NEWSPAPER POST ĠUNJU 2021 SENA 89
90
sena ħidma għall‑missjoni
08 L‑Arti Li Tħobb 16 Jitgħallmu L‑Kompjuter Bla Kompjuter 26 L‑Abbati Ta’ Strada Merkanti 30 90 Sena Ta’ Storja għal donazzjoni www.missio.org.mt
|
2123 6962
|
7 Triq il‑Merkanti, Valletta
|
7 Triq l‑Imgħallem, Ir‑Rabat Għawdex
EDITORJAL – DUN VICTOR AGIUS
Ġunju 2021
Jien. Int. Aħna. Flimkien. VO/1178
Missio ‑ [Uffiċċju Missjunarju], 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 9.00am ‑ 1.00pm
Aktar Hemm Ferħ Meta Tagħti Milli Meta Tirċievi
Donazzjonijiet jistgħu jitħallew fil‑ħanut Faith Hope & Charity mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 1.00pm ‑ 7.00pm / Is‑Sibt: 9.00am ‑ 1.00pm Missio: Nru. 150, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.00am ‑ 4.00pm Tel: 2123 6962 • Fax: 21231272 Imejl: info@missio.org.mt • Websajt: www.missio.org.mt Uffiċċju Missjunarju, 7, Triq l‑Imgħallem, ir‑Rabat, Għawdex VCT 9066. Tel: 2155 0267 • Imejl: gozo@missio.org.mt Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.30am ‑ 12.00pm BORD EDITORJALI Editur: Claudia Cini (claudia@missio.org.mt) Membri:Mons. Valent Borg Dun Victor Agius, Mario Scicluna, Dun Karm Portelli, Kav. Emmanuel Cutajar KCHS, Robert Farrugia Websajt u Facebook:
missiomalta
Qari tal‑Provi: John Caruana Grafika: James Trapani (gakbu@gakbu.com) Malta Missjunarja hija Rivista Missjunarja ta’ kull xahar. L‑ewwel ħarġa: Settembru 1932 bl‑isem ta’ Malta Missjunarja. Jannar 1978: bidla fl‑isem għal Knisja Missjunarja. Frar 2003: mill‑ġdid Malta Missjunarja. Abbonament għal sena €10.00
F’din il‑ħarġa: 2 Editorjal 4 Messaġġ mid‑Direttur 6 Unjoni Missjunarja 8 Propagazzjoni tal‑Fidi 12 San Pietru Appostlu 16 Santa Infanzja 22 Qaddis tax‑Xahar 24 Ġurnata Missjunarja 2021 26 L‑Abbati ta’ Triq il‑Merkanti 27 Reċensjoni ta’ Ktieb 30 90 Sena ta’ Storja 32 Dehriet tal‑Madonna 36 Riċetta Tradizzjonali 38 Kompetizzjoni u Ċajt 39 Nitolbu għall‑Mejtin Tagħna Ritratt tal‑faċċata: Bidwi jġorr lil ibnu fuq dahru filwaqt li jaħdem fl‑għelieqi f 'Y Ty, fil‑provinċja ta' Lao Cai fil‑Vjetnam. 2
J
ien żgur li inti diġà għaddejt minnha din il‑verità tal‑Vanġelu. Meta għent xi persuna marida, meta kkunslajt lil min kien imnikket jew meta żammejt il‑kumpanija lil xi ħadd li ħassu waħdu, ma ħassejtx xi drabi ferħ u paċi li ma tafx mnejn ġew? Din hija d‑dinamika tal‑imħabba. Aktar ma nagħtu aktar ikollna. Il‑ferħ ta’ meta taqdi Konna tlifna lit‑tifel tagħna minħabba trattament li rċieva u li kien infettat.
Ġunju 2021
Minħabba f ’hekk marti u jien dħalna f ’dipressjoni. Marti kienet tħossha wisq diffiċli meta kienu jiġu jżuruna nies bit‑tfal u hekk wara ftit ġejna iżolati u ħajjitna saret insapportabbli u mingħajr sinifikat. Ġurnata waħda ltqajna ma’ grupp ta’ nies li kienu jgħinu ’l xulxin jgħixu l‑Vanġelu. Darba, f ’laqgħa minnhom kien hemm sentenza mill‑Vanġelu li laqtet ħafna lil marti u li biddlitilha ħajjitha. Is‑sentenza kienet tgħid hekk: “Hemm aktar ferħ meta tagħti milli meta tirċievi”. Wara li qagħdet tirrifletti xi ftit fuqha, marret lura għax‑xogħol bħala assistenta f ’ċentru għal tfal li kellhom il‑marda tal‑kanċer. F’kemm ili ngħidlek reġgħet ġiet lura għal li kienet. Hija stess darba qaltli kemm sabet ferħ minn meta bdiet tgħin lil dawn it‑tfal. (R.A. Franza)
Amministra l‑ħwejjeġ t’Alla bil‑ġustizzja Kif tista’ tkun ċert x’għandek iżżomm u x’għandek tagħti? Isma l‑vuċi t’Alla f ’qalbek; jekk ma tistax tiddeċiedi waħdek, ħu parir minn xi ħaddieħor. Hekk tiskopri kemm għandek affarijiet
li m’għandekx bżonnhom. Agħti lil min m’għandux. Għix dak li jgħid Ġesù: “Biegħ u agħti.” Jekk tagħmel dan, tfawwar il‑bwiet li ma jittaqqbu qatt. (C. L.)
Agħti u tirċievi Fil‑komunità fejn ngħix,
kuljum nitolbu ’l Mulej iberkilna l‑ikel u jgħinna naqsmuh ma’ min m’għandux. Waqt l‑ikel ta’ nofsinhar, is‑soltu raġel fqir ġie jħabbtilna l‑bieb, imma ma kellna xejn ħlief poriġ tal‑ħafur sew għal nofsinhar kif ukoll għal filgħaxija. Lanqas flus ma kellna u allura għedt lill‑fqir li ma kien baqgħalna xejn. Meta poġġejt bilqiegħda biex niekol, ma stajtx, marli l‑aptit kollu. Wara ftit ġiet is‑sentenza f ’moħħi: “Agħtu u jingħatalkom.” Għalhekk ġbart kulma kellna u tajtu lill‑fqir li kien għadu hemm jistenna. Ftit wara ħabbat il‑bieb. Kienet ġiet tifla bi platt kbir f ’idejha mimli ħafur u qaltilna: “Dan bagħtithulkom ommi”. Inkredibbli kif Alla jasal dejjem fil‑ħin. (Sor Madeleine Burkina Faso)
Il‑missier iżomm idejn uliedu għal ftit taż‑żmien, imma jżommilhom qalbhom f’tiegħu għal dejjem. Awguri mill‑qalb lill‑missirijiet kollha mingħandna ta’ Missio. Il‑Mulej iżomm idejh fuqkom u jberikkom, u jagħti l‑mistrieħ ta’ dejjem lill‑missirijiet kollha li ħallew din id‑dinja. 3
Ġunju 2021
I
Xmara ta’ Ħniena Divina
x‑xahar ta’ Ġunju huwa ddedikat lill‑Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù; dik il‑qalb minfuda li minnha toħroġ xmara ta’ ħniena divina. San Ġwann, fl‑Evanġelju tiegħu jgħidilna li meta s‑suldati responsabbli mill‑esekuzzjoni raw li Ġesù kien miet, ma kissrulux riġlejh bħalma għamlu lit‑tnejn l‑oħra li kienu msallbin miegħu, “iżda wieħed mis‑suldati nifidlu ġenbu b’lanza u minnufih ħareġ demm u ilma”. (19:24) San Ġwann, huwa u jħares 4
MESSAĠĠ MID‑DIRETTUR – MONS. VALENT BORG
lejn Ġesù mejjet b’ġenbu miftuħ, għaraf li dan kien diġà mħabbar mill‑profeta Żakkarija, meta qal: “Huma jħarsu lejn dak li jkunu nifdu.” (12:10) Illum ukoll għadna nħarsu lejn din il‑qalb miftuħa għaliex fiha biss insibu il‑fejqan tassew u l‑mistrieħ tagħna. Ġesù miet biex jaqlgħalna mingħand il‑Missier id‑don tal‑Ispirtu s‑Santu. L‑appostli, bir‑raġun tnikktu huma u jisimgħu lil Ġesù jgħidilhom li dalwaqt kien ser iħallihom biex imur lura
għand il‑Missier. Huwa u jqawwilhom qalbhom biex ma jibżgħux, Ġesù qalilhom: “Ngħidilkom is‑sewwa, jaqblilkom li jiena mmur għaliex jekk ma mmurx, id‑Difensur ma jiġix għandkom, imma jekk immur, nibgħathulkom.” (Ġw. 16:7) Barra dan id‑don kbir, minn din il‑qalb ħarġu s‑seba’ għejjun ta’ grazzja: is‑sagramenti; fosthom is‑sagrament tal‑maħfra (il‑qrar) u s‑sagrament tal‑Ewkaristija. Ġesù xerred demmu mhux għalih innifsu, iżda għalina u għall‑bnedmin kollha għall‑maħfra ta’ dnubietna. Bħalma l‑poplu Lhudi, fi triqtu lejn l‑Art Imwiegħda, inħeles minn sriep velenużi billi ħares lejn serp tal‑bronż arbulat fuq għolja bħalma Alla kien ikkmanda lil Mosè biex jagħmel (Num. 21:9), hekk aħna llum naqilgħu l‑maħfra ta’ dnubietna jekk b’qalb
B’SMS B’SMS ta’ €2.33 qed titma’ ta’ tkun 2.33 tkun qed 7 t’itfal7t għal ġurnata. titma’ itfal għal ġurnata.
Papa San Piju X fehem sewwa dan. Għalhekk ried li t‑tfal, sa mill‑età żgħira ta’ sitt snin, jibdew jirċievu lil Ġesù Ewkaristija. F’dawn il‑jiem, ilkoll nifirħu naraw lil dawn it‑tfal fl‑innoċenża tagħhom jersqu biex jirċievu lil Ġesù Ewkaristija għall‑ewwel darba. Fl‑istess waqt, għandna lkoll noqogħdu attenti biex ma nintilfux fuq ħafna xinxilli, bħal żraben, ilbies, festini u xagħar, iżda li nuru lil dawn it‑tfal kif għandhom jgħixu l‑Ewkaristija billi jaħfru, iħennu, jaqdu u fuq kollox iħobbu lill‑oħrajn kif ħabbna l‑Mulej. (Ġw. 13:34)
B’SMS ta’ €6.99 tkuntkun qed qed B’SMS ta’ 6.99 tixtri tixtri l‑kotba għal tifel jewtifel tifla jew l‑kotba għal għal tiflasena għalskolastika. sena skolastika.
jkun lest li jaħsel saqajn l‑oħrajn. (Ġw 13:14)
sms fuq 50617374 – 2.33 | sms fuq 50618820 – 6.99
niedma u b’fidi mħeġġa nħarsu lejn Ġesù msallab li xerred demmu “għall‑maħfra tad‑dnubiet”. (Mt. 26:28) Ħadd minna għalhekk, m’għandu jibża’ jew jaqta’ qalbu mis‑salvazzjoni tiegħu, għaliex il‑qalb miftuħa ta’ Ġesù hija l‑akbar sinjal tal‑ħniena u tat‑tjieba infinita t’Alla lejna l‑bnedmin. Barra dan, Ġesù miet biex jagħtina ġismu u demmu bħala ikel u xorb. San Pawl jgħallimna li, “kull meta tieklu dan il‑ħobż u tixorbu dan il‑kalċi, intom ixxandru l‑mewt tal‑Mulej sa ma jiġi”. (1Kor. 11:26) L‑Ewkaristija mhix xi ħaġa ta’ lussu jew riservata għal xi okkażjoni speċjali, imma għandha tkun għal kull Nisrani l‑ikla ta’ kuljum tiegħu. Ġesù, permezz ta’ dan is‑sagrament, jibdilna fih. Dan ifisser li jum wara l‑ieħor, insiru naħsbu, naġixxu u nitkellmu bħalu. Is‑sejħa ta’ kull Nisrani hija li jsir Ewkaristija ħajja billi
DONAZZJONIJIET B’RISQ IL‑MISSJONI
Ġunju 2021
Jien. Int. Aħna. Flimkien. (VO/1178)
Int tista’ tagħti daqqa t’id. Missio għandu bżonn il‑voluntiera. Jekk int interessat, ċempel
21236962 5
UNJONI MISSJUNARJA ‑ DUN CHARLES BUTTIGIEG
Ġunju 2021
Intenzjoni Missjunarja: Ġunju 2021 Intenzjoni għall‑Evanġelizzazzjoni – Is‑Sbuħija taż‑Żwieġ.
