk ma tirnexxix ma jieħduhiex. Giuseppe Dalli ordnaha għan-nom ta’ ħutu Caterina Galdies Dalli, Pranz Dalli, Rosaria u Antonio Dalli.
Meta l-istatwa kienet ordnata jien ridt naħseb għall-pedistall. Bgħatt għall-ċertu Emmanuele Buhagiar skultur tajjeb u ħażżli disinn ta’ pedistall li malli rah il-poplu
Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Festa Madonna tar-Rużarju 2022 67
ngħoġob tassew u ordnajtulu Lm25 u x-xogħol sar taħt id-direzzjoni tas-Sur Carlo Farrugia, Chief Draughtsman tal-Gvern (mill-Gudja)
Il-pedistall sar bil-ġbir mill-fratelli u sar arbural ta’ Lm27 li minnhom sar il-pedistall, xogħol ta’ dijadema tal-fidda, girlanda tal-pedistall u forċini ġodda. Il-kumplament tal-ispejjes tħallsu mill-ġbir tal-flieles.
Ix-xahar ta’ Novembru 1921 ġara illi Dun Paul Zammit miet u billi l-kappillan kien xi ftit skoraġġit fuq it-telfa ta’ Mons. Schembri, kbir benefattur tiegħu, li rabbieh hu u li kien miet fil-15 ta’ Lulju 1921, u fuq inkwiet li bħala kap dejjem jiltaqa’ miegħu, talab lill-Mons. Isqof Dun Mauro Caruana sabiex imur Rettur ta’ Liesse flok il-mejjet Dun Paul Zammit u l-Isqof ikkonċedielu.
Għal din l-aħbar il-maġġorparti tal-popolazzjoni tal-Gudja tħawdet u għamlu l-mezzi possibbli sabiex jibqa’ hawn saħansitra saret petizzjoni bil-firem ta’ kulħadd (eċċezzjoni xi tużżana) taħt ċertu nutar miż-Żurrieq (ħu Dun Giuseppe mlaqqam tal-Lasta) iżda kollu għalxejn id-deċiżjoni kienet li l-kappillan immur Rettur ta’ Liesse.
It-Tieni Parti Ġara għalhekk illi l-pajjiż nqasam f’żewġ partiti, min kien favur il-kappillan u min kontra.
Dawk li kienu favur il-kappillan ħadmu kemm felħu sabiex il-kappillan ma jmurx u billi qassisin mill-pajjiż ma kien hemm ħadd isservew b’ittri anonimi kontra min ikun ġej u gerrxu xi sitt qassisin. Ġara għalhekk illi ċertu Dun Nicola Aquilina mis-Siġġiewi aċċetta l-kariga flok il-kappillan megħjun mill-partit kuntrarju.
Billi l-kappillan kellu xewqa kbira illi l-opra taż-żebgħa tal-knisja tiġi kompluta talab lil dan Dun Nicol illi jagħtih il-permess illi għalkemm ma jkunx hawn ir-raħal però nhar ta’ Ħadd jiġi jgħinu sabiex jiġbor u jassisti għall-knisja. Dun Nicol għoġbitu l-idea u aċċetta.
Fit-23 ta’ Diċembru 1921, il-kappillan telaq mir-raħal iżda mal-ewwel Ħadd li ġie, Dun Ġużepp Spiteri ddobba ħaruf, għamluh lotterija, u kien hemm profit ta’ Lm1-5. L-għedewwa tal-kappillan li kienu nies mill-partit taċ-Ċintura meta raw li l-kappillan sejjer jibqa’ jidher lejn ir-raħal waħħlu f’ras Dun Nicol illi jekk jibqa’ jiġi ‘l hawn Dun Ġużepp Spiteri r-raħal jinqasam f’żewġ partiti u li hu ma jkunx irrispettat. Dun Nicol, billi ġie mill-ewwel bl-idea tat-taħwid, emmen il-kliem tal-għadu u sab mezz sabiex ma jħallihx jiġi iżjed billi qallu illi qabel ma jkollu somma flus f’idejh ix-xogħol ma riedx ikomplieh. Il-kappillan Dun Ġużepp Spiteri xamm id-daqqa mill-ewwel u kif xterdet
Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Festa Madonna tar-Rużarju 202268
din l-aħbar ir-raħal nqasam f’żewġ partiti tassew. Dun Nicol għalhekk ġie abborrit mill-maġġorparti tal-popolazzjoni, li kien il-partit tar-Rużarju u tas-Sagrament u aċċettat mill-partit taċ-Ċintura.
It-Tielet Parti
Għall-ħabta ta’ Diċembru 1921 ix-xogħol tal-istatwa nbeda u mill-bidu tiegħu wera li x-xogħol sejjer jirnexxi. Ġara però illi meta ġie iqiegħed l-għajnejn tal-Madonna ma sabx tal-qies u qabditu konfużjoni kbira.
Staqsi minn hawn, u iġri minn hemm, u għajnejn tal-qies ma nistgħux insibu; iżżmien dieħel sewwa għalhekk kien fadal tama waħda. Huwa kien bagħat iġib 3 xhur qabel sett pari għajnejn ta’ kull daqs mill-Ġermanja għalhekk kellu fiduċja kbira li jirċevihom f’qasir żmien. Fl-aħħar ta’ Frar jirċievi ittra li waslu. Tista’ taħseb għalhekk b’liema ferħa mar għalihom, iżda ma damx ferħan wisq għaliex kif fetaħ il-kaxxa jsib illi flok sitt pari minn kull daqs irċieva tliet tużżani miż-żgħar kollha daqs wieħed. Tista’ taħseb għalhekk liema dwejjaq qabdu lill-imgħallem. Żmien x’jistenna ma għandux biex ma jlestix l-istatwa ma jistax ikun, għalhekk diġà kien iddeċieda li jagħmilhom biż-żebgħa.
Iżda qabel xejn jiena għidt bejni u bejn ruħi ħalli nerġa’ nagħmel tfittxija oħra forsi l-Madonna tlaqqani ma’ xi par. Mort il-Belt u Strada San Paolo kien hemm wieħed li kellu ħafna. Qallibtlu kull ma kellu u ma sibtx ħlief waħda farrada. Mort għalhekk ħosbien għand l-imgħallem u għedtlu bil-biċċa u qalli hekk hu, dik l-istess li sibt jiena hux, kienet fil-vetrina. Le weġibtu, jiena fil-kaxxa sibtha. Tal-vetrina ma rajthiex. Taf li qiegħed tħassibni qalli. Imur l-għada u Alla jista’ kollox isibhom it-tnejn jaqblu, hux veru miraklu? B’dana kollu kien fadallu biss xahar żmien iżda billi it-temp kien favorih l-istatwa kienet lesta fil-ħin. Il-ġmiel tagħha deher veru sublimi.
Issa wasalna għall-induratura. Dorna għalhekk il-Belt kollha u billi ma kienx hemm ħlief ħames ġimgħat żmien ix-xogħol m’aċċettah ħadd. Diġà konna qtajna qalbna. Fl-aħħar irrikorrejna għand ċertu Tomaso Bartolo u Giuseppe Farrugia mill-Imdina u x-xogħol aċċettawh. Għalhekk moħħna mistrieħ illi kollox sejjer jirnexxi kif tixtieq qalbna. Ix-xogħol tal-induratura nħadem tajjeb ħafna li ngħoġob minn kulħadd.
Ir-Raba’ Parti
Wasal għalhekk iż-żmien tat-tberik tagħha. Jiena bis-sinċerità kollha mort għand Dun Nicol Aquilina l-viċi kappillan biex niftiehem miegħu kif sejrin imberkuha. Ġara
Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Festa Madonna tar-Rużarju 2022 69
li dan Dun Nicol kien diġà tkellem ma’ Mons. Angelo Portelli, vikarju tal-Isqof Dun Mauro Caruana fuq l-istatwa u billi dan (l-Isqof) ma kienx jaf biha, waħħal f’rasu li l-istatwa ma jdaħħalhiex. Għalhekk dan Dun Nicol talabni r-rikors tal-Isqof. Jien irrispondejtu li rikors ma għandix għaliex il-kappillan stess kien qalli li m’għandix bżonn rikors għaliex l-istatwa saret minn benefattur. Dan irrispondieni li hemm bżonn rikors u ammonieni li billi iż-żmien daħal jaqbel illi mmur inkellem l-Isqof verbalment. Jien aċċettajt il-proposta.
L-għada filgħodu mort għand Portelli b’fiduċja kbira li meta jisma’ mingħandi r-raġuni l-għala ma għamiltx ir-rikors nirranġaw kollox bil-kwiet, iżda kontra qalbi ngħid li sibt kollox kuntrarju għaliex lanqas biss ilħaqt tgħarraftlu l-bidu tal-istorja li ma laqagħnix bil-ħażin mill-ewwel u assolutament mhux talli ma ried jaf b’xejn, iżda qalli wkoll li nista’ ma nagħmel ebda rimedju għaliex l-istatwa ma jaċċettahiex sabiex isservi tagħlima.
Tistgħu taħsbu għalhekk kif ħriġt minn quddiemu donni ras maqtugħa, iżda b’dan kollu l-fiduċja tiegħi soda f’Marija Santissima. Ma qtajt qalbi qatt li l-istatwa tibqa’ barra għalhekk tajt bidu għall-ħidma.
Filgħaxija dhert quddiem Dun Nicol u għedtlu kif kien laqgħani u rrispondieni li mmorru flimkien għand Portelli bil-ħsieb li l-kelma tiegħu tiġi mismugħa, iżda għallkuntrarju, Mons. Portelli deher ostinat aktar minn qabel. B’dana kollu l-fiduċja mhux maqtugħa għal kollox Dun Nicol issuġġerieli li mmorru għand Mauro.
Il-Ħames Parti
Fl-istess żmien ta’ dan kollu l-pajjiż kien imħawwad wisq. Diġá kien sar il-konkors għall-Kappillan iżda għall-eżami ma resaq ħadd. Meta l-Isqof ra hekk, kien jinsab ċertu qassis mill-Gudja sagristan maġġur f’San Pawl tal-Belt u bagħat għalih u talbu li jmur kappillan il-Gudja u dan minħabba ċ-ċirkustanzi tal-pajjiż aċċetta, resaq għall-eżami, għadda u rċieva l-karta li huwa deċiż kappillan, iżda ġara li sa filgħaxija il-volonta tbiddlitlu għal kollox b’mod tali illi tah ħass ħażin. Filgħodu kmieni mar malajr għand l-Isqof u annulla kull ma kien sar. Tista’ taħseb kif reġa’ sab ruħu Mons. Portelli wara tant taħbit għaliex assolutament ried li jagħmel lilu.
Kien jinsab ukoll mill-banda l-oħra s-segretarju tal-Isqof Mauro li dan kien jitħabat bil-bosta biex isir Dun Nicol kappillan u għaldaqstant huwa u Portelli kienu xi ftit impikati fuq din iċ-ċirkustanza għaliex Portelli lil Dun Nicol ma riedx jaċċettah. Mar mela Dun Nicol għand Mauro u kelmu fuq iċ-ċirkustanza tal-istatwa li dan
Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Festa Madonna tar-Rużarju 202270
Il-Madonna tar-Rużarju Qabel l-Induratura tal-1947
meta sema’ ir-raġunijiet fehem li ma kien hemm ebda diffikultà però qabel xejn jitkellem ma’ Portelli. L-istess ħin Dun Nicol kellem ukoll lis-segretarju li bħala ħabib tiegħu pproponielu li jgħinu kemm jista’. Jien mill-banda l-oħra rrikorrejt għand Dun Piet li dan tkellem ħafna ma’ persuni oħra ta’ kunfidenza ma’ Mauro li għenuni wkoll. Dan kien fil-bidu tax-xahar ta’ Mejju 1922.
Iż-żmien qiegħed joqrob ġmielu għaliex fit-30 ta’ Mejju kellha ssir il-festa, millbanda l-oħra r-raħal irvellat kollu għaliex l-istatwa mhix sejra tidħol u għalkemm middiskors tal-Isqof Mauro Caruana għandna xi speranza li nirranġaw, kulħadd qalbu ttektek għaliex nafu li hija ħaġa kbira ħafna li superjur jikser il-kelma ta’ sieħbu, iżda sewwa jgħidu li l-bniedem jipproponi u Alla jiddisponi.
Mela isimgħu. Ġara li f’Tuneż kella ssir festa ta’ San Pawl solenni ħafna u billi kienu inkarigati ħafna Maltin ta’ hemm xtaqu għalhekk li ssir minn xi qassisin Maltin. Bagħtu għalhekk jistiednu lill-Isqof Portelli u dan aċċetta bil-qalb kollha. Għalhekk kellu jsiefer sabiex fl-14 ta’ Mejju jassisti għall-festa. Tistgħu taħsbu kif ikkonfondejna meta smajna b’din l-aħbar għaliex dehrilna li ż-żmien tal-istatwa daħal wisq u billi Mauro ried jitkellem miegħu u dan siefer issa iż-żmien aktar jitwal għaliex kellu jirritorna Malta fl-20 tax-xahar.
Kollox però sar għall-kuntrarju, meta s-segretarju tal-Isqof sab ruħu waħdu, qal issa huwa l-waqt tiegħi li nasal fejn nixtieq iġifieri li Dun Nicol isir kappillan. U sabiex aktar Dun Nicol jiġi aktar milqugħ mill-popolazzjoni ħadem kemm felaħ sabiex l-istatwa tiġi aċċettat u dan ikun mezz kbir għar-rispett ta’ Dun Nicol.
