
6 minute read
Reċensjoni ta’ Ktieb
Dan huwa ktieb dwar it‑talba tar‑Rużarju Mqaddes u dwar il‑figuri ta’ Ġesù, Marija u Ġużeppi fil‑kitba u fl‑omeliji ta’ Dun Ġużepp Cauchi, li għandu jkun f’idejna f’dawn il‑ġranet. Stampat fl‑okkażjoni tas‑sena ddedikata lil San Ġużepp 2020‑2021 u f’għeluq l‑għoxrin sena mill‑eżumazzjoni u t‑trasferiment tal‑fdalijiet ta’ Dun Ġużepp Cauchi. Il‑ktieb huwa ddedikat lil Marija Cauchi, neputija ta’ Dun Ġużepp Cauchi li għaddiet għall‑ħajja ta’ dejjem nhar il‑15 ta’ Lulju tal‑2020. Bħala benefattriċi ħalliet ‘Dar Dun Ġużepp Cauchi’ lill‑parroċċa ta’ San Lawrenz. Wara l‑preżentazzjoni sabiħa mill‑Kappillan ta’ San Lawrenz Dun Charles Sultana u d‑Daħla, il‑ktieb huwa maqsum fi tliet partijiet: ir‑Rużarju, Ġesù, Marija u Ġużeppi, u l‑Bniedem. Fl‑aħħar tal‑ktieb insibu appendiċi dwar il‑Patrimonju Sagru li ngħata Dun Ġużepp Cauchi u ieħor dwar l‑eżumazzjoni bir‑ritratti.
Skont l‑opinjoni tiegħi, f’dan il‑ktieb għandna l‑ewwel nett l‑aqwa deskrizzjoni tat‑talba tar‑Rużarju bħala kuruna ta’ ward, u min jitlob din it‑talba jxomm il‑fwieħa ta’ Ġesù, tal‑Madonna u wkoll ta’ San Ġużepp. Dun Ġużepp iħeġġiġna sabiex nitolbu din it‑talba tant qawwija u għażiża ta’ kuljum, speċjalment fix‑xhur ta’ Mejju u t’Ottubru, u dan fuq il‑passi ta’ qaddisin kbar bħal San Duminku, San Franġisk t’Assisi, San Karlu Borromeo, San Alfons Marija De Liguori, San Filippu Neri u San Pawl tas‑Salib. Devozzjoni li xerrduha wkoll ħafna Papiet fl‑istorja tal‑Knisja. Fit‑tieni parti tal‑ktieb, Dun Ġużepp Cauchi jitkellem dwar ir‑Rebħa tas‑Salib ta’ Kristu, il‑kobor tal‑Madonna bħala Omm Alla u Omm il‑Knisja, u dwar il‑missjoni ta’ San Ġużepp bħala Kustodju tal‑Feddej u tal‑Immakulata. It‑tielet parti tal‑ktieb tittratta dwar id‑dinjità tal‑bniedem maħluq fuq ix‑xbieha t’Alla, u wara l‑waqgħa tal‑ewwel ġenituri tagħna, il‑bnedmin infdew minn Sidna Ġesù Kristu. Għalhekk nifraħ lill‑ħabib tiegħi, Angelo Xuereb, li għal darba oħra ġabar u ħejja b’mod eċċellenti l‑materjal ta’ dan il‑ktieb. Prosit ukoll lill‑Kummissjoni ‘Tifkira Dun Ġużepp Cauchi’ li sa minn meta twaqqfet fl‑1985, permezz tas‑segretarju ħabrieki tagħha s‑Sur George Borg, qiegħda tagħtina rigal ieħor mid‑damma tal‑kitbiet spiritwali u profondi ta’ dan is‑saċerdot qaddis minn San Lawrenz. Il‑ktieb huwa żgur siewi għal dawk kollha li jixtiequ jagħmlu mixja ta’ meditazzjonijiet spiritwali ta’ kuljum. Huwa wkoll utli għal gruppi ta’ talb u laqgħat ta’ kategoriji diversi fil‑parroċċi. Jiswa wkoll għal min jixtieq jistrieħ ftit mir‑ritmu sfrenat tal‑ħajja u jinġabar għal ftit jiem waħdu mal‑Mulej f’irtir personali, speċjalment f’din is‑Sena Ġużeppina, u b’hekk jaqla’ wkoll l‑indulġenzi marbuta ma’ din is‑sena speċjali. Għalhekk, kull min irid jikseb kopja ta’ dan il‑ktieb, huwa mitlub jikkuntattja lis‑Segretarju tal‑Kummissjoni ‘Tifkira Dun Ġużepp Cauchi’ permezz tal‑imejl: georgevborg61@gmail.com jew billi jċempel fuq in‑numru 2155 4181 jew mowbajl 9882 814.