“Nitolbu għaż‑żgħażagħ li qegħdin jippreparaw għaż‑żwieġ bl‑għajnuna tal‑komunità Nisranija; nitolbu sabiex jikbru fl‑imħabba, b’ġenerożità, fedeltà u paċenzja.” 6
L
‑għan taż‑żwieġ huwa li tifforma familja sana miftuħa għall‑prokreazzjoni, jiġifieri għall‑ħajja tal‑bniedem. Alla ħalaq il‑bniedem u għalhekk Huwa l‑Awtur tal‑ħajja u l‑Leġislatur tal‑bniedem. Alla ried sa mill‑bidu tal‑pjan tiegħu, li ż‑żwieġ u l‑familja jkunu magħmula minn raġel wieħed u mara waħda, u li l‑imħabba ta’ bejniethom tagħti l‑ħajja. Fl‑ewwel tliet kapitli tal‑Ġenesi fil‑Bibbja, għandna l‑istorja tal‑ewwel koppja ta’ bnedmin, Adam u Eva, proprju raġel u mara,
kumplimentari għal xulxin, ħalaqhom sabiex jagħmlu l‑frott, sabiex inisslu u joktru. (Ġen. 1:27‑28) Il‑bniedem ġie maħluq xbieha t’Alla. Din hija l‑familja u s‑sbuħija taż‑żwieġ skont Alla. Ilkoll nafu kemm il‑bniedem bl‑għajta tad‑‘drittijiet’ u ‘progress’ tappan ħafna s‑sbuħija taż‑żwieġ tal‑familja. Dan wassal biex il‑bniedem ‘modern’ tal‑lum kisser dak li għamel Alla, il‑bniedem kisser il‑familja u meta għamel dan kisser lilu nnifsu. Ejjew naħdmu għad‑drittijiet
Ġunju 2021
li jrid Alla, id‑dritt tal‑ħajja, tan‑nutrizzjoni, tal‑edukazzjoni, tax‑xogħol, tal‑paga ġusta u tal‑familja. Ejjew naħdmu biex insalvaw iż‑żwieġ u l‑familja skont kif irid Alla l‑Imbierek. Dan għandu jkun l‑impenn tagħna bħala individwi u bħala Knisja. Papa Franġisku ħeġġeġ dan kollu fl‑Udjenza tal‑Erbgħa 27 ta’ Mejju 2015, fejn qal: “Żmien l‑għerusija jista’ jsir tabilħaqq żmien ta’ inizjazzjoni, għalxiex? Għas‑sorpriża! Għas‑sorpriża tad‑doni spiritwali li bihom il‑Mulej, permezz tal‑Knisja, jagħni lix‑xefaq tal‑familja ġdida li hija miftuħa biex tgħix fil‑barka tiegħu. Issa jien nistedinkom titolbu lill‑Familja Mqaddsa ta’ Nazaret: Ġesù, Ġużeppi
u Marija. Itolbu biex il‑familja tterraq din il‑mixja ta’ tħejjija, u itolbu għall‑għarajjes. Nitolbu lill‑Madonna lkoll flimkien: Sliema għall‑għarajjes kollha, biex jistgħu jifhmu l‑ġmiel ta’
din il‑mixja lejn iż‑żwieġ.” Ejjew fuq kollox inkomplu nitolbu, nieħdu ħsieb saħħitna u nitolbu lil Ġesù, Marija u Ġużeppi jeħilsuna minn din il‑pandemija.
BAŻAR
92, TRIQ ĦAL QORMI, ĦAMRUN Ikun miftuħ mit‑Tnejn sas‑Sibt mid‑9am sas‑1pm 7
Ġunju 2021
PROPAGAZZJONI TAL‑FIDI – DUN VICTOR AGIUS
L‑Arti Li Tħobb – L‑Ewwel Parti
K
Il‑Qalba tal‑Ħajja Hija l‑Imħabba
emm hawn nies li jaħsbu li biex tgħix ta’ Nisrani tajjeb jeħtieġ li ma tagħmilx il‑ħażen. Ma jdumux wisq biex jindunaw li din hija battalja li tintilef dejjem. In‑natura tagħna ta’ bnedmin hija dgħajfa u dejjem naqgħu. Biex inkun ċar ser nuża kliem kemxejn esaġerat: flok niffissa li ma rridx naqa’ fil‑ħażen, irrid niffissa li f’kull mument irrid nagħmel it‑tajjeb lill‑oħrajn. Kemm nieħu gost naqra kapitlu 4 fl‑ewwel ittra ta’ San Ġwann Appostlu! Fih inħoss li hemm is‑sigriet għal ħajja aktar sabiħa. F’dan ir‑rakkont tinduna kemm San Ġwann qed jikteb mill‑esperjenza personali tiegħu. Huwa li fiż‑żgħożija 8
tiegħu kien iltaqa’ ma’ Ġesù li qaliblu ħajtu ta’ taħt fuq u ħalla kollox biex imur warajh. Ġwanni, li fl‑aħħar ċena medd rasu fuq sider Ġesù, li ma’ Marija kien taħt
is‑salib u hemm mingħand Ġesù rċieva lil Marija bħala ommu, li kif sema’ li Ġesù qam mill‑imwiet ġera ma’ Pietru u wasal qablu ħdejn il‑qabar, u li ma’ Marija
Ġunju 2021
u d‑dixxipli l‑oħra rċieva l‑Ispirtu s‑Santu f’jum il‑Pentekoste. Ġwanni kiteb dan il‑kliem tad‑deheb fuq l‑imħabba u li għalih din l‑imħabba hija l‑qalb li tagħti l‑ħajja lil ħajjitna. F’vers 7 jikteb: “Għeżież, ejjew inħobbu lil xulxin.” Ma jgħidx ejjew inħobbu l‑proxxmu tagħna, imma nħobbu lil xulxin. Ma dan il‑kliem iżid: “Għax l‑imħabba ġejja minn Alla, u kull min iħobb huwa mwieled minn Alla u jagħraf lil Alla”, u f’vers 12: “Jekk inħobbu lil xulxin huwa jgħammar fina u mħabbtu ssib il‑milja tagħha fina.” Il‑milja tal‑imħabba qiegħda fina meta aħna nħobbu lil xulxin. Jekk aħna l‑Insara qabel kollox ngħixu hekk, Alla jgħammar fina u fostna; u kemm nies jinġibdu lejn Ġesù għax jarawh f’nofsna. Għalhekk hija r‑rieda t’Alla fuqna li qabel kull inizjattiva jew attività oħra, aħna għandna nsiru esperti fuq kif għandna nħobbu lil xulxin. Dan huwa l‑ewwel pass fil‑mixja tagħna bħala dixxipli ta’ Ġesù. Bla ebda dubju din hija l‑ewwel ħtieġa għal kull missjunarju; mhux kemm nafu lingwi jew teoloġija, jew kemm nafu niġbru flus u ħafna affarijiet oħra. L‑ewwel nett: kemm qed inħobbu lil dawk li qed jaħdmu jew jgħixu magħna?
Kien proprju dan l‑iskop li għalih Papa Ġwanni Pawlu II, wara li ntemmet is‑Sena Ġubilari 2000, fl‑ittra appostolika “Fil‑Bidu ta’ Millennju Ġdid”,
ippropona l‑Ispiritwalità tal‑Komunjoni fejn talabna “nagħmlu l‑Knisja, id‑dar u l‑iskola tal‑komunjoni” (43). Kien għalhekk li anki hu wasal biex joffrilna fil‑prattika l‑mod kif: “B’hekk nitgħallmu naqsmu magħhom il‑ferħ u n‑niket tagħhom, nintebħu bix‑xewqat tagħhom u ngħinuhom fil‑ħtiġijiet tagħhom, noffru ħbiberija soda u ġenwina. L‑ispiritwalità ta’ komunjoni tfisser ukoll li nkunu nafu naraw dak li huwa pożittiv fl‑oħrajn,
nilqgħuh u ngħożżuh bħala rigal mingħand Alla, bħala rigal għalina. L‑ispiritwalità ta’ komunjoni tfisser fl‑aħħar nett ‘insibu l‑wisa’ għal ħutna billi ‘nerfgħu t‑tagħbijiet ta’ xulxin’ (Gal 6:2), u billi nieqfu lill‑ħajriet egoistiċi li jaqbdu magħna bla waqfien u jqanqlu l‑kompetizzjoni, karriera, sfiduċja u għira.” (43) Għalhekk ħsibt li nsemmu xi wħud mill‑punti miġbura minn diskorsi u kitbiet ta’ Chiara Lubich, fuq kif għandha tkun din l‑imħabba li rridu ngħixu lejn xulxin. Huma affarijiet li żgur smajna fuqhom kemm‑il darba u għalhekk naqrawhom bis‑sempliċità ta’ tfal, imma b’qalb kbira li trid tħobb lil Alla fil‑proxxmu tagħna ħalli bil‑grazzja t’Alla nkunu parti żgħira minn dik it‑talba ta’ Ġesù waqt l‑aħħar ċena lil Alla l‑Missier “biex isiru ħaġa waħda għal kollox, ħalli d‑dinja tagħraf li inti bgħattni”. (Ġw 17:23) L‑Insara kollha huma msejħin għal dan. Għax fil‑Kristjaneżmu l‑imħabba hija kollox. Santu Wistin, għalliem tal‑imħabba, jgħid b’qawwa: “Mill‑imħabba biss jintgħarfu wlied Alla. Kieku kulħadd irodd is‑salib (li hu att reliġjuż), iwieġeb Ammen u lkoll inkantaw l‑Alleluja (jiġifieri jekk isiru l‑liturġiji li huma importanti 9
Ġunju 2021
ħafna, imma mhux biżżejjed), li kieku kulħadd jirċievi l‑magħmudija u jmur il‑knisja u jibni l‑ħitan tal‑bażiliċi, jibqa l‑fatt li hija l‑imħabba waħedha li tiddistingwi ’l ulied Alla. (Ikompli jgħid: “minn ulied satana”). “Dawk li għandhom l‑imħabba huma mwielda minn Alla. Minn dan tagħrfuhom. Jekk int ikollok kollox, imma jkun jonqsok din il‑ħaġa biss, mela dak li għandek ma jiswa xejn. Jekk m’għandekx affarijiet oħra, imma għandek din biss, int tkun ħarist il‑liġi”. (Santu Wistin, kumment għall‑ewwel Epistola ta’ San Ġwann). Kulħadd jaf li l‑Vanġelu jitlobna ħafna affarijiet, imma nafu wkoll li hemm kmandament li jiġborhom kollha fil‑qosor. Fih, jgħid Ġesù, tinsab “il‑liġi kollha u l‑profeti”. Issa din hija l‑imħabba, l‑imħabba sopranaturali, dik li l‑Ispirtu s‑Santu poġġa f’qalbna. L‑imħabba hija virtù mill‑aktar importanti, hija kollox. Għalhekk, ikun 10
PROPAGAZZJONI TAL‑FIDI – DUN VICTOR AGIUS
jaqbel li nintefgħu minnufih biex ngħixuha xi ftit aħjar. Issa jekk nagħmlu dan irridu nkunu nafu liema huma l‑affarijiet li jagħmluha speċjali. Wieħed ħassieb jgħid: “Li tħobb hija ħaġa tajba, li tkun taf tħobb huwa kollox”. Iva, li tkun taf tħobb, għax l‑imħabba Nisranija hija arti u jeħtieġ li din l‑arti nitgħallmuha. Psikologu kbir ta’ żmienna qal: “Huwa rari ħafna li
ċ-ċiviltà tagħna tfittex li titgħallem l‑arti tal‑imħabba, u minkejja t‑tfittxija ddisprata għall‑imħabba, kollox huwa meqjus iktar importanti: suċċess, fama, flus u setgħa. Kważi kull enerġija li għandna nużawha biex nilħqu dawn l‑għanijiet u kważi l‑ebda waħda ma nużawha biex nagħrfu l‑arti tal‑imħabba.” (E. Fromm) Il‑vera arti tal‑imħabba toħroġ kollha mill‑Vanġelu
ta’ Kristu. L‑ewwel pass li żgur irridu nagħmlu huwa li nwettquha fil‑prattika biex inqanqlu rivoluzzjoni paċifika. Imma rivoluzzjoni li tant tinħass li tbiddel kollox. Rivoluzzjoni li ma tolqotx biss dak li huwa spiritwali, imma wkoll dak li huwa uman, u li ġġedded kull espressjoni: il‑kultura, il‑politika, l‑ekonomija, it‑tagħlim, ix‑xjenza, eċċ... Hija s‑sigriet ta’ dik ir‑rivoluzzjoni li biha l‑ewwel Insara setgħu jinfirxu mad‑dinja magħrufa ta’ dawk iż‑żminijiet. Hija arti impenjattiva, li titlob ħafna minna. Hija arti li tridna mmorru lil hinn mill‑orizzont dejjaq tal‑imħabba naturali li nindirizzawha ħafna drabi sempliċement lejn tal‑familja tagħna u l‑ħbieb biss. Hawnhekk l‑imħabba rridu nagħtuha lil kulħadd: lil min hu simpatiku u lil min mhux, lil min hu sabiħ u lil min hu ikrah, lil min ġej minn art twelidi u lil min hu barrani, lil min hu tat‑twemmin tiegħi jew ta’ xi twemmin ieħor, lil min
Ġunju 2021