Għalhekk bit-taħbit tas-segretarju u bil-għajnuna ta’ xi persuni oħra l-Isqof ippropona li l-istatwa tiġi aċċettata u billi għall-konkors ta’ kappillan ma resaq ħadd kien diġà pproponut Dun Nicol. Sadattant Portelli reġa’ ġie Malta u billi ż-żmien daħal sewwa Dun Nicol mar għand Mauro għar-risposta u sab li kien għad ma kelmux, wara xi jumejn mort għand Mauro jiena stess u wara li erġajt spejgajtlu l-fatti kollha ġegħelni nagħmel bħal apoloġija fejn jiena nitlob skuża u nispjega illi in-nuqqas tarrikors ma sarx b’disrispett tal-Awtoritajiet iżda bi żball involontarju ta’ min kien irieġi u għalhekk nitlob skuża ta’ dak li sar.
Ir-rikors sar u t-Tlieta filgħodu 23 ta’ Mejju 1922 mort l-Imdina u ppreżentajt irrikors lill-Isqof Mauro u wara li għamilli xi mistoqsijiet wegħedni li jagħtina risposta s-Sibt 27 ta’ Mejju. Is-Sibt wasal u Dun Nicol bil-għajnuna ta’ Alla mar għar-risposta. F’nofs siegħa kif wasal mix-xogħol mort għar-risposta u b’ferħa kbira nsib li l-istatwa ġiet aċċettata, għal din l-aħbar ġiet imtellgħa l-bandiera fuq il-każin b’sinjal ta’ ferħ u bid-dehra tagħha kulħadd induna bl-aħbar.
Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Festa Madonna tar-Rużarju 202272
Is-Sitt Parti
Ferħ kbir kien jidher fuq wiċċ il-fratelli għalhekk ġiet deċiża l-festa għall-11 ta’ Ġunju, it-tberik tagħha kellu jsir fl-4 ta’ Ġunju. Il-Ħadd filgħodu (4 ta’ Ġunju) ma ħafna nies, fit-tlieta u nofs ta’ filgħodu, tlaqna lejn l-Imdina u fis-sitta konna ninsabu għand l-induratur Tomaso Bartolo u Giuseppe Farrugia wara li smajna l-quddies ħriġna l-istatwa.
Hawnhekk inqala’ għawġ ieħor. It-temp kien riħ isfel u bil-mod il-mod bdiet tqattar ix-xita. Skont ma kien jidher it-temp kien sejjer għall-agħar. Bilġri ħadna l-istatwa taħt il-mina ma tmurx iżżid tqattar ix-xita. Diġà kienet ilha nieżla tliet kwarti. Sadattant iddubbajna ħafna lożor u inċirata tajba li x-xita ma tistax tinfed. It-temp beda jeħfief u bil-mod il-mod bdejna nimtlew bil-kuraġġ. Billi l-istatwa kienet mgħottija tajjeb meta rajna li t-temp ħfief sewwa għalkemm bit-taqtir aħna tlaqna u bil-għajnuna t’Alla wasalna b’wiċċ il-ġid. Għall-ħabta tal-ħdax ta’ filgħodu qrobna lejn ir-raħal u trid tara l-kwantità ta’ tfal jgħajtu quddiem, nies jimxu wara l-istatwa, xi sitt karettuni mgħobbijin bin-nies wara, u żewġ karettuni bil-pjanċier, insomma reġiment sħiħ. L-istatwa ġiet imqiegħda fid-dar ta’ Bernardo Gafà fi Strada Reale No. 3. Fil-ħamsa ta’ waranofsinhar l-istatwa ġiet mikxufa u għad-dehra tagħha kulħadd skanta. Filħamsa u nofs ġiet imbierka minn Dun Nicola Aquilina viċi parroku u l-banda San Andrea ta’ Ħal Luqa akkumpanjat l-istatwa bil-marċi sbieħ tagħha sal-pjazza.
Kienu diġà s-sebgħa xħin il-Madonna waslet il-pjazza. Malli waslet kien hemm ippreparata fuq il-pjanċier l-orkestra La Stella tal-istess pajjiż li malli waslet intonat l-innu “Lode a Maria” ippreparat għal din iċ-ċirkustanza li kif spiċċa saru applausi kbar mill-popolazzjoni. L-orkestra kienet komposta minn 30 strument, 24 tifla u tenur ikantaw.
Kif spiċċa l-innu l-istess orkestra daħlet il-Knisja biex tkompli s-servizzi tagħha, malli l-Madonna tfaċċat fil-knisja nbdiet l-Ave Maris Stella bl-orkestra li l-forza tagħha kienet tal-għaġeb.
Għalkemm kien ippreparat li għandha ssir is-Salve, il-Litanija u l-Antifona Dun Nicol tħawwad u spona għalhekk il-festa spiċċat naqra fil-qosor u sar biss Tantum Ergo.
Wara l-benedizzjoni sar trattament kif kien xieraq lill-orkestra u kien ukoll mistieden tant Dun Nicol u kemm l-abbatini. Wara, il-banda u l-orkestra komplew il-programm tagħhom.
Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Festa Madonna tar-Rużarju 2022 73
Il-Festa t-Tajba Membru tal-Parlament Ewropew cyrusengerer.com Uffiċċju - 11, Triq il-Pelegrinaġġ, Bormla +356 9900 3561 cyrus@cyrusengerer.com
Is-Seba' Parti Sebaħ il-Ħadd filgħodu 11 ta’ Ġunju u fil-pjazza ma kontx tilmaħ ħlief trabijiet jittajru fl-arja, bosta u bosta mir-rużuni li kienu armati għall-okkażjoni tal-festa ġew żarmati għaliex fil-biża’ li ssir ħafna ħsara. Il-maġġoranza tal-poplu tal-pajjiż jidhru konfużi donnu ħsieb ikrah qiegħed idejjaqhom u bir-raġun kollu għaliex riħ liema bħalu kien qiegħed jonfoh. Speranza li jiskot mhemmx għaliex sejrin jibqgħu privi mill-aħħar xewqa li kellhom li jgawdu l-festa tal-għażiża tagħhom il-Madonna taħt ittitlu tal-Ward. Iżda dik li ħelset minn bosta battalji ħorox lill-maħbubin tagħha mhux sejra tonqos lilhom issa fl-aħħar xewqa tagħhom. Għall-ħabta ta’ 16:00 ta’ waranofsinhar donnu sebaħ mill-ġdid. Ir-riħ illi kien jonfoħ b’forza kbira donnu staħba u kkalma għal kollox. Waslet il-Banda Duke of Edinbrugh tal-Birgu u għamlet il-marċi sbieħ tagħha mat-toroq. Fis-sebgħa nieqes kwart bdiet ħierġa l-purċissjoni b’pompa kbira qalb l-isparar tal-bombi u d-daqq tal-qniepen, il-purċissjoni tkompliet b’pompa kbira. Fit-tmienja u nofs daħlet ilproċessjoni u ġiet intonata s-Salve bħas-soltu iżda ġara illi l-istess Dun Nicola wara s-Salve flok li qgħad jistenna li ssir Litanija reġa’ kanta l-Osemus u spona. Hawnhekk il-popolazzjoni ħadita ftit bi kbira għaliex dehrilhom illi dik l-azzjoni ġiet magħmula apposta billi l-Ħadd ta’ qabel sar l-istess żball (għalkemm apposta ma naħsibx li saret iżda billi kien għajjien mill-purċissjoni ried jeħles).
Għal danakollu kif spiċċat il-benedizjoni daħlu ħafna nies jgħajtu ma’ Dun Nicola Aquilina. “Proset għaliex ħassartilna festa”. Wara din il-frattarija Dun Nicol skuża ruħu u n-nies ħarġet ‘il barra. Madanakollu l-festa spiċċat b’wiċċ il-ġid.
Ġara iżda li Dun Nicol xaba’ jamministra fil-pajjiż speċjalment fuq din l-okkażjoni għaliex fehem li ma tantx kien miġjub mill-maġġoranza tal-popolazzjoni għalhekk l-għada filgħodu 12 ta’ Ġunju mar għand Mons. Portelli u d-deċiżjoni kienet li għandu jitlaq, għalhekk filgħaxija ġarr ħwejġu u telaq. Ġara għalhekk li fil-pajjiż ma kien hemm l-ebda qassis u għalhekk it-Tlieta u l-Erbgħa ma sarx quddies. L-Awtorità tal-knisja flok fittxet li tibgħat qassis biex jamministra bagħtet deċiżjoni li tagħlaq il-knisja u l-knisja ġiet magħluqa. Kien jitqaddes biss il-quddies ta’ nhar ta’ Ħadd. Żewġ pulizija ġew mibgħutin għassa mal-knisja bil-lejla u bi nhar. In-nies tal-pajjiż stess, speċjalment xi nisa tal-partit l-ieħor ħallew ilsienhom u bdew iqassqsu u jigdbu kemm jifilħu. Tista’ taħseb ilsien ta’ mara fejn għandu il-ħila jasal, tant, li l-pulizija għal dak id-diskors kella tieħu passi. Għajdut kbir xtered ma’ Malta kollha, gideb immens, b’mod li ma kontx tgħid li int mill-Gudja. Wara xi erbat ijiem ħarġu
Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Festa Madonna tar-Rużarju
2022 75
Il-Wasla tal-Madonna tar-Rużarju fil-Pjazza Il-Gudja 4 ta' Ġunju 1922
iċ-ċitazzjonijiet u ġew mħarrkin 23 wieħed u kienu dawn;
1) Giuseppi Dalli (ix-Xaban) bħala kap di storbju
2) Vincenza Grixti (ta’ Pejja)
3) Galdies Gio Maria (tax-Xaban)
4) Abdilla Gio maria (ta’ Bexxaq, il-Prokuratur)
5) Zammit Carmelo (il-Qondos, kaxxier tal-każin)
6) Baldacchino Benigno (il-Qejqi)
7) Dalli Angelo (id-Dudu)
8) Spiteri Giuseppe (ta’ Rużar tad-Daqqaq)
9) Spiteri Giovanni (ta’ Rużar tad-Daqqaq)
10) Gatt Carmelo (l-Għawdxi)
11) Gatt Salvu (l-Għawdxi)
12) Gatt Gio Maria (ta’ Salvu l-Għawdxi)
13) Gatt Lorenzo (ta’ Salvu l-Għawdxi)
14) Gatt Giuseppe (ta’ Francesco l-Għawdxi)
15) Gatt Carmelo (ta’ Francesco l-Għawdxi)
16) Dalli Angelo (it-Tari)
17) Dalli Giovanni (in-Noqq)
18) Dalli Carmelo (in-Noqq)
19) Baldacchino Giuseppe (iż-Żibri)
20) Barbara Giovanni (tal-Patrija)
21) Zammit Pietro (il-Kozzu)
22) Zammit Michele (taz-Zopp)
23) Galea Agostino
Dawn kienu n-nies imħarrka, bosta minnhom kienu bla ħtija. Il-kawża kienet fit-23 ta’ Ġunju il-Belt, b’din ix-xhieda beda Dun Nicola. Dam jixhed siegħa u nofs bl-arloġġ u l-maġistrat ma seta’ jgħaqqad b’ebda pont anzi ġibed it-tort għalih. L-istess ħaġa x-xhieda l-oħra. Ma xhedu xejn ħlief li semgħu l-frattarija u li qalulu mur saqqi l-ħass. Tlajna għall-kawża darbtejn iżda ma nqatgħetx
Diġà kienet ilha xahar kważi l-knisja magħluqa u l-ebda bniedem ma nqala’ sabiex jirranġa din il-kwistjoni. Kien id-9 tax-xahar ta’ Lulju u Dun Pawl l-Arċipriet tal-Mosta u Dun Piet Farrugia sagristan maġġur f’San Pawl tal-Belt (it-tnejn mill-Gudja) ġew
Gudja
Soċjetà Filarmonika La Stella
- Festa Madonna tar-Rużarju 202278
ir-raħal fejn fl-4 ta’ waranofsinhar il-knisja għamlu bħal diskors twil fejn spjegaw iddisgrazzja li fiha konna ninsabu u r-riżultat kien li saret petizzjoni fejn fiha ġiet mitluba skuża lill-Awtorità tal-Knisja għal dak kollu li sar u sabiex Mons. Isqof jirrimedja għal dak il-gwaj tal-knisja u jibgħat saċerdot sabiex jamministra.
Saret il-petizzjoni bil-firem tan-nies li kien hemm presenti u kienet ippreżentata quddiem l-Isqof mill-prokuraturi u r-retturi tal-tliet fratellanzi flimkien ma’ Dun Pawl l-Arċipriet tal-Mosta. Mons. Isqof Caruana wera li ħa gost ħafna għat-talba tal-maħfra u ddeċieda li l-Ġimgħa 14 tax-xahar persunaġġ jiftaħ il-knisja. Tahom ilbenedizzjoni u kulħadd mar pajjiżu.
Kien nhar il-Ġimgħa meta għall-ħabta tal-ħamsa ta’ waranofsinhar il-qniepel talknisja kienu jinstemgħu jidwu ma’ kullimkien u l-ħoss tagħhom kien jinstama’ xi ħaġa isbaħ mis-soltu. Proċessjoni solenni mmarċjat mill-parroċċa għall-Annunzjata u minn hemm Mons. De Piro (Mons. Il-Katedral tal-Imdina) ħareġ proċessjonalment bis-Sinjur għall-Parroċċa. It-toroq mnejn kella tgħaddi l-purċissjoni kienu mimlija bi kwantità ta’ fjuri mxerrda fl-art u qsari ta’ kull għamla mal-ħitan. Kif is-Sinjur tbiegħed fuq l-artal tkanta t-Te Deum. Kif spiċċa t-Te Deum, l-Arċipriet tal-Mosta għamel diskors ta’ mħabba versu r-ragħaj tal-parroċċa u versu xulxin b’mod li bikka l-kulħadd. Wara sar it-Tantum Ergo, saret benedizzjoni u l-festa ġiet kompluta sollennament.
Issa ġara li billi l-maġsitrat tal-Qorti ma seta’ jgħaqqad ebda pont fuq xiex imexxi l-kawża saret deċiżjoni li tiġi stallata. Fit-18 ta’ Lujlu kellna nitilgħu għall-kawża, iżda ġiet risposta li t-Tnejn 17 ta’ Lulju fis-sitta ta’ waranofsinhar niltaqgħu l-għassa talpajjiż. Fis-sitta u kwart ġie l-kummissarju tal-pulizija flimkien ma’ Mons. De Piro fejn qalilna li għat-talba ta’ Mons. Isqof il-kawża ġiet mgħoddija nulla b’mod li qisu qatt ma kien xejn. Aħna filwaqt li tlabna skuża rringrazzjajnieh u ħriġna u hekk kulħadd ġie fil-paċi.
Viva Maria S.S. tar-Rużarju li bil-qawwa tagħha ġejna mhux biss aħna meħlusin mill-qilla tal-għedewwa, iżda bil-qawwa tagħha rebħet ukoll il-qlub kollha għaliex tfiet l-odju li kien jeżisiti u nisslet paċi u mħabba fil-qlub ta’ kulħadd. Viva r-Reġina tal-Paċi u r-Reġina tar-Rużarju Mqaddes.
Gio Maria Abdilla – Prokuratur tal-Fratellanza tas-S.Smu Rużarju – Gudja.
Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Festa Madonna tar-Rużarju 2022 79
Ċelebrazzjonijiet 100 Sena Fostna Purċissjoni Madonna tar-Rużarju 29 ta' Mejju 2022
Estratt minn Mons. Ġużeppi De Piro
F’Kull Qasam tal-Istorja ta’ Malta
Fr Alexander Bonnici, O.F.M. Conv.
Dan ir-rakkont ferm sabiħ u dettaljat jagħti stampa minn perspettiva oħra talġrajja li seħħet fil-Gudja fl-1922, din id-darba min-naħa ta’ kif rawha l-awtoritajiet ekklesjastiċi ta’ dak iż-żmien. Dan li qed nirripproduċu hawnhekk huwa estratt millktieb Mons. Ġużeppi De Piro (1877– 1933) Vol II. Dan il-ktieb huwa ta’ Fr Alexander Bonnici, O.F.M. Conv. u l-parti li qed inwasslulkom hija kapitlu 8 tal-ktieb. Din ilpubblikazzjoni ġiet imnedija fl-1985. Għal din r-raġuni l-awtur setà jsib persuni li għexu in prima persona din l-esperjenza u għaldaqstant seta’ wkoll jintervistahom. B’hekk din il-kitba hija ferm aktar rikka u apprezzata minn nies li jsibu dan il-fatt storiku ta’ interess.
Kapitlu 8 - Messaġġier ta' Paċi fl-Inkwiet tal-Gudja.
Kien hawn min sejjaħlu "Interdett"!
ll-fatt li, minħabba xi ċirkustanzi koroh, il-knisja parrokkjali tal-Gudja, fis-sena 1922, inżammet għal xi żmien magħluqa, kienet okkażjoni biex, għal darb'oħra, Mons. De Piro deher bħala messaġġier ta' paċi. Xejn ma hi ħaġa komuni li I-knisja ewlenija ta' post tinżamm magħluqa għal xahar sħiħ. Għalhekk, ix-xnigħat li xterdu dwar dan il-każ rari tal-Gudja kabbru I-fatti. Minn fomm għall-ieħor, din il-ġrajja taIistorja għaddiet daqs li kieku kien intafa' xi interdett fuq ir-raħal tal-Gudja. Fil-fatt, għalkemm hu minnu li I-knisja parrokkjali, f'dak iż-żmien, inżammet kważi dejjem magħluqa, interdett ma kienx hemm la fuq xi ħadd min-nies, u lanqas fuq il-knisja parrokkjali nnifisha. Ma kienx faċli li jinġabar il-materjal biex din il-ġrajja tidher filveru dawl tagħha. Qatt ma ġie ppubblikat xejn dwar dan il-każ. Madankollu, xhieda uffiċċjali u dokumentata teżisti. Fil-Kurja Arċiveskovili ta' Malta, minbarra d-digriet tan-nomina ta' Mons. De Piro, inżammet dokumentazzjoni li turi l-gravità ta' dik il-qagħda. lnżammu saħansitra dawk il-kitbiet li wieħed jistenna
Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Festa Madonna tar-Rużarju 202284
Mons. Ġużeppi De Piro 1877-1933
li ma jsibhomx: bħalma huma I-ittri anonimi. Mill-kitbiet jidher ċar kemm kien hemm diffikultajiet biex dik il-parroċċa titmexxa, u kemm kien diffiċli biex jinstabilha kappillan. lr-reġistri parrokkjali tal-Gudja jissoktaw jagħtuna ftit dawl ieħor dwar dik il-ġrajja. Ittra li teżisti hi xhieda tal-problemi bejn poplu u Arċisqof. lr-reġistri uffiċjali tal-parroċċa juru wkoll il-preżenza ta' Mons. De Piro u Dun Ġwann Vella għat-tul ta' madwar xahar.
ll-kittieb ta' din il-“ġrajja" issokta jagħmel tiftix ieħor. Jiena staqsejt lil xi persuni kbar fiż-żmien biex nisma' I-fehmiet tagħhom. Tkellimt ukoll ma' oħrajn li wassluli dak li semgħu, u staqsew 'il ħaddieħor dwar dan il-każ. Jiena m’inix se nsemmi isimhom biex nirrispetta x-xewqa tagħhom. Membri tas-Soċjetà ta' San Pawl tkellmu wkoll ma' Dun Ġwann Vella. Dan fissrilhom bil-kelma x'kien għadu jiftakar; hu bagħat ukoll dikjarazzjoni miktuba dwar il-każ tal-Gudja. ll-ġrajjiet twasslu minn Dun Ġwann skont il-verità sostanzjali tagħhom; imma xi dettalji, speċjalment dwar iż-żmien, mhumiex eżatti għaliex, wara madwar sittin sena, ma tantx hu possibbli li kollox jitwassal eżattament kif kien.
Il-Partiti tal-Ajkla u taI-lstilla.
L-inkwiet, fir-raħal ċkejken tal-Gudja, kien ilu ħafna sejjer. Iż-żewġ kappillani ta' qabel żmien din il-ġrajja spiċċaw it-tnejn ħażin. Bejn 1904 u 1916, il-Kappillan talGudja kien Dun Alfons Marija Gauci, imlaqqam I-Għawdxi. Hu kien saċerdot qaddis; imma ġie kkalunnjat, u għalhekk tneħħa minn Kappillan.[1] Fid-9 ta' Jannar, 1917, bħala Kappillan intgħażel Dun Ġużepp Spiteri; dwar dan, xterdu xnigħat ta' ħtijiet serji. Aktar tard, hu kellu jilmenta li, fil-Gudja, ma kien qed isib l-ebda qassis biex igħinu fil-pastorali. F'dikjarazzjoni tiegħu nnifsu, naqraw hekk: "Fil-Gudja, il-Kappillan hu l-qassis waħdieni li għandu fuqu l-piż ta' kull assistenza mal-moribondi".[2] Imma Kappillani oħrajn tal-Gudja kellhom huma wkoll I-istess ilment. Sa meta laħaq Kappillan Dun Ġużepp Spiteri, aktar milli dwar partiti, ikun aħjar li nitkellmu dwar fratellanzi. Kien hemm il-Fratellanza tal-Madonna taċ-Ċintura u I-oħra tal-Madonna tar-Rużarju. ll-festa tal-Madonna taċ-Ċintura kienet u baqgħet tiġi ċelebrata I-Ħadd fuq it-28 ta' Awwissu. Dik tal-Madonna tar-Rużarju saret dejjem fl-ewwel Ħadd ta' Ottubru. Imma I-festa tar-Rużarju, għalkemm kien fiha s-solennità esterna bid-daqq tal-banda
Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Festa Madonna tar-Rużarju 202286
u bl-armar, kienet prinċipalment devozzjonali. Minħabba f'hekk, il-Fratellanza tarRużarju, minn xi żmien, kienet ħolqot festa oħra. Fl-ewwel Ħadd ta' Mejju, bdew jiċċelebraw il-festa tal-Madonna tal-Warda. Huma lill-Madonna bdew iqimuha bħala "Rosa Mystica"'. Warda Mistika, li tfisser "Warda tas-Sema", u mhux "Warda Misterjuża", bħalma jsejħulha ħafna minnhom. Il-Fratellanza tar-Rużarju bdiet tqis il-festa tal-Madonna tal-Warda bħala I-prinċipali tagħha. Żmien il-Kappillan Spiteri kien dak li matulu ż-żewġ fratellanzi fetħu każin. Nfetħu l-każini dak taċ-Ċintura li, fil-Gudja, ma damx ma beda jissejjaħ il-Każin tal-Ajkla. Dan kien fis-sena 1919, u l-Każin tal-Warda (jew tar-Rużarju). Dan beda jissejjaħ il-Każin tal-Istilla. B'hekk iż-żewġ fratellanzi saru partit fil-veru sens tal-kelma. ll-partit talIstilla dejjem inħass li kien akbar, u għalhekk iżjed qawwi, mill-partit tal-Ajkla.
Biż-żmien, iż-żewġ partiti waqqfu I-banda mużikali tagħhom. Dak tal-Ajkla beda I-banda li saret magħrufa bl-isem ta' Our Lady of Consolation. Dak tal-Istilla lillbanda sejħilha bl-isem ta' La Stella.
Għalkemm kien hemm żewġ partiti, ma kienx hemm ħlief statwa waħda, li kienet tassew artistika u maħduma għal tar-Rużarju minn Antonio Chricop (il-pedesatall oriġinali tagħha jinstab fil-Każin tal-Istilla sal-lum). Hi statwa maħduma fl-injam; daqqa kienu jqegħdulha Warda, daqqa kuruna tar-Rużarju, u daqqa Ċintura, skont I-okkażjoni. Illum din I-istatwa tinsab fil-knisja ċkejkna tal-Lunzjata.
Lejn is-sena 1920, dawk tal-partit tal-Istilla bdew jixxennqu biex ikollhom statwa li tkun għall-festi tagħhom biss. Sa minn dak iż-żmien, il-partiti kienu jitlewmu ta' sikwit bejniethom. Imma, imbagħad, fil-festa ta' Santa Marija, it-tnejn kienu jagħtu s-sehem tagħhom. Minkejja dan, raħal ċkejken ma kienx jiflaħ għal erba' festi li jġibu magħhom I-ispejjeż. Għalhekk, il-festa ta' Santa Marija, il-Patruna tar-raħal, dejjem batiet xi ftit.
F'kull żmien, iż-żewġ partiti kienu jgħassu fuq il-Kappillani biex jaraw jekk jagħmlux xi preferenza bejn partit u ieħor. Ta' sikwit, lill-Kappillan, huma kienu jittimbrawh li hu miġbud lejn partit jew ieħor. Fi żmien meta l-qiegħa kienet ilha ħafna tisħon, ixxewqa taI-istatwa I-ġdida għall-festa tal-Madonna tal-Warda kienet I-okkażjoni ta' nkwiet kbir. Fl-istess żmien, Dun Ġużepp Spiteri kellu nkwiet ta' natura oħra malArċisqof. Meta ma kienx ilu ħames snin Kappillan, Spiteri kellu jirrinunzja għal dik il-parroċċa. lr-rinunzja tiegħu ġġib id-data tat-2 ta' Diċembru, 1921.[3]
Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Festa Madonna tar-Rużarju 2022 87
L-lstatwa li kienet Għajn ta' nkwiet.
Għalkemm fil-Gudja kellu ħafna li kienu kontra tiegħu, il-Kappillan Spiteri kien maħbub mill-partitarji tal-lstilla. Jidher li hu ma weriex ruħu kuntrarju meta dawn bdew jaħsbu biex jagħmlu statwa ġdida. Imma Spiteri spiċċa, u, fi tmiem il-parrokat tiegħu, kien għadu ma ntalab l-ebda permess mingħand l-Awtoritajiet tal-Knisja biex dik I-istatwa ssir.
Wara Spiteri, ma nstabitx persuna adatta li setgħet tieħu fuq spallejha I-piż ta' dik il-parroċċa. ll-parroċċa, mill-bidu nett tas-sena 1922, intreħiet f'idejn Dun Nikol Aquilina, qassis mis-Siġġiewi. Ma jirriżultax li lilu qatt offrewlu biex isir Kappillan. lt-titlu li kellu u li baqa' dejjem bih kien dak ta' Vigarju Kurat. Fil-bidu nett tas-sena 1922, hu żgur li kien il-Gudja għaliex għammed għall-ewwel darba fit-3 ta' Jannar, 1922;[4] imbagħad, fil-5 ta' Jannar, mexxa l-ewwel funeral,[5] u fl-14 ta' Jannar, għamel l-ewwel tieġ f'dik il-knisja parrokkjali.[6]
Dun Nikol Aquilina ħass il-piż tal-fatt li kien waħdu. Kien hemm qassis ieħor joqgħod il-Gudja; dan kien Dun Piet Farruġia; imma, sa dak iż-żmien, hu kien għadu kanonku ta' San Pawl tal-Belt, fejn għal xi snin, kien ukoll il-viċi-parroku. Dun Piet kien sejjer lura f'saħħtu, għalkemm, żmien wara, hu kellu jagħti s-sehem tiegħu filħidma ta' din il-parroċċa.[7]
ll-Vigarju Kurat jidher li kien qed jagħmel ħiltu biex iġib il-bilanċ bejn iż-żewġ partiti. Imma ftit irnexxielu. Jidher ukoll b’ċertezza li Dun Nikol ma kellu l-ebda ħsieb li jidħol għall-konkors ħalli jilħaq kappillan tal-Gudja. Fit-18 ta' Marzu, 1922, ħareġ l-editt għall-għażla tal-Kappillan il-ġdid tal-Gudja. Imma ma resaq ħadd: lanqas dan il-Vigarju Kurat.[8]
L-Arċisqof ma riedx iħalli 'I dik il-parroċċa mingħajr kappillan. Għalhekk, hu ordna lis-Segretarju ġenerali tad-Djoċesi, li kien Mons. Dun Manwel Vassallo, biex jibgħat in-nomina ta' kappillan lill-imsemmi Dun Piet Farruġia. L-ittra tal-għażla ta' Dun Piet ħarġet fl-24 ta' April, 1922.[9] Imma Dun Piet ma kienx ġie avviċinat qabel ma ntbagħtitlu dik l-ittra. Skont kliemu stess. Dun Piet kien bniedem li jbati bin-nervi. Għalhekk, it-tobba, sa minn żmien qabel, kienu wissewh biex ma jaċċettax uffiċċji ta' responsabbiltà. Barra minn hekkk, hu kien qed jara b'għajnejh li I-parroċċa talGudja kienet għaddejja minn żmien imqalleb ħafna. Hu pprova jagħmel sforz fuqu nnifsu, ħalli jidħol biex imexxi 'I dik il-parroċċa ta' raħal twelidu. Imma dik l-għażla
Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Festa Madonna tar-Rużarju 202288
kienet il-kawża li hu ma satax isib paċi u, għalhekk, la kien qed jiekol u lanqas jorqod. Tlitt ijiem biss wara, fis-27 ta' April, 1922, hu wieġeb lill-Monsinjur Segretarju biex dan iwassal id-diffikultajiet tiegħu lill-Arċisqof Caruana. Hu kien żgur li l-Arċisqof jagħdru, u jifhem il-problemi tiegħu.[10] Imma, aktar tard, Dun Piet xorta waħda kien ta' merti kbar għall-parroċċa tal-Gudja. Fis-6 ta' Marzu, 1923, hu aċċetta n-nomina ta' Prokuratur tal-knisja parrokkjali, u ħadem bla serħan sa żmien il-mewt tiegħu fissena 1938.[11] Madankollu, sakemm waslet dik is-sena 1923, il-Gudja kellha tgħaddi minn żmien ta' problemi kbar.
Malli beda x-xahar ta' Mejju, 1922, il-Vigarju Kurat, Dun Nikol Aquilina, kien qiegħed jara toqrob l-ewwel festa ta' partit: dik tal-Madonna tal-Warda li, fis-sena 1922, kienet sejra tkun fis-7 ta' Mejju. Imma, qabel ma waslet il-festa. Dun Nikol, il-Ġimgħa, 5 ta' Mejju, kiteb lill-Isqof Anġlu Portelli biex fissirlu li ma kienx possibbli għalih li jibqa' iżjed bħala Vigarju Kurat tal-Gudja. Hu ma semmiex problemi ta' partiti; imma semma ċ-ċirkustanzi partikulari ta' niesu u s-saħħa dgħajfa tiegħu. Hu xtaq li, fi żmien ħmistax, I-Arċisqof jibgħat ieħor minfloku.[12] Hu evidenti li l-problema ewlenija ma kinetx saħħtu, imma r-raħal li kien fih għaliex, aktar tard, dak Aquilina aċċetta li jmur Kappillan Ħal Għaxaq, u mbagħad Ħal Tarxien u s-Siġġiewi. Sadanittant, il-Ħadd, 7 ta' Mejju, il-festa tal-Madonna tal-Warda saret bis-solennità tas-soltu. Għall-aħħar darba, huma wżaw I-istatwa tal-injam li kienet toħroġ purċissjoni fil-festa tal-Madonna taċ-Ċintura wkoll: li kienet il-festa tal-partit I-ieħor.[13]
L-istatwa I-ġdida li kienu beħsiebhom jagħmlu kienet għajn ta' nkwiet doppjament. Dun Ġużepp Spiteri, li kien tant maħbub mill-partit tal-Madonna tal-Warda, ma kienx talab permess lill-Kurja Djoċesana biex l-istatwa I-ġdida ssir. Meta wasal nofs ix-xahar ta' Mejju, l-istatwa kienet lesta, u lil dawk tal-Warda għoġbithom ħafna. Kien eżattament f'dak iż-żmien meta Dun Nikol Aquilina ddeċieda li jerġa' jissikka lill-Arċisqof dwar il-bżonn li hu ma jibqax Vigarju Kurat. Meta ra li l-Isqof Portelli ma wieġeb xejn għall-ittra tiegħu tal-5 ta' Mejju, Aquilina kiteb direttament lill-Arċisqof. L-ewwelnett, hu stagħġeb kif ma reġax ħareġ avviż għall-konkors ta' kappillan. Hu fisser ukoll mal-Arċisqof li, jekk ma jintbagħatx ieħor minfloku, ikollu jagħti r-rinunzja formali billi jibgħat id-dimissjoni tiegħu.[14]
Fil-fatt, I-Arċisqof ma naqasx milli jagħti każ taI-ittra ta' Dun Nikol Aquilina. Fl-
Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Festa Madonna tar-Rużarju 2022 91
20 ta' Mejju, 1922, hu ħareġ it-tieni editt għall-konkors ta' Kappillan tal-Gudja. Dan twaħħal fil-Katidral ta' Malta, il-Gudja, u fil-postijiet tas-soltu. Imma kien għaIxejn. Reġa' ma resaq ħadd.[15]
Fl-istess żmien, Dun Nikol Aquilina ntebaħ bl-iżball li, forsi involontarjament, għamlu dawk tal-partit tal-Warda meta ordnaw I-istatwa I-ġdida mingħajr permess. Għalhekk, I-istess Aquilina ried igħinhom biex isewwu dak I-iżball. B'ittra tat-22 ta' Mejju, 1922, Ġamri Abdilla, bħala Prokuratur tal-festa tal-Madonna tal-Warda, kiteb ittra ta' apoloġija lill-Arċisqof. Wara li talab skuża għal dak li sar, f'isem il-partit kollu hu kiteb hekk: "B'din l-ittra, huma jagħmlu l-qalb u jitolbu lill-Eċċellenza Tiegħek biex int tagħdirhom għat-tort li, involontarjament, forsi għamlulek. Bħala Missier maħbub, huma jixtiequ mingħandek li inti tilqa' s-supplika li huma jagħmlulek b'qima ta' wlied. B'din l-ittra, huma jitolbuk biex tagħtihom il-permess li jwarrbu l-istatwa l-qadima, u jqiegħdu minflokha l-istatwa l-ġdida li tant irnexxiet, u li, wara tant sagrifiċċji, għandhom is-sodisfazzjon li jarawha lesta"[16]
ll-Vigarju Kurat ried jagħtihom kull għajnuna. Għalhekk, hu żied ir-rakkomandazzjoni tiegħu: "Jiena ma nsib l-ebda diffikultà biex huma jaqilgħu dak li qed jitolbu. Mhux biss, jiena nirrikmanda minn qalbi biex dak li qed jitolbu jingħatalhom".[17]
Għalkemm bażża' lill-Arċisqof li sata' jibgħat id-dimissjoni tiegħu, Dun Nikol Aquilina, li fehem tajjeb li ma kienx faċli li jinstab qassis, ma telaqx mill-Gudja. Ilwasla tal-istatwa l-ġdida, li hu għen fil-permess meħtieġ għaliha, għandha mnejn nebbħitu li forsi sata' jersaq xi ftit iżjed lejn dan il-partit ta' festa sekondarja li kien qed isir dejjem iżjed qawwi. Barra minn hekk, it-tluq tiegħu mill-Gudja kien ifisser li r-raħal jitħalla mingħajr ragħaj.
L-istatwa I-ġdida tal-Madonna tal-Warda kienet tal-kartapesta, u nħadmet milliskultur Anġlu Dalli. Għalkemm mill-Gudja, hu kien joqgħod Ħal Tarxien; I-istatwa nħadmet fid-dar tiegħu ta' Ħal Tarxien.[18] Malli I-permess mixtieq wasal, bdiet titħejja festa oħra, li kienet sejra tkun għall-bidu nett tax-xahar ta' Ġunju. Kienet festa li tfakkar il-wasla taI-istatwa. L-istatwa kienet sejra tiżżanżan b'dimostrazzjoni li tibda minn ħdejn il-Palazz imsejjaħ Ta' Bettina, u tibqa' sejra sal-knisja parrokkjali. Għal dawk tal-partit taI-lstilla, dik il-ġurnata kienet sejra titqies daqs li kieku kienet il-festa tal-Madonna tal-Warda. Għalhekk, huma bdew jistennew li, malli l-vara tasal il-knisja, jitkantaw il-Litanija tal-Madonna u I-Antifona ta' nhar il-festa. L-aħħar darba
Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Festa Madonna tar-Rużarju 202292
li jidher isem Dun Nikol Aquilina fir-reġistri tal-parroċċa hu l-Ħamis, 8 ta' Ġunju, 1922: meta hu mexxa I-funeral ta' Antonja Inguanez.[19] Għalhekk, jidher li I-ġurnata tat-trasport solenni ta' dik I-istatwa I-ġdida kienet l-4 ta' Ġunju: nhar il-festa liturġika tat-Trinita' Qaddisa. Flimkien ma' Dun Nikol Aquilina, kien hemm xi qassisin oħrajn li ġew mistiedna biex 'il dak it-trasport jagħmluh iżjed solenni. Imma, fl-entużjasmu tal-ferħ u fil-briju tad-daqq u I-isparar, ir-reffiegħa taI-istatwa u I-poplu kollu li kien imdawwar magħha tnikkru ħafna iżjed mis-soltu. Dak li, aktar minn purċissjoni, kien kortew, tawwal b'mod esaġerat sa wara l-11 ta' bil-lejl. Dun Nikol Aquilina, minħabba dak id-dewmien żejjed, malli daħlet I-istatwa, ma ppermettiex li jitkantaw il-litanija u I-antifona. Minnufih, ġiet mogħtija I-barka sagramentali.
Dan il-każ li, minnu nnifsu, ma kellux ikun il-kawża ta' nkwiet gravi, kien I-okkażjoni ta' tebgħa kerha fuq il-ġrajja tar-raħal tal-Gudja. Malli daħal fis-sagristija, Dun Nikol Aquilina sab folla ta' nies ifferoċjati għalih. Huma hedduh bl-aħrax bi kliemhom, u jidher li kien hemm min ried jerfa' idejh fuqu. Hu żgur li xi ħadd sejjaħ il-pulizija, u x'uħud ġew ukoll arrestati. X'uħud baqgħu mitlufin f'dagħdiegħa għall-Vigarju Kurat għaliex ħassew ruħhom ċerti li kien hu nnifsu li ġieb il-pulizija. Imma hu żgur li Dun Nikol Aquilina ħafer lil kulħadd.[20]
ll-Knisja Magħluqa.
Malli nqala' dak I-inkwiet, Dun Bert Cassar, qassis minn Ħal Luqa li kien mar igħin lil Aquilina fl-okkażjoni ta' dik il-festa, qabad u ħa s-Sagrament fil-parroċċa ta' Ħal Għaxaq. Dun Nikol Aquilina telaq minnufih mill-Gudja. Min-naħa taI-awtoritajiet talKnisja, ma ħareġ l-ebda digriet ta' xi kundanna. Imma ġara li l-Gudja, b'effett ta' dak li ġara, sfat mingħajr ebda saċerdot. Għalhekk, il-knisja parrokkjali, fost x-xogħol, ma nfetħitx iżjed. ls-sagramenti ma bdewx jiġu amministrati, u l-qniepen ma daqqewx. Dan kien qed jidher bħal penitenza fuq dak ir-raħal. Bi ħtija ta' xi wħud minnhom, huma tilfu s-saċerdot waħdieni li kellhom. Għalhekk, ir-raħal kollu kien sejjer jibqa' mingħajr saċerdot sakemm ma jinstabx wieħed li jkun adatt u li jaċċetta li jmur imexxi I-parroċċa tal-Gudja.
Wara li ħaduha kontra Aquilina, ma kien hemm l-ebda Magħmudija qabel it-23 ta' Lulju, 1922.[21] L-ewwel tieġ kien fis-16 ta' Lulju, 1922.[22] Imma l-quddies ta' nhar ta' Ħadd ma qatax. Żewġ saċerdoti mill-lmqabba kienu jmorru jqaddsu kull nhar
Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Festa Madonna tar-Rużarju
2022 93
ta' Ħadd.[23] ll-funerali baqgħu jsiru xorta waħda. Kollox juri li, meta kienet tmut xi persuna, issejjaħ saċerdot għar-rit tal-funeral. Il-knisja parrokkjali kienet tinfetaħ, u I-mejtin, I-istess bħaż-żmien ta' qabel, kienu jindifnu fil-knisja. Fiż-żmien meta I-knisja kienet magħluqa, u eżattament, fit-12 ta' Ġunju, 1922, li hi I-ġurnata meta bdiet ma tinfetaħx bħas-soltu, kien hemm funeral ta' xiħ ta' 84 sena. Nafu b'ċertezza li Dun Nikol Aquilina ma niżżilx id-dettalji ta' dak il-funeral għaliex, għall-ewwel darba, wara ż-żmien qasir tiegħu, tibda I-kitba b'kalligrafija differenti. Funerali oħrajn ta' dak iż-żmien diffiċli kienu fis-16, 21, u 23 ta' Ġunju, u fit-12 ta' Lulju.[24] Dan I-aħħar funeral kien f'ġurnata meta s-soluzzjoni proviżorja kienet diġà nstabet; imma min instab kien għadu kif irċieva n-nomina proprju I-ġurnata ta' qabel.[25]
Dak ix-xahar ta' Ġunju kien wieħed ikrah għall-istorja tal-parroċċa tal-Gudja.
Lejn soluzzjoni proviżorja.
