Tfal Missjunarji Sajf 2025

Page 1


TFAL MISSJUNARJI

Għeżież Tfal,

Nittama li tinsabu tajbin. Bilkemm irrid nemmen li wasalna għall‑aħħar rivista għal din is‑sena skolastika. Kif qed tinnutaw, din l‑aħħar ħarġa ta’ Tfal

Missjunarji hija f’forma diġitali. F’dawn ix‑xhur tas‑sajf niċċelebraw diversi festi tista’ tgħid f’kull belt u raħal f’Malta u f’Għawdex. Iżda ma ninsewx Jum il‑Missier li din is‑sena jaħbat nhar il‑15 ta’ Ġunju.

Fil‑komik tistgħu taqraw dwar il‑ħajja ta’ Papa Franġisku li ħalliena ftit tal‑ġimgħat ilu. Filwaqt li fil‑paġni ta’ wara għażilna li nurukom ftit mill‑ħafna ittri u tpinġijiet li bgħattulna matul is‑sena. Inħeġġukom biex tiktbulna fuq l‑indirizz elettroniku jew postali, u nħajrukom tippruvaw tagħmlu l‑kraft u r‑riċetta tradizzjonali. Fuq kollox ħudu sehem fil‑kompetizzjonijiet, għaliex għandna rigali sbieħ għalikom.

Nixtieq infakkarkom biex ma tinsew qatt lil ħutkom tfal missjunarji u titolbu għalihom biex huma wkoll isiru jafu dwar Ġesù. Tajjeb li twarrbu xi ħaġa mill‑‘pocket money’ tagħkom għal dawn it‑tfal biex ikollhom x’jieklu, x’jilbsu, saqaf fuq rashom u edukazzjoni xierqa.

Il‑ħabiba tagħkom, Claudia

Stampa tal‑faċċata: Talba ta’ Papa Franġisku lil San Ġużepp

O San Ġużeppi, kun missier għalina wkoll u mexxina fit triq tal ħajja. Aqlgħalna l‑grazzja, il‑ħniena u l‑kuraġġ, u ħarisna minn kull deni. Ammen.

TFAL MISSJUNARJI: RIVISTA GĦAT‑TFAL FL‑ISKEJJEL PRIMARJI.

Missio Nru. 150, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128

Tel: 2123 6962 | e‑mail: nancy@missio.org.mt

Ħinijiet: Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 9:00am – 4:00pm

Is‑Sibt: 9:00am – 12:00pm

Missio Nru. 7, Triq l‑Imgħallem, ir‑Rabat Għawdex. Tel: 2155 0267 | e‑mail: gozo@missio.org.mt

Ħinijiet: Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8:30am – 12:00pm

Editriċi: Claudia Cini | e‑mail: claudia@missio.org.mt

Grafika: James Trapani | e‑mail: gakbu@gakbu.com

Qarrejja tal‑Provi: John Caruana, Mark Miruzzi, Noel Attard u Mario Sant.

Pubblikazzjoni: Missio Malta

© Copyright: L‑ebda parti minn dan il‑magażin ma tista’ tiġi ppubblikata mingħajr il‑permess tal‑pubblikaturi.

Jien. Int. Aħna. Flimkien.

MERĦBA PAPA LJUN XIV

FTIT FATTI LI GĦANDNA NKUNU NAFU DWARU

Il‑Kardinal Robert Francis

Prevost, nhar it‑8 ta’ Mejju ntgħażel bħala l‑mexxej il‑ġdid

tal‑1.4 biljun Kattoliku Ruman fid‑dinja u bħala Papa ħa l‑isem Ljun XIV.

Huwa l‑267 Papa, l‑ewwel Papa mill‑Amerika u l‑ewwel patri Agostinjan li ġie elett Papa.

Papa Ljun XIV jaf jitkellem bl‑Ingliż, bl‑Ispanjol, bil‑Franċiż, bit‑Taljan u bil‑Portugiż, u jaf jaqra bil‑Latin u l‑Ġermaniż.

TALBA:

Mulej, għajn tal‑ħajja u l‑verità ta’ dejjem, agħti lir‑ragħaj tiegħek spirtu ta’ kuraġġ u ġudizzju ġust, spirtu ta’ għarfien u mħabba, sabiex imexxi b’fedeltà lil dawk fdati f’idejh. Jalla, bħala suċċessur tal‑Appostlu Pietru u Vigarju ta’ Kristu, huwa jibni l‑Knisja f’sagrament ta’ għaqda, imħabba u paċi għad‑dinja kollha. Ammen.

Qatt ma kien magħruf ħafna minkejja karriera twila missjunarja fil‑Perù u diversi rwoli għolja fil‑Vatikan.

Għandu 69 sena u twieled f’Chicago nhar l‑14 ta’ Settembru,1955.

“Il‑paċi magħkom ilkoll!” Dak kien l‑ewwel kliem ta’ Papa Ljun XIV.

L‑isem Ljun ġej mil‑Latin ‘Leo’, li jindika saħħa u kuraġġ.

Iċċelebra l‑ewwel quddiesa tiegħu bħala Papa fil‑Kappella Sistina, fejn wissa kontra n‑nuqqas ta’ fidi fid‑dinja u tkellem dwar Knisja li taġixxi bħala “xempju li jdawwal l‑iljieli mudlama ta’ din id‑dinja”.

Huwa ggradwa b’lawrja fil‑Matematika, studja t‑teoloġija u kiseb ‘Masters of Divinity’.