għandu l‑kultura tiegħi jew xi kultura oħra, ħabib jew avversarju jew għadu: hu x’inhu. Jeħtieġ inħobbu lil kulħadd kif jagħmel il‑Missier tas‑Smewwiet li jibgħat ix‑xemx u x‑xita fuq it‑tajbin u fuq il‑ħżiena. Hija din l‑imħabba li timbuttana biex inħobbu aħna l‑ewwel u dejjem, mingħajr ma nistennew li jħobbuna. Kif għamel Ġesù Kristu, li meta konna għadna “ħżiena”, u għalhekk mhux ta’ min iħobbna, ta ħajtu għalina. Hija mħabba fejn jiena nqis lill‑ieħor daqsi, nara lili nnifsi fl‑ieħor. Gandhi kien jgħid: “Inti u
jien, aħna ħaġa waħda. Ma nistax nagħmillek id‑deni bla ma nweġġa’ lili nnifsi.” Din l‑imħabba mhijiex magħmula biss minn kliem jew sentimenti, hija konkreta. Titlobna nsiru “ħaġa waħda” mal‑oħrajn, li b’xi mod “ngħixu” lill‑oħrajn fit‑tbatijiet tagħhom, fil‑bżonnijiet tagħhom, biex nifhmuhom u ngħinuhom bl‑aħjar mod. Din l‑arti tridna nħobbu lil Ġesù fil‑persuna li nħobbu. Infatti, anki jekk din l‑imħabba hija diretta lejn dak ir‑raġel jew lejn dik il‑mara partikolari, Kristu jqisu magħmul miegħu t‑tajjeb jew il‑ħażin kollu
li nagħmlu magħhom. Dan qalu u tennieh meta kien qed jitkellem fuq ix‑xena kbira tal‑aħħar ġudizzju: “Għamiltuh miegħi. Għamiltuh miegħi.” (Mt. 25:40) Din l‑arti tal‑imħabba, mgħixa minn ħafna, twassal għall‑imħabba reċiproka: fil‑familja, fil‑post tax‑xogħol, fi gruppi, fis‑soċjetà; imħabba bejn il‑bnedmin, ġawhra tal‑Evanġelu, kmandament ġdid ta’ Kristu, li jibni l‑unità. Dawn huma l‑karatteristiċi tal‑imħabba vera, l‑esiġenzi li jagħmluha speċjali u li nsibuha fil‑Vanġelu.
AGĦMEL IT‑TMIEM TAL‑FAQAR PARTI MILL‑ISTORJA TAʼ ĦAJTEK.
RIEDA LI TAGĦTI Wirt dejjiemi li jibdel il‑ħajjiet
Billi tiftakar f'Missio Malta fil‑wirt tiegħek, inti tista' tagħmel differenza għal dejjem fid‑dinja li l‑ġenerazzjoni li jmiss qed tikber fiha. Rigal mingħandek jista', ħafna snin oħra, jidher fit‑tbissim tat‑tfal f'pajjiżi tat‑Tielet Dinja li ser jibbenefikaw mill‑ħniena u l‑kompassjoni tiegħek. Il‑legati tiegħek li tħalli warajk dejjem ser iħallu tbissima ħajja fil‑qlub ta' nies oħra.
Jien. Int. Aħna. Flimkien. VO/1178
Nru. 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Tel: (+356) 2123 6962 | E‑Mail: info@missio.org.mt www.missio.org.mt 11
Ġunju 2021
SAN PIETRU APPOSTLU
Ittri mill‑Missjoni Dear Msgr Valentino Borg, RE: GRATITUDE Receive my warm and prayerful greeting from the Archdiocese of Kampala with many thanks for the support you render to those in need especially in the mission territories. I am writing to express my sincere and heartfelt gratitude to you for the financial aid which Missio Malta rendered to our Diocesan Major Seminary St. Mbaag’s Major Seminary, Ggaba. Thank you Monsignor for mobilizing the funds and for positively responding to our pleas for financial assistance in this difficult time. I request you to also convey our deep gratitude to the people of good will who made the financial assistance you rendered to our seminary possible. We promise to always keep you and our donors of Missio Malta in our prayers, that God may reward you abundantly for that generosity. While wishing you God’s blessings in all your endeavours, I remain, Yours in Christ, Cyprian Kizito Lwanga Archbishop of Kampala Nota: L‑Arċisqof Cyprian Kizito Lwanga għadda għall‑ħajja ta' dejjem waqt l‑irqad nhar it‑3 t’April 2021. Huwa kien ilu jservi bħala Arċisqof ta' Kampala sa mill‑2006. Mulej agħtih il‑mistrieħ ta’ dejjem.
Dear Msgr. Valentino Borg, Today, Feast of the Conversion of St Paul, is the 64th anniversary of my First Profession. Where have all these years gone!? Time flies! I am a Sister of the Congregation of Our Lady of Sion. Last week, on the 20th January, we celebrated the beginning of the Congregation, when Our Lady appeared to Alphonse Ratisbonne in Sant’Andrea delle Frate in Rome. He was a Jew, and his brother Theodore was already converted and became a Jesuit. The two brothers understood the message of Our Lady, to establish a Congregation, to witness in the Church and in the world that God continues to be faithful in his love for the Jewish people and to hasten the fulfilment of the promises concerning the Jews and 12
Ġunju 2021
Kif int tista’ tgħin lis‑seminaristi fl‑Asja, fl‑Afrika jew fl‑Indja:
the Gentiles. We are to witness to the Jewish people the true image of the Church, and to the Church, the true image of the Jewish People. Our Congregation worked a lot towards the promulgation of the Encyclical Nostra Aetate in the 2nd Vatican Council, and to enhance the relationship between the Church and other religions. Our vocation is characterised by the Word of God, to discover the Jewish roots of our Christian Faith. It is an ecumenical vocation. This is just a glimpse of our charism. Some of our sisters go to Africa to teach Scriptures in seminaries, parishes and colleges/universities regularly every year. I hope this gives you some idea of who we are. Please pray for us so we continue with our mission in the name of the Lord. God bless. Sincerely yours, Sister R. Theresa Sant
Ftakar fihom fit‑talb tiegħek, għaliex huma jiftakru fina fit‑talb tagħhom. • Intenzjoni għal Quddiesa ‑ €5 • Tkabbir ta’ fażola ħadra, spinaċi, indivja u ħaxix ieħor ‑ €24 • Ħlas għal stipendju ta’ ġimgħa għal qassis fil‑missjoni ‑ €35 • Kotba għal semester lil seminarista f’seminarju f’Myanmar ‑ €43 • Viżta ta’ tabib f’seminarju għal xahar sħiħ biex jipprovdi għajnuna ta’ saħħa ‑ €143 Eluf ta’ żgħażagħ qed jiġu msejħa biex jaqdu lil Alla bħala qassisin, imma ħafna minnhom jiġu minn familji u parroċċi li huma fqar wisq biex iħallsulhom is‑snin twal ta’ formazzjoni u ordinazzjoni. Inti tista’ tgħinhom jilħqu komunitajiet li għadhom ma jafux b’Ġesù billi tħallas borża ta’ studju jew parti minnha. L‑għajnuna tiegħek, flimkien ma’ dik ta’ ħafna persuni ġenerużi bħalek tagħmel differenza kbira. • Borża ta’ Studju għall‑edukazzjoni ta’ seminarista fl‑aħħar 4 snin: €480 (parti mill‑ispejjeż) ‑ €600 (kwart tal‑ispejjeż) €2400 (l‑ispejjeż kollha) Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil Missio: Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq: www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.
GRAZZI MILL‑QALB 13
Ġunju 2021
SAN PIETRU APPOSTLU
Dear Editor, It’s such a hopeful time of year, and I wish you every good thing at Easter and always. May this Easter Sunday inspire you to new hope, happiness, prosperity and abundance, all received through God’s divine grace. Wishing you the hope and beauty of springtime and the promise of brighter days. It is a really tough time all across the globe due to this pandemic. I hope this pandemic will end soon and our Risen Lord will bring back the normality to this world. Here in my mission Kuditini (Bellary Diocese), a small church construction is going on. The roof work is done. Due to the second wave of COVID‑19 the district administration has placed lockdown till the 30th April 2021. The remaining plastering and flooring work will begin only after 30th April. This lockdown is really hard on everybody here, particularly the street people, homeless and daily wages workers. Though the vaccination has come, not all have got it. Remember in India we have more than 1.35 billion people. I had a plan to organize an Easter program for the homeless and all the downtrodden, around 250 people, but due to this lockdown I cancelled and postponed it to the month of June. I hope by that time this pandemic will subside. Along with my mission people I wish you once again a glorious Easter. Many blessings, Father Jai Prakash 14
INIZJATTIVA ‘ADDOTTA NANNU JEW NANNA’ – DORIANNE MAMO
L
‑inizjattiva ‘Addotta Nannu jew Nanna’ nħolqot minn Missio Malta u Newsbook. com.mt sabiex ngħinu lill‑anzjani jikkumbattu s‑solitudni li jkunu fiha billi jikkomunikaw ma’ persuni oħrajn b’mod virtwali biex ma jħossuhomx waħedhom. L‑iskema Addotta Nannu jew Nanna teżisti biex iġġib ferħ, tama u mħabba lill‑persuni anzjani li jħossuhom waħedhom fil‑faċilitajiet tad‑Djar tal‑Anzjani u fil‑komunità f’Malta u f’Għawdex bil‑għan li toħloq ħbiberija twila bejn il‑ġenerazzjonijiet.
Ftit ilu, l‑inizjattiva ‘Adopt a Grandparent’ ġiet l‑ewwel mill‑voti tal‑udjenza tal‑Malta Social Impact Awards, u ta’ dan aħna grati. Dan il‑premju qed jgħinna nkomplu nkunu ta’ sostenn għal ħafna anzjani u nies waħedhom. Jekk inti anzjan jew anzjana li tixtieq xi ftit tal‑kumpanija, inħeġġuk iċċemplilna fuq 2122 2001 jew idħol fuq
Ġunju 2021
il‑websajt tagħna: www. adoptgrandparent.org sabiex tirreġistra. Aħna ninsabu dejjem miftuħin għall‑voluntiera ‘virtwali’ minn Malta u Għawdex li jixtiequ jieħdu sehem f’din l‑inizjattiva. Jekk għandek ftit ħin biex tkellem anzjan jew anzjana u tixtieq tgħin biex ma jħossuhomx waħedhom, inti mistieden tipparteċipa u tagħmlilna ‘like’ fuq il‑paġna ta’ Facebook https://www.facebook.com/ adoptagrandparentmalta ħalli żżommu rwieħkom aġġornati u tgħinuna nagħmlu dinja isbaħ, b’inqas solitudni!
