3 minute read

Editorjal

Jien. Int. Aħna. Flimkien.

VO/1178

Missio ‑ [Uffiċċju Missjunarju], 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 9.00am ‑ 1.00pm Donazzjonijiet jistgħu jitħallew fil‑ħanut Faith Hope & Charity mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 1.00pm ‑ 7.00pm / Is‑Sibt: 9.00am ‑ 1.00pm Missio: Nru. 150, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.00am ‑ 4.00pm

Tel: 2123 6962 • Fax: 21231272 Imejl: info@missio.org.mt • Websajt: www.missio.org.mt

Uffiċċju Missjunarju, 7, Triq l‑Imgħallem, ir‑Rabat, Għawdex VCT 9066. Tel: 2155 0267 • Imejl: gozo@missio.org.mt Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.30am ‑ 12.00pm BORD EDITORJALI Editur: Claudia Cini (claudia@missio.org.mt) Membri:Mons. Valent Borg Dun Victor Agius, Mario Scicluna, Dun Karm Portelli, Kav. Emmanuel Cutajar KCHS, Robert Farrugia Websajt u Facebook: missiomalta Qari tal‑Provi: John Caruana Grafika: James Trapani (gakbu@gakbu.com) Malta Missjunarja hija Rivista Missjunarja ta’ kull xahar. L‑ewwel ħarġa: Settembru 1932 bl‑isem ta’ Malta Missjunarja. Jannar 1978: bidla fl‑isem għal Knisja Missjunarja. Frar 2003: mill‑ġdid Malta Missjunarja. Abbonament għal sena €10.00

F’din il‑ħarġa:

2 Editorjal 4 Messaġġ mid‑Direttur 6 Unjoni Missjunarja 8 Propagazzjoni tal‑Fidi 12 San Pietru Appostlu 16 Santa Infanzja 22 Qaddis tax‑Xahar 24 Ġurnata Missjunarja 2021 26 L‑Abbati ta’ Triq il‑Merkanti 27 Reċensjoni ta’ Ktieb 30 90 Sena ta’ Storja 32 Dehriet tal‑Madonna 36 Riċetta Tradizzjonali 38 Kompetizzjoni u Ċajt 39 Nitolbu għall‑Mejtin Tagħna Ritratt tal‑faċċata:

Bidwi jġorr lil ibnu fuq dahru filwaqt li jaħdem fl‑għelieqi f'Y Ty, fil‑provinċja ta' Lao Cai fil‑Vjetnam.

Aktar Hemm Ferħ Meta Tagħti Milli Meta Tirċievi

Jien żgur li inti diġà għaddejt minnha din il‑verità tal‑Vanġelu. Meta għent xi persuna marida, meta kkunslajt lil min kien imnikket jew meta żammejt il‑kumpanija lil xi ħadd li ħassu waħdu, ma ħassejtx xi drabi ferħ u paċi li ma tafx mnejn ġew? Din hija d‑dinamika tal‑imħabba. Aktar ma nagħtu aktar ikollna.

Il‑ferħ ta’ meta taqdi

Konna tlifna lit‑tifel tagħna minħabba trattament li rċieva u li kien infettat.

Minħabba f’hekk marti u jien dħalna f’dipressjoni. Marti kienet tħossha wisq diffiċli meta kienu jiġu jżuruna nies bit‑tfal u hekk wara ftit ġejna iżolati u ħajjitna saret insapportabbli u mingħajr sinifikat. Ġurnata waħda ltqajna ma’ grupp ta’ nies li kienu jgħinu ’l xulxin jgħixu l‑Vanġelu. Darba, f’laqgħa minnhom kien hemm sentenza mill‑Vanġelu li laqtet ħafna lil marti u li biddlitilha ħajjitha. Is‑sentenza kienet tgħid hekk: “Hemm aktar ferħ meta tagħti milli meta tirċievi”. Wara li qagħdet tirrifletti xi ftit fuqha, marret lura għax‑xogħol bħala assistenta f’ċentru għal tfal li kellhom il‑marda tal‑kanċer. F’kemm ili ngħidlek reġgħet ġiet lura għal li kienet. Hija stess darba qaltli kemm sabet ferħ minn meta bdiet tgħin lil dawn it‑tfal.

(R.A. Franza)

Amministra l‑ħwejjeġ t’Alla bil‑ġustizzja

Kif tista’ tkun ċert x’għandek iżżomm u x’għandek tagħti? Isma l‑vuċi t’Alla f’qalbek; jekk ma tistax tiddeċiedi waħdek, ħu parir minn xi ħaddieħor. Hekk tiskopri kemm għandek affarijiet

li m’għandekx bżonnhom. Agħti lil min m’għandux. Għix dak li jgħid Ġesù: “Biegħ u agħti.” Jekk tagħmel dan, tfawwar il‑bwiet li ma jittaqqbu qatt.

(C. L.)

Agħti u tirċievi

Fil‑komunità fejn ngħix, kuljum nitolbu ’l Mulej iberkilna l‑ikel u jgħinna naqsmuh ma’ min m’għandux. Waqt l‑ikel ta’ nofsinhar, is‑soltu raġel fqir ġie jħabbtilna l‑bieb, imma ma kellna xejn ħlief poriġ tal‑ħafur sew għal nofsinhar kif ukoll għal filgħaxija. Lanqas flus ma kellna u allura għedt lill‑fqir li ma kien baqgħalna xejn. Meta poġġejt bilqiegħda biex niekol, ma stajtx, marli l‑aptit kollu. Wara ftit ġiet is‑sentenza f’moħħi: “Agħtu u jingħatalkom.” Għalhekk ġbart kulma kellna u tajtu lill‑fqir li kien għadu hemm jistenna. Ftit wara ħabbat il‑bieb. Kienet ġiet tifla bi platt kbir f’idejha mimli ħafur u qaltilna: “Dan bagħtithulkom ommi”. Inkredibbli kif Alla jasal dejjem fil‑ħin.

(Sor Madeleine Burkina Faso) 

Il‑missier iżomm idejn uliedu għal ftit taż‑żmien, imma jżommilhom qalbhom f’tiegħu għal dejjem. Awguri mill‑qalb lill‑missirijiet kollha mingħandna ta’ Missio. Il‑Mulej iżomm idejh fuqkom u jberikkom, u jagħti l‑mistrieħ ta’ dejjem lill‑missirijiet kollha li ħallew din id‑dinja.

This article is from: