4 minute read

Santa Infanzja

Next Article
Qaddis tax‑Xahar

Qaddis tax‑Xahar

Jitgħallmu l‑Kompjuter bla Kompjuter

F’raħal remot fil‑Ghana hemm għalliem li jgħallem il‑kompjuter lit‑tfal bla ma għandhom kompjuter la hu u lanqas it‑tfal. Forsi tgħidu imma dan kif jista’ jkun? L‑għalliem irnexxielu jpinġi bil‑ġibs fuq il‑‘blackboard’ tal‑klassi eżatt kif ikun skrin tal‑Microsoft Word, inkluż il‑buttuni, il‑‘menu bar’, il‑‘keyboard’ u l‑‘mouse’. L‑istudenti min‑naħa tagħhom jikkupjaw kollox pass pass fuq il‑pitazz. Statistika turi li nofs il‑popolazzjoni tad‑dinja m’għandhiex aċċess għal kompjuter bażiku. Richard, l‑għalliem, iħobb ħafna jgħallem il‑kompjuter lit‑tfal. Huwa twieled u trabba f’raħal fqir fil‑Ghana, fejn ħafna nies bħalu ma jaffordjawx jixtru kompjuter. B’hekk, għal għoxrin sena sħaħ, Richard kiber bla teknoloġija, sakemm ra għall‑ewwel darba kompjuter meta telaq mid‑dar u daħal il‑kulleġġ biex ikompli bl‑istudji tiegħu. Huwa mill‑ewwel irrealizza li dik il‑kaxxa li kienet tagħmel kollox, setgħet tibdel id‑dinja. Għalhekk, Richard iddeċieda li jaqsam dak li tgħallem mal‑komunità tiegħu billi sar għalliem tax‑xjenza tal‑kompjuter. Lura f’raħal twelidu, u fl‑ewwel jum tax‑xogħol tiegħu bħala għalliem, sab li l‑ebda student fil‑klassi tiegħu ma kien jaffordja jixtri kompjuter. Fil‑klassi kien hemm biss kompjuter wieħed li lanqas kien jaħdem. Kien jintuża biss biex tal‑anqas it‑tfal ikunu jafu kif jidher kompjuter. Bla ebda għażla, Richard kellu juża l‑uniċi żewġ oġġetti disponibbli fil‑klassi: ġibs u ‘blackboard’.

L‑għalliem pinġa l‑iskrin kollu sal‑inqas dettall sakemm fuq il‑‘blackboard’ deher l‑iskrin tal‑Microsoft Word Window. Hekk it‑tfal setgħu jieħdu idea ta’ kif jidher kompjuter mixgħul sabiex ma jkunux anqas minn tfal oħra madwar id‑dinja kollha. It‑tfal pinġew l‑iskrin tal‑kompjuter tagħhom ħalli fil‑futur, meta jkunu jaffordjaw jixtru kompjuter, ikunu kapaċi jħaddmuh u jużawh għall‑karriera tagħhom. Dik kienet l‑unika għażla: it‑tfal ipinġu l‑kompjuter flok jużawh!

Wara ħafna snin jagħmel dan, it‑tagħlim ta’ Richard sar magħruf fuq il‑midja soċjali. Il‑kumpanija Microsoft iddeċidiet li tintervjeni u tat lill‑iskola 27 ‘laptop’, 27 mejda, 27 siġġu, ‘projector’, ‘printer’u 137 uniformi tal‑iskola. Wara ftit taż‑żmien, l‑iskola rċeviet aktar donazzjonijiet ta’ kompjuters u b’hekk setgħet tiftaħ l‑ewwel laboratorju tal‑kompjuters. Issa mhux l‑iskola biss kellha laboratorju tal‑informatika u t‑teknoloġija, imma r‑raħal kollu. Issa l‑istudenti jistgħu jużaw il‑kompjuter, għandhom aċċess għall‑internet u l‑opportunità li joħolmu għal dak kollu li jixtiequ. Skont l‑għalliem, l‑istudenti ħabbtu wiċċhom ma’ ħafna sfidi, imma bil‑mod il‑mod draw jużaw il‑kompjuter u mexjin tajjeb ħafna. Richard jirrakkonta kif meta talab lill‑istudenti jikklikkjaw il‑‘mouse’, dawn qabduh f’idejhom u għollewh! 

CHILD SPONSORSHIP

€150 – edukazzjoni għal sena sħiħa lil tifel jew tifla fil‑bżonn.