Adopt a
Grandparent
Combat Loneliness POWERED BY
MALTA
Tweġġa’ meta tħossok waħdek... iżda Missio, flimkien ma’ Newsbook.com.mt ħarġu b’inizjattiva li tagħtik il‑possibilità li ssib qalb ta’ ħbiberija permezz tal‑proġett Adopt a Grandparent. Jekk inti interessat tipparteċipa, ċempel fuq 2122 2001.
www.adoptgrandparent.org POWERED BY
Jien. Int. Aħna. Flimkien.
15
SANTA INFANZJA
Ġunju 2021
Jitgħallmu l‑Kompjuter bla Kompjuter
F
’raħal remot fil‑Ghana hemm għalliem li jgħallem il‑kompjuter lit‑tfal bla ma għandhom kompjuter la hu u lanqas it‑tfal. Forsi tgħidu imma dan kif jista’ jkun? L‑għalliem irnexxielu jpinġi bil‑ġibs fuq il‑‘blackboard’ tal‑klassi eżatt kif ikun skrin tal‑Microsoft Word, inkluż il‑buttuni, il‑‘menu bar’, il‑‘keyboard’ u l‑‘mouse’. L‑istudenti min‑naħa tagħhom jikkupjaw kollox pass pass fuq il‑pitazz. Statistika turi li nofs il‑popolazzjoni tad‑dinja m’għandhiex aċċess għal kompjuter bażiku. 16
Richard, l‑għalliem, iħobb ħafna jgħallem il‑kompjuter lit‑tfal. Huwa twieled u trabba f’raħal fqir fil‑Ghana, fejn ħafna nies bħalu ma jaffordjawx jixtru kompjuter. B’hekk, għal għoxrin sena sħaħ, Richard kiber bla teknoloġija, sakemm ra għall‑ewwel darba kompjuter meta telaq mid‑dar u daħal il‑kulleġġ biex ikompli bl‑istudji tiegħu. Huwa mill‑ewwel
irrealizza li dik il‑kaxxa li kienet tagħmel kollox, setgħet tibdel id‑dinja. Għalhekk, Richard iddeċieda li jaqsam dak li tgħallem mal‑komunità tiegħu billi sar għalliem tax‑xjenza tal‑kompjuter. Lura f’raħal twelidu, u fl‑ewwel jum tax‑xogħol tiegħu bħala għalliem, sab li l‑ebda student fil‑klassi tiegħu ma kien jaffordja jixtri kompjuter. Fil‑klassi kien hemm biss kompjuter wieħed li lanqas kien jaħdem. Kien jintuża biss biex tal‑anqas it‑tfal ikunu jafu kif jidher kompjuter. Bla ebda għażla, Richard kellu juża l‑uniċi żewġ oġġetti disponibbli fil‑klassi: ġibs u ‘blackboard’.
Ġunju 2021
L‑għalliem pinġa l‑iskrin kollu sal‑inqas dettall sakemm fuq il‑‘blackboard’ deher l‑iskrin tal‑Microsoft Word Window. Hekk it‑tfal setgħu jieħdu idea ta’ kif jidher kompjuter mixgħul sabiex ma jkunux anqas minn tfal oħra madwar id‑dinja kollha. It‑tfal pinġew l‑iskrin tal‑kompjuter tagħhom ħalli fil‑futur, meta jkunu jaffordjaw jixtru kompjuter, ikunu kapaċi jħaddmuh u jużawh għall‑karriera tagħhom. Dik kienet l‑unika għażla: it‑tfal ipinġu l‑kompjuter flok jużawh! Wara ħafna snin jagħmel dan, it‑tagħlim ta’ Richard sar magħruf fuq il‑midja
soċjali. Il‑kumpanija Microsoft iddeċidiet li tintervjeni u tat lill‑iskola 27 ‘laptop’, 27 mejda, 27 siġġu, ‘projector’, ‘printer’u 137 uniformi tal‑iskola. Wara ftit taż‑żmien, l‑iskola rċeviet aktar donazzjonijiet ta’ kompjuters u b’hekk setgħet tiftaħ l‑ewwel laboratorju tal‑kompjuters. Issa mhux l‑iskola biss kellha laboratorju tal‑informatika u t‑teknoloġija, imma r‑raħal kollu. Issa l‑istudenti jistgħu jużaw il‑kompjuter, għandhom
aċċess għall‑internet u l‑opportunità li joħolmu għal dak kollu li jixtiequ. Skont l‑għalliem, l‑istudenti ħabbtu wiċċhom ma’ ħafna sfidi, imma bil‑mod il‑mod draw jużaw il‑kompjuter u mexjin tajjeb ħafna. Richard jirrakkonta kif meta talab lill‑istudenti jikklikkjaw il‑‘mouse’, dawn qabduh f’idejhom u għollewh!
CHILD SPONSORSHIP €150 – edukazzjoni għal sena sħiħa lil tifel jew tifla fil‑bżonn. Bis‑saħħa tal‑programm ‘Missio Child Sponsorship’, int tkun raġġ ta’ dawl fil‑ħajja ta’ dawn it‑tfal foqra. Kull min jisponsorja tifel jew tifla jingħata ritratt u tagħrif dwarhom. Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil Missio Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.
GRAZZI MILL‑QALB 17
SANTA INFANZJA
Ġunju 2021
Kif tista’ tgħin lit‑tfal fil‑missjoni:
€ 25 100 kuruna tar-rużarju
€ 60 Rota lil tifel jew tifla
€ 100 Mediċini u apparat
€ 150 Xahar manteniment u
€ 500 Bini ta’ serra
mediku fi sptarijiet u kliniċi żgħar f’komunitajiet foqra
biex imorru l‑iskola
sempliċi lin‑nies fil‑missjoni
skola lil tifel jew tifla għomja f’Dar tas‑Sorijiet
għall‑agrikoltura
Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil ‘Missio’ Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 jew 20330015 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.
GRAZZI!
Modi kif tista’ tgħin Ċekk indirizzat lil Missio Malta (7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171.) Bank Transfer Missio Malta IBAN: MT94APSB77013000000041474120039 Swift Code: APSBMTMT
(Min jagħmel donazzjoni f'dan il‑kont jibagħtilna nota dwar l‑ammont u meta sar id‑depożitu sabiex tintbagħat irċevuta.)
Donazzjoni b’SMS • 50617374 ‑ €2.33 • 50618820 ‑ €6.99 (Numri miftuħin is‑sena kollha.) Donazzjoni bit‑telefon tad‑dar • 51602062 ‑ €10 • 51702063 ‑ €15 (Numri miftuħin is‑sena kollha.) Iżżur il‑websajt www.missio.org.mt
u kklikkja fil‑parti Donations.
Jew għal donazzjonijiet ‘direct debit’ ċempel: 2123 6962. 18
• 51802064 ‑ €25
Ġunju 2021
Tnedija ta’ Websajt Ġdida Ftit ġimgħat ilu Missio Malta nieda websajt ġdida. Fiha wieħed isib ħafna informazzjoni dwar il‑missjoni, il‑missjunarji, proġetti li twettqu u qed jitwettqu, animazzjoni missjunarja, attivitajiet u ħafna aktar. MissioTfal ukoll għandhom is‑sessjoni tagħhom fejn wieħed isib diversi stejjer, attivitajiet u kompetizzjonijiet, fost ħafna affarijiet oħra. F’din il‑websajt wieħed isib ukoll ir‑rivisti tal‑passat kemm ta’ Malta Missjunarja, kif ukoll ta’ Tfal Missjunarji. Kulħadd huwa mħeġġeġ jidħol fil‑websajt u jsir familjari magħha.
Jien. Int. Aħna. Flimkien. (VO/1178)
www.missio.org.mt
SEJĦA GĦALL‑VOLUNTIERA YTC tinħtieġ voluntiera li għandhom esperjenza fis‑safar biex jingħaqdu mat‑tim tagħna fl‑uffiċċju fil‑Belt Valletta. Għal aktar tagħrif ikkuntattja lil Natasha fuq: 2122 2040 / 7979 2040. Grazzi.
19
Ġunju 2021
Jien. Int. Aħna. Flimkien. VO/1178
“Fid‑dinja tikber u tiċkien skont kif tuża l‑ilsien.” Ġorġ Tal‑Mużew
Ritratt: tvm.org.mt
20
Ġorġ Agius (1926 ‑ 2021) iben Marija u Pawlu Agius, it‑tieni minn disat aħwa li baqgħu ħajjin. Għamel l‑Ewwel Tqarbina fil‑Knisja tal‑Kapuċċini fil‑Kalkara. Qatt ma mar skola għax meta kellu għaxar snin, missieru Pawlu daħal jaħdem it‑tarzna u Ġorġ, bħala l‑ikbar mill‑aħwa subien, spiċċa jbigħ il‑ħaxix. Aktar tard mar jaħdem ix‑xatt fejn dam 44 sena. Magħruf fost l‑oħrajn bħala ‘tal‑Mużew’, Ġorġ għamel aktar minn 65 sena jżur il‑morda u l‑anzjani fl‑isptarijiet bit‑tama li jfarraġhom bit‑taqbil ‘spirtu pront’ tiegħu. Kiseb rikonoxximent għall‑ħidma tiegħu fil‑volontarjat kif ukoll il‑Premju għall‑Qadi tar‑Repubblika.
Ġunju 2021
21
Ġunju 2021
IL‑QADDIS TAX‑XAHAR – NANCY CAMILLERI
San Josemaria Escrivá
J
osemaria Escrivá twieled f ’Barbastro, Spanja, fid‑9 ta’ Jannar 1902 u sar qassis fit‑28 ta’ Marzu 1925. Huwa studja l‑liġi u studji ekkleżjastiċi. Fl‑1927 mar Madrid biex iġib dottorat fil‑liġi. Kif kien hemm kien jaħdem ħafna mal‑fqar u l‑morda. Kien jaħdem ukoll mal‑istudenti, ħaddiema u professjonisti. Fit 2 t’Ottubru kellu ispirazzjoni li Alla kien qed isejjaħlu għax‑xandir universali għall‑qdusija. Għalhekk, permezz tas‑sit il‑ġdid li l‑Papa kien fetaħ: Opus Dei, li tfisser il‑ħidma ta’ Alla, Josemariá ried jgħallem lid‑dinja li, li tgħix għal Alla ma kinitx biss sejħa għas‑saċerdoti jew għas‑sorijiet, imma għal kulħadd. Ried li din is‑sejħa tinfirex mad‑dinja kollha. Maż‑żmien dan ħalla l‑frott 22
u llum hemm madwar 90,000 ruħ f ’Opus Dei u l‑messaġġ spiritwali tiegħu laħaq miljuni ta’ nies. Ix‑xogħol tiegħu ma kienx biss Opus Dei, imma kien jgħin diversi nies jiddixxernaw il‑vokazzjoni tagħhom għas‑saċerdozju u għall‑ħajja reliġjuża. Fl‑1943 waqqaf soċjetà tal‑qassisin tas‑salib qaddis, soċjetà qrib u magħquda ma’ Opus Dei, li tagħha huma membri eluf ta’ qassisin minn madwar id‑dinja. It‑tagħlim tiegħu fuq iż‑żwieġ influwenza ħafna nies li poġġewh fil‑prattika. Escrivá kien bniedem favur id‑djalogu, u fl‑1950 rebaħ l‑approvazzjoni tal‑Papa biex idaħħal mal‑Opus Dei kooperaturi li setgħu jkunu Kattoliċi, Insara mhux Kattoliċi jew li ma jemmnux.
Ispirati mit‑tagħlim tiegħu, speċjalment fuq ir‑responsabbiltà appostolika u soċjali tal‑Insara, il‑membri u l‑kooperaturi tal‑Opus Dei wettqu ħafna xogħol evanġeliku u inizjattivi soċjali mad‑dinja kollha, speċjalment mal‑fqar u l‑batuti. Minħabba l‑inizjattivi ġodda fi ħdan il‑Knisja, Escrivá ġie deskritt minn Papa San Ġwann Pawlu II bħala prekursur tal‑Konċilju Vatikan II. Huwa antiċipa bi tletin sena tagħlim li llum sar il‑patrimonju tal‑Poplu ta’ Alla. Josemaria kiteb ħafna kotba spiritwali li jinqraw madwar id‑dinja. Dan il‑qaddis miet f ’Ruma fis‑26 ta’ Ġunju, 1975. Ġie kkanonizzat minn Papa San Ġwanni Pawlu II fi Pjazza San Pietru fis‑6 t’Ottubru 2002, quddiem folla ta’ madwar 350,000 ruħ. Il‑viżjoni tiegħu kienet li nservu lil Alla fix‑xogħol tagħna ta’ kuljum; għalhekk huwa magħruf bħala l‑qaddis tal‑ordinarju. “Ix‑xogħol tagħkom irid isir talba personali; irid isir konverżazzjoni ma’ Missierna fis‑sema.” San Josemaria Escrivá.