Lejn nofs ix-xahar, meta I-Arċisqof ma sata' jsib 'il ħadd li jmur bħala kappillan talGudja, kien hemm qassis magħruf li offra minn jeddu li jieħu f'idejh it-tmexxija ta' dik il-parroċċa. Dan kien il-Kanonku ta' Bormla, Dun Karm Buġelli. B'ittra tas-17 ta' Ġunju, 1922, dan il-qassis popolari kiteb hekk lill-Arċisqof Mawru Caruana: "lmqanqal biss mix-xewqa li, bil-għajnuna t'Alla, nagħmel ftit ġid fejn l-aktar jinħass il-bżonn, u, billi minħabba d-diffikultajiet gravi li nqalgħu speċjalment bl-aħħar inċidenti, oħrajn forsi ma jħossux il-kuraġġ li jmorru bħala Kappillan, niddikjara li jiena dispost li naċċetta l-parroċċa tal-Gudja". Imma Buġelli qiegħed il-kondizzjonijiet tiegħu. Fosthom kien hemm dik li jibqa' membru parlamentari u li ma jkunx obbligat li jsib ieħor minfloku biex joqgħod fil-parroċċa meta jonqos għal mhux iżjed minn 24 siegħa.[26] Għalhekk, I-Arċisqof ma rax soluzzjoni għal dik il-problema fl-offerta ta' dan il-Kanonku.
L-Arċisqof wieġbu malajr b'ittra tad-19 ta' Ġunju, 1922. Fost l-oħrajn, hu qallu: "Nirringrazzjak minn qalbi. Imma jiddispjaċini li ma nistax nagħmel użu mill-offerta ġeneruża tiegħek".[27]
Dik il-qagħda kerha kienet qed ittawwal wisq. ll-Maltin jarawha bi kbira li knisja parrokkjali tinżamm magħluqa fost ix-xogħol għat-tul ta' xahar. Fil-Gudja, il-problema kienet akbar għax ma kien hemm l-ebda knisja oħra li fiha kien jitqaddes il-quddies. F'dak ix-xahar li tant deher twil, l-eqreb knisja kienet il-parroċċa ta' Ħal Għaxaq. Hawn tidħol il-figura ta' Mons. Ġużeppi De Piro. F'moħħ I-Aċisqof Caruana, hu deher
Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Festa Madonna tar-Rużarju 202294
GUDJA PHARMACY Opening Hours Monday to Friday 8.00am to 1.00pm4.00pm to 7:30pm Saturday 8:00am to 1:00pm4.00pm to 7:00pm @ T riq il-Kappillan c/w T riq william Baker Gudja 21696 422 / 7969 6423 gudjapharmacy@gmail.com Gudja Healthcare and W ellbeing Services G Medical and Healthcare Services Pharmacy Of Y our Choice (POYC) Point of Care T esting (blood pressure testing,glucose testing, urinalysis) Food Intolerance T est COVID-19 Rapid T esting eneral Practitioners and Specialistsin Attendance
bħala I-persuna adatta biex jikkalma I-poplu, u jiftaħ it-triq biex il-parroċċa terġa' taqbad ir-ritmu normali. Minn mindu għalqet il-knisja parrokkjali sakemm Mons. De Piro rċieva n-nomina tiegħu kien għadda xahar: ġurnata b'ġurnata: mill-11 ta' Ġunju, wasal il-11 ta' Lulju 1922. Fil-11 ta' Lulju, 1922, ħareġ digriet iffirmat millArċisqof innifsu; fih insibu dawn il-kelmiet:
B'dan id-digriet tagħna, Aħna ninnominaw u nagħżlu lill-Illustrissmu u Reverendissmu Monsinjur Dekan ĠUŻEPPI DE PIRO, bħala Delegat speċjali tagħna biex jieħu f'idejh id-dmirijiet parrokkjali tar-raħal tal-Gudja, li bħalissa hu bla kappillan. Aħna nagħtuh is-setgħat kollha li jintrabtu mal-ministeru parrokkjali. Din in-nomina tibqa' sakemm jidhrilna Aħna.
Maħruġ mill-Palazz Arċiveskovili tagħna tal-belt Valletta, fil-11 ta' Lulju, 1922. Mawru O.S.B.
Arċisqof-Isqof ta' Malta.
Dun Pawl Vella Mangion
Kanċillier [28]
Att ta' Riparazzjoni u ftuħ tal-Parroċċa.
Meta l-Erbgħa, 12 ta' Lulju, 1922, sar il-funeral tat-tarbija Nazzarenu Mallia, Mons. De Piro kien għadu ma wasalx il-Gudja.[29] Imma jista' jitqies bħala ċert li Mons. De Piro mar il-Gudja, il-Ħamis, 13 ta' Lulju. Hu ma marx waħdu. Ħa miegħu lil Dun Ġwann Vella (l-ewwel saċerdot tas-Soċjetà ta' San Pawl) u lil Fra Ġużepp Caruana (l-ewwel fratell ta' l-istess Soċjetà). Miegħu hu ħa wkoll lil Wenzu Grixti, il-qaddej tal-familja De Piro. Dun Ġwann irrakkonta li huma telqu mill-Imdina fuq karrettun fl-4 ta' filgħodu. ld-dar ta' Mons. De Piro, u tal-membri tas-Soċjetà ta' San Pawl, kienet sejra tkun I-istess waħda tal-kappillan. Imma Mons. De Piro ried li I-ftuħ tal-knisja parrokkjali jsir b'solennità kbira li, fl-istess ħin, il-funzjoni tkun ukoll bħala att ta' riparazzjoni għall-offiżi li kienu saru lil Dun Nikol Aquilina u lillArċisqof Mauro Caruana. Għalhekk, mal-wasla tagħhom il-Gudja, fil-għodwa tat-13 ta' Lulju, huma marru biex fetħu l-knisja tal-Lunzjata, li qiegħda f'nofs ir-raħal.[30] Din hi knisja ċkejkna ħafna li, fis-sena 1754, kienet inbniet għat-tielet darba, minn Dun Ġwann Barbara bi flusu u minn kontribuzzjonijiet tal-poplu. Fiha ma hemmx ħlief artal wieħed.[31] Kif fetħu I-knisja tal-Lunzjata, huma daqqew il-qanpiena ċkejkna ta'
Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Festa Madonna tar-Rużarju 202296
dik il-knisja, biex in-nies ikunu jafu li kienet sejra ssir quddiesa. Dawk it-tokki ġiegħlu 'l kulħadd jistagħġeb. ld-daqq tal-qniepen kien ilu ma jinstama' għal xahar sħiħ. Għalhekk, huma ħarġu minn djarhom, u nġabru quddiem dik il-knisja biex jaraw x'ġara. Kif kien hemm kotra sewwa ta' nies, Mons. De Piro għamlilhom kelmtejn biex ħeġġiġhom ħalli jżommu I-paċi bejniethom. Żgur ukoll li f'dak il-mument, hu ħabbar il-ftuħ tal-Knisja Parrokkjali. In-nies tal-Gudja ferħu bil-preżenza fosthom ta' bniedem tant magħruf għall-ġid li kien qed jagħmel. Imma huma ferħu wkoll meta I-istess Mons. De Piro ħabbrilhom li, dak in-nhar stess, waranofsinnhar, qassis li huma kienu jafuh ħafna kien sejjer imur fosthom biex, permezz ta' purċissjoni b'Ġesù Sagramentat, jitlaq minn dik il-Knisja tal-Lunzjata, jaqsam it-toroq tal-Gudja, u jasal sal-Knisja Parrokkjali. Il-wasla ta' dik il-purċissjoni fil-parroċċa kienet sejra tfisser il-ftuħ mill-ġdid tal-Knisja. Dak il-qassis li kien sejjer għall-okkażjoni kien Dun Pawl Mallia, I-Arċipriet tal-Mosta. In-nies tal-Gudja kienu jafuh sewwa għax hu kien wild dak ir-raħal, u kellu d-dar ta' niesu fil-qrib ta' dik il-knisja tal-Lunzjata. F'dik il-għodwa tat-13 ta' Lulju, il-ftit li setgħu jidħlu fil-knisja tal-Lunzjata semgħu l-quddiesa ċelebrata minn Dun Ġwann Vella.[32]
Ma kien hemm l-ebda dewmien bejn il-wasla ta' De Piro fil-Gudja u l-ftuħ tal-knisja parrokkjali. Dak in-nhar stess, il-ħamis, 13 ta' Lulju, 1922, waranofsinnhar, l-Arċipriet Dun Pawl Mallia mar biex imexxi dik il-purċissjoni. Kienet ġurnata fost ix-xogħol; għalhekk, ma kienx hemm il-possibiltà li jmorru xi ħafna nies minn postijiet oħrajn. Barra minn hekk, dik ma kinetx purċissjoni tas-soltu. Kienet, fuq kollox, għan-nies tar-raħal. Imma l-Arċipriet Mallia, kif kiteb hu nnifsu, fisser li marru ħafna qassisin, kemm mill-parroċċa tiegħu tal-Mosta kif ukoll minn parroċċi oħrajn. Għalhekk, dak I-att ta' riparazzjoni sar b'mod solenni.[33] ll-ġurnata tat-13 ta' Lulju, 1922 kienet waħda ta' festa kbira għall-Gudja. L-Arċipriet Mallia nnifsu kiteb li l-ftuħ mill-ġdid tal-knisja parrokkjali ntlaqa' bi tqanqil ta' ferħ u b'solennità li ma jistgħux jitfissru bil-kliem. Dik ir-riparazzjoni dehret bħala att ta' fidi u ta' mħabba tassew. Kien att ta' fidi li, skont Mallia, żgur li kien se jibqa' minqux fil-qalb ta' kull wieħed minnhom. Hu ssokta jikteb hekk: "Hu proprju l-każ li wieħed igħid li mill-ħażin ħareġ ġid kbir. Alla għamel użu mill-malizzja tad-demonju biex il-fidi, il-qdusija, u d-devozzjoni tal-fidili jidhru iżjed" B'sodisfazzjon, l-Arċipriet talMosta ssokta jikteb li l-ferħ kien kbir, u kien jidher fuq il-wiċċ ta' kulħadd. Minn
Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Festa Madonna tar-Rużarju 2022 97
Nawguralek il-Festa t-tajba JULIE ZAHRA Membru Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista facebook.com/JulieZahra.mt instagram.com/juliezahra.mt 7704 3012 | juliezahra.mt@outlook.com Grazzi tal-fiducja
kulfejn għadda Ġesù Sagramentat, kien hemm bnadar iperpru fuq il-bjut, u l-gallariji kienu mżejna b'damask fin. Kwantità ta' fjuri ksew ukoll it-toroq tal-purċissjoni. Ħadu sehem bosta qassisin minn parroċċi oħrajn, u kkumpanjaw il-fratelli ta' kull fratellanza li kien hemm il-Gudja. Wara s-Sagrament, kien hemm kortew twil ta' nisa: saħansitra morda u xjuħ. ll-kumment żied ukoll dawn il-kelmiet: "ll-poplu tagħna wera kemm hu miġbud lejn ir-Reliġjon u, sabiex jagħti kotra ta' frott, hu ma jistenniex ħlief ftit paċenzja u kura min-naħa tagħna".[34]
Kif il-purċissjoni daħlet fil-knisja parrokkjali, tkanta bil-mużka I-innu ewkaristiku 0 Salutaris Ostia. Fi knisja parrokkjali maħnuqa bin-nies, I-Arċipriet Mallia, filpreżenza ta' Mons. De Piro, għamel diskors taI-okkażjoni. Hu għażel it-test li tant kien joqgħod għal dik I-okkażjoni. ld-diskors tiegħu kien kumment fuq il-kelmiet ta' Kristu fil-Vangelu ta' San Ġwann, fejn qal: "Missier Qaddis, ħarishom f'ismek dawk li Inti tajtni, biex ikunu ħaġa waħda bħalna".[35]
Wara I-barka sagramentali, I-Arċipriet Mallia għamel diskors ieħor fejn xebbah id-differenza ta' merħla bla ragħaj ma' oħra mħarsa minn ragħaj. Kulħadd deher li fehem x'ried igħidilhom. Kollha bdew juru li kienu grati lejn dawk li għenu biex is-sitwazzjoni tirranġa. Fil-fehma ta' min kiteb din id-deskrizzjoni, kull iben il-Gudja donnu staħa minnu nnifsu talli, fi żmien ta' problemi, ma kellhomx il-kuraġġ jersqu quddiem I-Arċisqof, u jitolbuh jaħfrilhom. ll-poplu kollu tal-Gudja wiegħed li s-Sibt ta' wara, jiġifieri: fil-15 ta' Lulju, 1922, jagħmlu tqarbina ġenerali li sservi ta' tpattija għall-offiżi li kienu għamlu lill-Arċisqof.[36]
L-għeluq ta' din il-kitba juri li, fil-fatt, fil-moħħ taI-Arċisqof ukoll, dak ix-xahar kien għalihom bħala penitenza għall-imġiba ħażina tagħhom. Imma I-mod kif huma rranġaw ruħhom u d-dispożizzjonijiet tajbin tagħhom kellhom jiswew ukoll biex jiftħu għajnejn I-Awtoritajiet tal-Knisja. Kulħadd kien jixtieq li l-imġiba tajba tagħhom tibqa' għaż-żmien ta' wara wkoll. Lir-raħal tal-Gudja, I-Arċipriet Mallia, li twieled fih u kellu niesu għadhom hemm, sejjaħlu "raħal imsejken". "Hu assolutament meħtieġ li l-Kappillan il-ġdid ikun wieħed li jkollu l-ħila jrażżan l-ispirtu partiġjan li diżgrazzjatament inżera' f'dan il-poplu".[37]
Pastorali ta' Paċi minn Mons. De Piro. Fit-13 ta' Lulju, 1922, għal Mons. De Piro beda xahar ta' appostolat li ma kellux
Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Festa Madonna tar-Rużarju 2022 99
ieħor jixbħu tul il-ħajja tiegħu. Hu għamel kulma jagħmel Kappillan fil-parroċċa. L-ewwel darba li eżerċità l-awtorità tiegħu kienet il-Ħadd, 16 ta' Lulju, 1922, meta għaqqad fis-sagrament taż-żwieġ lil Ġamri Farruġia u Virġinja Muscat.[38] Imma Mons. De Piro qatt ma sejjaħ lilu nnifsu "Kappillan". Dan kien iż-żwieġ waħdieni ta' żmien Mons. De Piro. Imma hu għammed tliet trabi fil-Gudja: fit-23 ta' Lulju u fis-6 u l-14 ta' Awwissu. Imbagħad, nhar il-festa ta' Santa Marija, fil-15 ta' Awissu, 1922, Mons. De Piro ddelega lil Dun Ġwann Vella biex igħammed tarbija.[39] Din ta' nhar Santa Marija kienet l-aħħar Magħmudija ta' żmienu. Fi żmien De Piro, saru wkoll żewġ funerali: fid-9 u 12 ta' Awwissu, 1922.[40] Imma I-pastorali ta' De Piro li, minħabba fiha baqa' magħruf u maħbub, ma kenitx din.
