(VO/1178)
NEWSPAPER POST No.103 SAJF 2024 2 Editorjal | 3 Donazzjonijiet Mill‑Iskejjel | 4 Mill‑Pinna Tad‑Direttur 6 Messaġġ Mill‑Koordinatriċi Ta’ MissioTfal | 8 Il‑Paġna Ta’ Rafiki | 10 Kraft Mill‑Oċeanja 11 Tarbija Mormija Barra Fit‑Triq | 15 Talba Ta’ Papa Franġisku | 16 MissioTfal Għawdex 18 Spazji Ta’ Talb | 20 Mill‑Ittri Tagħkom | 22 Riċetta Tradizzjonali | 23 Kompetizzjonijiet Bi Premju
TFAL MISSJUNARJI
Għeżież Tfal,
Nittama li tinsabu tajbin. Kif igerbeb iż‑żmien hux! Għaddew xahrejn oħra u rġajna ltqajna, imma din id‑darba għall‑aħħar darba matul din is‑sena skolastika. Il‑vaganzi tas‑sajf qed joqorbu, imma qabel dawn jaslu, ħafna minnkom għandkom l‑eżamijiet tal‑aħħar tas‑sena. Xi pjanijiet għandkom għas‑sajf? Għidulna kif se tkunu qed tgħaddu u/jew għaddejtu dawn il‑vaganzi; nieħdu gost nisimgħu mingħandkom (ara paġna 23).
Din il‑ħarġa hija ddedikata għall‑Kontinent tal‑Oċeanja. B’hekk l‑artikli u l‑istejjer huma marbuta ma’ dan il‑kontinent imbiegħed. Ninsab ċerta li se tieħdu gost taqraw l‑artikli interessanti, u nħeġġukom tippruvaw tagħmlu l‑kraft u r‑riċetta tradizzjonali. Fuq kollox ħudu sehem fil‑kompetizzjonijiet, għaliex għandna rigali sbieħ għalikom.
Kif ngħidilkom ta’ kull darba, huwa importanti li ma ninsew qatt lit‑tfal anqas ixxurtjati minna li jgħixu f’pajjiżi tal‑missjoni, billi nagħtuhom donazzjoni ċkejkna sabiex ikollhom x’jieklu, x’jilbsu, saqaf fuq rashom u edukazzjoni xierqa. Tinsew qatt lil ħutkom tfal missjunarji u itolbu għalihom biex huma wkoll isiru jafu dwar Ġesù.
Il‑ħabiba tagħkom, Claudia
TFAL MISSJUNARJI: RIVISTA GĦAT‑TFAL LI TOĦROĠ BEJN OTTUBRU U MEJJU
Missio Nru. 150, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128
Tel: 2123 6962 | e‑mail: nancy@missio.org.mt
Ħinijiet: Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 9:00am – 4:00pm
Is‑Sibt: 9:00am – 12:00pm
Missio Nru. 7, Triq l‑Imgħallem, ir‑Rabat Għawdex. Tel: 2155 0267 | e‑mail: gozo@missio.org.mt
Ħinijiet: Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8:30am – 12:00pm
Editriċi: Claudia Cini | e‑mail: claudia@missio.org.mt
Grafika: James Trapani | e‑mail: gakbu@gakbu.com
Qarrejja tal‑Provi: John Caruana u Mark Miruzzi
Pubblikazzjoni: Missio Malta
Jien. Int. Aħna. Flimkien.
© Copyright: L‑ebda parti minn dan il‑magażin ma tista’ tiġi ppubblikata mingħajr il‑permess tal‑pubblikaturi.
(VO/1178)
2
DONAZZJONIJIET MILL‑ISKEJJEL B’RISQ IL‑MISSJONI SKEJJEL TAL‑GVERN SKEJJEL TAL‑KNISJA Kulleġġ San Nikola € 1,237.31 Kulleġġ De La Salle € 647.06 Kulleġġ San Injazju € 2,255.19 Mater Boni Consilii € 244.18 Kulleġġ San Tumas More € 942.42 Our Lady Immaculate € 1,335.66 Kulleġġ Santa Klara € 709.02 Sacred Heart € 1,036.94 Kulleġġ San Ġorġ Preca € 580.03 St. Albert € 80.10 Kulleġġ Marija Reġina € 811.91 San Alwiġi € 962.94 Kulleġġ San Benedittu € 1,391.76 St. Dorothy € 263.45 Kulleġġ Santa Tereża € 1,403.11 St. Francis, Malta € 571.93 Kulleġġ Santa Margerita € 890.19 St. Joseph € 473.67 Kulleġġ Ta’ Għawdex € 3502.56 Santa Monika € 1,014.80 Kulleġġ Stella Maris € 95.00 Tereża Nuzzo € 428.00 SKEJJEL PRIVATI Laura Vicuna € 274.70 St. Francis, Għawdex € 461.50 San Andrea € 30.45 Santa Tereża € 560.06 Thi Lakin € 232.45 Bishop’s Conservatory € 322.77 Chiswick € 1,334.42 Seminarju € 332.53 San Anton € 30.00 St. Benild’s € 238.88 St. Michael’s € 15.00 St. Joan Antide € 206.40
M ill‑Qalb Grazzi għall‑qalb tajba tagħkom it‑tfal, matul is‑sena skolastika 2023‑2024, irnexxielna niġbru s‑somma sabiħa ta’ €23,297.36!! Dawn il‑flus se jintużaw b’risq proġetti tat‑tfal fil‑missjoni. 3
Grazzi Kbira
MILL‑PINNA TAD‑DIRETTUR
Dun Victor Agius
TIFEL BRAVISSIMU
Il‑missier tbissem u wieġeb: “Imur Leli sa ma jgħaddili. Issa kiber ġmielu u t‑triq jafha sew!”