Kuruna ta’ Ward
Ġunju 2021 X’qed tistenna?
Kellimna issa biex tippjana s‑safra għas‑sajf li ġej b’moħħok mistrieħ fuq prevenzjonijiet minħabba l‑COVID‑19, divertiment garantit u prezzijiet għall‑but ta’ kulħadd.
Bari, l‑Italja ‑ Mill‑Erbgħa 7 sal‑Ħadd 11 ta’ Lulju Se nżuru l‑belt sabiħa ta’ Bari fuq il‑Baħar Adrijatiku. Belt b’karatteristiċi uniċi, differenti minn ħafna bliet oħra, anke fl‑Italja stess. Postijiet sbieħ fil‑qrib li ser inżuru huma: Polignano a Mare, il‑belt ta’ Domenico Modugno bil‑monument sabiħ tiegħu, Alberobello, belt b’aktar minn elfejn dar imsejħin Trulli, li ma tara bħalhom imkien, Matera, belt storika li ġiet magħżula bħala Belt Kapitali tal‑Kultura 2019, l‑għerien ta’ Castellana u l‑katidral tal‑belt bl‑istatwa u l‑ġisem ta’ San Nikola ta’ Bari, patrun tas‑Siġġiewi. Ħafna ħwienet żgħar li jbigħu l‑prodotti tal‑post, toroq u pjazez sbieħ, u ikel u xorb galor!
Prezz ‑ €485 kull persuna f’kamra ta’ 2 fuq bażi Bed & Breakfast.
Il‑Maċedonja tan‑Nord ‑ Mit‑Tnejn 19 sat‑Tnejn 26 ta’ Lulju Il‑pajjiż tal‑maħbuba Santa Madre Tereża. Pajjiż qrib tagħna, imma li għadna ma nafuhx u li fih l‑ikbar numru ta’ qċaċet tal‑muntanji fid‑dinja ‑ Il‑Maċedonja tan‑Nord. Inżuru: Skopje, Tetovo, Matka Canyon, Stobi, Ohrid, il‑Monasteru ta’ St Naum, Vevcani, Struga, Trpejca, il‑Mużew tal‑Għadam fuq il‑baħar u l‑Kantini tal‑Inbid ta’ Popova Kula fejn ser nieklu ikla tradizzjonali. Bliet li fihom ħafna x’tara għax għandhom storja ta’ fdalijiet sa minn qabel il‑Griegi ta’ 3,000 sena ilu, imma li issa aġġornaw rwieħhom ħalli jidħlu fl‑industrija tat‑turiżmu u saru destinazzjoni turistika importanti. Natura mill‑isbaħ b’muntanji, foresti, għadajjar u canyons pittoreski. Nesperjenzaw swieq u snajja’ tal‑post, u t‑‑togħma tal‑ikel u tal‑inbid lokali.
Prezz ‑ €795 kull persuna f’kamra ta’ 2 fuq bażi Half Board.
Il‑Ġermanja ‑ Mill‑Ħadd 8 sal‑Ħadd 15 t’Awwissu Tfal, Żgħażagħ u Kbar f’Safra ta’ Allegrija. Inkunu noqogħdu fl‑ibliet kbar u sbieħ ta’ Cologne u Dusseldorf. Immorru Dortmund fejn inżuru l‑grawnd tal‑futbol ta’ Borussia Dortmund u Cochem, fejn nirkbu ‘chairlift’ f’għoli ta’ 155 metru. Inżuru ‘Waterpark’ jismu Aqualand u ‘Theme Park’ li jismu Phantasialand, birreriji, kastelli u nesperjenzaw dawra fuq ix‑xmara storika Rhine. Ġungla, pagodi u ‘rollercoasters’ mill‑aqwa, iż‑‘zoo’ ta’ Cologne mimli annimali u għasafar donnhom minn dinja ta’ barra minn hawn. Safra ġdida mimlija bl‑ispirtu ta’ avventura u ta’ divertiment għalik u għal uliedek li fiha kulħadd jerġa’ jħossu żagħżugħ. Safra li togħġob kemm liż‑żgħar u kemm lill‑kbar.
Prezz ‑ €895 kull persuna f’kamra ta’ 2 fuq bażi Bed & Breakfast.