Mit-13 ta' Lulju sa żmien il-festa ta' Santa Marija tas-sena 1922, kulħadd kien ifittex lil Mons. De Piro f'dak li soltu jfittxu għalih lill-Kappillan. Dun Ġwann Vella kien qisu l-Viċi tiegħu. Kulħadd kellu rispett kbir lejhom. Imma dawk tal-partit talMadonna tal-Warda kienu għadhom inkwitati ħafna għaliex huma kienu għadhom imħarrkin biex jitilgħu l-qorti talli kienu ħebbu għal Dun Nikol Aquilina. X'uħud kienu ġew arrestati u, għalkemm telquhom, ma kienet twegħdet l-ebda maħfra.[41] ll-każ ma kellux jintesa malajr. Fix-xhur ta' wara wkoll, fil-biża' li kellhom li dak Dun Nikol Aquilina seta' jerġa' jinbagħat fir-raħal, in-nies tal-Gudja reġgħu fakkru lill-Arċisqof li ma rieduhx. L-aktar li kienu rrabjati kien għaliex dehrilhom li ma kellux għalfejn iġibilhom il-pulizija. F'ittra anonima, ftit iżjed tard, huma kitbu hekk lill-Arċisqof: "Dun Nikol ġibilna l-pulizija. Aħna ma nibżgħux mill-pulizija. Jekk irridu, nafu kif nagħmlu u x'nagħmlu".[42] Imma dik kienet il-fehma ta' wieħed li naqas ħafna mir-rispett bi kliemu u qal dak li ħass biex jiżvoga dak li kellu f'qalbu. Hu qal dawk il-kelmiet għax ma kellux il-kuraġġ li juri min kien. Ismu baqa' moħbi. ll-fatti kienu differenti għal kollox. ll-familji tan-nies li kienu qalgħu xi ċitazzjoni kienu inkwitati ħafna. Mons. De Piro malajr intebaħ b'dak in-nuqqas ta' paċi. Fl-ewwel ġranet tiegħu fil-Gudja, jiġifieri minnufih wara t-13 ta' Lulju, bl-appoġġ taI-Arċisqof Caruana, Mons. De Piro ried jara kif igħin lil dawk il-familji mnikktin. Hu tkellem maIAwtoritajiet tal-Gvern, u rnexxielu jipperswadihom biex jaħfru lil kulħadd. Għalhekk, hu laqqa' n-nies, u kkwieta l-familji billi wasslilhom li ħadd ma kien se jittalla' l-qorti. [43] Kollox juri wkoll li, fit-tjubija tiegħu, Mons. De Piro ppreżenta l-każ bħallikieku I-opra prinċipali għal dik il-maħfra ġiet bil-ħidma tal-Arċisqof Caruana. F'dik il-
Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Festa Madonna tar-Rużarju 2022100
qagħda diffiċli, kien hemm bżonn li I-poplu jerġa' jinġibed lejn l-Arċisqof li, bħala ragħaj tad-Djoċesi, kien hemm min saħansitra talab ħaqq u vendetta minnu wkoll.[44] Madankollu, it-tilwim bejn iż-żewġ partiti ma ttaffiex wisq. Dawk tal-Partit taċĊintura kellhom fosthom x'uħud li ma ħadux gost bil-maħfra li nqalgħet. Huma bdew ixerrduha li ma kienx minnu li ħadd ma kien se jittalla' l-qorti. Beda jingħad li dak kien intqal biex il-poplu jikkalma; imma I-ġustizzja, xorta waħda, ma kienet se taħfirha lil ħadd. F'dak iż-żmien, Dun Ġwann Vella kien qed jitħallat man-nies biex jisma' x'jgħidu. Kien hemm ukoll xi theddid li jqiegħdu xi bombi biex nies ta' partit itajru xi affarijiet tal-partit l-ieħor. L-istess Dun Ġwann għarraf b'kollox lil Mons. De Piro. Għalhekk, il-Monsinjur sejjaħ minnufih liż-żewġ presidenti tal-partiti, u kellimhom b'mod ċar. Mons. De Piro ma kien jisħon qatt; imma wiċċu mhux darba u tnejn li ħa l-bixra ta' wieħed serju ħafna meta kien deċiż li jfiehem lil xi wħud li ma jridhomx joqogħdu jilagħbu bi kliemu. Din kienet waħda mill-okkażjonijiet meta hu tkellem b'serjetà u b'ton ta' ċanfira wkoll. B'mod deċiż, hu qalilhom hekk: "Jiena dejjem għedt il-verità. La darba għedtilkom li m'hemmx qorti, ifisser li m'hemmx". Huma baxxew rashom u emmnu fi kliemu.[45]
Jidher ukoll li kien f'dik l-okkażjoni meta Mons. De Piro fisser lil dawk il-persuni l-bżonn li tinkiteb ittra lill-Arċisqof Caruana ħalli b'mod uffiċjali, f'isem in-nies talGudja, huma jroddu ħajr ta' kulma kien sar magħhom, juru ndiema milli kienu għamlu, u jwegħdu wkoll li dawk l-iżbalji ma jerġgħux isiru.
Fil-fatt, I-ittra lill-Arċisqof inkitbet fid-19 ta' Lulju, 1922: f'għeluq l-ewwel ġimgħa ta' Mons. De Piro fil-Gudja. ll-kittieb tal-ittra kien Ġużeppi Cutajar, li kien joqgħod f'nru. 18 Triq Santa Marija; imma miegħu ffirmaw ukoll Ġużeppi Spiteri u Anġlu Pace. Għalkemm l-ittra nkitbet f'isem in-nies kollha tal-Gudja, huma riedu li, fuq kollox, tkun f'isem dawk li kienu ġew imħarrkin mill-pulizija. Huma ammettew li dik il-festa tal-Madonna tal-Warda ta' ftit iżjed minn xahrejn qabel, kienet l-okkażjoni ta' tant dispjaċiri. Imma, waqt li wrew indiema għal dak li kien ġara, huma fissru kemm kellhom għax jafuhulu talli l-kawża kontra tagħhom kienet ġiet sospiża. B'hekk inniket tar-raħal ma kibirx. Huma wegħdu wkoll li jagħmlu ħilithom biex 'il quddiem jevitaw tant fanatiżmu u jikkonvinċu wkoll oħrajn biex ma jaqgħux fih.[46]
Dak iż-żmien qasir ta' appostolat fil-Gudja għandu xi ġrajjiet marbutin miegħu. Meta r-raħal kien qiegħed jikkwieta u n-nies kienu qed jammiraw il-ħidma ta' Mons.
Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Festa Madonna tar-Rużarju 2022 101
De Piro, wasal f'widnejn Marija Vella, omm Dun Ġwann, li binha kien qiegħed f'post ta' nkwiet kbir. Bħal kull omm oħra, hi mliet rasha u, minn Bormla, telgħet il-Gudja biex tkellem lil Mons. De Piro. Hi lmentat miegħu u qaltlu: "Kif ġejtu hawn f'dan I-inkwiet?" "Diġà sparawlna", weġibha l-Monsinjur bi tbissima. Hi nħasdet u dlonk staqsietu: "Sparawlkom? Jaqaw"? Hu mbagħad qalilha: "Sparawlna fil-festa bilbombi". Fil-fatt, in-nies tal-Gudja baqgħu jinġibdu lejh dejjem iżjed, u malajr saru jħobbuh.[47]
Darba fost I-oħrajn, wieħed tallab mar jitlob il-karità fid-dar tal-Kappillan, fejn kien qiegħed Mons. De Piro. Fetaħlu Fra Ġużepp Caruana; imma dan, billi ma kellu xejn f'idejh biex jagħtih xi ħaġa, bagħtu billi qallu: "Alla jgħinek"! ll-Monsinjur, li kien fuq ġewwa, semgħu lil Fra Ġużepp; għalhekk, sejjaħlu minnufih, u qallu: "X'iġifieri tgħidlu: 'Alla jgħinek'? Mur għajjatlu għaliex, bħalissa, fina jara l-Kappillan; hu ġie għand missieru; u għalhekk irridu ngħinuh". lt-tallab issejjaħ malajr, u tawh xi ħaġa tal-karità.[48]
De Piro flimkien mal-Kappillan il-ġdid.
Fit-tielet ġimgħa ta' Mons. De Piro bħala Delegat tal-Arċisqof fil-Gudja, l-Awtoritajiet tal-Knisja tefgħu għajnejhom fuq il-persuna li setgħet tgħin f'soluzzjoni definittiva għal dik il-problema. L-għażla waqgħet fuq qassis minn Ħal Għaxaq. Dan kien Dun Nikol Abdilla. Mons. Vassallo, is-Segretarju Djoċesan, kitiblu fid-29 ta' Lulju, 1922, biex jgħarrfu bil-għażla tiegħu.[49]
Madankollu, Dun Nikol Abdilla ma ħax il-parroċċa tal-Gudja f'idejh qabel ma ħalla ż-żmien igħaddi. Kien wasal iż-żmien l-iżjed diffiċli fil-ħajja ta' Kappillan. Dan hu żmien it-tħejjija tal-festa titulari. ll-festa ta' Marija Assunta, il-Patruna tar-raħal talGudja, kienet qed toqrob. Iż-żewġ partiti, Tal-Warda u taċ-Ċintura, jagħtu s-sehem tagħhom għal dik il-festa titulari. Għalhekk, ma kienx jaqbel li jidher kappillan ġdid li, billi ma jkunx jaf l-affarijiet, seta' jidħol f'xi basla li ma jseħħlux joħroġ minnha. Għal dik is-sena, Mons. De Piro ħa f'idejh it-tħejjija għaċ-ċelebrazzjoni tal-festa titulari. Dan kien xogħol ġdid għal Mons. De Piro. Iż-żewġ membri tas-Soċjetà ta' San Pawl, Dun Ġwann Vella u Fra Ġużepp Caruana, tawh għajnuna kbira. lt-tlieta li huma ħabbtu bieb bieb biex jiġbru għal dik il-festa. Kienu joħorġu wkoll bil-karrettun, u kienu jagħtuhom b'ġenerożità, mhux biss offerti ta' flus, imma wkoll qamħ u affarijiet
Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Festa Madonna tar-Rużarju 2022102
CALL US TODAY FOR A FREE ON-SITE ESTIMATE T. 21318885 E. lorraine@big.com.mt www.big.com.mt
oħrajn.[50] Għall-festa ta' Santa Marija ta' dik is-sena, Mons. De Piro stieden lill-Arċisqof Caruana. F'dik is-sitwazzjoni li, bil-mod il-mod, bdiet taqleb għall-aħjar, l-Arċisqof ma setax ma jmurx. Hu kellimhom b'enfasi qawwija dwar il-bżonn tal-għaqda ta' bejniethom, u spiċċa bil-kelmiet: "Irrid narakom ulied tassew ta' Santa Marija".
[51] Proprju nhar Santa Marija tas-sena 1922 ġie amministrat is-sagrament talMagħmudija. Dun Ġwann Vella, iddelegat minn Mons. De Piro, għammed lil Ġużeppa Dalli.[52] Wara l-festa ta' Santa Marija, Mons. De Piro u ż-żewġ membri tas-Soċjetà ta' San Pawl setgħu jħallu r-raħal tal-Gudja. Dun Nikol Abdilla, diġà kellu n-nomina uffiċjali; hu kien aċċetta, u diġà kien qiegħed il-Gudja. Minkejja dan, ismu qatt ma jidher fi żmien Mons. De Piro.[53] lsem Dun NikoI jidher għall-ewwel darba meta, fl-20 ta' Awissu, 1922, għaqqad fiż-żwieġ l-ewwel koppja ta' żmienu.[54] L-għada stess, ismu reġa' deher meta għammed l-ewwel tarbija.[55] Abdilla ma niżżilx fir-reġistru li hu I-Kappillan tal-Gudja, imma kiteb li hu kien ġie magħżul bħala kappillan. ll-frażi "Kappillan Elett" qiegħda biex turi li hu kien bin-nomina uffiċjali imma mingħajr pussess.