Bis‑saħħa tal‑programm ‘Missio Child Sponsorship’, int tkun raġġ ta’ dawl fil‑ħajja ta’ dawn it‑tfal foqra. Kull min jisponsorja tifel jew tifla jingħata ritratt u tagħrif dwarhom.

Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil Missio Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju. GRAZZI MILL‑QALB

Kif tista’ tgħin lit‑tfal fil‑missjoni:

€ 25 100 kuruna tar‑rużarju sempliċi lin‑nies fil‑missjoni € 60 Rota lil tifel jew tifla biex imorru l‑iskola

€ 100 Mediċini u apparat mediku fi sptarijiet u kliniċi żgħar f’komunitajiet foqra € 150 Xahar manteniment u skola lil tifel jew tifla għomja f’Dar tas‑Sorijiet € 500 Bini ta’ serra għall‑agrikoltura

Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil ‘Missio’ Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 jew 20330015 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju. GRAZZI!

Modi kif tista’ tgħin

 Ċekk indirizzat lil Missio Malta (7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171.)

 Bank Transfer

Missio Malta IBAN: MT94APSB77013000000041474120039 Swift Code: APSBMTMT

(Min jagħmel donazzjoni f'dan il‑kont jibagħtilna nota dwar l‑ammont u meta sar id‑depożitu sabiex tintbagħat irċevuta.)  Donazzjoni b’SMS • 50617374 ‑ €2.33 • 50618820 ‑ €6.99 (Numri miftuħin is‑sena kollha.)

 Donazzjoni bit‑telefon tad‑dar • 51602062 ‑ €10 • 51702063 ‑ €15 • 51802064 ‑ €25 (Numri miftuħin is‑sena kollha.)  www.missio.org.mt Iżżur il‑websajt u kklikkja fil‑parti Donations.  Jew għal donazzjonijiet ‘direct debit’ ċempel: 2123 6962.

Tnedija ta’ Websajt Ġdida

Ftit ġimgħat ilu Missio Malta nieda websajt ġdida. Fiha wieħed isib ħafna informazzjoni dwar il‑missjoni, il‑missjunarji, proġetti li twettqu u qed jitwettqu, animazzjoni missjunarja, attivitajiet u ħafna aktar. MissioTfal ukoll għandhom is‑sessjoni tagħhom fejn wieħed isib diversi stejjer, attivitajiet u kompetizzjonijiet, fost ħafna affarijiet oħra. F’din il‑websajt wieħed isib ukoll ir‑rivisti tal‑passat kemm ta’ Malta Missjunarja, kif ukoll ta’ Tfal Missjunarji. Kulħadd huwa mħeġġeġ jidħol fil‑websajt u jsir familjari magħha.

Jien. Int. Aħna. Flimkien.

(VO/1178)

www.missio.org.mt

SEJĦA GĦALL‑VOLUNTIERA

YTC tinħtieġ voluntiera li għandhom esperjenza fis‑safar biex jingħaqdu mat‑tim tagħna fl‑uffiċċju fil‑Belt Valletta. Għal aktar tagħrif ikkuntattja lil Natasha fuq: 2122 2040 / 7979 2040. Grazzi.

Jien. Int. Aħna. Flimkien.

VO/1178

“Fid‑dinja tikber u tiċkien skont kif tuża l‑ilsien.”

Ġorġ Tal‑Mużew

Ritratt: tvm.org.mt Ġorġ Agius (1926 ‑ 2021) iben Marija u Pawlu Agius, it‑tieni minn disat aħwa li baqgħu ħajjin. Għamel l‑Ewwel Tqarbina fil‑Knisja tal‑Kapuċċini fil‑Kalkara. Qatt ma mar skola għax meta kellu għaxar snin, missieru Pawlu daħal jaħdem it‑tarzna u Ġorġ, bħala l‑ikbar mill‑aħwa subien, spiċċa jbigħ il‑ħaxix. Aktar tard mar jaħdem ix‑xatt fejn dam 44 sena. Magħruf fost l‑oħrajn bħala ‘tal‑Mużew’, Ġorġ għamel aktar minn 65 sena jżur il‑morda u l‑anzjani fl‑isptarijiet bit‑tama li jfarraġhom bit‑taqbil ‘spirtu pront’ tiegħu. Kiseb rikonoxximent għall‑ħidma tiegħu fil‑volontarjat kif ukoll il‑Premju għall‑Qadi tar‑Repubblika.

This article is from: