Tfal Missjunarji Ottubru 2024

Page 1


Għeżież Tfal, kif intom? Nispera li kellkom sajf tajjeb u gawdejtu u ddivertejtu kemm flaħtu. Issa li reġgħet bdiet sena skolastika oħra, agħmlu moħħkom hemm minn issa biex jiswielkom ’il quddiem. Ninsabu kuntenti li l‑magazin Tfal Missjunarji qed jolqot il‑gosti ta’ ħafna minnkom. Jidher li l‑artikli kollha jintgħoġbu mill‑maġġoranza tagħkom, għalhekk ħassejna li għandna nżommu l‑istess stil ta’ artikli. Inħeġġukom biex tiktbulna xi ittra u tibagħtuhielna fl‑indirizz postali jew elettroniku u nħajrukom tippruvaw tagħmlu l‑kraft u r‑riċetta tradizzjonali. Fuq kollox ħudu sehem fil‑kompetizzjonijiet, għaliex għandna rigali sbieħ għalikom.

Qabel inħallikom nixtieq infakkarkom biex ma tinsew qatt lil ħutkom tfal missjunarji u titolbu għalihom biex huma wkoll isiru jafu dwar Ġesù. Ninsabu fix‑xahar dedikat lill‑missjoni, għalhekk ikun tajjeb jekk twarrbu xi ħaġa mill‑‘pocket money’ tagħkom għal dawn it‑tfal biex ikollhom x’jieklu, x’jilbsu, saqaf fuq rashom u edukazzjoni xierqa. Il‑ħabiba tagħkom, Claudia TFAL MISSJUNARJI: RIVISTA GĦAT‑TFAL

Stampa tal‑faċċata: Powster uffiċjali tat‑tfal għal Jum Dinji Missjunarju.

Missio Nru. 150, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128

Tel: 2123 6962 | e‑mail: nancy@missio.org.mt

Ħinijiet: Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 9:00am – 4:00pm

Is‑Sibt: 9:00am – 12:00pm

Missio Nru. 7, Triq l‑Imgħallem, ir‑Rabat Għawdex. Tel: 2155 0267 | e‑mail: gozo@missio.org.mt

Ħinijiet: Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8:30am – 12:00pm

Editriċi: Claudia Cini | e‑mail: claudia@missio.org.mt

Grafika: James Trapani | e‑mail: gakbu@gakbu.com

Qarrejja tal‑Provi: John Caruana u Mark Miruzzi

Pubblikazzjoni: Missio Malta

© Copyright: L‑ebda parti minn dan il‑magażin ma tista’ tiġi ppubblikata mingħajr il‑permess tal‑pubblikaturi.

TA’ MISSIO TFAL ‑ Nancy Camilleri

Għeżież Tfal,

Nispera li kellkom sajf sabiħ, ħadtu gost u striħajtu biżżejjed. Issa bdiet l‑iskola u ftit ftit nibdew nissetiljaw. Din is‑sena kienet ftit speċjali għalija għax f’Lulju mort il‑Kenja għal esperjenza missjunarja.

Konna grupp ta’ sebgħa u wara vjaġġ twil wasalna Kangemi għand il‑Ġiżwiti fil‑Parroċċa ta’ San Ġużepp Ħaddiem. Kien il‑Ħadd, morna l‑quddiesa li kienet animata miż‑żgħażagħ fejn kulħadd jipparteċipa b’ħafna kant u żfin. Tkun tixtieq li ma tispiċċa qatt. Kemm tħoss ferħ! Innutajt kemm għal dawn in‑nies, il‑quddiesa hija xi ħaġa serja li trid tipprepara għaliha u tipparteċipa fiha, u mhux sempliċiment tismagħha. Messewli qalbi b’mod speċjali ħafna t‑tfal preżenti fil‑knisja, li verament joqogħdu jsegwu fil‑kwiet, anke jekk xi wħud lanqas ilaħħqu mal‑bank, jistennew bil‑ħerqa dak li jmiss, f’għajnejhom ħarsa ta’ stagħġib attenti għal dak li jkun qed jingħad u jsir mill‑kbar.

Il‑quddiesa tispiċċa b’atmosfera ta’ festa, bil‑kant u tgħanniq fost in‑nies. Kulħadd xtaq jiltaqa’ magħna u jsir

jaf aktar dwarna. Konna milqugħin mhux għal dak li għandna, imma għal dak li aħna. Dan ġegħelni naħseb ħafna fuqi nnifsi. Tgħid kif qed nilqa’ lil dawk ‘ġodda’ li jiġu l‑iskola tiegħi? Kif qed nilqa’ lil dawk ‘barranin’ li niltaqa’ magħhom? Lil dawk li nara fit‑toroq u lil dawk li joqogħdu ħdejja jew dawk fuq tal‑linja?

Matul ix‑xahar t’Ottubru se jitqssmulkom l‑inviloppi, sabiex tgħinu lil MissioTfal, li din is‑sena se jgħin sptar tat‑tfal fl‑Uganda. Naf li intom dejjem tkunu ġenerużi u nixtieq nirringrazzjakom minn qalbi talli tiġbru l‑flus. Nirrangrazzja wkoll lill‑ġenituri tagħkom u lill‑għalliema li jagħmlu minn kollox biex jgħinuna. Forsi bħali tindunaw kemm għandna x’nitgħallmu minn xulxin u fuq kollox kemm għandna bżonn xulxin! Narakom tfal.

MILL‑PINNA TAD‑DIRETTUR

Dun Victor Agius

WAW! TLAJT SENA OĦRA!

Is‑sajf għadda tfal u nispera li lkoll kellkom vaganzi mill‑isbaħ. Striħajna ħafna, għamilna ħbieb ġodda, morna ħafna l‑baħar u forsi sifirna wkoll, imma żgur li ħadna ħafna pjaċir. U issa bdejna sena skolastika ġdida. Is‑sabiħ hu li issa tlajna sena oħra u nieħdu gost li qed nikbru.

Kemm hu sabiħ tfal li nibdew u nispiċċaw din is‑sena, u nibqgħu dejjem ferħanin. Ferħanin għaliex ma’ sħabna fil‑klassi dejjem qed nitgħallmu affarijiet ġodda u interessanti. Dan huwa s‑sabiħ tal‑iskola, li aħna u nistudjaw inkunu qed nitgħallmu u niskopru kemm hemm affarijiet ġodda li jgħinuna għall‑ħajja tagħna. Nifhmu dejjem aktar kif ħajjitna tista’ tkun wisq aħjar. Nitgħallmu kif ir‑relazzjonijiet ta’ bejnietna jsiru aktar profondi u veri, u kif insiru aktar kapaċi niskopru

lill‑oħrjan, anki meta dawn jitkellmu b’lingwi differenti u għandhom kulturi differenti minn tagħna.

Veru tfal, aktar ma nistudjaw aktar insiru kapaċi ngħinu lil ħafna nies u dan iwassalna biex ikollna karattru sabiħ li ma jdejjaq lil ħadd. Aħna wkoll f’Missio nsibu l‑ferħ tagħna meta niltaqgħu ma’ ħafna nies, kbar u żgħar, u minn ħafna pajjiżi diversi, u magħhom inkunu kapaċi nikkomunikaw u malajr insiru ħbieb kbar. Kemm nitgħallmu minn xulxin, u t‑tagħlim jgħaqqad lin‑nies flimkien u jkabbar bejnietna l‑paċi, il‑ferħ u l‑ġustizzja.

Jiena bħalkom it‑tfal, nemmen li t‑tfal mad‑dinja kollha għandhom id‑dritt li jmorru l‑iskola bħalna biex flimkien magħhom aħna nibnu dinja aħjar.

Viva l‑Iskola! Viva l‑Iskola!

“MORRU U SEJĦU GĦALL‑FESTA LIL KULL MIN ISSIBU.”

Għeżież Tfal,

Fl‑okkażjoni tal‑Jum Dinji Missjunarju, Papa Franġisku bagħat il‑messaġġ: “Morru u sejħu għall‑festa lil kull min issibu.” Din il‑frażi hija meħuda mill‑Vanġelu ta’ San Mattew kapitlu 22 vers 9, fejn Ġesù jirrakkonta l‑parabbola ta’ sultan li bagħat lill‑qaddejja tiegħu jistiednu lin‑nies għat‑tieġ t’ibnu. Wara li xi mistednin m’aċċettawx l‑istedina, is‑sultana qal lill‑qaddejja jmorru u jsejħu lil kulħadd għall‑festa. Din il‑frażi, jgħid il‑Papa, tista’ tgħinna nifhmu aħjar xi tfisser li tevanġelizza, jiġifieri li twassal l‑evanġelju, il‑bxara t‑tajba,

kif jagħmlu ħafna missjunarji. Però, mhux biss il‑missjunarji huma msejħa biex jagħmlu din il‑ħidma, iżda lkoll kemm aħna, anke intom it‑tfal.

