Tfal Missjunarji Ottubru-Novembru 2025

Page 1


Għeżież Tfal,

Nittama li tinsabu tajbin u nispera li kellkom sajf tajjeb, u gawdejtu u ddivertejtu kemm flaħtu. Issa li reġgħet bdiet sena skolastika oħra, agħmlu moħħkom hemm minn issa biex jiswielkom ’il quddiem. Ninsabu kuntenti li l‑magażin Tfal Missjunarji qed jolqot il‑gosti ta’ ħafna minnkom. Jidher li l‑artikli kollha jintgħoġbu mill‑maġġoranza tagħkom, għalhekk ħassejna li għandna nżommu l‑istess stil ta’ artikli. Inħeġġukom biex tiktbulna xi ittra u tibagħtuhielna fl‑indirizz postali jew elettroniku, u nħajrukom tippruvaw tagħmlu l‑kraft u r‑riċetta tradizzjonali. Fuq kollox ħudu sehem fil‑kompetizzjonijiet, għaliex għandna rigali sbieħ għalikom.

Qabel inħallikom, nixtieq bħal dejjem, infakkarkom biex ma tinsew qatt lil ħutkom tfal missjunarji u titolbu għalihom biex huma wkoll isiru jafu dwar Ġesù. Ninsabu fix‑xahar iddedikat lill‑missjoni, għalhekk ikun tajjeb jekk twarrbu xi ħaġa mill‑‘pocket money’ tagħkom għal dawn it‑tfal biex ikollhom x’jieklu, x’jilbsu, saqaf fuq rashom u edukazzjoni xierqa.

Il‑ħabiba tagħkom, Claudia

Stampa tal‑faċċata: Powster uffiċjali tat‑tfal għall‑Jum Dinji Missjunarju.

TFAL MISSJUNARJI: RIVISTA GĦAT‑TFAL LI TOĦROĠ BEJN OTTUBRU U MEJJU

Missio Nru. 150, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128

Tel: 2123 6962 | e‑mail: nancy@missio.org.mt

Ħinijiet: Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 9:00am – 4:00pm

Is‑Sibt: 9:00am – 12:00pm

Missio Nru. 7, Triq l‑Imgħallem, ir‑Rabat Għawdex. Tel: 2155 0267 | e‑mail: gozo@missio.org.mt

Ħinijiet: Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8:30am – 12:00pm

Editriċi: Claudia Cini | e‑mail: claudia@missio.org.mt

Grafika: James Trapani | e‑mail: gakbu@gakbu.com

Qarrejja tal‑Provi: John Caruana, Mark Miruzzi, Noel Attard u Mario Sant.

Pubblikazzjoni: Missio Malta

© Copyright: L‑ebda parti minn dan il‑magażin ma tista’ tiġi ppubblikata mingħajr il‑permess tal‑pubblikaturi.

Jien. Int. Aħna. Flimkien.

TA’ MISSIO TFAL ‑ Nancy Camilleri

MESSAĠĠ TA’

TAMA MILL‑PAPA GĦAT‑TFAL

Għeżież Tfal, Illum nixtieq inwasslilkom messaġġ speċjali tal‑missjoni mingħand il‑Papa għal din is‑sena, li huwa mimli tama u mħabba. Tfal, hu qed jgħidilkom li intom importanti ħafna, u kull wieħed u waħda minnkom għandkom post speċjali fil‑qalb ta’ Ġesù. Ġesù jħobbkom ħafna u dejjem ikun magħkom, anke meta tħossukom waħedkom jew imbeżżgħin.

Kull darba li tagħmlu xi ħaġa tajba, bħal meta tgħinu lil xi ħadd jew titbissmulu, intom tkunu qegħdin ixxerrdu t‑tama madwar id‑dinja. Jekk

xi darba tħossu li kollox diffiċli, ftakru li Ġesù għadda minn mumenti diffiċli wkoll, imma qatt ma tilef it‑tama.