L‑omm daret imħassba lejn Leli u qalet lil żewġha: “Int bis‑serjetà? Leli għadu żgħir u għadu qatt ma mar waħdu sal‑istalla! Le, żgur li le. Imbagħad f’dan il‑bard!”
Leli rnexxielu jwassal lil missieru li kien qed izappap sad‑dar. Kienu flimkien fuq is‑silġ meta missieru waqa’ u lewa l‑għaksa. Ommu rathom ġejjin mill‑bogħod u marret tiġri biex tgħinhom. Sieq il‑missier kienet minfuħa. L‑omm talbitu jpoġġi fuq banketta u nfaxxatlu l‑għaksa wara li dilkithielu sew.
“Issa tara kemm dan l‑ingwent mill‑ħxejjex se jagħmillek tajjeb u malajr tfiq,” qaltlu l‑omm. “Imma issa, għada kif se nagħmlu biex nitimgħu lin‑nagħaġ fl‑istalla fuq il‑muntanja!? Int ma tistax tiċċaqlaq!”
Leli ma fetaħx ħalqu u baqa’ jħares lejn il‑ġenituri tiegħu fis‑skiet. Ħassu kburi għal dak li qal missieru, għalkemm kien xi ftit beżgħan li jitla’ ħdejn in‑nagħaġ waħdu. Missieru ssokta jgħid: “Leli m’għadux aktar tifel żgħir u dejjem jobdini. Jien nafdah. Naf li se joqgħod attent ħafna u lill‑annimali jħobbhom ħafna. Għalhekk, kuraġġ ibni, taqtax qalbek. Imma d‑deċiżjoni hija f’idejk.”
Leli ħakk kemxejn rasu u wieġeb: “Iva, papà, immur jien, it‑triq nafha bl‑amment, u mamà tinkwetax għalija, se noqgħod attent ħafna.”
L‑omm ħadet nifs twil ’il ġewwa, tat tgħanniqa kbira lil Leli u qabdet tippreparalu kollox; flokkijiet ħoxnin
4
għall‑bard u ħobża żgħira
midluka biċ‑ċikkulata, fost elf twissija sabiex joqgħod attent. “Oqgħod attent, tieqaf imkien, ħu miegħek is‑suffara u użaha jekk tara li għandek bżonnha, tibżax, aħna nisimgħuk żgur.”
L‑għada, meta wasal biex jitlaq, Leli ħass saqajh jitriegħdu xi ftit, imma ma riedx juri li qed jibża’, ta tbissima lill‑ġenituri tiegħu u telaq deċiż għal għonq it‑triq. Huwa u miexi fuq il‑mogħdija sema’ xi ħsejjes li beżżgħuh xi ftit, imma kienu biss xi friegħi jħokku ma’ xulxin u xi fniek slavaġ jaqbżu ’l hawn u ’l hinn. Żamm moħħu fuq it‑triq u ħaseb biss li jibqa’ sejjer dritt, imma li timxi fuq is‑silġ ma kienx faċli u beda jħossu għajjien ħafna. Kemm‑il darba ħasibha li jerġa’ lura, imma kull darba kien jiftakar f’dak li kien qallu missieru: “Jiena lilek, nafdak!” u hekk kien isib mill‑ġdid il‑kuraġġ biex ikompli. Meta ħaseb li żgur ma kienx se jirnexxilu jasal, lemaħ fil‑bogħod is‑saqaf tal‑istalla. Ħurra!! Telaq jiġri ferħan, daħal u minnufih beda jqassam it‑tiben lin‑nagħaġ li bdew jersqu lejh bħallikieku biex jirringrazzjawh. Leli tbissem ferħan għax kien irnexxielu,
imma f’daqqa waħda nduna li Bjankina kienet mimduda fl‑art fuq ġenbha b’għajnejha magħluqin. Leli resaq lejha u nduna li kellha ferita f’sieqha. “Issa x’se nagħmel?” staqsa lilu nnifsu. U minnufih ġietu idea brillanti!
Aktar minn siegħa wara, ommu, li kienet ft‑tieqa tistennieh, għajtet: “Impossibbli ibni dak li għamilt! Inti bravissimu!”
Missieru ma setax jiċċaqlaq u ma seta jifhem xejn, sakemm Leli wasal fil‑bieb. It‑tifel kien poġġa lill‑Bjankina mimduda fuq slitta u kaxkarha sad‑dar biex idewwiha! Meta ra hekk, il‑missier għajjat ferħan: “Kelli raġun! Inti veru m’hawnx bħalek Leli. Tifel bravissimu!”
VO/1178 Jien. Int. Aħna. Flimkien.
5
TA’ MISSIO TFAL
Nancy Camilleri
Tfal Rumeni flimkien mal‑Isqof tar‑Rumanija.
Għeżież Tfal,
Fis‑7 t’April li għadda, fir‑Rumanija, MissioTfal ħa sehem fiċ‑CEME, konferenza li ssir kull sentejn fejn il‑koordinaturi tal‑‘Holy Childhood’ jiltaqgħu flimkien biex jaqsmu bejniethom ir‑riżorsi tagħhom.
Din is‑sena Malta kellha l‑presidenza u għalhekk jiena flimkien mal‑kumitat apposta fassalna programm bit‑tema ‘Il‑Koperazzjoni’. Minn din il‑laqgħa sibna kemm huwa importanti li aħna nikkoperaw l‑ewwel u qabel kollox bejnietna, imma wkoll ma’ gruppi oħra fejn jidħlu t‑tfal sabiex nilħqu aktar tfal. Kellna kemm laqgħat għalina li naħdmu mat‑tfal fuq dan is‑suġġett kif ukoll talb. Imma l‑aktar ħaġa li tolqotna hija bla dubju l‑parteċipazzjoni tat‑tfal f’dawn il‑laqgħat. Jiena
kont eċċitata ħafna sabiex niltaqa’ ma’ dawn it‑tfal Rumeni li ġew fil‑Monasteru tal‑Karmelitani Skalzi fejn konna qed niltaqgħu għal dawn il‑laqgħat.
It‑tfal Rumeni mexxew il‑quddiesa li kienet iċċelebrata mill‑Isqof Rumen u wara kantaw ħafna innijiet sbieħ. Imbagħad bdew jistaqsuna ħafna mistoqsijiet dwar xogħolna mat‑tfal mill‑pajjiżi rispettivi tagħna. Lili staqsewni fejn niltaqa’ mat‑tfal Maltin u għedtilhom li nieħu gost niltaqa’ magħhom fl‑iskejjel u fil‑parroċċi. Wara kien hemm tifel li qasam magħna l‑esperjenza tiegħu.
Patrick, dan it‑tifel speċjali li jħobb jitlob ħafna lil Beata Pauline Jaricot, ibati minn tumur, u qalilna l‑istorja tiegħu u dwar kemm Pauline Jaricot tagħtih kuraġġ meta jkollu bżonn imur l‑isptar, speċjalment meta kellu jagħmel operazzjoni serja f’widnejh. Jirrakkonta kemm kien beżgħan u t‑tobba bdew jaħsbu li kien hemm riskju li jitlef is‑smigħ. Għalhekk, kemm hu kif ukoll il‑familja u l‑ħbieb tiegħu talbu ħafna, u bl‑interċessjoni ta’ Pauline Jaricot l‑operazzjoni rnexxiet.
Matul dawn il‑laqgħat iltqajna wkoll ma’ xi tfal Żingari meta morna fir‑raħal tagħhom. Smajna
MESSAĠĠ MILL‑KOORDINATRIĊI
6
l‑quddiesa magħhom filwaqt li kantaw u daqqew sabiħ ħafna. Innutajna ħafna devozzjoni fost dawn it‑tfal u kemm jafu jitolbu, imma sfortunatament sirna nafu
Tfal Żingari .
li dawn l‑istess tfal m’għandhomx Bibbja bil‑lingwa tagħhom sabiex jitolbu u jaħsbu fuq il‑Kelma t’Alla.
Narakom tfal.
7
IL‑PAĠNA TA’ RAFIKI
Ħelow Tfal! Kif intom?
Resqin lejn l‑aħħar tas‑sena skolastika u lejn is‑sajf, imma qabel nieqfu mill‑iskola xtaqt naqsam magħkom xi ħaġa li għamlu
t‑tfal Rumeni meta Miss Nancy kienet hemm għall‑konferenza li saret f’April li għadda.
Lili Miss Nancy bagħtitli ħafna ritratti ta’ tfal jagħmlu
l‑‘Prayer Spaces’ fir‑Rumanija biex jitgħallmu modi differenti kif jitolbu. Dawn għamluhom wara li kienu animaw il‑quddiesa, u kantaw u staqsew lill‑parteċipanti fuq ix‑xogħol tagħhom. L‑attività
tal‑‘Prayer Spaces’ saret fil‑ġnien tal‑monasteru, u kif it‑tfal ħarġu barra, bdew jaqraw l‑istruzzjonijiet u jsegwuhom. U mhux talli għamluhom kollha, imma lanqas riedu jitilqu minkejja li kienu għajjenin u l‑ġenituri tagħhom bdew isejħulhom! Kemm talbu bil‑qalb!
8
Dan l‑aħħar, MissioTfal żar ukoll
l‑Iskola Primarja tal‑Mellieħa. Hemmhekk iltqajna mal‑istudenti tal‑ewwel u tat‑tieni sena, fejn ma’ tal‑ewwel sena tkellimna dwar l‑Ghana u l‑istrument nazzjonali tagħhom li huwa t‑tanbur. Wara, flimkien għamilna ‘shakers’ li huma bħal tnabar żgħar, tgħallimna flimkien ukoll kanzunetta u żifna. Tgħidx kemm ħadna gost! Mal‑istudenti tat‑tieni sena mxejna ma’ tifla mill‑Uganda jisimha Harriet, permezz ta’ vidjow 360º, hija u sejra ġġib l‑ilma u anki meta marret l‑iskola. Wara għamilna bramel żgħar li jservu biex tpoġġi l‑lapsijiet fihom sabiex ifakkruna fit‑tfal madwar id‑dinja li ma jistgħux imorru l‑iskola u m’għandhomx aċċess għal ilma nadif; u biex ikollhom ftit ilma jridu jimxu madwar siegħa.
Fl‑aħħar u mhux l‑inqas nixtieq ngħid grazzi kbira lill‑iskola Primarja ta’ Tas‑Sliema tal‑ġabra li għamlu b’risq proġetti tat‑tfal fil‑missjoni.
Narakom hbieb.
Kompetizzjoni
Bi Premju:
Din id‑darba qed nistaqsukom tiktbulna jew tpinġulna dwar xi ħaġa sabiħa li għamiltu għall‑oħrajn.
L‑istorja ma tridx tkun twila aktar minn 200 kelma. Imbagħad l‑istejjer u t‑tpinġijiet jiġu ppubblikati fuq Tfal Missjunarji fix‑xhur li ġejjin. L‑ewwel storja/tpinġija li nirċievu tirbaħ rigal sabiħ.
Ibgħat l‑istorja/tpinġija tiegħek flimkien ma’ ismek, kunjomok, l‑età u l‑indirizz, hekk:
Tfal Missjunarji – Kompetizzjoni Rafiki, Nru.150, Missio, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128 jew inkella fuq l‑imejl: nancy@missio.org.mt
‑ 9
KRAFT MILL‑OĊEANJA ‑ RAFIKI
KANGARU GĦAL‑LAPSIJIET
X’għandek bżonn:
• Kaxxa taċ‑ċereali
• Mqass (mhux bil‑ponta)
• Stejpler
• Lapes
• Kuluri u/jew markers
• Par ‘googley eyes’ u xi stikers biex iżżejjen
Metodu:
1.Ibda billi tiftaħ ċatta l‑kaxxa taċ‑ċereali u aqta’ l‑‘flaps’ ta’ fuq u ta’ isfel, u aqta’ wkoll naħa waħda dejqa tal‑kaxxa. Din żommha biex tagħmel id‑denb.
2.Bil‑lapes pinġi l‑kangaru fin‑nofs tal‑kartuna. Segwi l‑istampa li hemm fil‑ġenb. Ibda b’ċirku għar‑ras, iż‑żaqq u fl‑aħħar is‑saqajn. Qasqas mad‑dawra ta’ barra.
3.Fuq żaqqu mmarka tliet linji (ara l‑istampa). Aqta’ dawn il‑linji u itwihom bħalm’hemm fl‑istampa. Wara aqlagħhom ’il barra biex jifforma kontenitur li fih tpoġġi l‑lapsijiet u oġġetti oħra tal‑kartollerija.
4.Fuq in‑naħa ta’ wara waħħal id‑denb bl‑istejpler.
5.Issa żejjen il‑kangaru bil‑markers, kuluri, googly eyes u stikers.
Nieħdu gost jekk tibagħtulna ritratt tal‑kraft li għamiltu fuq: nancy@missio.org.mt
Nota Importanti: Qabel tibda dejjem itlob l‑għajnuna ta’ xi ħadd adult, speċjalment meta se tuża l‑imqass.
Kont taf li: il‑kangaru huwa l‑ogħla fost il‑marsupjali kollha? Huwa għoli aktar minn 1.83 metru. Il‑kangaru jgħix fil‑Lvant tal‑Awstralja fi gruppi żgħar imsejħa truppi jew merħliet, tipikament magħmula minn 50 annimal. Jekk ikun mhedded il‑kangaru jħabbat mal‑art b’saqajh b’saħħa kbira bħala twissija. Huwa jilħaq veloċitajiet ta’ aktar minn 26 kilometru fis‑siegħa. Il‑mixja qabbieża tiegħu tippermettilu li jkopri distanza ta’ 7.6 metri f’qabża waħda b’għoli ta’ 1.8 metru.
10
TARBIJA MORMIJA BARRA T‑TRIQ
Storja vera addattata minn Claudia Cini.
David, tfajjel tassew simpatiku, illum il‑ġurnata għandu għaxar snin, iżda li kieku mhux għall‑ħniena t’Alla, żgur li m’għadux ħaj. David ilu jgħix f’orfanatrofju sa mit‑twelid. It‑tmexxija ta’ din id‑dar taqa’ f’idejn Swor Mildred bl‑għajnuna ta’ sorijiet oħra.
L‑orfanatrofju jilqa’ fih ’il fuq minn 70 tifel u tifla.
David kien mormi barra t‑triq u li kieku l‑pulizija ma semgħux il‑biki tiegħu u ġabruh, ħadd ma jista’ jimmaġina x’kien isir minnu! Il‑pulizija ħadu lit‑tarbija fl‑orfanatrofju. Is‑sorijiet aċċettawh bil‑ferħ u laqgħuh għandhom bi mħabba kbira.
Sintendi, it‑tarbija ma kellhiex isem u lanqas konna nafu meta twieldet. Għalhekk, bħalma nagħmlu ħafna drabi, ikkalkulajna bejn wieħed u ieħor kemm‑il jum kellha t‑tarbija, tajnieha data tat‑twelid u isem ukoll.
