UNJONI MISSJUNARJA ‑ DUN CHARLES BUTTIGIEG
Ġunju 2021
Intenzjoni Missjunarja: Ġunju 2021 Intenzjoni għall‑Evanġelizzazzjoni – Is‑Sbuħija taż‑Żwieġ.
“Nitolbu għaż‑żgħażagħ li qegħdin jippreparaw għaż‑żwieġ bl‑għajnuna tal‑komunità Nisranija; nitolbu sabiex jikbru fl‑imħabba, b’ġenerożità, fedeltà u paċenzja.” 6
L
‑għan taż‑żwieġ huwa li tifforma familja sana miftuħa għall‑prokreazzjoni, jiġifieri għall‑ħajja tal‑bniedem. Alla ħalaq il‑bniedem u għalhekk Huwa l‑Awtur tal‑ħajja u l‑Leġislatur tal‑bniedem. Alla ried sa mill‑bidu tal‑pjan tiegħu, li ż‑żwieġ u l‑familja jkunu magħmula minn raġel wieħed u mara waħda, u li l‑imħabba ta’ bejniethom tagħti l‑ħajja. Fl‑ewwel tliet kapitli tal‑Ġenesi fil‑Bibbja, għandna l‑istorja tal‑ewwel koppja ta’ bnedmin, Adam u Eva, proprju raġel u mara,
kumplimentari għal xulxin, ħalaqhom sabiex jagħmlu l‑frott, sabiex inisslu u joktru. (Ġen. 1:27‑28) Il‑bniedem ġie maħluq xbieha t’Alla. Din hija l‑familja u s‑sbuħija taż‑żwieġ skont Alla. Ilkoll nafu kemm il‑bniedem bl‑għajta tad‑‘drittijiet’ u ‘progress’ tappan ħafna s‑sbuħija taż‑żwieġ tal‑familja. Dan wassal biex il‑bniedem ‘modern’ tal‑lum kisser dak li għamel Alla, il‑bniedem kisser il‑familja u meta għamel dan kisser lilu nnifsu. Ejjew naħdmu għad‑drittijiet