Tistgħu Tkebbsu T‑Tama

Tistgħu tkunu missjunarji tat‑tama billi tgħinu lil ħbiebkom, tisimgħu lil min hu waħdu u tgħidu kelma sabiħa

lil min hu mdejjaq. Anke affarijiet żgħar, bħal meta tgħidu ‘grazzi’ jew ‘jekk jogħġbok’, jistgħu jagħmlu differenza kbira fil‑qalb ta’ xi ħadd.

nagħmlu d‑dinja post aħjar billi nkunu ħbieb ta’ kulħadd u nxerrdu l‑ferħ.

Qatt Tibżgħu Titolbu

Meta titolbu, tkunu qegħdin titkellmu ma’ Alla li jħobbkom u jisma’ kull kelma tagħkom. Tistgħu titolbu għal ħbiebkom, għall‑familja tagħkom u għal dawk li għandhom bżonn l‑għajnuna.

Marija, Omm Ġesù, Tħares Lejkom Jekk xi darba tħossukom imbeżżgħin jew imdejqin, tistgħu titolbu lil Marija biex tgħinkom u tħares lejkom. Hi dejjem trid li tħossukom ferħanin.

Intom Parti Mill‑Familja L‑Kbira Ta’ Alla Kull wieħed u waħda minnkom intom parti mill‑Knisja, familja kbira mimlija tama u mħabba. Flimkien, nistgħu

Ftakar

Intom importanti u speċjali. Ġesù u Marija jħobbukom ħafna. Tistgħu tkunu dawl u tama għal dawk ta’ madwarkom, anke b’affarijiet żgħar. Komplu kunu tfal ta’ tama u xerrdu l‑imħabba ta’ Alla kull fejn tmorru!

IŻ‑ŻRINĠ LI RIED JIEĦU

TFAJLA B’MARTU

arba waħda ż‑żrinġ u l‑fenek sabu rwieħhom jikkompetu bejniethom għal tfajla sabiħa. It‑tnejn xtaqu jiżżewġuha! Lit‑tfajla kien jogħġobha ż‑żrinġ, imma missierha kien jippreferi lill‑fenek. Iż‑żewġ annimali ltaqgħu ma’ dak li kellu jkun il‑kunjatu u għamlulu t‑talba tagħhom. Ir‑raġel ma kienx jaf x’se jaqbad jagħmel, imma fl‑aħħar ġietu idea. Qalilhom jagħmlu tellieqa u min jirbaħ jieħu lil bintu b’martu.

Iż‑żrinġ u l‑fenek marru lura d‑dar. Iż‑żrinġ kien jaf li l‑fenek kien aħjar minnu għax hu kien tajjeb biss biex jaqbeż u mhux biex jiġri. Għalhekk mar jieħu parir mingħand il‑Kunsill taż‑Żrinġijiet u qalilhom: “It‑tfajla tħobb lili, imma se jkollha tiżżewweġ lill‑fenek minħabba kundizzjoni li għamel missierha. Għada se ntellaq miegħu, imma jiena żgur li l‑fenek se jasal qabli. X’se nagħmel?”

Iż‑żrinġijiet iddiskutew għal ħin twil

u fl‑aħħar sabu soluzzjoni, u qalulu: “Niġu kollha miegħek għat‑tellieqa. Nagħmlu hekk: matul it‑triq nistaħbew ilkoll fil‑ħaxix b’distanza ta’ qabża bejn żrinġ u ieħor. Int oqgħod fl‑aħħar qabża. Aħna kollha nidhru l‑istess u ħadd mhu se jara d‑differenza.”

Kollha qablu u l‑għada, fil‑bidu tat‑tellieqa, kull żrinġ kien jinsab f’postu moħbi qalb il‑ħaxix. Żrinġ wara l‑ieħor kien jaqbeż

’il quddiem mill‑fenek. Ma’ kull qabża l‑fenek kien jistaqsi: “Imma fejn int?” U kull darba ż‑żrinġ fuq quddiem kien iwieġbu: “Hawn jien!”

Ġrew sakemm il‑fenek spiċċa bla nifs. Fl‑aħħar iż‑żrinġ li kien iħobb lit‑tfajla, kif kienu ftiehmu, spiċċa l‑ewwel bl‑aħħar qabża, waqt li l‑fenek kien għadu ’l bogħod ħafna. Bħalma kienu ftiehmu, missier it‑tfajla kellu jħalli lil bintu tiżżewweġ liż‑żrinġ.

Minn din il‑ħrafa nitgħallmu, li meta naħdmu tajjeb flimkien dejjem nirbħu jew nispiċċaw minn fuq!

MISSIOTFAL GĦAWDEX

Dun Renato Borg

INKUNU MISSJUNARJI TA’ TAMA

kollha huma dixxipli‑missjunarji li għandhom idawlu bit‑tama ta’ Kristu kull rokna tad‑dinja. It‑tama li rridu nwasslu lill‑oħrajn hija l‑Bxara

t‑Tajba li Kristu jħobbna u b’hekk qatt ma jabbandunana. Dan mhux bil‑kliem biss, iżda bl‑eżempju ta’ kuljum.

Il‑messaġġ għall‑Jum Dinji

Missjunarju: ‘Missjunarji Ta’ Tama

Fost Il‑Bnedmin’, huwa l‑aħħar messaġġ miktub minn Papa Franġisku għal dan il‑jum. Veru li issa għandna lill‑Papa Ljun XIV, iżda l‑messaġġ kien laħaq inkiteb. Intom it‑tfal jeħtieġ li f’din is‑sena tal‑Ġublew ta’ Tama tkunu missjunarji ta’ tama fil‑familji u fl‑iskejjel tagħkom.

Biex inkunu missjunarji ta’ tama jeħtieġ li qabel kollox nimxu fuq il‑passi ta’ Kristu li hu tama. Flimkien ma’ Ġesù u fih, f’kulma nagħmlu u ngħidu għandna nkunu sinjal u

messaġġ ta’ tama għal kulħadd, f’kull ċirkostanza u kull fejn inkunu. Papa Franġisku jgħidilna li l‑imgħammdin

Issa li bdejna sena skolastika oħra, tajjeb li ngħinu iktar lil xulxin, b’mod partikolari lil dawk li huma ġodda u lill‑barranin, billi nilqgħuhom u nkunu qrib tagħhom. Fl‑aħħar, iżda mhux l‑inqas, ma nħallu lil ħadd minn sħabna jinqata’ għalih waħdu; inżommu kumpanija lil xulxin u hekk nevitaw li jsir xi ‘bullying’.

Il‑Mulej iberikkom u jagħtikom sena tajba li fiha mhux biss tikbru fit‑tagħlim, iżda tikbru fit‑tama tagħkom lejn Kristu u tgħadduha lill‑oħrajn.

SUNITA

Bħat‑tfal l‑oħra kollha tamparha, Sunita, tifla mill‑Pakistan, kienet tħobb tilgħab, tiżfen u tkanta, imma mil‑lejl għan‑nhar ħajjitha nbidlet ta’ taħt fuq. Meta Sunita kien għad kellha biss 10 snin, sena wara, ommha mietet u ħalliet warajha lil Sunita u ħamest itfal oħra.

Bħala l‑kbira, ir‑responsabbiltà waqgħet kollha fuqi sabiex nieħu ħsieb lil ħuti iżgħar minni, sakemm il‑papà joħroġ jaħdem biex jipprovdi għall‑familja.

Iċ‑ċkejkna Sunita kellha tikber malajr wisq! Issa qed ikollha tibqa’ d‑dar issajjar, taħsel il‑ħwejjeġ u ġġib l‑ilma mix‑xmara, fost tant affarijiet oħra li tagħmel kull omm. B’xorti ħażina, l‑iżgħar fost ħutha marad, aktarx minħabba li jixorbu ilma maħmuġ.

Aħna jkollna nixorbu mill‑istess ilma li fih naħslu l‑ħwejjeġ u ninħaslu, kemm aħna kif ukoll dawk kollha li jgħixu fir‑raħal!