Temm l‑istudji sekondarji tiegħu fis‑seminarju minuri tal‑Agostinjani fl‑1973 f’Michigan. Fl‑1977 sar membru tal‑Ordni ta’ Santu Wistin u ħa l‑wegħdiet solenni tiegħu fl‑1981. Ġie ordnat saċerdot fid‑19 ta’ Ġunju 1982.

MALALA

YOUSAFZAI

Mara Speċjali

alala Yousafzai hija

mill‑Pakistan u saret

magħrufa u maħbuba minn ħafna nies mid‑dinja kollha, għaliex meta kienet għadha tfajla ma beżgħetx

tgħolli leħinha fil‑pubbliku biex tgħid li ma taqbilx mat‑Talibani Pakistani. It‑Talibani ma ridux li studenti bniet ikollhom aċċess għall‑iskola. Malala emmnet li kull tifla għandha d‑dritt fundamentali għall‑edukazzjoni u baqgħet tmur l‑iskola.

Darba minnhom, fid‑9 t’Ottubru 2012, meta Malala kienet sejra lura d‑dar mill‑iskola, żewġ suldati tat‑Taliban waqqfu x‑xarabank li fuqha kien hemm Malala u staqsew min hi Malala. Hekk kif Malala għolliet idha biex tgħid li kienet hi, wieħed mis‑suldati, żagħżugħ żgħir bil‑baffi suwed, sparalha tliet tiri f’rasha. Malala kellha biss 15‑il sena!

Mirakolożament, Malala ma mititx. Għaddiet żmien twil rikoverata l‑isptar u wara 6 operazzjonijiet, wiċċha baqa’

pparalizzat. Irnexxielha taħrab mill‑Pakistan u marret l‑Ingilterra fejn kompliet bl‑istudji tagħha, u saret attivista biex tibqa’ tiġġieled għad‑drittijiet ta’ kull tifla għall‑edukazzjoni.

Fl‑2014 hija ngħatat il‑Prempju Nobel għall‑Paċi, meta kellha biss 17‑il sena. Bħal Malala aħna wkoll irridu li l‑edukazzjoni tkun dejjem dritt għal kulħadd, għaliex l‑edukazzjoni hija l‑bażi biex ikollna soċjetajiet tajbin li jgħinu lil kulħadd ikollu ħajja tajba u jaħdem biex f’kull pajjiż ikun hemm il‑ġustizzja u l‑vera paċi.

Missio jippreżenta

“Tifel wieħed, għalliem wieħed, ktieb wieħed u pinna waħda jistgħu jibdlu d‑dinja.”

“Jekk raġel wieħed jista’ jeqred kollox, għaliex tifla waħda ma tistax tbiddel dan?”

“Meta d‑dinja tkun siekta, anke vuċi waħda ssir b’saħħitha.”

Bil‑parteċipazzjoni ta’ tas‑Sajf

19 ta’ Lulju 2025

Ħin: 7:30pm

Kbar €20

BILJETTI: Faith Hope & Charity, il‑Belt Valletta u l‑Mosta IMEJL: info@missio.org.mt ĊEMPEL: 2123 6962 www.missio.org.mt

TA’ MISSIO TFAL ‑ Nancy Camilleri

Għeżież Tfal,

Matul din is‑sena żorna ħafna skejjel fejn iċċelebrajna d‑diversità permezz ta’ numru ta’ spazji differenti, fosthom ir‑rokna tal‑arti, li tissejjaħ diversità fl‑arti. Dan l‑ispazju huwa għal qalbna ħafna għax jagħti ċans lilkom it‑tfal tesprimu rwieħkom bil‑kreattività tagħkom x’inhi din il‑kelma sabiħa: Diversità.

Waqt din l‑attività dejjem tkun ħaġa sabiħa tara lill‑istudenti jaqsmu magħna kif jixtiequ lid‑dinja tkun: il‑post fejn kulħadd ikun milqugħ, ikun hu nnifsu u

fejn il‑kuluri kollha tal‑ħajja jingħaqdu f’pittura waħda kbira. Kull tpinġija tkun akkumpanjata minn ħsieb żgħir, forsi xi kelma jew tnejn, jew xi frażi li tispjega t‑tpinġija u t‑tifsira tagħha. Din hija attività li tinżel tajjeb magħkom it‑tfal u naf li xi wħud ikomplu jpinġu anke d‑dar. It‑tpinġija mhix biss arti, imma hija wkoll mod kif tesprimu dak li tħossu, u kif toħorġu l‑ħsibijiet u l‑ħolm tagħkom. Hawn min jippreferi jikteb fi djarju, imma ħafna jħobbu jpinġu għax isibuha aktar faċli jew aktar pjaċevoli.

L‑arti tirrakkonta l‑istejjer: l‑istejjer tagħkom u ta’ dawk li forsi jħossuhom

differenti jew li jixtiequ li d‑dinja tkun post aħjar għal kulħadd. Permezz tat‑tpinġijiet tagħkom nistgħu naraw

lid‑dinja kif tarawha intom, minn għajnejkom u forsi nitgħallmu xi ħaġa ġdida mingħandkom stess u dwar dak li jagħmilkom daqshekk speċjali. Ejja nħallu l‑immaġinazzjoni tmur fejn trid, u min jaf? forsi bit‑tpinġijiet tagħkom għad iġġibu bidla kbira fid‑dinja!

Jekk tridu, matul dan is‑sajf tistgħu tibagħtulna xi tpinġijiet ta’ kif tixtiequ li tkun id‑dinja la tikbru intom. Pereżempju, ma jkunx hawn ġlied.

Dawn it‑tpinġijiet inġibuhom fuq ‘Tfal Missjunarji’ iktar ’il quddiem.

Kelli x‑xorti niltaqa’ ma’ Maya Sciberras minn Form 3, Skola Santa Monika l‑Gżira, li xtaqet tikteb dwar Missio. Dawwartha mal‑uffiċċju kollu u fil‑kappella fissirtilha l‑pitturi partikolari bil‑mirja li jirrappreżentaw il‑mixja tal‑missjunarju. Tassew ħadt gost niltaqa’ ma’ din it‑tfajla li wriet interess kbir fil‑missjoni. Filwaqt li nirringrazzjaha nistieden aktar studenti jiġu jżuru l‑uffiċini ta’ Missio u jiktbu dwar l‑esperjenza tagħhom.

Nota: Tista’ taqra l‑artiklu ta’ Maya f’paġna 21.

IL‑PAĠNA TA’ RAFIKI

Tfal, fix‑xhur li għaddew, flimkien mal‑kordinatriċi Nancy, żort ħafna skejjel u postijiet fejn tkunu intom it‑tfal. Fir‑Randan żorna darbtejn l‑Iskola Primarja tal‑Imtarfa, iltqajna mal‑Kappillan Dun Renè Vella u fissirnielhom xi tfisser il‑kelma ‘Missjoni’. Magħhom għamilna l‑Ispazji ta’ Talb Missjunarju u rajna kif jgħixu t‑tfal fl‑artijiet imbiegħda, xi tfisser tkun ħabib ta’ veru billi tilqa’ lil dawk li jiġu minn pajjiżi differenti anki fl‑iskola stess. It‑tfal kellhom iċ‑ċans jistaqsuna mistoqsijiet dwar il‑missjoni.

Morna wkoll il‑Mużew tal‑bniet fil‑parroċċa ta’ Birżebbuġa, fejn fissirna xi tfisser tkun missjunarju, tlabna flimkien u rajna filmat mill‑missjoni. Wara, għamilna diskussjoni u attività. Ħadt pjaċir nitkellem ma’ dawn l‑istudenti li osservaw li aħna lkoll nistgħu nkunu missjunarji f’Malta stess. Żorna mbagħad il‑Mużew tas‑subien fl‑istess parroċċa fejn iddiskutejna x’inhi missjoni u l‑problemi li jkollhom tfal f’dawn l‑artijiet, speċjalment il‑problema tal‑ilma, il‑fatt li mhux kulħadd jista’ jmur l‑iskola għax trid tħallas għaliha, il‑problema tal‑‘monsoon’ u oħrajn.

Iltqajna wkoll mal‑istudenti tal‑MCAST f’Raħal Ġdid, fejn fi tlett ijiem għamilna ħafna attivitajiet differenti flimkien, fosthom ‘Reflective Spaces’ b’tema missjunarja. Iżda l‑aktar attività li ntgħoġbot kienet ‘Qlub Ġodda’, fejn iż‑żgħażagħ ħadu qalb mill‑kontenitur, żammewha f’idejhom u ftakru fl‑affarijiet li jweġġgħuhom, filwaqt li jaqtgħu l‑qalb f’biċċiet. Imma Alla, jagħtina qalb ġdida, għalhekk ħadu qalb ġdida minn kaxxa forma ta’ qalb, u ħaduha d‑dar biex jiftakru li Alla jfejjaq u jġedded il‑qlub. Waqt ‘People Tree’ ż‑żgħażagħ kellhom quddiemhom ħafna figuri tal‑karti forma ta’ rġiel u nisa sabiex jiftakru fin‑nies li għenuhom f’ħajjithom, u jirringrazzjaw lil Alla għalihom waqt li jdendlu dawn il‑figuri mal‑friegħi tas‑siġra. Kellna wkoll il‑VRs u jakkumpanjana bil‑mużika sabiħa tiegħu lis‑Sur Paul Buhagiar. Ma’ dawn l‑attivitajiet kien hemm marbuta l‑ġabra għall‑missjoni. Nirringrazzjaw lill‑management u ċ‑chaplaincy tal‑iskola, b’mod speċjali lil Dun Aurelio Mule Stagno, Dun Richard Ebejer u lis‑sorijiet Sależjani speċjalment lil Swor Violetta.

Matul il‑Ġimgħa tal‑Ktieb żorna l‑Iskola

Primarja ta’ San Pawl il‑Baħar, fejn inqara ktieb dwar l‑Afrika lill‑istudenti u wrejna filmat ta’ tifla li tmur tiġbor l‑ilma. Permezz tal‑VRs imxejna magħha, u għamilna barmil bħala kraft sabiex niftakru fit‑tfal li m’għandhomx ilma fil‑bir u li ma jistgħux imorru skola. Dawn il‑bramel żgħar jistgħu jintużaw bħala kontenituri għal‑lapsijiet. Dan kollu kien sforz ta’ tim sabiħ, sew min‑naħa tal‑iskola kif ukoll min‑naħa tagħna. Bla dubju esperjenza oħra mill‑isbaħ għalina lkoll.

‘Paddington Bear’ karattru fil‑letteratura għat‑tfal fl‑Ingilterra, deher għall‑ewwel darba fil‑ktieb ‘A Bear Called Paddington’ tal‑awtur Michael Bond fl‑1958, wieħed minn kullana ta’ 29 ktieb, bl‑aħħar wieħed, ‘Paddington At St Paul’s’ li ġie ppubblikat fl‑2018. Dawn ġew tradotti fi 30 lingwa u nbiegħu madwar 30 miljun kopja madwar id‑dinja.

Ors simpatiku, edukat u pulit, bil‑kappell tipiku tiegħu aħmar, bil‑kowt blu, b’dik il‑bagalja daqsxejn imkabra u bi mħabba kbira għas‑sandwiċ bil‑ġamm. Jindirizza lin‑nies bħala ‘Sur, Sinjura jew Sinjorina u qatt bl‑ewwel isem. Qalbu tajba u jidħol fl‑inkwiet, imma jagħmel minn kollox biex jirranġa l‑affarijiet.

Maż‑żmien Paddington sar wieħed mill‑aktar karattri maħbubin fl‑Ingilterra u l‑aktar ‘soft toy’ li jinxtara. Dan il‑famuż ors deher mar‑Reġina Eliżabetta II f’kummiedja għal ‘Platinum Party’ fil‑palazz fl‑2022.

Bħala kraft se nagħmlu wiċċ ‘Paddington Bear’ sabiex twaħħluh ma’ quddiem ta’ kartolina.

Għandna bżonn:

Karta kannella 15ċm x 15ċm

Karta ħamra 15ċm x 10.5ċm

Kartonċina għall‑kartolina

Karta bajda għat‑tikketta u spaga

KRAFT MILL‑EWROPA

PADDINGTON BEAR

1. Itwi l‑karta l‑kannella min‑nofs forma ta’ trijangolu.

2. Erġa’ itwi min‑nofs, ponta ma’ ponta.

3. Erġa’ iftaħ u min‑naħa ta’ fuq itwi l‑ponta ’l ġewwa.

4. Erġa’ itwi l‑ponta ’l barra.

5. Erġa’ itwi ’l ġewwa.

6. Agħmel l‑istess fuq in‑naħa l‑oħra. Dejjem segwi l‑istampi.

7. Dawwar il‑karta fuq in‑naħa ta’ wara u itwu l‑ponta t’isfel ’il fuq.

8. Itwi ’l ġewwa.

9. Pinġi l‑għajnejn u l‑imnieħer.

10. Itwi l‑karta l‑ħamra min‑nofs.

11. Erġa’ itwi ’l ġewwa.

12. Itwi t‑truf ’il ġewwa u tella’ t‑tarf t’isfel ’il fuq, fuq iż‑żewġ naħat.

13. Itwi l‑ponta ta’ fuq ’il ġewwa.

14. Waħħal il‑kappell bi ftit kolla fuq il‑wiċċ.

15. Agħmel it‑tikketta, ikteb messaġġ qasir, u waħħal kollox mal‑kartonċina tal‑kartolina bħal fl‑istampa.

Hekk il‑kartolina hija lesta. Nispera li tippruvawha u tieħdu gost tagħmluha. Min irid jista’ jibgħatilna ritratt tal‑kartolina fuq: info@missio.org.mt biċ‑ċans li jirbaħ rigali sbieħ.

IL‑НAJJA TA’ PAPA FRANĠISKU

Tifel bl‑isem ta’ Jorge kien joħlom u jimmaġina ħafna huwa u jħares lejn id‑dinja mit‑tieqa ċkejkna tal‑kamra tiegħu. Il‑familja tiegħu ma kinitx sinjura, iżda d‑dar tagħhom kienet mimlija mħabba, daħk u r‑riħa tfuħ tat‑tisjir tan‑nanna tiegħu.

Kull filgħodu, Jorge kien imur jgħin lil missieru u minn kull fejn jgħaddi kien isellem lil kulħadd bi tbissima ħelwa. Jorge minn dejjem kien tifel kurjuż u ġentili, lest li jfittex modi kif jgħin lill‑oħrajn.

Jorge kien iħobb imur l‑iskola, jistaqsi ħafna mistoqsijiet u jisma’ b’attenzjoni lill‑għalliema tiegħu. Huwa kien jieħu gost jaqra dwar id‑dinja u joħlom li jagħmilha post aħjar. Jum fost l‑oħrajn qal lill‑ħabib tiegħu, Mateo: “Irrid ngħin lin‑nies meta nikber, forsi anke nsir qassis!”

Din tkun ħaġa tassew tal‑għaġeb, Jorge. Inti ma tieqaf qatt taħseb fl‑oħrajn!

Addattata minn Claudia Cini.

Snin wara, Jorge żamm il‑wegħda tiegħu u sar qassis. Huwa kien jilbes libsa sempliċi u jqatta’ l‑ġranet tiegħu jgħin lill‑foqra, iżur lill‑morda u jgħallem lit‑tfal dwar it‑tjubija. In‑nies ta’ raħal twelidu ma setgħux ma jinnutawx kemm kien ġentili u jaħseb fil‑proxxmu kollu.

Ma nieqaf qatt nippritkalkom li rridu dejjem nieħdu ħsieb xulxin, bħala familja waħda!

Darba, ġrat xi ħaġa inkredibbli. Jorge ntgħażel biex ikun il‑mexxej il‑ġdid tal‑Knisja Kattolika ‑ il‑Papa! Huwa ħa l‑isem ta’ Franġisku u ħareġ ixejjer lill‑folla ferħana mill‑gallarija tal‑Vatikan. Huwa kellem lin‑nies b’vuċi mimlija tama. Kulħadd ħassu spirat mill‑qalb tajba tiegħu.

Ejjew nibnu dinja ta’ paċi u ħbiberija.

Bħala Papa, Franġisku vvjaġġa madwar id‑dinja u ltaqa’ ma’ nies minn kull qasam tal‑ħajja. Huwa dejjem tkellem dwar l‑importanza tal‑imħabba, il‑maħfra u l‑ħarsien tad‑dinja. Kien jisma’ lit‑tfal u jfarraġ lil dawk fil‑bżonn.

Għeżież tfal, ftakru li kulħadd huwa importanti, mill‑kbir saż‑żgħir.

Papa Franġisku wettaq ix‑xewqa ta’ tfajjel meta għażlu mill‑folla u stiednu għal dawra bil‑‘popemobile’. It‑tifel minn Ohio, Pete, għandu s‑sindromu ta’ Down u għeleb il‑marda tal‑lewkimja. L‑akbar xewqa tiegħu minn dejjem kienet li jbusu l‑Papa!

Kulħadd qalli li dan kien impossibbli li qatt seta’ jseħħ. Imma l‑Papa biesni mhux bewsa waħda, imma tnejn!

F’għeluq it‑80 sena tiegħu, Papa Franġisku ċċelebra dan il‑jum billi qasam il‑kolazzjon ma’ tmien persuni bla dar fil‑Vatikan, filwaqt li tkellem individwalment ma’ kull mistieden. Huwa bagħat ukoll kejkijiet ta’ għeluq sninu lill‑kċejjen li jservu lill‑foqra u lill‑persuni bla dar f’Ruma.

Dan il‑ġest sempliċi kompla juri l‑qalb kbira u tajba li Papa Franġisku kellu għall‑persuni li huma mwarrba.

Anke wara li miet Papa Franġisku, in‑nies baqgħu jiftakru fil‑qalb ġentili u fil‑kliem għaqli tiegħu. Ma waqfux jirrakkontaw stejjer dwaru u kif għamel lid‑dinja post isbaħ. It‑tfal ta’ kullimkien huma spirati biex jgħinu, iħobbu u jkunu kuraġġużi, l‑istess bħal Papa Franġisku.

Il‑messaġġ ta’ Papa Franġisku ta’ mħabba u paċi jibqa’ ħaj f’kull att ta’ karità.

NOTA: It‑tama u t‑talb tagħna huma li Papa Franġisku qed igawdi merħba kbira fil‑ġenna bi mħabba ma’ Ġesù, Marija u l‑qaddisin kollha.

IKOMPETIZZJONI TAL‑ARTI

Zack Tonna

s‑sajf li għadda, jiena flimkien ma’

Martina Farrugia konna voluntiera ma’ Missio waqt avvenimenti u anke fl‑uffiċċju, sakemm ġurnata waħda ħriġna bl‑idea li nwettqu proġett. Kellna bosta ideat, imma fl‑aħħar għoġbitna l‑idea ta’ kompetizzjoni tal‑arti. Ippjanajna kollox u ressaqna l‑proposta lid‑diretturi li aċċettaw immedjatament.

Wara li lestejna l‑pjan, bdejna naħdmu fuq il‑powster li bih konna se nirreklamaw il‑kompetizzjoni flimkien

2 Post: Luke Spiteri mill‑Kulleġġ De La Salle.

ma’ modi oħra ta’ reklamar. It‑tema magħżula kienet: ‘Search For Water’. Jiena ddisinjajt il‑powster, filwaqt li

Martina fittxet mezzi sabiex ngħarrfu lill‑iskejjel bil‑kompetizzjoni, u fil‑bidu t’Ottubru għarrafna ’l‑iskejjel.

Sodisfatti ħafna li wara x‑xogħol kollu li ħadna, il‑kompetizzjoni kienet suċċess kbir! Irċevejna aktar minn 700 tpinġija u ta’ spiss il‑ħaddiema fl‑uffiċċju qalulna li ma setgħux ilaħħqu mal‑posta! F’Novembru ltqajna ma’ żewġ artisti Maltin, Nicole Sacco u Naomi Smith ħalli nagħżlu r‑rebbieħa tal‑kompetizzjoni. L‑għażla kienet waħda diffiċli minħabba li kulħadd kien għamel

3 Post: Jenny Chetcuti Taylor mill‑Iskola Primarja St Joseph Mater Boni Consilii.

sforz kbir, imma fl‑aħħar intgħażlu t‑tpinġijiet ta’ Jenny Chetcuti Taylor, Luke Spiteri u Jade Gouder.

Wara din l‑esperjenza, aħna t‑tnejn mhux biss wettaqna l‑iskop tal‑kompetizzjoni li nuru x’jesperjenzaw nies fil‑faqar, imma wkoll tgħallimna kif noħolqu idea, naħdmu bħala tim, nagħmlu proposti, nirreklamaw u finalment inwettqu din l‑idea.

Prosit kbira lill‑istudenti ta’ St Joseph Junior School ta’ Tas‑Sliema għall‑parteċipazzjoni entużjasta tagħhom!

Għeżież tfal,

PAPA FRANĠISKU ĦABB LIT‑TFAL U

KIEN IĦALLIHOM JERSQU LEJH

twila mill‑passat għall‑futur u tħaddan lid‑dinja kollha.

Bħalma smajtu, fil‑21 t’April

2025 miet Papa Franġisku.

Matul l‑aħħar tnax‑il sena dan il‑Papa wera kemm bil‑kitba, imma iktar u iktar b’ħajtu, kemm mhux biss

kien iħobb lit‑tfal, iżda kien iħallihom jersqu lejh u kien ikun irid jisma’ mingħandhom il‑problemi tagħhom.

Dan forsi jispjega għaliex kien tant devot ta’ Papa San Piju X li kien ried li t‑tfal, sa minn età żgħira jkunu jistgħu jirċievu lil Ġesù fit‑tqarbin.

F’messaġġ li Papa Franġisku kien kiteb lilkom it‑tfal għall‑Ewwel Ġurnata

Dinjija Tat‑Tfal (25‑26 ta’ Mejju 2024), kien qal li qiegħed jikteb dan

il‑messaġġ għax intom it‑tfal: “intom għeżież f’għajnejn Alla” (Is. 43:4). Huwa wera li t‑tfal kollha huma għajn ta’ ferħ għall‑ġenituri, għall‑familji, għall‑umanità u għall‑Knisja. F’dan il‑messaġġ huwa inkoraġġiekom biex tisimgħu b’attenzjoni l‑istejjer ta’ dawk li huma ikbar minnkom, fosthom dawk tal‑ġenituri u tan‑nanniet tagħkom, għax kif kien iħobb jgħid, aħna lkoll qisna katina waħda marbutin flimkien; katina li hija

F’dan il‑messaġġ Papa Franġisku ma naqasx li jħeġġiġkom biex ma tinsewx lil dawk it‑tfal li għaddejjin minn mumenti diffiċli, bħal dawk li huma morda fl‑isptar jew fid‑djar, tfal vittmi tal‑gwerer u tal‑vjolenza, tfal li m’għandhomx x’jieklu u x’jixorbu, tfal li m’għandhomx saqaf fuq rashom, tfal li m’għandhomx ġenituri u oħrajn li m’għandhomx skejjel. Tfal, kunu dejjem attenti biex tisimgħu l‑karba u l‑vuċi ta’ dawn it‑tfal, u għinuhom kif tistgħu b’mod partikolari bit‑talb tagħkom.

Fl‑istess messaġġ Papa Franġisku jiżgurakom li l‑ferħ veru ma jiġix billi taħseb dejjem fik innifsek, iżda jiġi meta inti taqsam mal‑oħrajn dak li għandek, billi taħseb fl‑oħrajn u ma tagħtix il‑ġenb lil min għandu bżonn l‑għajnuna tiegħek.

Illum lil Papa Franġisku ngħidulu: “Grazzi ta’ dak kollu li ghamilt maghna, strieh fis‑sliem u itlob ghalina”.

ESPERJENZA MISSJUNARJA

Martin Azzopardi

ŻEWĠ SORIJIET KATTOLIĊI

MALTIN JAQSMU L‑ESPERJENZA

TAGĦHOM MAL‑ISTUDENTI

Ftit tal‑ġimgħat ilu, żewġ sorijiet

Kattoliċi Maltin kienu mistiedna fl‑Iskola Sekondarja tal‑Kulleġġ

Santa Margerita ta’ Verdala, Bormla biex jaqsmu l‑esperjenza ta’ ħajjithom mal‑istudenti tal‑lezzjoni tar‑Reliġjon. Swor Claudia Pace u Swor Ninette Deguara huma t‑tnejn membri tal‑Kongregazzjoni tas‑Sorijiet Agostinjani, Qaddejja ta’ Ġesù u Marija; kongregazzjoni mwaqqfa fi Frosinone, l‑Italja fl‑1827 minn Maria Teresa Spinelli li ħasset is‑sejħa biex tiftaħ l‑ewwel skola tal‑Kunsill għall‑bniet f’dik il‑belt, u sussegwentament, waqqfet komunità bbażata fuq l‑ideali tal‑ewwel komunità ta’ Ġerusalemm.

Matul l‑ewwel snin il‑komunità baqgħet fi Frosinone. L‑entużjażmu

ta’ Teresa Spinelli welled diversi impriżi: skola ta’ kuljum u boarding, lezzjonijiet tal‑katekiżmu, irtiri, u laqgħat ta’ formazzjoni spiritwali għall‑adulti kif ukoll għaż‑żgħażagħ u t‑tfal. Teresa Spinelli emmnet li b’dan il‑mod hija u l‑komunità

tagħha jkunu qed jagħtu servizz utli lis‑soċjetà. Fil‑fatt, ħafna kienu dawk li fittxew l‑edukazzjoni

tagħhom fl‑iskola ta’ Teresa Spinelli li baqgħet għal ħafna snin l‑unika skola tal‑bniet fi Frosinone. Is‑Sorijiet

Agostinjani ġew Malta għall‑ewwel darba fl‑1894 fuq talba tal‑Isqof Pietro Pace; waqqfu l‑ewwel dar tagħhom f’Ħal Qormi u wara, fl‑1928, fetħu dar oħra fil‑Mosta. Wara nfetħu djar oħra: fl‑1937 fil‑Gżira, fl‑1946 f’Għajnsielem, fl‑1950 f’Birkirkara u fl‑1940 novizzjat fir‑Rabat. Is‑sorijiet Agostinjani Maltin huma stabbiliti

wkoll l‑Awstralja, l‑Istati Uniti, l‑Ingilterra, il‑Brażil, iż‑Żaire, l‑Indja u l‑Filippini. Swor Claudia hija ‘school chaplain’ u Swor Ninette bħalissa qed tokkupa r‑rwol ta’ deputat kap, it‑tnejn iservu fl‑iskola tal‑Knisja ta’ Santa Monika.

Waqt is‑sessjoni tagħhom, l‑istudenti ngħataw iċ‑ċans jistaqsu diversi mistoqsijiet u raw żewġ filmati qosra dwar il‑missjoni ta’ kuljum tas‑sorijiet Agostinjani f’Malta u f’Għawdex. Meta mitluba jaqsmu l‑messaġġ personali tagħhom għaż‑żgħażagħ, Swor Ninette stiednet lill‑istudenti biex jgħixu ħajjithom bis‑sħiħ u biex ifittxu opportunitajiet fil‑ħajja li jagħmluk ferħan u fejn tista’ teżerċita l‑potenzjal kollu tiegħek. Min‑naħa l‑oħra, Swor Claudia stiednet lill‑istudenti biex ifittxu s‑sempliċità fil‑ħajja, u jimxu wara

Ġesù li joffrilna tama u dawl fil‑ħajja ta’ kuljum. L‑għalliem tar‑Reliġjon

Martin Azzopardi, li kkordina din l‑esperjenza għall‑istudenti tiegħu qal: “L‑esperjenza tal‑ħajja kondiviża kemm ta’ Swor Claudia kif ukoll ta’ Swor Ninette messet il‑qlub tal‑istudenti u bqajt mistagħġeb bl‑attenzjoni sħiħa tagħhom waqt is‑sessjoni. Għall‑maġġoranza tal‑istudenti din kienet l‑ewwel darba f’ħajjithom li semgħu żewġ sorijiet Maltin jaqsmu l‑esperjenza ta’ ħajjithom, u jien ċert li se jgħożżu l‑messaġġ tagħhom tul ħajjithom kollha.”

Fi tmiem is‑sessjoni s‑sorijiet Agostinjani qassmu xi ‘tokens’ lill‑istudenti kollha parteċipanti.

Hailey Coleiro u Alanah Ghio.

Matul is‑Sena Skolastika 2024‑2025 irċevejna numru kbir u sabiħ ta’ kompetizzjonijiet, tpinġijiet u kitbiet mingħandkom it‑tfal. Prosit lil kull wieħed u waħda minnkom. Huwa impossibbli li nistampawhom kollha fuq dan il‑magażin, imma xorta waħda ħadna ħafna gost bihom. Dawn huma xi wħud li l‑aktar li laqtuna.

Alessia Piscopo
Roberta Zammit
Luigi Falzon
Leah Borg
Eliza Hili
Kady Gatt
Nina Camilleri
Juan Zammit
Kelly Gatt

Religion – Voluntary Work Experience

Sabiex inwettaq l‑esperjenza, jiena ddeċidejt li immur Missio Malta nhar il‑Ħamis, 6 ta’ Marzu mis‑sagħtejn u nofs sal‑erbgħa. Meta wasalt, laqatni Ms. Nancy li għenitni nifhem dwar l‑għaqda. Jiena tgħallimt ħafna dwar il‑Missio u l‑attivitajiet li jagħmlu. Il‑Missio hija għaqda internazzjonali li jiffukaw fuq il‑missjunarji u l‑benefatturi sabiex jgħinu lin‑nies fil‑bżonn. Wara li sirt naf fuq il‑loġika wara din l‑għaqda, morna fil‑kamra tal‑arti. Hemmhekk, rajt diversi pitturi ta’ nies li jgħixu fil‑pajjiżi tat‑tielet dinja. Ms.Nancy spegatli dwar kif il‑flus kollha li jinġabru minn dawn il‑pitturi jmorru lejn in‑nies fil‑bżonn jew inkella jintużaw bħala flus għal missjunarji.

Wara li lestejna, morna inkellmu lil‑ħaddiema oħra. Hemmhekk, tgħallimt ħafna dwar ix‑xogħol li jrid iseħħ qabel ma jintbgħatu l‑missjunarji.

Pittura interessanti li rajna fil‑kamra tal‑arti.

Ritratt tal‑kappella żgħira li ħadt jien.

Dan ix‑xogħol mhuhiex faċli iżda huwa neċessarju sabiex il‑missjunarji jkunu jistgħu jmorru fil‑pajjiż neċessarju. Ms.Nancy xtaqet li issa jmorru fil‑kappella ċkejkna li għandom allura mxejna l‑hemmhekk. Fil‑kappella kien hemm ħames pitturi, li f’ ordni kronoloġika juru l‑miġja tagħna ma’ Ġesù bħala missjunarji. F’din il‑kappella zgħira għamilna ftit mumenti ta’ talb imbagħad Ms. Nancy uritni u spjegatli l‑istorja tal‑kappella u kif inbniet. Hija tassew storja interessanti għax din il‑kappella kwieta u trankwilla kienet post fejn iltaqgħu ħafna nies tal‑Missio u seħħu diversi avvenimenti spiritwali.

Waqt din l‑esperjenza, jiena ħassejt diversi emozzjonijiet differenti. Meta dħalt, kont nervuża għax ma kontx naf x’se nagħmel u ma xiex kont se niltaqa. Iżda malli bdejna u sirt naf minn xiex jgħaddu n‑nies fil‑bżonn ħassejtni grata li għandi familja li dejjem tatni l‑ikel, xorb, post fejn norqod u l‑imħabba. Ms.Nancy għenitni nifhem dwar il‑missjunarji u l‑ammont ta’ kuraġġ li jrid ikollok biex tagħmel xi ħaġa sabiħa bħal dik. Hemmhekk, ħassejtni kuraġġuża għax il‑missjunarji jkunu nies komuni bħalna u ħassejt xi ftit tama’ li forsi jkolli biżżejjed kuraġġ sabiex nkun missjunarja bħalhom. Ms. Nancy kellmitni ftit dwar il‑valuri important tal‑Missio, fosthom: il‑gratitudni, dinjita’, umilta’ u valuri tal‑Evanġelju li tgħidilna li għandna naqdu lil‑Alla billi nagħtu l‑għajnuna lill ta’ madwarna.

Jiena tgħallimt ħafna dwar l‑għajnuna li joffru l‑Missio. Sirt naf li hemm madwar 400 missjunarju maltin u li din l‑għaqda torganizza diversi attivitajiet bħala ‘fundraising’. L‑iktar ħaġa interessanti li tgħallimt hija li l‑Missio tiffoka fuq it‑tfal u joffru servizzi fejn tħallas il‑flus sabiex tgħin lit‑tfal jikbru. Dan jgħidulu ‘sponsoring a child’. Dan huwa x‑xogħol tal‑Missio!

Maya Sciberras

Nota: Qed inħallu l kitba eżatt kif irċevejniha bla ma biddilna xejn.

RIĊETTA TRADIZZJONALI

TUFFIEĦ MOĦMI

BL‑IRKOTTA U L‑ĠEWŻ

MILL‑ĠERMANJA

X’għandek bżonn għal żewġ persuni:

• 2 tuffiħat imnaddfa u mqaxxra

• 75 gramma rkotta

• 2 ġewżiet imqattgħa

• 6 lewżiet imqattgħa

• Mgħarfa ċikkulata maħkuka

• Qatra essenza tal‑vanilja

Metodu:

1. Għalli t‑tuffieħ u ħallih jibred.

2. Ħallat l‑ingredjenti kollha flimkien.

3. Imla t‑tuffieħ mgħolli bit‑taħlita.

4. Aħmi għal ftit minuti.

5. Servi sħan flimkien ma’ krema sħuna.

Guten Appetit (L‑ikla t‑tajba)

Kont taf li: il‑belt kapitali tal‑Ġermanja, Berlin, hija 9 darbiet akbar minn Pariġi? Il‑lingwa Ġermaniża, li għandha 35 djalett, hija t‑tielet l‑aktar lingwa mitkellma fid‑dinja. L‑akbar stazzjon tal‑ferrovija fl‑Ewropa jinsab f’Berlin. Hemm aktar minn 20,000 kastell fil‑Ġermanja, l‑akbar katidral tad‑dinja u 1,000 varjetà ta’ zalzett! Il‑kunjom Ġermaniż l‑aktar popolari huwa Müller. L‑eqdem birrerija tad‑dinja, ‘Weihenstephan Abbey’, ilha tħejji l‑varjetajiet ta’ birer sa mill‑1040. L‑ewwel Oktoberfest kien tieġ. Il‑Ġermaniżi għandhom aktar minn 300 tip differenti ta’ ħobż u aktar minn 1,200 tip ta’ kejk. Il‑‘Gummy Bears’ huma invenzjoni Ġermaniża!

Nota Importanti: Qabel tibda ħu ħsieb aħsel idejk sew, inża’ l‑ġojjellerija, orbot xagħrek u ilbes ilbies addattat. Itlob l‑għajnuna ta’ persuna adulta, speċjalment jekk se tuża oġġetti li jaqtgħu, in‑nar u/ jew l‑elettriku.

KOMPETIZZJONIJIET BI PREMJU

ĠUNJU‑LULJU‑AWWISSU‑SETTEMBRU 2025

Ibgħat is‑soluzzjoni t‑tajba flimkien ma’ ismek, kunjomok, l‑età u l‑indirizz, hekk:

Tfal Missjunarji – Kompetizzjonijiet, Nru.150, Missio, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128

1. GĦAQQAD IN‑NUMRI

Bil‑lapes għaqqad in‑numri wara xulxin biex tifforma stampa. Wara tista’ wkoll tagħti l‑kulur lill‑istampa.

Iż‑żewġ kompetizzjonijiet jistgħu jintbagħtu fl‑istess invilopp.

2. KOMPETIZZJONI TAL‑KITBA U TAT‑TPINĠIJA

Qed inħeġġukom sabiex tiktbulna u/jew tpinġulna dwar kif biħsiebkom tgħaddu l‑Vaganzi tas‑Sajf. Se tagħmlu jew għamiltu xi attività marbuta ma’ dan iż‑żmien? Xi tgħidulna dwar il‑baħar u s‑safar? Inħallu f’idejn l‑immaġinazzjoni tagħkom. L‑ewwel ittra li nirċievu tirbaħ kupun ta’ €10 li jissarraf mill‑ħanut Faith, Hope & Charity fil‑Belt Valletta.

KOMPETIZZJONIJIET BI PREMJU

ĠUNJU‑LULJU‑AWWISSU‑SETTEMBRU 2025

ISEM U KUNJOM: ETÀ:

INDIRIZZ:

KODIĊI POSTALI:

Soluzzjoni tal‑Kompetizzjonijiet ta’ Frar – Marzu 2025: Ħarġa Nru 106

2. KITBA U TPINĠIJA

Ir‑rebbieħa tal‑kompetizzjonijiet huma Norah Mizzi mill‑Mellieħa, Kian Caruana minn Bormla u Emilia Calleja mis‑Siġġiewi.

Grazzi lil kull min bagħtilna t‑tweġibiet. Prosit lir‑rebbieħa! Huma jirċievu ittra bil‑posta mingħandna biex ikunu jistgħu jiġbru r‑rigal tagħhom.

Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.