11
Fl‑orfanatrofju, David għandu l‑kamra tas‑sodda tiegħu li jaqsamha ma’ oħrajn. Xejn speċjali, imma li għandu sodda komda, saqaf fuq rasu u x’jiekol kuljum, huma aktar minn biżżejjed meta jaf li sfortunatament hemm ħafna tfal tamparu li m’għandhom xejn.
La nikber nixtieq
insir mekkanik, iżda din il‑ħolma qatt ma tista’ ssir realtà jekk ma nattendix skola.
L‑orfanatrofju m’għandux biżżejjed fondi sabiex jibgħat lit‑tfal l‑iskola. Jekk ma jkunx hemm xi benefatturi li lesti jħallsulhom l‑ispejjeż tal‑edukazzjoni, dawn it‑tfal qatt ma jista’ jkollhom l‑opportunità li jitgħallmu biex la jikbru jsiru dak li jixtiequ.
Il‑ħolma tiegħi u ta’ sħabi
hi li nibnu xi klassijiet
mal‑orfanatrofju stess ħalli t‑tfal ma jkollhomx għalfejn jitbiegħdu biex jitgħallmu.
12
Kull tifel u tifla li jgħixu f’dan l‑orfanatrofju joħolmu għal futur isbaħ u aħjar minn dak tal‑ġenituri tagħhom, li b’xorti ħażina abbandunawhom għax ma kellhomx biex imantnuhom. Jekk jitgħallmu l‑iskola jkunu jistgħu jsibu impjieg u b’hekk jgħixu ħajja aħjar.
La nikber nixtieq insir tabiba.
La nikber nixtieq insir saċerdot.
La nikber nixtieq insir għalliema.
MissioTfal wiegħed lis‑sorijiet li jmexxu dan l‑orfanatrofju li se jagħmel ħiltu kollha sabiex isib sponsers Maltin u Għawdxin li lesti jgħinu lil David u lil sħabu jkollhom opportunità li jitgħallmu. €150 huma biżżejjed sabiex għal sena tifel jew tifla jirċievu edukazzjoni xierqa.
B’€0.41 kuljum ikollok biżżejjed flus sabiex tisponsorja tifel jew tifla sabiex imorru l‑iskola.
13
Din l‑inizjattiva jista’ jipparteċipa fiha kulħadd, sew persuni individwali kif ukoll gruppi, bħal pereżempju klassi tfal. Ftit taż‑żmien wara li ssir l‑isponsorizzazzjoni, jintbagħat ritratt u d‑dettalji ta’ tifla jew tifel li se tkun qed tiġi megħjuna, filwaqt li darbtejn fis‑sena, għal għaxar snin, jibqgħu jintbagħtu ritratt riċenti tat‑tifel jew tifla, ittra u/jew tpinġija mit‑tfal stess u r‑riżultat tal‑assessjar tas‑suġġetti li jitgħallmu l‑iskola.
Aħna t‑tfal la għandna lapsijiet, la kuluri, la pitazzi u lanqas kotba.
Aħna skola ma mmorrux, imma hija x‑xewqa tagħna li nitgħallmu.
Bis‑saħħa tal‑għajnuna li tintbagħat lis‑sorijiet minn benefatturi madwar id‑dinja kollha, aħna t‑tfal se nibdew nattendu l‑iskola.
Se jibda jkollna ikla sustanzjuża kuljum, mediċina għal meta nimirdu u affarijiet relatati mal‑iskola.
GRAZZI MILL‑QALB MISSIOTFAL!
14
NITOLBU FUQ IL‑ĦAMES SWABA’
Papa Franġisku jixtieq li t‑tfal jgħinuh jitlob għall‑oħrajn. Biex jagħmel dan qed jitlob LILI u LILEK biex nużaw is‑swaba’ ta’ jdejna!
• Is‑saba’ l‑kbir: Dan huwa l‑eqreb ta’ qalbi, għalhekk ser nużah biex ifakkarni nitlob għal dawk qrib tiegħi. Ikteb l‑ismijiet ta’ dawk li jiġuk f’moħħok fuq il‑linji t’hawn taħt.
• Il‑werrej ta’ ħdejn il‑kbir: Dan is‑saba’ jfakkarni nitlob għal dawk li jgħallmuni u jixtiquli l‑ġid. Ikteb l‑ismijiet ta’ dawk li jiġuk f’moħħok fuq il‑linji t’hawn taħt.
• Tan‑nofs, l‑itwal saba’. Dan ifakkarni biex nitlob għal dawk li jieħdu deċiżjonijiet kbar, bħall‑mexxejja tad‑dinja u Papa Franġisku. Ikteb l‑ismijiet ta’ dawk li jiġuk f’moħħok fuq il‑linji t’hawn taħt.
• Taċ‑ċurkett: Dan huwa l‑aktar saba’ dgħajjef. Dan ifakkarni biex nitlob għat‑tfal li huma morda, imdejqin u waħedhom. Ikteb l‑ismijiet ta’ dawk li jiġuk f’moħħok fuq il‑linji t’hawn taħt.
• Iż‑żgħir: Issa li tlabt għal kulħadd, dan is‑saba’ jfakkarni biex nitlob GĦALIJA NNIFSI!
Tan‑nofs
Il‑werrej
Is‑saba’ l‑kbir
Dawk l‑aktar qrib ta’ qalbi:
Dawk li jgħallmuni: ____________
Dawk li jmexxu:
Dawk li huma morda, imdejqin u waħedhom:
TALBA TA’ PAPA FRANĠISKU
_____________________________
_____________________________
_____________________________
Taċ‑ċurkett Iż‑żgħir 15
Dun Renato Borg
IL‑JUM DINJI TAT‑TFAL
Għeżież Tfal,
Ma nafx jekk smajtux li fil‑25 u s‑26 ta’ Mejju sar il‑Jum Dinji Tat‑Tfal, li għall‑ewwel darba sar Ruma. Din kienet xewqa ta’ Papa Franġisku li turi l‑attenzjoni u l‑imħabba li għandu l‑Papa għalikom it‑tfal. Il‑Papa jixtieq
li permezz tagħkom it‑tfal, ilkoll kemm aħna niskopru l‑importanza tat‑tfal biex nibnu dinja ġdida iktar umana, ġusta u paċifika. Il‑Papa jixtieq li aħna l‑kbar nitgħallmu minnkom it‑tfal fuq is‑suġġetti li huma l‑iktar importanti għalina l‑bnedmin.
Mhux biss, iżda t‑tfal missjunarji jgħinu ’l‑Papa Franġisku biex jasal f’kull rokna tad‑dinja. Forsi int li qiegħed taqra tistaqsi lilek innifsek: “Jiena daqsxejn ta’ tifel jew tifla, kif nista’ nasal biex ngħin saħansitra lill‑Papa fil‑ħidma tiegħu?” Iva, inti tista’ tagħmel ħafna u l‑Papa qiegħed jistenna minn kull wieħed u waħda minnkom li tgħinuh bl‑impenn tagħkom, bit‑talb u bis‑solidarjetà
MISSIOTFAL GĦAWDEX
16
bejnietkom. Tajjeb li ngħidu li
l‑Opra tal‑Papa tat‑Tfal Missjunarji
ilha tgħallem lit‑tfal dan kollu għal ħafna żmien. Fil‑fatt din l‑opra, fis‑19
ta’ Mejju għalqet 181 sena. Il‑Papa jixtieq li flimkien ma’ Marija u San Ġużepp, ilkoll nitolbu flimkien jew waħedna din it‑talba:
Dun Joe Caruana, l‑Arċipriet
tal‑Parroċċa Marija Bambina l‑Mellieħa, fiż‑Żmien tar‑Randan, flimkien mat‑tfal tal‑parroċċa organizzaw ‘Karus ta’ Mħabba’ biex il‑flus li jinġabru jinbnew bjar għall‑ilma tax‑xorb għat‑tfal fl‑Afrika. L‑ewwel u qabel kollox, ta’ min ifaħħar din l‑inizjattiva
Ejja Spirtu s‑Santu, urina s‑sbuħija tiegħek, riflessa fl‑uċuħ tat‑tfal tad‑dinja.
Ejja Ġesù, li tagħmel kollox ġdid, li inti t‑triq li twassalna għand il‑Missier.
Ejja u ibqa’ magħna. Ammen.
Tfal, filwaqt li nawguralkom li jkollkom vaganzi sbieħ, oqogħdu attenti ħalli ma tweġġgħux u tinsewx iżżuru kuljum lil Ġesù.
Insellmilkom u l‑Mulej iberikkom.
ta’ dawn it‑tfal li ħasbu li jgħaddu l‑flus li jiġbru mill‑penitenza li jagħmlu, għall‑bżonnijiet ta’ tfal oħra. Ma nistgħux ma nfaħħrux l‑eżempju tagħhom u nħajru tfal oħrajn fil‑parroċċi u fl‑iskejjel biex jimitaw l‑eżempju sabiħ tagħhom. Huma ġabru s‑somma sabiħa ta €850 li għaddewha lil MissioTfal Għawdex. Il‑Mulej Ġesù li qal: “Dak li tagħmlu mal‑iżgħar fost ħuti tkunu qegħdin tagħmluh miegħi,” ibierek lit‑tfal ta’ din il‑parroċċa, lill‑arċipriet ħabrieki u wkoll lill‑familji ta’ dawn it‑tfal.
Fir‑Randan Ġesù għadda mill‑Mellieħa u intom tajtuh jixrob.
Grazzi Mill‑Qalb.
17
SPAZJI TA’ TALB
Superjur Martin Azzopardi S.D.C.
SESSJONIJIET TA’ ADORAZZJONI EWKARISTIKA
Nhar it‑Tnejn 6 ta’ Mejju 2024, grupp ta’ studenti tal‑10 sena mill‑Kulleġġ Santa Margerita Skola Sekondarja Verdala, Bormla, ġew mistiedna jipparteċipaw fi spazji
ta’ talb permezz ta’ Adorazzjoni Ewkaristika li saret fil‑kappella tal‑iskola. Dawn is‑sessjonijiet ta’ adorazzjoni kienu organizzati mill‑għalliem tar‑Reliġjon is‑Superjur Martin Azzopardi sdc b’koordinazzjoni mad‑Direttur Spiritwali tal‑Iskola Patri Karm Spiteri ocd.
Matul is‑sessjonijiet, l‑istudenti setgħu jgawdu xi ftit mumenti ta’ silenzju quddiem l‑Ewkaristija Mqaddsa. Innijiet Insara, qari mill‑Bibbja Mqaddsa, u mumenti ta’ riflessjoni u meditazzjoni akkumpanjaw dawn is‑sessjonijiet Ewkaristiċi. L‑istudenti ġew mistiedna jirriflettu fuq il‑miraklu ta’ Ġesù meta jrażżan it‑tempesta (Mark 4:35‑41), filwaqt li jenfasizzaw il‑ mistoqsija ta’Ġesù lid‑dixxipli tiegħu: “Għaliex tibżgħu daqshekk?” Wara l‑qari Bibliku u l‑meditazzjoni, l‑istudenti
kitbu l‑beżgħat tagħhom tal‑ħajja ta’ kuljum. Dawn huma xi eżempji tar‑riflessjonijiet tagħhom:
“Jien nibża’ mill‑Gwerra.”
“Nibża’ li naċċetta r‑reliġjon tiegħi bħala l‑vera waħda ta’ ħajti.”
“Ma nixtieqx li jmutu l‑ġenituri tiegħi.”
“Jien nibża’ li nitlef in‑nies li nħobb, imma l‑ħaġa li sserraħni hija li xi darba nerġa’ niltaqa’ magħhom fis‑sema.”
“Alla jħobbni u m’iniex ninkwieta.”
“Nibża’ li ommi terġa’ tweġġa’ mill‑għarus il‑ġdid tagħha.”
“Nibża’ li mmut.”
“Jien nibża’ li nitlef is‑sbuħija tiegħi.”
“Ninsab inkwetat dwar l‑eżamijiet annwali li ġejjin.”
“Nibża’ mis‑solitudni.”
“Jien il‑ħin kollu mħasseb li nkun mifhum ħażin fil‑ħajja.”
18
“Ninsab inkwetat dwar il‑futur tiegħi u s‑suċċess fil‑ħajja.”
“Bħalissa għandi qarib tal‑familja li qed imut bil‑kanċer u ninsab imħasseb ħafna.”
“Inħossni mħasseb ħafna dwar l‑għaqda futura tal‑familja tiegħi.”
“Meta nikber nibża’ li nsir bħal missieri. Nixtieq li nkun bil‑maqlub.”
“Nibża’ niżżewweġ għax ma rridx ngħaddi mill‑kalvarju kollu li għaddejjin minnu l‑ġenituri tiegħi minħabba d‑divorzju.”
“Nibża’ li nkun falliment fil‑ħajja. Irrid nirnexxi.”
“Nibża’ minn Alla u l‑ġudizzju tiegħu fuqi wara li mmut.”
“Jien imħasseb dwar is‑saħħa tan‑nanniet tiegħi. Ma nixtieqx li jmutu.”
“Jien nibża’ mit‑temperament ħażin ta’ missieri.”
“L‑unika biża’ tiegħi fil‑ħajja hija li nitlef lill‑ġenituri tiegħi.
Jippruvaw minn kollox biex joffruli l‑aħjar u jarawni ferħan.”
“Nibża’ minn dak li se jiġri minni wara l‑mewt.”
Waqt dawn is‑sessjonijiet ta’ adorazzjoni, Patri Karm qal: “Agħmlu kuraġġ u ftakru li tagħmlu x’tagħmlu, Alla jibqa’ jħobbkom” u s‑Superjur Martin qal: “Mhux veru li l‑istudenti m’għadhomx interessati fl‑adorazzjonijiet Ewkaristiċi. Jekk jitħejjew sew u jsiru b’mod sinifikanti, iċ‑ċelebrazzjonijiet ta’ adorazzjoni Ewkaristika jistgħu jkunu attraenti ħafna għall‑istudenti tagħna u huma jibqgħu jgħożżu dawn il‑mumenti sbieħ tul ħajjithom kollha.”
Ir‑rispons kemm mill‑istudenti kif ukoll mill‑LSE’s kien pożittiv ħafna. Ringrazzjament speċjali lil Patri Karmenu Spiteri ocd u lit‑tim tar‑reliġjon li qed jorganizza dawn is‑sessjonijiet ta’ adorazzjoni Ewkaristika tul it‑tielet terminu skolastiku.
19
MILL‑ITTRI TAGĦKOM
Matul is‑Sena Skolastika 2023‑2024 irċevejna ammont kbir u sabiħ ta’ kompetizzjonijiet, tpinġijiet u kitbiet mingħandkom it‑tfal. Proset lil kull wieħed u waħda minnkom. Huwa impossibbli li nġibuhom jidhru kollha, imma xorta waħda ħadna ħafna gost bihom. Dawn huma xi wħud li l‑aktar li laqtuna.
Amy Grech Rogers
Alessia Piscopo
Haley Ann Theuma
Julia Fenech
20
Emma Cini
Caylie Portelli
Jack Christa
Maya Attard
Roberta Zammit
Elà Grech
Jena Lee Borg Seychell
Thea Scicluna
21
Shelby Xuereb
RIĊETTA TRADIZZJONALI
Claudia Cini
PENKEJKS TAL‑KIWI
MILL‑OĊEANJA
X’għandek bżonn:
• 2 bajdiet
• 2 kiwi mqaxxra u mqattgħin f’dadi
• 50 gramma zokkor
• 20 millilitru żejt veġetali
• 80 millilitru ħalib
• Nofs kuċċarina essenza tal‑vanilja
• 130 gramma dqiq tip 00
• 10 grammi ħmira tal‑ħelu
• Ġulepp tal‑aġġru (maple syrup)
Metodu:
1.Ofsoq il‑bajd ġo skutella kbira, żid il‑kiwi u għaffiġhom sew flimkien bi blender.