lil kull min issibu MORRU U SEJħU ghall-festa

“Morru u stiednu”: Forsi tistaqsuni: “Imma fejn se mmorru, meta aħna għadna tfal?” Iva, kulħadd huwa msejjaħ biex imur u jwassal l‑aħbar it‑tajba li Ġesù jħobbna. M’intomx se tmorru għalissa fl‑artijiet tal‑missjoni, iżda intom tafu li kull post huwa post tal‑missjoni. Għalhekk, morru fid‑dar, fl‑iskola, fit‑toroq, fil‑postijiet fejn tilagħbu; morru u waslu kelma ta’ ġid, għidu lil sħabkom li Alla jħobbhom u għinu lil kull min tiltaqgħu miegħu. Biex immorru nwasslu l‑imħabba

t’Alla, irridu l‑ewwel u qabel kollox inħossu li Alla jħobbna. Tiddejqux tistiednu lil sħabkom biex ikunu ħbieb ta’ Ġesù. Imma biex tistednuhom tridu l‑ewwel u qabel kollox intom stess tkunu ħbieb ta’ Ġesù.

“Għall‑festa”: Il‑festa kienet tikkonsisti f’ikla. Lilna l‑Kristjani l‑ikla tfakkarna fl‑Ewkaristija u għalhekk inħeġġiġkom biex tilqgħu dejjem l‑istedina li jagħmlilkom Ġesù biex ta’ kuljum tersqu titqarbnu. Din hija l‑ikbar ikla u l‑aqwa ikla. Hija ħasra kbira li xi wħud minna

ma jersqux ta’ sikwit biex jirċievu lil Ġesù. Festa tfisser ferħ. Il‑laqgħa tagħna ma’ Ġesù għandha tkun ta’ ferħ, festa għaliex Ġesù tant iħobbna li miet għalina biex inkunu tassew ferħanin.

“Lil kull min issibu”: Jiġifieri lil kulħadd. Mela fil‑ħajja tagħna m’għandna nwarrbu lil ħadd. Ġesù jistieden lil kulħadd, u għalhekk aħna m’għandna neskludu lil ħadd. Tfal, kunu attenti biex waqt li tilagħbu, tistudjaw u tagħmlu affarijiet oħra, ma tħallu lil ħadd fil‑ġenb.

Jekk inwettqu dak li qalilna l‑ħabib tagħna Franġisku, żgur li nkunu tassew tfal missjunarji. Inħeġġiġkom ukoll biex f’dan ix‑xahar t’Ottubru, li huwa ddedikat lill‑missjoni, tagħmlu xi sagrifiċċji biex tiġbru xi flus biex tgħinu lil tfal oħra li m’għandhomx dak li għandna aħna. Filwaqt li nawgura lilkom u lill‑għalliema tagħkom sena skolastika tajba.

Nitlob lil Gesù jberikkom.

FJONA

Storja vera addattata minn Claudia Cini.

Fjona hija tfajla gustuża u simpatika ta’ 9 snin li tgħix flimkien ma’ tfal oħra fl‑orfanatrofju ta’ Kankobe fl‑Uganda. L‑Uganda huwa pajjiż fqir Afrikan fejn ħafna nies lanqas għandhom il‑bżonnijiet neċessarji.

Ilni ngħix fl‑orfanatrofju sa minn mindu twelidt, jew aħjar sa minn meta s‑sorijiet sabuni wara r‑rixtellu tagħhom.

Jum fost l‑oħrajn, ftit qabel sebaħ, is‑sorijiet li jgħixu mat‑tfal fl‑orfanatrofju, semgħu biki ta’ tarbija ġej minn barra. Meta fetħu l‑bieb ta’ barra lemħu wara r‑rixtellu tarbija mgeżwra f’kutra qadima. Is‑sorijiet mal‑ewwel daħħluha għandhom u tawha tixrob għax kienet bil‑għatx.