Jaħasra li kieku għandhom spiera, mhux talli jkollhom ilma safi għax‑xorb, imma Sunita daqshekk ikollha għalfejn timxi sax‑xmara tqandel l‑ilma. MissioTfal ma dawwarx wiċċu lejn dan il‑bżonn, imma għandu pjan li jgħin lill‑familja ta’ Sunita u lin‑nies kollha tar‑raħal.

MissioTfal se jibni fir‑raħal tagħna spiera li kapaċi tipprovdi ilma ċar u nadif għal kulħadd!

Dan l‑ilma jiżgura li jinqata’ darba għal dejjem il‑mard ikkawżat minn ilma maħmuġ. Bl‑ilma nadif mhux talli dawn in‑nies jgħixu aħjar, imma wkoll ikunu jistgħu jkabbru l‑ħxejjex u b’hekk ikollhom ikel aktar sustanzjuż x’jieklu.

Fl‑istess ħin biħsiebna nbigħu ż‑żejjed li jkun fadlilna, u ftit ftit jitkisser iċ‑ċirku tal‑faqar u tal‑mard.

Bħalma dejjem ħeġġiġna nagħmlu Papa Franġisku, bħala tfal Insara għandna nkunu missjunarji tat‑tama, jiġifieri persuni li nwasslu u nibnu t‑tama f’dinja spiss imxekkla minn tbatija, solitudni u nuqqas ta’ direzzjoni.

Fix‑xahar t’Ottubru, li huwa ddedikat għall‑missjoni, kull wieħed u waħda minna jista’ jgħin lil Sunita u lill‑ġirien tagħha jkollhom ilma safi, u hekk jibdew iħarsu lejn futur isbaħ b’tama ġdida.

Naf li inti li qed taqra tixtieq tgħin lil Sunita u lir‑raħal kollu, kif ukoll lil ħafna oħrajn bħalhom imxerrdin mad‑dinja kollha. MissioTfal qed jagħmel ħiltu kollha sabiex isib sponsers Maltin u Għawdxin li lesti jgħinu lil tfal bħal Sunita jkollhom ilma nadif.

Tfal, għinuna nsalvaw komunitajiet sħaħ mill‑faqar u l‑mard, billi nipprovdulhom ilma nadif u ċar.

Kont taf li b’donazzjoni ċkejkna inti tista’ tagħmel differenza kbira fil‑ħajja ta’ tifel jew tifla bħalek li jgħixu f’pajjiż fil‑missjoni? Jekk tfaddal xi ħaġa żgħira kuljum, ikollok biżżejjed flus sabiex tgħin tifel jew tifla jkollhom aktar opportunitajiet fl‑edukazzjoni, billi jinbnewlhom l‑iskejjel u jinxtrawlhom uniformijiet, kotba, pitazzi u materjal ieħor biex jitgħallmu fuqu.

Ħeġġeġ lill‑familjari u lill‑ħbieb jgħinuk tfaddal il‑flus ħalli tgħin tifel jew tifla tamparek li jgħixu fil‑missjoni!

Jekk tixtieq karus fejn tfaddal il‑flus, itlobna u nagħtuk wieħed!

Meta timla l‑karus, ħu l‑flus fl‑uffiċċju ta’ MissioTfal fil‑Mosta, fil‑Belt Valletta jew fir‑Rabat, Għawdex. Minbarra li tingħata rċevuta, inti tista’ tagħżel x’tixtieq isir bil‑flus li tkun faddalt.

Dawn huma xi wħud mill‑eżempji ta’ x’jista’ jsir bil‑flus tiegħek:

€3 Par żarbun għal tifel jew tifla fqir/a

€7 Tiġieġa għal familja fil‑bżonn

€20 Platt ross u fażola lil 60 tifel u tifla bil‑ġuħ

€25 Ikla sustanzjuża kuljum għal 25 tifel u tifla

€30 Uniformi u materjal tal‑iskola għal 6 itfal

€55 Mogħża tal‑ħalib għal familja żvantaġġjata

€50 Ilbies protettiv għal tabib biex jikkura persuni b’mard infettiv

€104 Lavanji tal‑‘braille’ għal tfal neqsin mid‑dawl

IL‑PAĠNA TA’ RAFIKI

Tfal, lejn l‑aħħar tas‑sena skolastika li għaddiet, aħna ta’ Missio kellna x‑xorti li mmorru f’diversi skejjel.

Kellna esperjenza ġdida mal‑Kulleġġ San Nikola, fl‑iskola tal‑Wardija, fejn konna mistiedna għall‑Open Day tagħhom li sar fuq jumejn f’Mejju. Kienet opportunità biex nużaw il‑VRs anki mal‑istudenti ta’ din l‑iskola.

Kellna x‑xorti li niltaqgħu mal‑ġenituri u l‑ħbieb ta’ dawn l‑istudenti li żaru din l‑iskola verament sabiħa. Dawn kellhom l‑opportunità li jpinġu kartolina u jiħduha magħhom id‑dar u anke jixtru pupa tas‑suf li tista’ tagħlaq u tiftaħ għajnejha. Bis‑saħħa ta’ dawn it‑tfal għamilna wkoll ‘collage’ kbir b’motivi tal‑missjoni. Għamilna wkoll ‘face

painting’ minn pajjiżi differenti, fejn kull student/a kellhom jagħżlu ritratt u aħna npinġu bħalu. Tgħidx kemm ħadu gost! Rajna wkoll filmati mill‑missjoni u wara mal‑istudenti għamilna diversi krafts. Kienet esperjenza sabiħa ħafna kemm għalina kif ukoll għalihom.

Fil‑bidu ta’ Ġunju konna mistednin nattendu għall‑‘Assembly’ tal‑iskola St. Francis tal‑Imsida, fejn l‑istudenti ppreżentawlna kartolini li għamlu huma stess biex ngħadduhom lit‑tfal fl‑iskejjel tal‑missjoni. Din hija okkażjoni sabiħa ta’ ‘outreach’. Proset tassew lil dawn it‑tfal ta’ din l‑inizjattiva sabiħa.

Iċċelebrajna festa kbira ta’ diversità fl‑iskola sekondarja ta’ San Andrea

IL‑PAĠNA TA’ RAFIKI

l‑Imġarr, flimkien mal‑għalliema u l‑assistenti kapijiet, fl‑okkażjoni tal‑World Diversity Day li hija ċċelebrata mad‑dinja kollha fil‑21 ta’ Mejju. Kienet esperjenza sabiħa għat‑tim ta’ Missio. Din l‑okkażjoni kienet ukoll iffilmjata biex seta’ jinħadem filmat qasir għal fuq il‑website tagħna. Għal dan il‑jum ħejjejna spazji differenti fil‑foyer

tal‑iskola, fejn għamilna ‘face painting’ minn pajjiżi differenti u l‑istudenti stess setgħu jagħżlu huma stess liema

stampa riduna npinġulhom. Xi wħud minnhom tħajru jagħmlu l‑‘make‑up’ huma stess fuq xulxin. Spazju ieħor kien fejn setgħu jilbsu kostumi minn pajjiżi differenti u wara għamlu sfilata bejniethom.

Kienu involuti l‑għalliema tal‑arti, fejn it‑tfal kienu mħeġġa jpinġu xi tfisser għalihom id‑diversità. Dawn it‑tpinġijiet inżammu mill‑iskola ħalli jitwaħħlu fejn jidhru biex l‑istudenti jibqgħu jiftakru f’dan il‑jum sabiħ li għaddejna flimkien. Kien hemm l‑involviment tal‑ġenituri wkoll li ħadu ħsieb jippreparaw ikel tipiku minn pajjiżi differenti li studenti barranin f’din l‑iskola ġejjin minnhom. Kulħadd seta’ jduq u jistaqsi dwar dan l‑ikel, u wkoll jikseb xi riċetta. Waqt din l‑attività għamilna ‘vox pop’ lil xi studenti, għalliema, il‑kap tal‑iskola, l‑assistenti kapijiet u l‑koordinatriċi. Matul l‑attività saret ġabra b’risq proġett tat‑tfal fil‑missjoni. Il‑kunsill tal‑istudenti ħa ħsieb jorganizza xi attivitajiet f’dan il‑perijodu u għalhekk Missio reġa’ kien mistieden waqt ‘assembly’ fejn konna ppreżentati s‑somma miġbura li żdiedu magħha fondi żejda li ma ntefqux waqt iċ‑ċerimonja tal‑gradwazzjoni tal‑iskola. Minn qalbna nirringrazzjaw lit‑tmexxija ta’ din l‑iskola ta’ dawn l‑inizjattivi b’risq Missio.