Ġunju 2021
Jien. Int. Aħna. Flimkien. VO/1178
Qiegħed nibgħat il‑ħlas ta’ € .................................. permezz ta’ ċekk pagabbli lil Missio Malta biex isiru Quddies fil‑missjoni għar‑ruħ/għall‑erwieħ ta’:
Isem u kunjom: Indirizz:
Belt/ Raħal:
Kodiċi Postali:
Tel: N.B. Napprezzaw il‑kontribuzzjoni ta’ mill‑inqas €5 għal kull quddiesa. Il‑quddies kollu jitqaddes fil‑pajjiżi tal‑missjoni. 23
ĠURNATA MISSJUNARJA 2021
Ġunju 2021
Għax aħna ma nistgħux ma nitkellmux fuq dak li rajna u smajna.
I
ċ‑ċelebrazzjoni tal‑Ġurnata Missjunarja Dinjija hija okkażjoni biex mill‑ġdid nisħqu fuq it‑talb, ir‑riflessjoni u l‑għajnuna materjali tagħna sabiex ikunu opportunità ħalli nieħdu sehem attiv fil‑missjoni ta’ Ġesù fil‑Knisja tiegħu. L‑għan tal‑ġbir li jsir waqt iċ‑ċelebrazzjonijiet liturġiċi tat‑Tielet Ħadd t’Ottubru, u li permezz tiegħu nuru l‑imħabba tagħna, huwa li jsostni l‑ħidma missjunarja li ssir f’isem il‑Papa mill‑Opri Missjunarji Pontifiċji (Missio) sabiex
tingħata l‑għajnuna spiritwali u materjali lill‑popli u lill‑knejjes fid‑dinja kollha, għas‑salvazzjoni ta’ kulhadd. Papa Franġisku għoġbu jagħżel it‑tema: “Għax aħna ma nistgħux ma nitkellmux fuq dak li rajna u smajna.” Atti 4:20 Dan huwa l‑appell annwali tal‑Knisja Kattolika madwar id‑dinja kollha, li fil‑gżejjer Maltin hija rappreżentata minn Missio
Malta, għall‑Ġurnata Missjunarja 2021, li din is‑sena ser taħbat nhar il‑Ħadd 24 t’Ottubru.
Biex infiq għandi bżonn id‑demm.
Int tista’ tgħinni?
Grazzi mill‑qalb! 24
Ġunju 2021
George Żammit HERBS, SPICES, ESSENCES, FOODSTUFFS & DOMESTIC CATERING
TAL‑ĦWAWAR Johann Farrugia Proprietor 15, St. John Str., VLT 1168, Valletta Tel: 21236553
Stardust Stationery Greeting Cards Haberdashery Toys & Gifts
Cross Street, Mellieħa
Tel: 21571692 Mob: 99223908
Email:starduststationary@gmail.com
Briffa International Funeral Service Offices Day: 84, Marsa Road Marsa Tel: 21237819 25, Market Place Tarxien Tel: 21896728 Night: 19, Ghost Str. Hamrun Tel: 21237509 Fax: 21232785 Mr. Lino Briffa Mob: 99492918 25
Ġunju 2021
L‑ABBATI TA’ STRADA MERKANTI – DUN MAURICE MIFSUD
Għinni Nsir Qassis
Fl
‑indirizz Nru. 227, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta, hemm il‑post li fih għal dawn l‑aħħar 53 sena, kienet tlaqqa’ u torganizza ż‑żgħażagħ l‑għaqda YTC. Dan il‑post inbena fl‑1839 u jinfed minn ġewwa mal‑knisja ta’ ħdejh, il‑knisja ta’ San Ġakbu. F’dan il‑post fis‑snin ħamsin, sittin u sebgħin kienet tiltaqa’ għaqda jisimha Pro Sacerdotibus Christi, isem li jfisser ‘għas‑saċerdoti ta’ Kristu’. Il‑membri ta’ din l‑għaqda kienu jitolbu għas‑saċerdoti u jiġbru flus għal dawk iż‑żgħażagħ ġejjin minn familji foqra ta’ wara l‑gwerra, li kienu jixtiequ jsiru qassisin u li l‑familja tagħhom ma jkollhiex flus biex tħallsilhom għall‑istudju meħtieġ. Din l‑għaqda kien waqqafha Dun Alwiġ Micallef, qassis li kien joqgħod Tas‑Sliema fuq in‑naħa tal‑Kunvent tal‑Karmelitani. Minn Spanja Dun Alwiġ kien ġab tliet statwi l‑istess, ta’ daqs reali, ta’ tifel abbati liebes suttana ħamra u spellizza bajda, li qed iżomm kaxxa f ’idu għal 26
min irid jitfa’ xi flus għal żgħażagħ li jixtiequ jsiru qassisin. Fuq il‑kaxxa hemm miktub GĦINNI NSIR QASSIS. Waħda minn dawn l‑istatwi kienet titqiegħed fil‑bieb ta’ dan il‑post matul il‑jum, u filgħaxija tiddaħħal ġewwa wara l‑bieb. In‑nies, waqt li ħerġin mix‑xiri u sejrin lejn il‑karozzi tal‑linja kienu jitfgħulu xi ħaġa mill‑bqija tal‑ispiża. Speċjalment it‑tfal, kienu jitolbu lill‑ġenituri jagħtuhom xi ħaġa tal‑flus u jieħdu gost jitfgħuha. Dak iż‑żmien in‑nies tal‑irħula kienu jidħlu sikwit il‑belt biex jixtru ikel mis‑suq tal‑belt u kull bżonn ieħor, għax kien hemm ħafna ħwienet, inqas ristoranti u ftit ħafna lukandi u ‘guest houses’. U lil dan l‑abbati kienu jħobbuh. Fl‑aħħar ta’ kull ġimgħa, kien ikun hemm fih ħafna muniti ta’ valur żgħir, imma kollox mogħti bil‑qalb u jitilgħu għal somma ġmielha. Wara, kienu jingħataw lis‑seminarju u jintużaw għal dawk l‑istudenti foqra li jkunu jistudjaw għal qassisin. Minn dawn it‑tliet statwi għad baqa’ waħda biss. Fix‑xemx u fix‑xita, bit‑tfal jixxabbtu magħha biex jitfgħu l‑flus, u ġieli waqqgħuha, waħda minnhom
tkissret għal kollox. Statwa oħra li tqiegħdet minflokha, ġarrewha fuq trakk il‑partitarji ta’ tim tal‑futbol, żebgħuha bil‑kuluri tat‑tim, qiegħdu ballun tal‑futbol f ’idejn l‑abbati u ħaduha magħhom lejn il‑grawnd. Għajb li wara l‑logħba kissruha, għax setgħet reġgħet inżebgħet kif kienet u serviet għal ħafna snin oħra. Issa t‑tielet waħda ilha xi 30 sena tintuża. Meta għal xi raġuni ma tkunx fil‑bieb, jistaqsu għaliha ħafna nies. Għax in‑nies drawha u jkunu jistennew li jarawha fil‑post tas‑soltu. Kemm‑il darba ġratilha ħafna ħsara u nirringrazzjaw lil Dun Ġino Gauci taż‑Żejtun, li kull darba b’xogħol ta’ ħila kbira jerġa’ jirrestawraha u jġibha qisha ġdida. Ġieli tkun ħiereġ mill‑bieb u ssib lil xi ħadd barrani wieqaf ħdejha, għax ikunu qed joħdulu ritratt mal‑abbati. Darba ġabuli gazzetta Ġermaniża b’ritratt daqs kartolina, tan‑nofs ta’ fuq tal‑istatwa, li użawh f ’artiklu dwar safra f ’Malta. Hemm min jaħseb li l‑abbati jbaxxi rasu meta titfagħlu l‑flus biex jgħidlek grazzi. Meta darba oħra tgħaddi minn quddiemu itfagħlu xi ħaġa u oqgħod attent jekk ibaxxix rasu lejk!
REĊENSJONI TA’ KTIEB ‑ DUN CHARLES BUTTIGIEG
Ġunju 2021
Kuruna ta’ Ward Fl‑aħħar tal‑ktieb insibu appendiċi dwar il‑Patrimonju Sagru li ngħata Dun Ġużepp Cauchi u ieħor dwar l‑eżumazzjoni bir‑ritratti.
D
an huwa ktieb dwar it‑talba tar‑Rużarju Mqaddes u dwar il‑figuri ta’ Ġesù, Marija u Ġużeppi fil‑kitba u fl‑omeliji ta’ Dun Ġużepp Cauchi, li għandu jkun f ’idejna f ’dawn il‑ġranet. Stampat fl‑okkażjoni tas‑sena ddedikata lil San Ġużepp 2020‑2021 u f ’għeluq l‑għoxrin sena mill‑eżumazzjoni u t‑trasferiment tal‑fdalijiet ta’ Dun Ġużepp Cauchi. Il‑ktieb huwa ddedikat lil Marija Cauchi, neputija ta’ Dun Ġużepp Cauchi li għaddiet għall‑ħajja ta’ dejjem nhar il‑15 ta’ Lulju tal‑2020. Bħala benefattriċi ħalliet ‘Dar Dun Ġużepp Cauchi’ lill‑parroċċa ta’ San Lawrenz. Wara l‑preżentazzjoni sabiħa mill‑Kappillan ta’ San Lawrenz Dun Charles Sultana u d‑Daħla, il‑ktieb huwa maqsum fi tliet partijiet: ir‑Rużarju, Ġesù, Marija u Ġużeppi, u l‑Bniedem.
Skont l‑opinjoni tiegħi, f ’dan il‑ktieb għandna l‑ewwel nett l‑aqwa deskrizzjoni tat‑talba tar‑Rużarju bħala kuruna ta’ ward, u min jitlob din it‑talba jxomm il‑fwieħa ta’ Ġesù, tal‑Madonna u wkoll ta’ San Ġużepp. Dun Ġużepp iħeġġiġna sabiex nitolbu din it‑talba tant qawwija u għażiża ta’ kuljum, speċjalment fix‑xhur ta’ Mejju u t’Ottubru, u dan fuq il‑passi ta’ qaddisin kbar bħal San Duminku, San Franġisk t’Assisi, San Karlu Borromeo, San Alfons Marija De Liguori, San Filippu Neri u San Pawl tas‑Salib. Devozzjoni li xerrduha wkoll ħafna Papiet fl‑istorja tal‑Knisja. Fit‑tieni parti tal‑ktieb, Dun Ġużepp Cauchi jitkellem dwar ir‑Rebħa tas‑Salib ta’ Kristu, il‑kobor tal‑Madonna bħala Omm Alla u Omm il‑Knisja, u dwar il‑missjoni ta’ San Ġużepp bħala Kustodju tal‑Feddej u tal‑Immakulata. It‑tielet parti tal‑ktieb tittratta dwar id‑dinjità tal‑bniedem maħluq fuq ix‑xbieha t’Alla, u wara l‑waqgħa tal‑ewwel ġenituri tagħna, il‑bnedmin infdew minn Sidna Ġesù Kristu.
Għalhekk nifraħ lill‑ħabib tiegħi, Angelo Xuereb, li għal darba oħra ġabar u ħejja b’mod eċċellenti l‑materjal ta’ dan il‑ktieb. Prosit ukoll lill‑Kummissjoni ‘Tifkira Dun Ġużepp Cauchi’ li sa minn meta twaqqfet fl‑1985, permezz tas‑segretarju ħabrieki tagħha s‑Sur George Borg, qiegħda tagħtina rigal ieħor mid‑damma tal‑kitbiet spiritwali u profondi ta’ dan is‑saċerdot qaddis minn San Lawrenz. Il‑ktieb huwa żgur siewi għal dawk kollha li jixtiequ jagħmlu mixja ta’ meditazzjonijiet spiritwali ta’ kuljum. Huwa wkoll utli għal gruppi ta’ talb u laqgħat ta’ kategoriji diversi fil‑parroċċi. Jiswa wkoll għal min jixtieq jistrieħ ftit mir‑ritmu sfrenat tal‑ħajja u jinġabar għal ftit jiem waħdu mal‑Mulej f ’irtir personali, speċjalment f ’din is‑Sena Ġużeppina, u b’hekk jaqla’ wkoll l‑indulġenzi marbuta ma’ din is‑sena speċjali. Għalhekk, kull min irid jikseb kopja ta’ dan il‑ktieb, huwa mitlub jikkuntattja lis‑Segretarju tal‑Kummissjoni ‘Tifkira Dun Ġużepp Cauchi’ permezz tal‑imejl: georgevborg61@gmail.com jew billi jċempel fuq in‑numru 2155 4181 jew mowbajl 9882 814. 27
X’qed tistenna?
Ġunju 2021
Kellimna issa biex tippjana s-safra għas‑sajf li ġej b’moħħok mistrieħ fuq prevenzjonijiet minħabba l‑COVID‑19, divertiment garantit u prezzijiet għall‑but ta’ kulħadd. Bari, l‑Italja ‑ Mill‑Erbgħa 7 sal‑Ħadd 11 ta’ Lulju Se nżuru l‑belt sabiħa ta’ Bari fuq il‑Baħar Adrijatiku. Belt b’karatteristiċi uniċi, differenti minn ħafna bliet oħra, anke fl‑Italja stess. Postijiet sbieħ fil‑qrib li ser inżuru huma: Polignano a Mare, il‑belt ta’ Domenico Modugno bil‑monument sabiħ tiegħu, Alberobello, belt b’aktar minn elfejn dar imsejħin Trulli, li ma tara bħalhom imkien, Matera, belt storika li ġiet magħżula bħala Belt Kapitali tal‑Kultura 2019, l‑għerien ta’ Castellana u l‑katidral tal‑belt bl‑istatwa u l‑ġisem ta’ San Nikola ta’ Bari, patrun tas‑Siġġiewi. Ħafna ħwienet żgħar li jbigħu l‑prodotti tal‑post, toroq u pjazez sbieħ, u ikel u xorb galor! Prezz ‑ €485 kull persuna f’kamra ta’ 2 fuq bażi Bed & Breakfast.
Il‑Maċedonja tan‑Nord ‑ Mit‑Tnejn 19 sat‑Tnejn 26 ta’ Lulju Il‑pajjiż tal‑maħbuba Santa Madre Tereża. Pajjiż qrib tagħna, imma li għadna ma nafuhx u li fih l‑ikbar numru ta’ qċaċet tal‑muntanji fid‑dinja ‑ Il‑Maċedonja tan‑Nord. Inżuru: Skopje, Tetovo, Matka Canyon, Stobi, Ohrid, il‑Monasteru ta’ St Naum, Vevcani, Struga, Trpejca, il‑Mużew tal‑Għadam fuq il‑baħar u l‑Kantini tal‑Inbid ta’ Popova Kula fejn ser nieklu ikla tradizzjonali. Bliet li fihom ħafna x’tara għax għandhom storja ta’ fdalijiet sa minn qabel il‑Griegi ta’ 3,000 sena ilu, imma li issa aġġornaw rwieħhom ħalli jidħlu fl‑industrija tat‑turiżmu u saru destinazzjoni turistika importanti. Natura mill‑isbaħ b’muntanji, foresti, għadajjar u canyons pittoreski. Nesperjenzaw swieq u snajja’ tal‑post, u t‑‑togħma tal‑ikel u tal‑inbid lokali. Prezz ‑ €795 kull persuna f’kamra ta’ 2 fuq bażi Half Board.
Il‑Ġermanja ‑ Mill‑Ħadd 8 sal‑Ħadd 15 t’Awwissu Tfal, Żgħażagħ u Kbar f ’Safra ta’ Allegrija. Inkunu noqogħdu fl‑ibliet kbar u sbieħ ta’ Cologne u Dusseldorf. Immorru Dortmund fejn inżuru l‑grawnd tal‑futbol ta’ Borussia Dortmund u Cochem, fejn nirkbu ‘chairlift’ f ’għoli ta’ 155 metru. Inżuru ‘Waterpark’ jismu Aqualand u ‘Theme Park’ li jismu Phantasialand, birreriji, kastelli u nesperjenzaw dawra fuq ix‑xmara storika Rhine. Ġungla, pagodi u ‘rollercoasters’ mill‑aqwa, iż‑‘zoo’ ta’ Cologne mimli annimali u għasafar donnhom minn dinja ta’ barra minn hawn. Safra ġdida mimlija bl‑ispirtu ta’ avventura u ta’ divertiment għalik u għal uliedek li fiha kulħadd jerġa’ jħossu żagħżugħ. Safra li togħġob kemm liż‑żgħar u kemm lill‑kbar. Prezz ‑ €895 kull persuna f’kamra ta’ 2 fuq bażi Bed & Breakfast.
Tixtieq torganizza safra mal‑familjari jew ħbieb tiegħek ġo Sqallija? Kellimna! Aħna nfasslu ġiti għall‑gosti ta’ kulħadd.
YTC ‑ 227, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta 28
Ġunju 2021
YTC tinkludi l‑eskursjonijiet fil‑prezz!
Minn Belgrad għal Budapest – Mill‑Ġimgħa 20 sal‑Ġimgħa 27 t’Awwissu Dak li jagħmel dawn iż‑żewġt ibliet ta’ min iżurhom huwa l‑fatt li għadhom mhux magħrufa ħafna, u għalhekk tkun tista’ tgawdi l‑vaganza tiegħek mingħajr folol kbar madwarek. Jekk qatt ma kont il‑Balkani u trid tibda tesplora r‑reġjun, dan żgur huwa bidu tajjeb. Ser inżuru: Belgrad, il‑Park Nazzjonali ta’ Derdap, Novi Sad, Subotica u l‑Katidral ta’ Santa Tereża t’Avila, u fl‑aħħar u mhux l‑inqas Budapest, kemm in‑naħa ta’ Buda kif ukoll Pest. Ġita mimlija storja, kultura u bini storiku, bħal: fortizzi, arkitettura sagra u skulturi monumentali. Ser nesperjenzaw pranzu romantiku fuq id‑Danubju, għawm fil‑banjijiet termali u n‑‘night‑life’ ta’ Budapest. Insomma, festa ta’ affarijiet differenti li żgur jolqtu l‑gosti ta’ kulħadd. Prezz ta’ €995 kull persuna f’kamra ta’ 2 fuq bażi Bed & Breakfast. Il‑Bulgarija – Mill‑Ġimgħa 3 sal‑Ġimgħa 10 ta’ Settembru Għalkemm qiegħda fl‑Ewropa, il‑Bulgarija hija pajjiż eżotiku differenti mill‑oħrajn kollha. Toffrilna ħafna opportunitajiet bil‑varjetà li fiha. Ser inżuru l‑kapitali Sofija, Veliko Tarnovo, Arbanassi, Varna, Albena, Nessebar, Plovdiv u ħafna postijiet oħra. Mhux biss avventuri fil‑beraħ, imma toffrilna wkoll garanzija ta’ arti, storja u ambjent naturali li jsaħħrek; toffri bajjiet mill‑isbaħ, knejjes ta’ preġju u kull għamla ta’ sport. Inżuru wkoll tliet postijiet fuq il‑Baħar l‑Iswed: ir‑riserva naturali Cape Kaliakra, il‑belt żgħira Balchik u r-riżort tal‑Golden Sands. Prezz ta’ €895 kull persuna f’kamra ta’ 2 fuq bażi Half‑Board. Il‑Polonja ‑ Mill‑Ħamis 16 sal‑Ħamis 23 ta’ Settembru Pajjiż mimli kultura li huwa mogħni b’affarijiet tradizzjonali u moderniżmu sfrenat, veduti li jimmeraviljawk, kastelli misterjużi, irħula żgħar, bliet b’temp mgħaġġel u ikel verament eskwiżit. Inżuru Katowice, noqogħdu fil‑belt eleganti ta’ Krakovja fejn inżuru ċ‑Citadella Wavel, id‑diversi pjazez sbieħ u knejjes li jimmeraviljawk. Immorru fl‑isbaħ minjiera tal‑melħ fl‑Ewropa; Wielizka, fil‑kampijiet ta’ konċentrament ta’ Auschwitz u Birkenu u Wadowice, fejn twieled il‑maħbub qaddis Papa Ġwanni Pawlu II. Inżuru s‑Santwarju ta’ Jasna Gora u s‑Santwarju tal‑Ħniena Divina. Minn Zakopane, nitilgħu fuq il‑muntanji Tatras u fl‑aħħar u mhux l‑inqas l‑belt kapitali tal‑ Polonja, Varsavja, li tisboq b’bosta teatri, ristoranti, mużewijiet, bars u diskoteki. Ġranet ta’ tgawdija u ta’ mistrieħ f ’arja nadifa u ambjent mill‑aktar pittoresk. Prezz ta’ €945 kull persuna f’kamra ta’ 2 fuq bażi Bed & Breakfast.
Aktar tagħrif fuq kull ġita jinsab fi programm dettaljat li jista’ jinkiseb mingħand Natasha fuq: Tel: 2122 02040
SMS: 7979 2040
Imejl: info@ytc.com.mt • Facebook: ytctraveltours • Websajt: www.ytc.com.mt 29
Ġunju 2021
90 SENA TA’ STORJA – MRO MANOEL PIROTTA
MALTA MISSJUNARJA – IT‑3 PARTI Inkomplu naqraw mill‑imgħoddi
M
alta Missjunarja (1937‑41): F’Ottubru tal‑1938 kien ħareġ għadd speċjali fl‑okkażjoni tal‑XXXV Kungress
Ewkaristiku Djoċesan Malti, sollennement inawgurat minn Mons. Gonzi bħala delegat tal‑kungress waqt funzjoni li saret fil‑Kon‑Katidral ta’ San Ġwann, il‑Belt. Fih insibu ‘Sol Novus’ (p.11), poeżija
ta’ Ġorġ Pisani (1909‑1999), miktuba f ’Għawdex, u ‘Tliet Saltniet’ (p.25) ta’ Karmenu Vassallo (1913‑1987), datata 8 ta’ Settembru, li huwa kiteb fis‑Siġġiewi, raħal twelidu, b’tifkira t’għeluq il‑25 Sena tal‑Kungress Ewkaristiku Internazzjonali tal‑1913. Poeżija oħra hija dik tas‑Seminarista V.D. Ciappara1: ‘Ġesù u Malta’ (p.32‑33), bi 13‑il strofa endekasillaba u rima abċb. Tal‑istess awtur insibu oħrajn ukoll: ‘Għalkemm Minsija’ (fuq il‑missjunarji mejtin) (Sena VI, Ott. 1938, nru 10, p.236‑7) u ‘Il‑Milied’ (Sena VI, Diċ. 1938, nru 12, p.259), b’disa’ strofi settenarji u rima abbċ. (Fil‑MM ta’ Ġun. 1939 Sena VII, nru 6, p.136‑7, 142‑3, 147‑150, 159, 162, kienu dehru għadd t’artikli u ritratti b’rabta ma’ dan il‑kungress nazzjonali li kien sar f ’April.) Matul l‑1939 dehru diversi poeżiji f ’għaddijiet differenti: ‘Il‑Quddiesa’ (Sena VII, Jan. 1939, nru 1, p.9) b’sitt strofi ottonarji bir‑rima aabb u distiku
Il‑Kanonku Teologu Dun Vinċenz Ciappara (1917‑1991) ordna saċerdot fl‑1943 u nħatar ċerimonjier u segretarju tal‑Kapitlu Elenjan. Kien Kantur għal 46 sena sħaħ. Ħadem fi ħdan l‑A.K. bħala Ass. Ekkl. Wara li rtira minn għalliem fil‑Liċeo għamel xi żmien jieħu ħsieb il‑knisja l‑qadima ta’ Birkirkara. Skont Paul Saliba, kellu kelma faċli, għarfa u sempliċi fl‑istess ħin. (Taw Ġieħ lil Arthom (2011), p.100‑1). 1
30
Ġunju 2021
irrimat, u ‘Il‑Missjunarju’ (Sena VII, Frar 1939, nru 2, p.47) bi tmien strofi ottonarji bl‑istess rima u distiku aħħari, it‑tnejn ta’ Dun Angelo Copperstone (1888‑1960), awtur prolifiku u poeta Senglean; ‘Piju XI’ (p.90), sunett Taljan, u ‘Piju XII’ (p.105) ta’ Vodoca (psewdonimu) (Sena VII, Apr. 1939, nru 4: Għadd speċjali b’tifkira tal‑elezzjoni tal‑Papa Piju XII); ‘Il‑Magħżul’ (Sena VII, Mej. 1939, nru 5, p.121) b’seba’ strofi ottonarji u rima aabb ta’ P.G. Portelli S.J.; ‘Lil Marija’ (f ’jum it‑twelid tagħha) (Sena VII, Sett. 1939, nru 9, p.225) b’disa’ strofi kwaternarji ta’ tmint ivrus‑il waħda, bir‑raba’
u t‑tmien wieħed jirrimaw, ukoll ta’ Vodoca; ‘B’Tifchira ta’ Mons. Gius. Dec. De Piro’ (Sena VII, Sett. 1939, nru 9, p.226‑7), kitba bil‑Malti qadim ta’ Fra Giunepero, fl‑okkażjoni t’għeluq is‑sitt snin mill‑mewt ta’ dan l‑appostlu tal‑missjoni; ‘Tifkira f’Għeluq is‑Sitt Anniversarju mill‑Mewt ta’ Monsinjur Ġużeppi dei Marchesi de Piro’ (Sena VII, Ott. 1939, nru 10, p.256‑8), taħdita biografica‑letteraria bir‑Rediffusion mis‑Sur Romeo L. Psayla, li fl‑1938 kien responsabbli mill‑organizzazzjoni tal‑Konkors tal‑Poeżija mniedi mid‑ditta The Imperial Trading Co.; ‘Lil Ġesù Bambin’ (Sena VII, Diċ. 1939, nru 12, p.289) ta’ Vodoca b’seba’ strofi ottonarji ta’ sitt ivrus‑il waħda u rima aabċċb; ‘Il‑Milied’ (Sena VII, Diċ. 1939, nru 12, p.297) ta’ F.C. b’ħames strofi dekasillabi u rima alternata.