Meta sibna t‑tarbija abbandunata, la konna nafu kemm għandha żmien u wisq anqas x’jisimha.

Is‑sorijiet kellhom b’hekk jikkalkulaw kemm għandha żmien it‑tarbija u tawha data tat‑twelid. It‑tarbija, tifla, ingħatat ukoll l‑isem ta’ Fjona. Fjona mhix l‑uniku waħda minn sħabha li nstabet abbandunata bla ħadd ma jaf eżatt meta twieldet u min huma l‑ġenituri tagħha.

Is‑sorijiet jieħdu

ħsiebi ħafna u

jaraw li ma jkun jonqosni xejn.

It‑tfal kollha fl‑orfanatrofju għandhom ix‑xewqat u l‑ħolm tagħhom. Għalkemm huma jinsabu maħbubin, b’saqaf fuq rashom, jieklu ikel sustanzjuż u għandhom il‑mediċina meta jkollhom bżonn, mhux kollha għandhom l‑opportunità li jmorru l‑iskola.

Nixtiequ ħafna li t‑tfal kollha tagħna jattendu l‑iskola, iżda fondi biżżejjed m’għandniex.

Swor Mildred għandha xewqa kbira. Il‑ħolma tagħha hija li fl‑orfanatrofju jibnu skola ħalli t‑tfal ikollhom fejn jirċievu l‑edukazzjoni, filwaqt li dawk li huma sponsorjati ma jkollhomx għalfejn imorru ’l bogħod biex imorru l‑iskola.

La nikber nixtieq

insir tabiba.

La nikber nixtieq insir welder.

La nikber nixtieq insir għalliema.

La nikber nixtieq insir mekkanik.

MissioTfal wiegħed lis‑sorijiet li jmexxu dan l‑orfanatrofju li se jagħmel ħiltu kollha sabiex isib sponsers Maltin u Għawdxin li lesti jgħinu lil David u lil sħabu jkollhom opportunità li jitgħallmu. €150 huma biżżejjed sabiex għal sena tifel jew tifla jirċievu edukazzjoni xierqa.

MissioTfal wegħeduna li se jgħinuna nibnu skola għat‑tfal tagħna u li se jsibulna benefatturi li jisponsorjaw l‑edukazzjoni tagħhom.

Kont taf li b’donazzjoni ċkejkna inti tista’ tagħmel differenza kbira fil‑ħajja ta’ tifel jew tifla bħalek li jgħixu f’pajjiż fil‑missjoni? Jekk tfaddal xi ħaġa żgħira kuljum, ikollok biżżejjed flus sabiex tgħin tifel jew tifla jkollhom aktar opportunitajiet fl‑edukazzjoni, billi jinbnewlhom l‑iskejjel u jinxtrawlhom uniformijiet, kotba, pitazzi u materjal ieħor biex jitgħallmu fuqu.

Ħeġġeġ lill‑familjari u

lill‑ħbieb jgħinuk tfaddal il‑flus ħalli tgħin tifel jew tifla tamparek li jgħixu fil‑missjoni!

Jekk tixtieq karus fejn tfaddal il‑flus, itlobna u nagħtuk wieħed!

Meta timla l‑karus, ħu l‑flus fl‑uffiċċju ta’ MissioTfal fil‑Mosta, fil‑Belt Valletta jew fir‑Rabat, Għawdex. Minbarra li tingħata rċevuta, inti tista’ tagħżel x’tixtieq isir bil‑flus li inti tkun faddalt.

Dawn huma xi wħud mill‑eżempji ta’ x’jista’ jsir bil‑flus tiegħek:

€3 Par żarbun għal tifel jew tifla fqir/a

€7 Tiġieġa għal familja fil‑bżonn

€20 Platt ross u fażola lil 60 tifel u tifla bil‑ġuħ

€25 Ikla sustanzjuża kuljum għal 25 tifel u tifla

€30 Uniformi u materjal tal‑iskola għal 6 itfal

€55 Mogħża tal‑ħalib għal familja żvantaġġjata

€50 Ilbies protettiv għal tabib biex jikkura persuni b’mard infettiv

€104 Lavanji tal‑‘braille’ għal tfal neqsin mid‑dawl

IL‑PAĠNA TA’ RAFIKI

Ħelow Tfal! Kif intom?