Mons. De Piro telaq mill-Gudja qabel l-20 ta' Awwissu 1922. Imma l-qagħda ma kinitx ikkwitat għal kollox. Kien hemm min kien għadu qed jibża' li l-għażla finali kienet sejra taqa' fuq Dun Nikol Aquilina. B'ittra anonima, iffirmata "Gudja", u mibgħuta lill-Arċisqof lejn I-aħħar ta' Awwissu, 1922, intalab li Dun Nikol jitwarrab għal kollox minn dak ir-raħal. Billi nzerta li l-kappillan elett kien hu wkoll jismu Dun Nikol, din I-ittra toħloq ċerta ambigwità, u tista' tagħtina x'naħsbu li l-kittieb għandu mnejn qed jgħid għalih. Imma ma jidhirx li hu hekk għax jissemma l-każ li hu kien ġabilhom il-pulizija. Meta n-nomina tal-kappillan kienet għadha ma tħabbritx filpubbliku, din il-kitba ssemmi kemm ir-raħal tal-Gudja kien abbandunat. Nies morda kienu qed joqorbu lejn I-aħħar ta' ħajjithom, u ma kellhomx min jieħu ħsiebhom u jassistihom. Jissemmew ukoll it-trabi li kienu waslu biex jitwieldu. Din l-ittra waslet f'idejn l-Arċisqof il-Ġimgħa, l-1 ta' Settembru.[56] Minkejja dan, Dun Nikol Abdilla, għalkemm bla pussess, diġà kien qed jitqies bħala l-Kappillan. Kien hemm bżonn li joħorġu xi direttivi dwar ir-raħal tal-Gudja. Għalhekk, l-lsqof Anġlu Portelli, fil-25 ta' Awwissu, 1922, kiteb ittra, u din ġiet indirizzata lill-"Kappillan" tal-parroċċa.[57]
Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Festa Madonna tar-Rużarju 2022104
Kien għadu qed jinħass il-biża' li l-parrokat ta' Abdilla jkollu bidu ħażin. Meta l-ħatra tiegħu kienet għadha ma saritx pubblika, wieħed li ma weriex l-isem tiegħu, imma ffirma E.B., kiteb ittra iebsa lill-Arċisqof Caruana. Hi ġġib id-data tal-1 ta' Settembru 1922. Hu ddikjara wkoll li l-kontenut tagħha nqara quddiem bosta nies. Hu kiteb hekk: "Din l-ittra li nispera tkun l-aħħar inqrat quddiem ġemgħa nies hawn ir-raħal, li lkoll riedu jiġu jippreżentawhielek; imma jiena pperswadejthom li għandha tagħmel il-ġid".
Wara li De Piro kien telaq mill-Gudja u Dun Nikol Abdilla kien beda jmiss b'idejh il-problemi gravi tar-raħal, in-nies tal-Gudja riedu jerġgħu jfakkru l-imgħoddi. Hi ittra li turi l-qagħda kerha ta' raħal abbandunat u mitluq għal riħu! lr-raħal kien għaddej minn żmien meta ma kienx jiftakar tant skandli daqs kemm kienu raw f'dawk I-aħħar erbatax-il sena! L-ittra fiha ħafna dettalji partikulari u ismijiet ta' persuni biex il-kittieb isaħħaħ dak li jgħid. L-għan ewlieni ta' l-ittra kien li l-Arċisqof jerġa' jibgħatilhom lil Dun Ġużepp Spiteri bħala Kappillan tagħhom għaliex huma kienu saru jħobbuh, u kien mimli ħeġġa u dħuli ma' kulħadd.[58]
Ix-xewqa tal-Paċi tinħass iżjed.
Aktarx li Dun Nikol Abdilla qatt ma kien jaf x'kien qed jinkiteb lill-Arċisqof. Ma jidher li ttieħdet l-ebda deċiżjoni li tbiddel l-għażla tad-29 ta' Lulju, 1922. ll-proposta li jibgħatulhom il-kappillan li kellhom sas-sena ta' qabel lanqas ma kien il-każ li tiġi kkunsidrata.
Madankollu, dawk l-ittri wrew li kien jaqbel li l-bidu uffiċjali ta' Dun Nikol Abdilla jerġa' jittawwal xi ftit. Kienet ħarġet deċiżjoni mill-Kurja tal-Arċisqof dwar l-ewwel festa tal-Madonna tar-Rużarju, li kienet sejra tiġi ċċelebrata fil-Gudja. ld-dispożizzjoni ħarġet bid-data tal-25 ta' Awissu; imma kienet dwar il-festa li f'dik is-sena kienet taħbat il-Ħadd, 1 ta' Ottubru. L-ittri anonimi kienu għadhom ma nkitbux. Imma l-kitba tagħhom ġiebet magħha li l-Awtoritajiet tal-Knisja kienu b'għajnejhom miftuħin fuq il-kappillan elett biex jaraw x'suċċess kien se jkollu.
L-Isqof Anġlu Portelli kien bagħat ittra lill-Kappillan elett Dun Nikol Abdilla, u ordnalu li l-festa li kien imiss tal-Madonna tar-Rużarju ssir b'mod devozzjonali biss. ll-partit ta' I-lstilla ma kellux iżejjen it-toroq. Baned ma kellhomx idoqqu. Fil-knisja, l-armar kellu jkun dak ta' kuljum. Kollox kellu jsir taħt id-direzzjoni tal-Kappillan. Fil-
Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Festa Madonna tar-Rużarju 2022 105
Nawguralkom Kandidata għall-Partit Laburista fuq ir-Raba’ Distrett Paola - Tarxien - Gudja - Santa Luċija - Fgura 130, Triq Xintill, Tarxien katya@katyadegiovanni.com /DeGiovanniKatya
purċissjoni, ma kellhomx jieħdu sehem ħlief il-Fratelli tal-Fratellanza tar-Rużarju. Tul il-purċissjoni kollha kemm hi, kellu jiġi reċitat ir-Rużarju. Għalhekk, id-daqq talbanda ma kellux isir lanqas waqt il-purċissjoni. L-istatwa kellha timxi fl-aħħar nett tal-purċissjoni, u, warajha, jimxu l-ewwel l-irġiel u mbagħad in-nisa jgħidu r-rużarju. [59]
F'dawk iċ-ċirkustanzi diffiċli, dan kien att ieħor ta' riparazzjoni u ta' prova għannies tal-Gudja biex juru kif kienu se jilqgħu deċiżjoni min-naħa tal-awtoritajiet talKnisja.
Problemi gravi, għal-lanqas dik id-darba, ma nqalgħux. Dun Nikol Abdilla qagħad għad-dispożizzjonijiet li sarulu, u rebaħ il-prova ta' dak l-ewwel xahar u nofs tiegħu fil-Gudja. Għalhekk, fl-4 ta' Ottubru, 1922, intbagħat id-digriet tan-nomina lil dan il-Kappillan li kellu jagħmel ħiltu biex iġib il-paċi bejn iż-żewġ partiti.[60]
Kif kien mistenni minn kulħadd, I-Arċisqof Mauro Caruana ddelega lil Mons. De Piro biex jagħti l-pussess lil Dun Nikol Abdilla. ll-funzjoni solenni tal-pussess saret il-Ħadd, 8 ta' Ottubru, 1922.[61]
B'dan il-mod, Mons. De Piro, li kien l-ewwel wieħed li daħal biex isolvi l-problema gravi tal-Gudja, reġa' deher meta l-paċi kienet seħħet. In-nies tal-Gudja wkoll inġibdu lejh, u xtaquh jibqa' magħhom. Imma kulħadd kien jaf li dak ma kienx possibbli għaliex id-dmirijiet tiegħu kienu qed isejħulu band'oħra. Bħalma kien ġara f'postijiet oħrajn, fil-Gudja wkoll in-nies intlaqtu mis-serjetà, ħlewwa, u qdusija tiegħu. lttifkira ta' Mons. De Piro baqgħet ħajja f'dawk li kienu mdaħħlin sewwa fil-problemi ta' dik il-qagħda tassew diffiċli. In-nies tal-Gudja ferħu meta l-kappillan tagħhom, Dun Nikol Abdilla, is-sena ta' wara, fl-1923, stieden lil Mons. De Piro biex jinseġ il-paniġierku ta' l-Assunta.[62] Nafu li Mons. De Piro kellu devozzjoni speċjali lejn Marija Assunta. Lil Marija Assunta, Mons. De Piro kien ħatarha bħala l-patruna tasSoċjetà ta' San Pawl, li hu kien waqqaf ftit snin qabel. Meta nkiteb dwar Marija taħt it-titlu tal-Assunta, fost l-oħrajn, insibu hekk: "Aħna wkoll illi, sa mill-bidu tal-lstitut, ħassejna l-għajnuna ta' Marija, ħtarnieha bħala l-Patruna tagħna l-aktar għażiża".[63] L-imħabba kbira tiegħu lejn I-Assunta, jew, kif insejħulha aħna l-Maltin, lejn Santa Marija, kienet raġuni oħra li Mons. De Piro ma ntesiex mir-raħal ċkejken tal-Gudja, fejn ħadem biex iġib il-paċi. Meta, nhar l-Assunta tas-sena 1923, Mons. De Piro mar il-Gudja għall-paniġierku ta' Santa Marija, dakinnhar, hu kien liebes bi lbies ħamrani
Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Festa Madonna tar-Rużarju 2022 107
u jlellex ta' Monsinjur, kif huma stennew mingħandu, u kif kien xieraq għas-solennità ta' I-okkażjoni. Fiż-żmien li hu kien għadda man-nies tal-Gudja, bejn Lulju u Awissu 1922, Mons. De Piro ma kienx jidher liebes jekk mhux bis-suttana ta' qassis sempliċi. [64]
Referenzi;
[1] A.A.M., Kanċ., V, Gudja, ff.180, 275-280.
[2] L.C., Suppliche, 1922, II, n.164. F'dak iż-żmien hu kien spiċċa minn kappillan.
[3] L.C., Kanċ., V, Gudja, 1922, f.104r-v. Hu kien laħaq fid-9 ta' Jannar, 1917.
[4] A.P.G., Bapt., VII (1912-1940), f.78.
[5] L.C., Mort., VII (1913-1934), f.60.
[6] L.C., Matr., VI (1892-1931), f.208.
[7] Dan jidher minn ittra tiegħu nnifsu: A.A.M., Corr., Caruana, 1922, n.50, Dun P. Farruġia - Mons. E. Vassallo, 27/4/1922.
[8] L.C., Kanċ., V, Gudja, 1922, f.104r.
[9] L.C., Corr., Caruana, 1922, n.50, Vassallo - Farruġia, 24/4/1922.
[10] Ibid., Farruġia - Vassallo, 27/4/ 1922.
[11] A.A.M., Atti Ċivili, 1922-23, n.113, f.207. Ara wkoll: Antonio Saliba, "II-Kanonku Dun Pietru Farruġia: Prokuratur ħabrieki tal-Knisja Parrokkjali tal-Gudja" Leħen il-Parroċċa talGudja, Ediz. Speċjali 1983, bla numerazzjoni.
[12] A.A.M., Corr., Caruana, 1922, f.50A, Aquilina - Portelli, 5/5/1922.
[13] Dun Nikol Aquilina, fid-9/ 11/ 1928, laħaq kappillan Ħal Għaxaq (A.A.M., Kanċ., V, Għaxaq, ff.262-269), u, minn hemm, fit-28/8/ 1935, għadda għal kappillan Ħal Tarxien (L.C., XVII, Tarxien, ff.263, 273-279), u mbagħad intbagħat kappillan is-Siġġiewi mis-sena 1952 sal-1957 (L.C., XV, Siġġiewi ff.251-257).
[14] L.C., Corr., Caruana 1922 Aquilina -Caruana 15/5/1922.
[15] L.C., Kanċ., V, Gudja, 1922, 104 r-v.
[16] A.P.G., Documenti, Abdilla - Caruana, 22/5/1922.
[17] Ibid., Raccomandazione di Aquilina.
[18] Mastru Dalli, kif kien jissejjaħ, kien ukoll il-bennej tal-faċċata tal-Knisja Parrokkjali tal-Gudja, kif inhi llum. Dan hu tagħrif li nġabar minn nies li joqogħdu I-Gudja.
[19] A.P.G., Mort., VII, f.62. Fil-fatt, f'dan il-każ, fir-reġistru ma hemmx ismu; imma tingħaraf li hi I-kitba tiegħu. L-aħħar li jidher ismu hu amministrazzjoni tal-Magħmudija tas6/6/1922; L.C., Bapt., VII, f.83.
[20] Xi ħaġa minn dan tidher f’ittra anonima, iffirmata “Gudja”: A.A.M., Corr., Caruana, 1922, n.50C. Wasal ukoll xi tagħrif orali.
[21] A.P.G., Bapt., f.84.
[22] L.C., Matr., VI, f.210.
[23] Wasal minn tagħrif orali.
[24] A.P.G., Mort., VII, ff.62-63.
[25] Mons. De Piro kien ġie nominat bħala Delegat taI-Arċisqof proprju l-ġurnata ta'
Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Festa Madonna tar-Rużarju 2022108
qabel; imma hu kien għadu ma marx il-Gudja. Ara A.A.M., Atti Ċivili, 1922-23, n.87. f.162r.
[26] L.C., Corr., Caruana, 1922, n.50B, Buġelli - Caruana, 17/6/ 1922.
[27] Ibid., Caruana - Buġelli, 19/6/1922.
[28] L.C., Atti ~ivili. 1922-23, n.87 f.162r.
[29] A.P.G., Mort., VII, f.63. Għalhekk, ma hux eżatt dak li jgħid Dun Ġwann Vella, meta kiteb li De Piro wasal il-Gudja matul il-Ġimgħa ta' qabel il-festa tal-Qalb ta' Ġesù. Ġralu li hu ħallat il-purċissjoni ta' riparazzjoni bis-Sagrament, ma' dik li soltu ssir nhar il-Qalb ta' Ġesu’. A.M.S.S.P., Intervisti De Piro, Dun Ġw. Vella, f.79r.
[30] lt-tagħrif ta' dan ittieħed mill-kelmiet ta' Dun Ġwann; imma sar xi tibdil f'dak li ma twassalx b'mod eżatt: A.M.S.S.P., Intervisli De Piro, Vella, ff.47, 49,78.
[31] A. Ferres, Descrizione Storica delle Chiese di Malta e Gozo, 1866, p.354.
[32] Ara A.M.S.S.P., Inlervisti De Piro, Vella, ff.48, 49, 78-79. ll-kumment hu wkoll ibbażat fuq ittra taI-Arċipriet Dun Pawl Mallia: A.A.M., Corr., Caruana, 1922, n.77. Dun Pawl Mallia - Ar`. M. Caruana. 14/7/ 1922. Dak Dun Pawl Mallia dam Arċipriet il-Mosta sas-sena 1930, meta mbag]ad la]aq Monsinjur tal-Katidral: A.A.M., Kanċ.,X, Mosta.f.37. lnżidu wkoll li dawn id-dettalji juru li I-parroċċa tal-Gudja damet magħluqa mil-12 ta' Ġunju sat-12 ta' Lulju, 1922.
[33] A.A.M. Corr., Caruana, 1922. n.77B.
[34] Ibid.
[35] Ibid. It-test bibliku hu {w., 17,11
[36] Ibid., n.77C.
[37] Ibid.
[38] A.P.G., Matr., VI, f.210.
[39] L.C., Bapt., VII. ff.84-85.
[40] L.C., Mort. VII, ff.63-64.
[41] A.M.S.S.P., Intervisti De Piro, Vella, ff.48-49, 80.
[42] A.A.M., Corr., Caruana, 1922, n.50C. iffirmata "Gudja".
[43] A.M.S.S.P., Intervisti De Piro, Vella, ff.4849.
[44] Ara A.A.M., Corr., Caruana, 1922, nn.50C, 60.
[45] A.M.S.S.P. Intervisti De Piro, Vella, ff. 48-49.
[46] A.A.M., Corr., Caruana, 1922, n.60, Ġ. Cutajar, Ġ. Spiteri, A. Pa`e- Caruana, 19/7/1922.
[47] A.M.S.S.P., Intervisti De Piro, Vella, f.2.
[48] lbid., f.49.
[49] Abdilla ġie magħżul wara li eżaminawh dwar il-ħila tiegħu: A.A.M., Atti Ċivili, 192223, n.63, 29/7/1922. Hu ġie nfurmat dak in-nhar stess: L.C., Corr., Caruana, 1922. n.50C, Em. Vassallo - Abdilla, 29/7/ 1922.
[50] A.M.S.S.P., Intervisti De Piro, Vella, f.82.
[51] Ibid.
[52] A.P.G., Bapt., VII, f.85.
[53] Fir-re[istru tal-Magħmudijiet tal-Gudja, qabel ir-reġistrazzjoni tal-Magħmudija tat23/7/1922, li saret minn Mons. De Piro, insibu dawn il-kelmiet: "Parochus Nicolaus Abdilla". Dan juri li r-reġistrazzjonijiet tal-Magħmudijiet ta' żmien De Piro huma tul il-parrokat ta'
Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Festa Madonna tar-Rużarju 2022 109
Abdilla. Minkejja dan, Abdilla, qabel id-29/7/ 1922, ma kellu l-ebda jedd li jsejjaħ lilu nnifsu "Kappillan".
[54] A.P.G., Matr., VI, f.211. Fir-reġistru tal-mejtin, Dun Nikol Abdilla juża terminolo[ija iżjed eżatta. Qabel ma jniżżel dwar il-funeral tat-22/ 9/ 1922, hu kiteb: Amministrazione Saċ. Nicola Abdilla: L.C., Mort., VII, f.64.
F’kull reġistru, hu beda jniżżel sempliċement "Parochus" wara li ħa I-pussess tal-parroċċa.
[55] L.C., Bapt., VII, f.85.
[56] A.A.M., Corr., Caruana, 1922, n.50C.
[57] L.C., lbid., n.50D, E.B. - Arċ. Caruana, 1/9/1922. [58] Ibid.
[59] A.A.M., Atti Ċivili, 1922-23, n.4, f.139r-v. [60] L.C., Kanċ., V, Gudja, 1922 n.104r-v, 111r-v. [61] lbid., f.113r.
[62] A.M.S.S.P., Intervisti De Piro, Ġ. Vella, f.104r.
[63] "L'Assunzioni ta' Marija", San Paul: Almanak, 193.1. p.20. [64] A.M.S.S.P.. Intervisti De Piro. Vella. ff.l-2.
Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Festa Madonna tar-Rużarju 2022110
NATIONAL LOTTERY – POS 390 - GUDJA OPEN ALL DAYS Agent Jean Paul Pace – 99696343 National Lottery – POS 390 - Gudja Il Festa it - Tajba lil Kulhadd
Anġlu Dalli (1868-1936)
L-Istatwarju tal-Vara tal-Madonna tar-Rużarju. Martin Gravina, Dip. Educ. (Adm. & Mangt.)
Anġlu Dalli (magħruf bħala s-Suffari) twieled il-Gudja nhar id-29 ta’ Marzu 1868 minn Ġużeppi Dalli li kien mill-Gudja u Anna (xebba Camilleri) li kienet miżŻejtun. Huwa kien mgħammed l-għada 30 ta’ Marzu 1868 fil-Parroċċa tal-Gudja mill-Kappillan Dun Fidel Zammit. Fil-fonti tal-magħmudija huwa ngħata l-ismijiet ta’ Anġlu, Franġisku u Spiridione filwaqt li l-parrini kienu Antonio Mirabita u t-tifla tiegħu Marija Rosa Mirabita, it-tnejn kienu miż-Żejtun.[1] Il-familja Dalli kienu joqogħdu fi Triq il-Kbira, fid-dar 155 (illum b’numru 108 Triq Raymond Caruana) u għalhekk huwa wisq probabli li Anġlu twieled fl-imsemmija dar. Ir-remissa li hemm mal-istess dar, kienet il-post minn fejn missieru kien ibigħ bl-ingrossa inbid, żebbuġ, bakkaljaw u affarijiet oħra bħal dawn. Għaldaqstant wieħed jista’ ukoll jikkonkludi li dak iż-żmien il-familja Dalli kienet tat-tajjeb.
Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Festa Madonna tar-Rużarju 2022114
Anġlu Dalli 1868-1936
Minn ċkunitu Anġlu kellu namra lejn l-arti tal-immudellar. Infatti, huwa kien iqatta’ ħafna ħin għand il-“Prinċ” li kien joqgħod il-Gudja, fejn huwa kien joqgħod jarah jagħmel l-istatwi. Fil-Gudja għadna nsibu xogħol fil-karatpesta li kien jagħmel il-“Prinċ”. Nhar is-16 ta’ Ġunju 1895, is-saċerdot Dun Albert Dalli b’delega millkappillan Dun Lawrenz Debono (1875-1896) żewweġ lil Anġlu Dalli u l-Maria Anna Sciberras fil-Parroċċa tal-Gudja.[2] Maria Anna kienet minn Ħal Tarxien u qabel ma żżewġet hija kienet taħdem bħala għalliema fl-iskola Primarja ta’ Ħal Tarxien. Meta Anġlu Dalli żżewweġ, huma baqgħu joqogħdu fid-dar li kellhom il-Gudja. Frott iżżwieġ ta’ Anġlu ma’ Marija Anna huma tmien ulied. Dawn kienu Ġużeppi, Serafina, Nazzareno, Indri, Wistin, Margerita, Ninu u Fortunato. Wara xi żmien, huwa bena dar f’Ħal Tarxien li kellha n-numru 25 (illum 12) Triq il-Palma u li għandha wkoll kantina taħt il-post kollu. Din il-kantina kienet isservi bħala l-post ta’ fejn Anġlu kien jaħdem l-istatwi. Il-kantina kienet ukoll il-post ideali sabiex huwa seta’ jerfa’ t-tafal li bih kien jimmudella.
Fost ix-xogħol fil-kartapesta li Anġlu Dalli kien għamel, insibu sett ta’ anġli żgħar u tnejn oħra kbar għall-parroċċa ta’ Ħal Tarxien. Il-vara tal-Madonna ta’ Liesse għallknisja ta’ Liesse il-Belt Valletta, xogħol ukoll fil-kartapesta, li matul l-aħħar gwerra dinjija nqerdet, kif ukoll il-vara tal-Madonna tar-Rużarju li nsibu fil-Knisja Parrokkjali tal-Gudja. Rigward din il-vara tal-Madonna tar-Rużarju, filwaqt li huwa għamel ixxogħol tal-kartapesta, it-tifla tiegħu Margerita li dak iż-żmien kienet tgħallem fisCentral School f’Ħal Tarxien f’Bowyer House (quddiem il-knisja ta’ San Bert), għamlet il-libsa tal-Madonna u tal-Bambin. Ix-xogħol fuq din il-vara kien bdieh nhar l-4 ta’ Novembru 1921 fil-post li kellu f’Ħal Tarxien. Il-karnaġjon kien fdat f’idejn Ġużeppi Cali li kien ħabib ta’ Anġlu Dalli u li miegħu kien jaqsam il-ħsibijiet li kien ikollu fuq ix-xogħol tal-arti. Il-vara tal-Madonna tar-Rużarju ddaħlet għall-ewwel darba filKnisja Parrokkjali Santa Marija tal-Gudja nhar il-Ħadd 4 ta’ Ġunju 1922 u ħarġet għall-ewwel darba proċessjonalment nhar il-11 ta’ Ġunju 1922 fl-okkażjoni tal-festa tal-Madonna tal-Warda. Il-vara li ħadem Anġlu Dalli ħadet post dik maħduma minn Antonio Chircop li kienet tintuża għall-festi sekondarji; dik tal-Warda, tar-Rużarju u taċ-Ċintura. Biċċa xogħol oħra li ħarġet minn idejn Anġlu Dalli u li għadna ngawduha fil-festa titulari ta’ Santa Marija, hija l-istatwa ta’ Malta li tintrama’ fil-misraħ ta’ dan ir-raħal. Anġlu Dalli kien ukoll għamel kemm restawr, u xi tibdiliet żgħar, kif ukoll żebagħ il-vara tal-Madonna tad-Duttrina (xogħol Ġlormu Darmanin 1834-1879) li nsibu fil-Knisja Arċipretali Marija Annunzjata ta’ Ħal Tarxien. [3] Barra li Anġlu Dalli kien statwarju, kien jaħdem ukoll bħala mgħallem tal-bini.
Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Festa Madonna tar-Rużarju 2022116
Infatti nsibu li mis-sena 1906 sa 1910 kien bena n-navi tal-Knisja Arċipretali ta’ Santa Katerina taż-Żurrieq. Huwa kien għamel ukoll ix-xogħol tal-ġebel tan-niċċa tal-Lunzjata li nsibu fil-Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Tarxien, kif ukoll il-bini tad-dar nru. 79a Triq il-Palma Tarxien li kienet id-dar ta’ Dun Mikiel Vella u d-dar fl-istess raħal nru. 63 Triq il-Palma, li kienet id-dar ta’ Dun Ġwann Diacono, liema djar għadhom jeżistu. Fil-bidu tas-seklu għoxrin bena l-faċċata tal-Parroċċa Santa Marija tal-Gudja fuq disinn tal-Gudjan Carlo Farrugia.
Ftit qabel ma’ miet, Anġlu kien qala’ daqqa ta’ karrozza quddiem l-għassa ta’ Ħal Tarxien, u minn hemm saħtu baqgħet sejra lura sakemm miet. Anġlu Dalli miet fiddar tiegħu f’Ħal Tarxien nhar il-11 ta’ Frar 1936 fl-età ta’ 68 sena u wara funzjoni funebri li kienet saritlu ġewwa l-parroċċa ta’ Ħal Tarxien, ġie midfun fil-qabar numru 8 kompartiment C fiċ-ċimiterju tar-raħal ta’ Ħal Tarxien, jew aħjar kif huwa magħruf bħala tal-Erwieħ. Martu Marija Anna Dalli mietet tliet xhur warajh, nhar is-27 ta’ Mejju 1936 fl-età ta’ 58 sena u indifnet fil-qabar numru 14 fl-istess ċimiterju. [4]
Fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill Lokali tal-Gudja (2000-2003), f’ħarġa talgazzetta tal-Gvern tas-16 t’April 2002 kien ġie notifikat illi l-Wesgħa li hemm fi Triq ilKbira ma’ dik li kienet Triq San Mark (illum Triq il-Fidwa) tingħata l-isem ta’ Wesgħet Anġlu Dalli (1868-1936) statwarju.
Soċjetà Filarmonika La Stella Gudja - Festa Madonna tar-Rużarju
2022 117
Referenzi
1. Bapt. Vol V 1846-1886 p.120, Gudja
2. Matr. Vol VI 1892-1931 p.14, Gudja
3. Vol 9 Liber Defunctorum AB Anno 1933 Usque Ad Annum 1963 Tarxien p.49
4. Ibid. P. 55
Biblijografija
-Battistino Vinċenti, Ħal Tarxien 1993
-Tarxien, Ħarġa Speċjali tal-Festa 1999
-Muscat Reno, Artisti Maltin li nkludew lill-Madonna tar-Rużarju fix-xogħol tagħhom, P.63.
-Soċjetà Filarmonika “La Stella”, Madonna tar-Rużarju Festa 2001
-Joseph A. Farrugia, L-istatwa tad-Duttrina skont ix-xjuħ tagħna, P.35 Il-Festa tal-Madonna
-tad-Duttrina fil-Parroċċa Arċimatriċi ta’ Ħal Tarxien 2002.
-Tagħrif mogħti lill-awtur mill-Kan. Dun Mario Agius.
Noti:-
- Meta Anġlu Dalli żżewweġ lil Maria Anna, missieru Ġużeppi kien diġà miet.
- Filwaqt li fis-santa tat-tifkira tal-mewt, l-età ta’ Marija Anna hija miktuba 58, fir-reġistru tal-mewt tal-parroċċa ta’ Ħal Tarxien hija mniżżla 59.
- Id-dfin fil-knisja parrokkjali ta’ Ħal Tarxien baqa' jsir sas-sena 1935.
Medicaid Pharmacy 21 676294 / 27 676 294 Pharmacy Open all Day Mon to Fri 8.00am to 9.00pm Sat 8.00am to 7.00pm Free Home DeliveriesContact us 62, Vjal it-T orri,Gudja Email: www .medicaidclinics.comcustomermedicaid@gmail.com
Il-Madonna tar-Rużarju Bil-Kuruna f'idha u f'id il-Bambin Xoghol fl-injam Anton Chircop - 1851 Kappella tal-Lunzjata Il-Gudja
Syphase Services. Earth Electrodes. Electrical and plumbing installations. Mobile 79064424 Email syphase@gmail.com
Ritratt
- Mark Micallef Pearconte Ċelebrazzjonijiet 100 Sena Fostna Purċissjoni Madonna tar-Rużarju 29 ta' Mejju 2022