L‑ewwel żewġ xogħlijiet mill‑pinna ta’ Dun Anton Xiberras (DAX) (1922‑2006) taħt il‑psewdonimu ta’ ‘Sciant’ kienu żewġ rakkonti: ‘Kalb ta’ Tfajjel’ (Sena VII, Ġun. 1941, nru 6, p.155) u ‘Demm ta’ Martri’ (Sena VIII, Ġun. 1941, nru 6, p.135‑6). Fl‑istess sena dehret ‘Il‑Missjunarju Sejjer’ (Sena VIII, Lul.‑Aww. 1940, nri 7‑8, p.155), poeżija b’ħames strofi dekasillabi (jew kwinarji doppji) li huwa kiteb fin‑Naxxar. Rakkont ieħor ta’ ‘Sciant’, ‘Il‑Bojja ta’ Missieri’ deher fil‑ħarġa t’Ott. 1940, Sena VIII, nru 10, p. 201‑2 u 204. Fl‑istess ħarġa dehret l‑ewwel novella tiegħu miktuba bil‑Malti qadim ‘Min Int ja Sidi?’ (p.258‑9). Poeżija oħra ġġib l‑isem ta’ ‘Soru’ (Sena IX, Jan. 1941, nru 1, p.7), maħduma wkoll in‑Naxxar, b’erba’ strofi endekasillabi. Ir‑rakkont ‘Qalb tal‑Alaska’ (Sena IX, Mar.‑Apr. 1941, nri 3‑4, p.63‑4) deher taħt l‑istess psewdonimu. 31
Ġunju 2021
DEHRIET TAL‑MADONNA – EMMANUEL CUTAJAR
Il‑Ħidma Evanġelika ta’ Marija Santissima Bħala Missjunarja L‑Ewwel Parti
“Kien hemm ħdejn is‑salib ta’ Ġesù Ommu... Xħin Ġesù ra ’l Ommu u d‑dixxiplu l‑maħbub hemm wieqaf, qal lil Ommu: ‘Mara, ara ibnek’. Imbagħad qal lid‑dixxiplu: ‘Ara, ommok.’ U minn dak il‑ħin id‑dixxiplu ħadha għandu.” (Ġw. 19:26‑27) Fl‑aħħar att Tiegħu ta’ Imħabba rrivelat fuq l‑Għolja tal‑Golgota, Ġesù ried juri l‑importanza ta’ Ommu Marija. Il‑Missirijiet tal‑Knisja għallmu li din il‑laqgħa bejn Marija u Ġwanni l‑Appostlu kienet wisq aktar minn sempliċi relazzjoni materna bejn Marija u Ġwanni, imma kienet dwar it‑tkabbir u l‑espansjoni tal‑Knisja, il‑komunità li Ġesù waqqaf 32
u li tagħha huwa l‑Kap. Ġesù bl‑ebda mod ma ried jimminimizza r‑relazzjoni tiegħu ma’ Ommu, imma għal kuntrarju huwa kien qiegħed jespandiha. Huwa ried jinkludi kull raġel u mara fiċ‑‘ċirku tal‑familja’ t’Alla. Hawnhekk Ġesù ħatar lil Ommu Marija bħala Omm il‑bnedmin kollha, irrappreżentati mill‑persuna ta’ Ġwanni l‑Appostlu. Dan huwa l‑irwol sublimi u uniku ta’ Marija, bħala Missjunarja u l‑ewwel evanġelizzatriċi, impenjata biex bil‑ħidma kontinwa tagħha ġġib lil kull raġel, mara, tifel u tifla, l‑umanità kollha, fil‑Ġisem Mistiku ta’ Kristu li hija l‑Knisja. Dan l‑irwol tagħha bħala Missjunarja, il‑Madonna baqgħet twettqu anki fi żminijietna, u dan jidher sew mill‑għadd kbir ta’ dehriet fid‑dinja matul iż‑żminijiet. F’din is‑sensiela ta’ artikli se nagħtu ħarsa lejn id‑dehriet u l‑messaġġi li l‑Madonna tat lill‑umanità. Iżda, qabelxejn, importanti ngħidu li l‑Knisja Kattolika dejjem toqgħod attenta ħafna meta tiġi biex tapprova
u tirrikonoxxi d‑dehriet Marjani jew xi dehriet oħra mistiċi u sopranaturali. Skont in‑normi tal‑Knisja Kattolika li ilhom fis‑seħħ mill‑Konċilju ta’ Trentu, li sar bejn l‑1545 u l‑1563, ir‑responsabbiltà inizjali tal‑evalwazzjoni tal‑merti ta’ kwalunkwe dehra taqa’ fuq l‑isqof tad‑djoċesi li allegatament ikunu seħħew, jew għadhom iseħħu d‑dehriet. Jekk, wara l‑investigazzjonijiet, l‑isqof jiddetermina li dehra tikkostitwixxi dehra sopranaturali awtentika ta’ Sidna Ġesù Kristu, tal‑Verġni Mbierka Marija jew xi qaddis, allura d‑dehra titqies approvata mill‑Knisja Kattolika kollha, sakemm is‑suċċessuri tiegħu jew is‑Santa Sede ma jkollhomx raġuni valida biex iwaqqfu jew jibdlu dik id‑deċiżjoni. Il‑linji gwida li fuqhom għandhom jimxu l‑isqfijiet Kattoliċi huma stabbiliti mid‑dokument Normae Congregationis li l‑Kongregazzjoni tal‑Vatikan għad‑Duttrina tal‑Fidi kienet ħarġet u li kien ġie approvat u ffirmat mill‑Papa Pawlu VI fi Frar 1978. Fi ħdan dan
Ġunju 2021
id‑dokument, il‑Knisja tistabbilixxi tliet kriterji importanti biex tagħraf u tiddetermina l‑awtentiċità ta’ dehra. L‑ewwel nett, fil‑kwistjoni dwar dehriet u rivelazzjonijijiet mogħtija għandhom jiġu indirizzati l‑aspetti pożittivi jew negattivi tad‑dehriet: Aspetti pożittivi jsegwu kriterji ġenerali li jkunu jinkludu ċertezza raġonevoli tal‑okkurrenza fattwali tad‑dehriet u rivelazzjonijiet, kwalitajiet pożittivi ta’ dik l‑persuna li tkun esperjenzat dawn d‑dehriet (bilanċ mentali, onestà, sinċerità, rettitudni morali, ubbidjenza lejn l‑Awtorità tal‑Knisja, abbilità li tipprattika l‑Fidi b’mod normali apparti mill‑fenomeni straordinarji, eċċ...); kontenut teoloġiku preċiż tal‑messaġġi u l‑promozzjoni ta’ frott spiritwali pożittiv fil‑ħajja tan‑nies (spirtu ta’ talb, konverżjonijiet, opri ta’ karità li jirriżultaw eċċ). Aspetti negattivi li jservu ta’ sinjali ta’ dubji jew nuqqas ta’ provi ċari fl‑evalwazzjoni ta’ dehriet jew rivelazzjonijiet jinkludu: l‑inkapaċità li tiġi stabbilita ċertezza fattwali, żbalji teoloġiċi fil‑messaġġi, żbalji dwar Alla, Marija
Santissima, il‑qaddisin, u/jew tagħlim tal‑Knisja; evidenzi li d‑dehra kienet immirata direttament biex tikseb xi tip ta’ xi qligħ finanzjarju; u kumplikazzjonijiet psikoloġiċi rigward ix‑xhieda tad‑dehra jew atti immorali li twettqu fil‑ħin tad‑dehra. Fl‑aħħar nett, jekk l‑isqof għal xi raġuni jsibha diffiċli biex jagħraf l‑awtentiċità tad‑dehriet jew ir‑rivelazzjonijiet, allura l‑investigazzjoni tista’ tiġi mgħoddija lill‑Awtorità tal‑Knisja. F’dan il‑każ, il‑Vatikan jista’ jitlob li jsiru investigazzjonijiet taħt l‑Awtorità tiegħu.
Id‑Dehra tal‑Madonna f’Guadalupe, il‑Messiku Waħda mill‑aktar dehriet magħrufa fost l‑Insara hija dik tal‑Madonna ta’ Guadalupe, fil‑Messiku, li
seħħet fis‑seklu sittax lil armel illum qaddis, San Juan Diego. Jingħad li l‑Madonna dehritlu għal ħames darbiet; l‑ewwel darba s‑Sibt 9 ta’ Diċembru 1531 u l‑aħħar darba t‑Tlieta 12 ta’ Diċembru 1531, fuq il‑Muntanja Tepeyacac, u tatu struzzjonijiet biex imur jgħid lill‑isqof tad‑djoċesi biex jibni knisja fuq dik il‑muntanja. Biex jagħmel dan, il‑Madonna qalet lil Juan Diego biex jiġbor bukkett fjuri minn dawk l‑inħawi u jeħodhom fit‑tilma tiegħu (tip ta’ libsa ta’ barra jew mantell tipiku għal dak iż‑żmien) u jmur jagħtihom lill‑isqof bħala prova tad‑dehra li kellu. Juan Diego mhux biss wassal dawk il‑fjuri li kienu barra mill‑istaġun tagħhom, iżda wkoll il‑mantell tiegħu li fuqu kien hemm stampata l‑immaġni sabiħa tal‑Madonna ta’ dak li llum nafuha bħala l‑Madonna ta’ Guadalupe. Meta l‑isqof ra dawk il‑fjuri kif ukoll l‑immaġini tal‑Madonna fuq il‑mantell, emmen li kien hemm xi intervent sopranaturali u wara studji u konsiderazzjonijiet approfonditi, aċċetta li jibni l‑knisja kif xtaqet il‑Madonna. Dawn id‑dehriet kienu ġew approvati wkoll mill‑Arċisqof Alonso de Montúfar fis‑sena 1555. 33
Ġunju 2021
Il‑festa ta’ din id‑dehra tiġi ċċelebrata fil‑Messiku fit‑12 ta’ Diċembru. Il‑Messaġġ Ewlieni ta’ Guadalupe: L‑Ewwel Dehra ‑ is‑Sibt
DEHRIET TAL‑MADONNA – EMMANUEL CUTAJAR
li għalih aħna ngħixu, Ħallieq ta’ kollox, Mulej tas‑Sema u tal‑Art. Nixtieq li jinbena tempju hawn malajr, biex fih jiena nista’ nuri u nagħti l‑Imħabba kollha tiegħi, il‑kumpassjoni,
l‑lamentazzjonijiet tagħhom u nirrimedja l‑miżerji kollha tagħhom, l‑afflizzjonijiet u n‑niket kollha tagħhom. U biex inwettaq dak li l‑klemenza tiegħi tippretendi, mur fil‑Palazz tal‑Isqof tal‑Messiku u għidlu li jiena nimmanifesta x‑xewqa kbira tiegħi, li hawn fuq din il‑pjanura jinbena tempju għalija; inti għandek tirrapporta b’mod preċiż dak kollu li rajt u ammirajt, u dak li smajt. Kun żgur li jiena se nkun l‑aktar grata lejk u għad nippremjak...”
l‑għajnuna u l‑protezzjoni kollha tiegħi, għaliex jien omm ħanina tiegħek, għalik u għall‑abitanti kollha f ’ din l‑art u l‑bqija kollha li jħobbuni, isejħuli u jafdaw fija; nisma’
Juan Diego: “Sinjura tiegħi, jiena ser inħares il‑mandat tiegħek. Jiena l‑qaddej umli tiegħek”(Mhux possibbli li nġibu l‑messaġġi kollha ta’ dawn id‑dehriet minħabba t‑tul tagħhom.)
Il‑Verġni Mbierka: “Juanito, l‑aktar umli fost uliedi, fejn sejjer?” Juan Diego: “Sinjura tiegħi u ibnek, jiena sejjer fil‑knisja tiegħek fil‑Messiku, Tlatilolco, biex insegwi affarijiet divini, mgħallma u mogħtija lilna mis‑saċerdoti tagħna, delegati tal‑Mulej tagħna.” Il‑Verġni Mbierka: “Kun af u ifhem sew, inti l‑aktar iben umli tiegħi, li jien il‑Verġni Marija Qaddisa dejjem, l‑Omm t’Alla veru
Il‑ħanut qed ikun miftuħ mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa bejn id‑9.00am u l‑5.00pm. Is‑Sibt bejn id‑9.00am u s‑1.00pm. Tista’ wkoll tixtri onlajn mill‑ħanut Faith Hope & Charity billi żżur https://zaype.com/FHCshop
Sibna wkoll fuq Facebook: Faith Hope & Charity Qed nagħmlu ‘Home Deliveries’
7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta Tel: 21234328 34
Ġunju 2021
Programm li jixxandar kull nhar ta' Tnejn fl‑10pm b'ripetizzjoni s‑Sibt fit‑3:30pm fuq NET TV.
It‑18‑il programm ser jittellgħu wkoll fuq il‑konsegwenza ladarba l‑individwu jkun lura il‑kanal ta' youtube u l‑pjattaforma d‑dar. L‑intervista ta’ 50 minuta ddur ukoll tal‑midja soċjali. madwar il‑kwalitajiet u l‑karatteristiċi Individwi u personalitajiet minn sfondi differenti tal‑ħajja jiġu intervistati u introdotti lill‑udjenza tat‑TV bil‑għan li jaqsmu l‑esperjenza kollha tagħhom fil‑missjoni; mill‑bidu nett tal‑preparazzjoni għall‑vjaġġ ta' esperjenza attwali li għamlu barra mill‑pajjiż, kif ukoll
tal‑mistednin, allura t‑telespettaturi huma assigurati bi programm divertenti u ta' għarfien! Taħlita ta' mistednin, minn personalitajiet tat‑TV sa membri tal‑Knisja u żgħażagħ! Għal aktar tagħrif sibuna fuq il‑paġna ta' Facebook!
‑
Rivista missjunarja b’40 paġna, kollha bil‑kulur, maħruġa minn Missio (Uffiċċju Missjunarju) għal aktar minn 80 sena Aġġorna ruħek fuq id‑Dinja Missjunarja. Abbona fir‑Rivista Malta Missjunarja fejn issib:
Aħbarijiet mid‑dinja missjunarja | Intenzjoni tax‑xahar Esperjenzi missjunarji Maltin u Għawdxin | Ċajt u kompetizzjonijiet Dan kollu għall‑prezz ta’ €10.00 fis‑sena
Tista’ tabbona online fuq: www.missio.org.mt
35
RIĊETTA TRADIZZJONALI
Ġunju 2021
PUDINA ĦELWA TAL‑ĦOBŻ MILL‑INGILTERRA
Metodu: • Aqta’ l‑ħobż f ’biċċiet żgħar u poġġih fi skutella kbira. • Xarrab il‑ħobż fil‑ħalib għal madwar 10 minuti u saffih. • Itfa’ l‑bajd, iz‑zokkor u l‑butir mal‑ħobż u ħawwad sew flimkien. • Żid il‑passolina u l‑essenza tal‑vanilja, u erġa’ ħawwad.
X’għandek bżonn: • Ħobż xott (madwar 3 jew 4 panini)
• Idlek landa tal‑forn bil‑butir u ferrex ftit dqiq.
• 4 kikkri ħalib
• Ferra’ t‑taħlita tal‑ħobż fil‑landa.
• 5 bajdiet
• Sajjar f ’forn moderat għal madwar tliet kwarti.
• Nofs kikkra zokkor • Nofs kikkra butir imdewweb • Kikkra passolina
• Xħin tkun lesta, ħalliha tibred, neħħiha mil‑landa u ferrex ftit ‘icing sugar’ fil‑wiċċ.
• Kuċċarina essenza tal‑vanilja • Ftit ‘icing sugar’
BON APPETIT (L‑ikla t‑tajba)
Jiena: ______________________________________________________________________________________________ Indirizz: __________________________________________________________________________________________ ________________________________________________
Kodiċi Postali: _________________________________
Tel/Mob: ___________________________________ E‑mail: __________________________________________ Nixtieq: Inġedded l‑abbonament tiegħi Nibda nirċievi r‑rivista d‑dar bil‑posta Nagħti abbonament rigal lil:
Imla l‑formola u ibgħatha flimkien ma’ ċekk pagabbli lil Missio fuq: Abbonament Malta Missjunarja Missio, 7, Triq il‑Merkanti, Valletta, VLT 1171
Isem: _________________________________________________________________________________________________________ Indirizz: _____________________________________________________________________________________________________ ________________________________________________
Kodiċi Postali: _________________________________
Tel/Mob: ___________________________________ E‑mail: __________________________________________ 36
Jien. Int. Aħna. Flimkien. (VO/1178)
INAT C C
ED
VA
Ġunju 2021
D
N AT E
D
O
“Jiena ħadt il‑vaċċin b’xejn u għalhekk qed nagħti donazzjoni ta’ €10 għall‑‘emergency fund’ ta’ Missio. Dan sabiex ngħin lil nies fil‑missjoni li għaddejjin mill‑pandemija. Din l‑€10 ser tissarraf f’mediċini, ‘safety kits’ kif ukoll f'ikel u xorb għan‑nies fil‑bżonn.” Lara Azzopardi – Attriċi.
Metodu kif tista' tagħti d‑donazzjoni: Tel: 5160 2062 – €10
Mill‑websajt: www.missio.org.mt/V&D
Jien. Int. Aħna. Flimkien. VO/1178
37
KOMPETIZZJONI ‑ ĠUNJU 2021
Ġunju 2021
LOGĦBA BIN‑NUMRI Imla l‑kaxxi l‑vojta bin‑numri b’tali mod li t‑tliet sommiet vertikali u t‑tliet sommiet orizzontali jaqblu man‑numri tat‑truf. Waħda minnhom hija lesta biex tgħinek. Ibgħat il‑kaxxa kompluta flimkien ma’ ismek, kunjomok u l‑indirizz hekk: Malta Missjunarja – Kompetizzjonijiet, Nru.150, Missio, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128. L‑ewwel tweġiba tajba li tittella’ bil‑polza tirbaħ kupun ta’ €15 li jissarraf mill‑ħanut ta’ Missio, ‘Faith, Hope & Charity’ fil‑Belt Valletta.
5 + + x + ÷ = 10
9 ‑
‑
8 = 6 + ‑ = 2 + ÷ + = 10 = = 6 2
Isem u Kunjom: __________________________________________________________________________________ Indirizz:_________________________________________________________________________________________ _____________________________________________________ Kodiċi Postali: ________________________________
Soluzzjoni tal‑Kompetizzjoni ta’ April 2021: Ir‑rebbieħ tal‑kompetizzjoni huwa Angelo Buttigieg mill‑Qala. Grazzi lil kull min bagħtilna t‑tweġibiet. Prosit lir‑rebbieħ. Huwa jirċievi ittra bil‑posta mingħandna biex ikun jista’ jsarraf il‑kupun.
3 + 5 ÷ 4 = 2 x + + 7 + 8 + 6 = 21 x ‑ x 1 + 9 + 2 = 12 = = = 21 4 20
Nitbissmu ftit: Fil‑bar: Ġanni: Salv, agħmilli wiski doppju u lestili ieħor doppju għal warajh għax irrid ninsa. Salvu: Kollox sew Ġann, nagħmillek kemm trid, però ħallasni qabel ma tinsa! __________________________________________ Għand it‑tabib: Donjo: Dott, kull fejn immiss qed juġagħni. Tabib: Urini fejn għandek juġgħek. 38
Donjo: Kullimkien Dott. Ara hawn, hawn, hawn .... Ajma, ajma ... ... Kull fejn immiss juġagħni. Tabib: Hawn dahrek ukoll? U hawn spalltek tuġgħek? Donjo: Le ta Dott, fejn messejtli int mhux juġagħni! Tabib: U jekk immisslek dan is‑saba’ tweġġa’? Donjo: Ajma, ajma! Tabib: Naf x’għandek. Donjo: X’għandi Dott? Tabib: Subgħajk miksur!
Ġunju 2021
Eżempji sbieħ
• Knisja Parrokkjali Santa Katerina, iż‑Żurrieq • John Farrugia u Catherine Grech miż‑Żurrieq
Mulej ilqa’ f’Saltnatek lill‑benefatturi tagħna, familjari u ħbieb. • 06 ta’ Marzu 2021 Dorothy Formosa minn Tal‑Pietà • 16 ta’ April 2021 Toni Ciantar mill‑Marsa • 26 t'April 2021 Mary Fenech mill-Ħamrun • 16 ta' Mejju 2021 Emanuela Grech min-Naxxar Agħtihom O Mulej il‑mistrieħ ta’ dejjem.
Nota: It‑tfal kollha huma mħeġġa jidħlu fil‑paġna ta' Facebook Missio Malta Events Page/ Tfal Missjunarji fejn jistgħu jsibu diversi logħbiet u attivitajiet ta' interess.
• Marija Camilleri mill‑Qrendi • Stefan Cauchi minn San Pawl il‑Baħar • Swor Martinella Vassallo Kunvent San Franġisk l‑Imsida • John Camilleri mir‑Rabat, Malta. • Doris Abela • Grace D'Amato miż-Żurrieq. Taw bolol użati li jinbiegħu lill‑kollezzjonisti, kif ukoll irċevuti fiskali u muniti antiki. Grazzi mill‑qalb tal‑kontribut tagħkom lejn il‑missjoni. Il‑qligħ imur għall‑proġetti b’risq il‑missjoni.
Missio Malta • Missio Tfal
39
Ġunju 2021
Theuma House, 302, St. Paul Street, Valletta VLT 1213 Tel: 21234075 / 21236605 Fax: 21244201 Email: info@etheuma.com www.etheuma.com
Move with safety, ship with ease! To all parts of the world to/from Malta by road, trailer, door to door weekly service. We provide packing, storage, shipping, air freight, insurance for personal effects, antique furniture, works of art and commercial goods.
Lifestyle Ltd. 64,Triq Joseph Sciberras, Ħamrun, ĦMR1553 +356 2133 7343 info@haircaremalta.com www.haircaremalta.com 40