Nispera li tinsabu tajbin u li għaddejtu sajf ta’ mistrieħ. Jiena u Nancy, dan is‑sajf kellna x‑xorti li niltaqgħu ma’ ħafna minnkom matul SkolaSajf sew f’Malta kif ukoll f’Għawdex. Din is‑sena it‑tema ta’ SkolaSajf kienet

‘Life Is An Adventure’ (Il‑Ħajja Hija Avventura). Flimkien skoprejna kif meta titgħallem dwar pajjiżi u nies b’kulturi differenti, tkun qed tiskopri dinja oħra u tinduna kemm il‑ħajja hija avventura.

F’Awwissu żorna l‑iskejjel primarji ta’ Birkirkara u Pembroke fejn tgħallimna li aħna lkoll marbutin ma’ xulxin, jiġifieri aħna responsabbli ta’ xulxin anki jekk ’il bogħod minn xulxin. Tfal li qegħdin ibatu ħabba l‑faqar jew il‑gwerer f’pajjiżi bogħod minna, xorta waħda qed jaffettwawna għax aħna dinja waħda. Għalhekk, biex

niftakru fit‑tfal kollha tad‑dinja għamilna kraft ġdid li jikkonsisti f’kuruna multi‑kulturali li fuqha poġġejna tfal b’kostumi tradizzjonali max‑xifer tal‑kuruna u lbisniha fuq rasna.

Żorna wkoll l‑iżgħar tfal tal‑iskola fl‑Annex il‑Mosta fejn magħhom skoprejna l‑mużika Afrikana, billi tgħallimna kanzunetta mill‑Ghana. Rajna tipi differenti ta’ tnabar u l‑oriġini tagħhom, tgħallimna żifna u wara li kulħadd għamel it‑tanbur tiegħu, żfinna u daqqejna ħafna b’dan it‑tanbur. Kemm ħadu gost dawn it‑tfal!

IL‑PAĠNA TA’ RAFIKI

Mat‑tfal tal‑iskola San Ġwakkin

f’Marsaskala u mat‑tfal tan‑Nadur

f’Għawdex, għamilna kraft differenti. Din id‑darba mxejna l‑mixja tal‑ilma billi spjegajna kemm hawn tfal

fid‑dinja li m’għandhomx aċċess

MissioTfal mar iżur ukoll l‑iskola medja tar‑Rabat f’Għawdex fejn mal‑istudenti sirna nafu dwar kultura antika tal‑maskri fl‑Afrika u f’pajjiżi oħra fl‑Asja u fl‑Amerika. Dari t‑tribujiet kienu jiżfnu b’dawn il‑maskri pjuttost strambi li kienu jirrappreżentaw xi annimali feroċi jew inkella b’konnessjoni mal‑antenati tagħhom biex iżommu ’l bogħod dak li jbeżżagħhom. Dawn it‑tribujiet kien jagħmlu riti, talb u żfin madwar in‑nar. Bħala kraft kulħadd għamel il‑maskra tiegħu permezz ta’ ħafna karti tat‑tajr ikkulurit.

għall‑ilma nadif. Rajna kemm iridu jimxu ta’ kuljum dawn it‑tfal biex iġibu ftit ilma u xi kultant lanqas ikun nadif! Permezz ta’ filmat, imxejna ma’ Harriet, tifla ta’ 12‑il sena mill‑Uganda u magħha morna nġibu l‑ilma, żorna id‑dar tagħha u attendejna l‑iskola tagħha. Bħala kraft għamilna l‑bir sabiex niftakru li mhux kulħadd għandu ilma fil‑vit u mhux kulħadd fid‑dinja għandu aċċess għall‑ilma nadif. Għalhekk m’għandniex naħlu ilma u nirringrazzjaw lil Alla għal dak kollu li għandna u nibżgħu għalih. F’paġna 13 għandkom issibu kif tagħmlu dan il‑bir. ‑

Kien sajf sabiħ ħafna għal MissioTfal li permezz ta’ Skolasajf reġa’ ltaqa’ magħkom it‑tfal u għamilna dawn l‑affarijiet sbieħ flimkien. Narakom hbieb.