Grazzi mill‑qalb lil kulhadd. ‑

KRAFT MILL‑AFRIKA: KULLANA

Kun żgur li tissorvelja lit‑tfal meta jkunu qegħdin jagħmlu l‑krafts.

Fl‑Afrika l‑artisti jużaw żewġ tipi ta’ disinji: ġeometriċi bħal żigużajg, ikkaxxjat, linji dritti u mgħawġin, ċrieki u spiralli jew simboliċi li huma disinji jew stampi b’tifsira għall‑komunità jew għall‑artist. Dawn id‑disinji kkuluriti ħafna mpinġija fuq drapp, ornamenti tal‑fuħħar, karti u anki bini, ikunu jgħidu storja. Waqt xi riti

jintużaw disinji kwadri bojod u suwed li jirrappreżentaw it‑tajjeb u l‑ħażin fil‑ħajja tal‑bniedem.

It‑tifsira u t‑tradizzjoni ta’ dawn id‑disinji tintiret minn ġenerazzjoni għal oħra. Xi drabi jintużaw ukoll biex jiftakru f’xi memorji li għaddew minnhom bħala komunitajiet jew ikun fihom xi messaġġ ta’ għaqda u tama. Pereżempju, id‑disinn żigużajg fuq xulxin ifakkarna li l‑vjaġġ tul ħajjitna qatt ma jkun dritt u faċli, imma xorta waħda naslu. Għalhekk huwa messaġġ ta’ tama biex qatt ma naqtgħu qalbna.

Illum se nurikom kif tagħmlu din il‑kullana Afrikana b’disinji li jfakkruna biex qatt ma naqtgħu qalbna.

X’għandek bżonn:

• Tliet kuluri differenti ta’ kartonċiniet A4

• Imqass bla ponta

• Kolla tal‑istoċċ

Metodu:

1. Pinġi disinji simetriċi b’ħafna kuluri fuq it‑tliet kartonċiniet bħal tal‑istampa t’hawn taħt jew simili.

2. Bl‑imqass, aqta’ l‑kartonċiniet fi strixxi u daħħal strixxa kulur kulur waħda ġol‑oħra biex tifforma katina bħal fl‑istampa.

3. Waħħal kull ħolqa bil‑kolla.

Nieħdu gost jekk tibagħtulna fuq nancy@missio.org.mt ritratti ta’ dawn il‑kullani.

RIĊETTA TRADIZZJONALI

5. Farrak il‑folji tal‑għaġina u ifrixhom f’dixx flimkien mal‑lewż, ġellewż u pistaċċi.

6. Ferra’ t‑taħlita tal‑krema fuq kollox u sajjar fil‑forn għal madwar 20 minuta.

PUDINA TAL‑ĦOBŻ

MILL‑EĠITTU

X’għandek bżonn:

• 12‑il folja għaġina filo

• 600 millilitru ħalib

• 250 millilitru krema doppja

• Bajda mħabbta

• 2 imgħaref ilma żahar

• Imgħarfa kannella

• 120 gramma żbib

• 50 gramma lewż

• 50 gramma ġellewż

• 50 gramma pistaċċi

Metodu:

1. Saħħan il‑forn f’temperatura ta’ 160 ºC (marka 3 fuq kuker tal‑gass).

2. Poġġi l‑folji tal‑għaġina fuq tilar u sajjarhom sakemm jiġu jqarmċu.

3. Oħroġ il‑folji mill‑forn u żid it‑temperatura għal 220 ºC (marka 6 fuq kuker tal‑gass).

4. Ġo kazzola fuq nar baxx saħħan il‑ħalib u l‑krema. Żid il‑bajda u l‑ilma żahar, u ħawwad il‑ħin kollu sa ma tibda tagħqad it‑taħlita.

7. Roxx il‑kannella fil‑wiċċ xħin il‑pudina tkun saret.

(L‑ikla t‑tajba)

Kont taf li: ir‑Repubblika Għarbija tal‑Eġittu tinsab fil‑kontinent Afrikan? Il‑belt kapitali hi l‑Kajr u l‑popolazzjoni hi ta’ 83 miljun ruħ. Il‑lingwa uffiċjali hi l‑Għarbi, iżda ħafna jitkellmu l‑Ingliż u l‑Franċiż. 90% tal‑popolazzjoni huma Musulmani, 9% Kopti u 1% Kristjani. 83% tal‑irġiel jafu jiktbu u jaqraw, filwaqt li 59% biss tan‑nisa jafu. Il‑muntanja Catherine hija l‑ogħla waħda fil‑pajjiż. L‑itwal xmara fid‑dinja, in‑Nil, tgħaddi mill‑Eġittu. S’issa b’kollox instabu 130 piramida. Fl‑2011 tifla Eġizzjana ngħatat l‑isem ta’ Facebook Jamal Ibrahim. L‑Eġizzjani ivvintaw is‑sena b’365 jum u bi 12‑il xahar. Huma ivvintaw ukoll l‑arloġġ.

Nota Importanti: Qabel tibda ħu ħsieb aħsel idejk sew, inża’ l‑ġojjellerija, orbot xagħrek u ilbes ilbies addattat. Itlob l‑għajnuna ta’ persuna adulta, speċjalment jekk se tuża oġġetti li jaqtgħu, in‑nar u/ jew l‑elettriku.

KOMPETIZZJONIJIET BI PREMJU

OTTUBRU ‑ NOVEMBRU 2025

Ibgħat is‑soluzzjoni t‑tajba flimkien ma’ ismek, kunjomok, l‑età u l‑indirizz, hekk:

Tfal Missjunarji – Kompetizzjonijiet, Nru.150, Missio, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128

1. GĦAQQAD IN‑NUMRI

Bil‑lapes għaqqad in‑numri wara xulxin biex tifforma stampa. Wara tista’ wkoll tagħti l‑kulur lill‑istampa.

Iż‑żewġ kompetizzjonijiet jistgħu jintbagħtu fl‑istess invilopp.

2. KOMPETIZZJONI TAL‑KITBA U TAT‑TPINĠIJA

Qed inħeġġukom sabiex tiktbulna u/jew tpinġulna dwar kif kienet għalikom il‑bidu ta’ sena skolastika ġdida. Xi klassi intom? X’inhu s‑suġġett favorit tagħkom? Qed tagħmel ħbieb ġodda? Inħallu f’idejn l‑immaġinazzjoni tagħkom. L‑ewwel ittra li nirċievu tirbaħ kupun ta’ €10 li jissarraf mill‑ħanut Faith, Hope & Charity fil‑Belt Valletta.

KOMPETIZZJONIJIET BI PREMJU

OTTUBRU ‑ NOVEMBRU 2025

ISEM U KUNJOM: ETÀ:

INDIRIZZ:

KODIĊI POSTALI:

SKOLA:

Soluzzjonijiet tal‑Kompetizzjonijiet ta’ April ‑ Mejju 2025: Ħarġa Nru 107.

1. PINĠI SKONT IN‑NUMRI

Baldacchino

Camilleri

2. KITBA U TPINĠIJA

Ir‑rebbieħa tal‑kompetizzjonijiet huma Jack Baldacchino minn Ħal Qormi, Nina Camilleri minn Ħaż‑Żebbuġ u Zhavia Scicluna Gale mill‑Marsa.

Grazzi lil kull min bagħtilna t‑tweġibiet. Prosit lir‑rebbieħa! Huma jirċievu ittra bil‑posta mingħandna biex ikunu jistgħu jiġbru r‑rigal tagħhom.

Jack
Nina
Zhavia Scicluna Gale

Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.