Tixtieq torganizza safra mal‑familjari jew ħbieb tiegħek ġo Sqallija? Kellimna! Aħna nfasslu ġiti għall‑gosti ta’ kulħadd. YTC ‑ 227, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta
YTC tinkludi l‑eskursjonijiet fil‑prezz!
Minn Belgrad għal Budapest – Mill‑Ġimgħa 20 sal‑Ġimgħa 27 t’Awwissu Dak li jagħmel dawn iż‑żewġt ibliet ta’ min iżurhom huwa l‑fatt li għadhom mhux magħrufa ħafna, u għalhekk tkun tista’ tgawdi l‑vaganza tiegħek mingħajr folol kbar madwarek. Jekk qatt ma kont il‑Balkani u trid tibda tesplora r‑reġjun, dan żgur huwa bidu tajjeb. Ser inżuru: Belgrad, il‑Park Nazzjonali ta’ Derdap, Novi Sad, Subotica u l‑Katidral ta’ Santa Tereża t’Avila, u fl‑aħħar u mhux l‑inqas Budapest, kemm in‑naħa ta’ Buda kif ukoll Pest. Ġita mimlija storja, kultura u bini storiku, bħal: fortizzi, arkitettura sagra u skulturi monumentali. Ser nesperjenzaw pranzu romantiku fuq id‑Danubju, għawm fil‑banjijiet termali u n‑‘night‑life’ ta’ Budapest. Insomma, festa ta’ affarijiet differenti li żgur jolqtu l‑gosti ta’ kulħadd. Prezz ta’ €995 kull persuna f’kamra ta’ 2 fuq bażi Bed & Breakfast.
Il‑Bulgarija – Mill‑Ġimgħa 3 sal‑Ġimgħa 10 ta’ Settembru Għalkemm qiegħda fl‑Ewropa, il‑Bulgarija hija pajjiż eżotiku differenti mill‑oħrajn kollha. Toffrilna ħafna opportunitajiet bil‑varjetà li fiha. Ser inżuru l‑kapitali Sofija, Veliko Tarnovo, Arbanassi, Varna, Albena, Nessebar, Plovdiv u ħafna postijiet oħra. Mhux biss avventuri fil‑beraħ, imma toffrilna wkoll garanzija ta’ arti, storja u ambjent naturali li jsaħħrek; toffri bajjiet mill‑isbaħ, knejjes ta’ preġju u kull għamla ta’ sport. Inżuru wkoll tliet postijiet fuq il‑Baħar l‑Iswed: ir‑riserva naturali Cape Kaliakra, il‑belt żgħira Balchik u r‑riżort tal‑Golden Sands. Prezz ta’ €895 kull persuna f’kamra ta’ 2 fuq bażi Half‑Board.
Il‑Polonja ‑ Mill‑Ħamis 16 sal‑Ħamis 23 ta’ Settembru Pajjiż mimli kultura li huwa mogħni b’affarijiet tradizzjonali u moderniżmu sfrenat, veduti li jimmeraviljawk, kastelli misterjużi, irħula żgħar, bliet b’temp mgħaġġel u ikel verament eskwiżit. Inżuru Katowice, noqogħdu fil‑belt eleganti ta’ Krakovja fejn inżuru ċ‑Citadella Wavel, id‑diversi pjazez sbieħ u knejjes li jimmeraviljawk. Immorru fl‑isbaħ minjiera tal‑melħ fl‑Ewropa; Wielizka, fil‑kampijiet ta’ konċentrament ta’ Auschwitz u Birkenu u Wadowice, fejn twieled il‑maħbub qaddis Papa Ġwanni Pawlu II. Inżuru s‑Santwarju ta’ Jasna Gora u s‑Santwarju tal‑Ħniena Divina. Minn Zakopane, nitilgħu fuq il‑muntanji Tatras u fl‑aħħar u mhux l‑inqas l‑belt kapitali tal‑ Polonja, Varsavja, li tisboq b’bosta teatri, ristoranti, mużewijiet, bars u diskoteki. Ġranet ta’ tgawdija u ta’ mistrieħ f’arja nadifa u ambjent mill‑aktar pittoresk. Prezz ta’ €945 kull persuna f’kamra ta’ 2 fuq bażi Bed & Breakfast.
Aktar tagħrif fuq kull ġita jinsab fi programm dettaljat li jista’ jinkiseb mingħand Natasha fuq: Tel: 2122 02040 SMS: 7979 2040 Imejl: info@ytc.com.mt • Facebook: ytctraveltours • Websajt: www.ytc.com.mt