KRAFT MILL‑UGANDA BIR

Għandek Bżonn:

• 2 rollijiet vojta tat‘toilet paper’

• Kolla

• Mqass bla ponta

• Lapes

• Karti kkuluriti

• Biċċa kartonċina

• ‘Straw’

• Metru spag

6. Aqta’ mill‑kartonċina kaxxa 10ċm x 3ċm, dawwarha f’għamla ta’ ċilindru u waħħal il ġnubijiet biex tifforma barmil.

7. Aqta’ strixxa żgħira mill‑kartonċina u waħħalha mal‑barmil bħala magħlaq.

8. Waħħal tarf tal ispaga mal‑magħlaq tal‑barmil u gerbeb l‑ispaga mal‑i‘straw’.

Metodu (dejjem segwi l‑istampi t’hawn fuq biex jgħinuk):

1. Aqta’ min‑nofs ir‑rollijiet tat‘toilet paper’ u ċċatjahom ftit.

2. Waħħalhom flimkien biex tifforma l bokka tal bir.

3. Aqta’ l‑karti kkuluriti f’forom żgħar rettangolari u waħħalhom mal bokka tal‑bir b’tali mod li tiksiha kollha.

4. Aqta’ mill kartonċina żewġ strixxi wiesgħa 2.5ċm u twal 10ċm, waħħalhom mal ‑ ġenb tal ‑ bir u taqqabhom minn fuq.

5. Daħħal l‑i’straw’ fit toqob tal‑istrixxi tal‑kartonċina min‑naħa għall oħra u aqtgħalha ż‑żejjed.

9. Issa tista’ ddawwar l‑i‘straw’ biex tkun tista’ ttella’ u tniżżel il barmil fil bir.

Nieħdu gost jekk tibagħtulna ritratt tal‑kraft li għamiltu fuq: info@missio.org.mt

Kun żgur li tissorvelja lit‑tfal meta jkunu qegħdin jagħmlu l‑krafts.

Proset lil Thiago Tanti ta’ 5 snin mill‑Mosta li bagħtilna ritratt tiegħu bil‑kraft li għamel tal‑‘pencil holder’ mill‑ħarġa li għaddiet.

RIĊETTA TRADIZZJONALI

GALLETTINI SIMSIM

UGANDA

X’għandek bżonn (għal 12‑il gallettina):

• 180 gramma zokkor

• 200 gramma żerriegħa tal‑ġulġlien mixwija ftit

Metodu:

1. Iksi bil‑karti strazzi dixx ta’ daqs 18‑il ċentimetru kwadru.

2. Poġġi z‑zokkor ġo kazzola u saħħan fuq nar baxx sakemm iz‑zokkor jinħall kollu.

3. Ħallih jiftaħ jagħli u kompli sajjar għal 2 minuti, filwaqt li tħawwad ta’ spiss.

4. Ħawwad iż‑żerriegħa tal‑ġulġlien maz‑zokkor u ferrex immedjatament il‑ġulepp fid‑dixx.

5.Kif ikun għadu sħun, aqta’ fi 12‑il kwadru u ħallihom jibirdu sew.

6.Issepara l‑biċċiet meta jkunu kesħin.

HAMU KUBWA!

(L‑Ikla t‑Tajba!)

Kont taf li: il‑belt kapitali tal‑Uganda hija Kampala. Il‑popolazzjoni tal‑pajjiż hija ta’ kważi 38 miljun ruħ. L‑Ingliż u s‑Swaħili huma ż‑żewġ lingwi uffiċjali, iżda hemm diversi lingwi oħra żgħar mitkellma. B’kollox hemm 9 gruppi etniċi kbar u ħafna oħrajn żgħar. Kważi nofs il‑popolazzjoni huma tfal taħt l‑14‑il sena. Dan jagħmel lill‑Uganda l‑aktar pajjiż żagħżugħ fid‑dinja. L‑Ugandiżi jgħixu bejn 50 u 60 sena. Ta’ min jgħid li fl‑Uganda ssib tabib wieħed biss għal kull 12,500 persuna. Hawn jabitaw 330 speċi differenti ta’ mammiferi, 1,060 speċi ta’ għasfur u 262 speċi ta’ ħuta tal‑ilma ħelu. U kont taf li l‑laqam ta’ ‘Il‑Perla tal‑Afrika’ kien tahulha Sir Winston Churchill, Prim Ministru Ingliż, fil‑ktieb tiegħu: ‘Iż‑Żjara Tiegħi fl‑Uganda’?

Nota Importanti: Qabel tibda ħu ħsieb aħsel idejk sew, inża’ l‑ġojjellerija, orbot xagħrek u ilbes ilbies addattat. Itlob l‑għajnuna ta’ persuna adulta, speċjalment jekk ser tuża oġġetti li jaqtgħu, in‑nar u/ jew l‑elettriku.

KOMPETIZZJONIJIET BI PREMJU

OTTUBRU‑NOVEMBRU 2024

Ibgħat is‑soluzzjoni t‑tajba flimkien ma’ ismek, kunjomok, l‑età u l‑indirizz, hekk:

Tfal Missjunarji – Kompetizzjonijiet, Nru.150, Missio, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128

1. GĦAQQAD L‑ITTRI

TAL‑ALFABETT

Bil‑lapes għaqqad l‑ittri tal‑alfabett wara xulxin biex tifforma stampa. Wara tista’ wkoll tpinġi l‑istampa.

kompetizzjonijiet jistgħu jintbagħtu fl‑istess invilopp.

2. KOMPETIZZJONI TAL‑KITBA U TAT‑TPINĠIJA

Qed inħeġġukom sabiex tiktbulna u/ jew tpinġulna dwar kif għaddejtu l‑vaganzi tas‑sajf. Mortu x’imkien speċjali? Forsi sifirtu? Għamiltu xi attività li fi żmien l‑iskola ma kellkomx ċans tagħmluha? Inħallu f’idejn l‑immaġinazzjoni tagħkom. L‑ewwel ittra li nirċievu tirbaħ kupun ta’ €10 li jissarraf mill‑ħanut Faith, Hope & Charity fil‑Belt Valletta.

ISEM U KUNJOM:

ETÀ:

INDIRIZZ:

KODIĊI POSTALI:

SKOLA:

Soluzzjonijiet tal‑Kompetizzjonijiet ta’ April ‑ Mejju 2024: Ħarġa Nru 102.

Ir‑rebbieħa tal‑kompetizzjonijiet huma Leo Jameel mir‑Rabat, Malta, Iler Abela minn Ħ’Attard, Thiago Tanti mill‑Mosta u Gabriel Borg minn Ta’ Sannat. Grazzi lil kull min bagħtilna t‑tweġibiet. Prosit lir‑rebbieħa! Huma jirċievu ittra bil‑posta mingħandna biex ikunu jistgħu jiġbru r‑rigal tagħhom.

MissioTfal Launches 5‑Star Challenge For Schools And Parishes

Aim

MissioTfal, the Maltese organisation for ‘The Holy Childhood’, has launched a new initiative called the 5‑Star Challenge. This challenge aims to foster a shared mission understanding within the school and parish communities through diverse activities. It actively engages and involves everyone, including foreigners, to promote unity and cultural exchange.

How to Participate

To become a 5‑Star Missio Parish or School, the parish or school must complete all the tasks shown on the 5‑Star Chart. Once the tasks are completed, the parish/school is encouraged to send videos, photos and/or social media posts show casing the organized activities. MissioTfal will then visit the parish or school, interview the individuals involved in

planning the event and present the appropriate star certificate as a token of appreciation.

5‑Star Tasks

The 5‑Star Chart includes the following tasks:

SOUL: Activities to nourish the soul

GAIA: Activities that teach about the world

HARMONY: Activities that make us aware of others, and bring harmony in school and parish

US: Activities that include everyone

LOVE: Fundraising activity and awareness for Mission Sunday to support the global mission of the Church

Success and First Participant

The 5‑Star Challenge has been a success for the Parish of Tarxien, just a week after its’ launch in August.

First Activity: Harmony Activity

Tarxien Parish organized a ‘Food from different countries’ activity as their first 5‑Star task. The activity involved preparing fruit kebabs with colours representing flags from around the world. It took place at the Sisters of Charity in Tarxien, including mass, games and the fruit preparation. The activity reminded participants of the importance of showing solidarity with children who suffer from hunger due to poverty, war and sickness. MissioTfal looks forward to the next 5‑Star activity with Tarxien Parish and is grateful for the amazing community. Special thanks go to the Parish Priest Fr Chris Ellul, Isabel Micallef, Ramon Fiott and the Liturgy Team.

Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.