2.Żid iz‑zokkor, iż‑żejt, il‑ħalib u l‑essenza tal‑vanilja, u ħawwad sew.
3.Żid id‑dqiq u l‑ħmira mat‑taħlita, u erġa’ ħawwad.
4.B’kuċċarun, ferra’ t‑taħlita f’taġen ta’ bla żejt u sajjar il‑penkejks miż‑żewġ naħat.
5.Servi billi tferrex il‑ġulepp fuq il‑penkejks.
ENJOY YOUR MEAL! (L‑ikla t‑tajba)
Kont taf li: il‑Kontinent tal‑Oċeanja jikkonsisti f’14‑il pajjiż u f’aktar minn 10,000 gżira? Il‑popolazzjoni hija ta’ ftit aktar minn 32 miljun ruħ. L‑akbar pajjiż huwa l‑Awstralja. Imkien ieħor fid‑dinja ma jista’ wieħed isib xi wħud mill‑annimali selvaġġi uniċi li jinsabu f’dan il‑kontinent, u l‑ebda reġjun ieħor ma huwa daqshekk iżolat. L‑Oċeanja hija l‑uniku reġjun tad‑dinja mhux imqabbad bl‑art ma’ reġjun ieħor. It‑terminu Oċeanja li ġej mill‑kelma Latina ‘oceanus’ (oċean), jintuża għaliex, b’differenza mill‑gruppi kontinentali l‑oħra, huwa l‑oċean li jgħaqqad il‑partijiet tar‑reġjun flimkien.
Nota Importanti: Qabel tibda ħu ħsieb aħsel idejk sew, inża’ l‑ġojjellerija, orbot xagħrek u ilbes ilbies addattat. Itlob l‑għajnuna ta’ persuna adulta, speċjalment jekk ser tuża oġġetti li jaqtgħu, in‑nar u/ jew l‑elettriku.
ĦADDEM IDEJK
22
AWSTRALJA
SAJF 2024
Ibgħat is‑soluzzjoni t‑tajba flimkien ma’ ismek, kunjomok, l‑età u l‑indirizz, hekk:
Tfal Missjunarji – Kompetizzjonijiet, Nru.150, Missio, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128
1. PINĠI SKONT IN‑NUMRI
Pinġi l‑istampa li tidher hawn taħt billi tuża l‑kuluri skont in‑numri indikati taħt l‑istampa tal‑blalen.
Iż‑żewġ kompetizzjonijiet jistgħu jintbagħtu fl‑istess invilopp.
2. KOMPETIZZJONI TAL‑KITBA U TAT‑TPINĠIJA
Qed inħeġġukom sabiex tiktbulna u/ jew tpinġulna dwar kif biħsiebkom tgħaddu jew għaddejtu l‑Vaganzi tas‑sajf. Mortu xi mkien speċjali? Forsi sifirtu? Għamiltu xi attività li fi żmien l‑iskola ma kellkomx ċans tagħmluha? Inħallu f’idejn l‑immaġinazzjoni tagħkom. L‑ewwel ittra li nirċievu tirbaħ kupun ta’ €10 li jissarraf mill‑ħanut Faith, Hope & Charity fil‑Belt Valletta.
ISEM U KUNJOM: ETÀ:
BI PREMJU
KOMPETIZZJONIJIET
INDIRIZZ: KODIĊI
SKOLA: 1 2 3 4 5 6 7 23
POSTALI:
Soluzzjonijiet tal‑Kompetizzjonijiet ta’ Frar ‑ Marzu 2024: Ħarġa Nru 101.
1. PINĠI SKONT IN‑NUMRI
2. KITBA U TPINĠIJA
Tpinġija ta’ Esther Camilleri
Ir‑rebbieħa tal‑kompetizzjonijiet huma Esther Camilleri mis‑Siġġiewi, Jayden Camilleri mill‑Marsa, Krista Micallef mis‑Siġġiewi u Michael Grima minn Birkirkara.
Grazzi lil kull min bagħtilna t‑tweġibiet. Prosit lir‑rebbieħa! Huma jirċievu ittra bil‑posta mingħandna biex ikunu jistgħu jiġbru r‑rigal tagħhom.
missio jippreżenta
Kbar €20
Tfal €12
Ħin: 7:30pm Post: Ġ nien tal‑Argotti, il‑Furjana.
Bil‑parteċipazzjoni ta’
BILJETTI: Faith Hope & Charity, il‑Belt Valletta u l‑Mosta IMEJL: info@missio.org.mt | ĊEMPEL: 2123 6962 www.missio.org.mt & Fiona
BARBEQUE TAS‑SAJF
20 ta’
2024
Lulju
(V0/1178)
Laħam / Tiġieġ / Ħut Ikel Veġetarjan
bejn 6 u 12 il-sena AF I THHOPE &CHAR I YT GIFT SHOP VALLETTA MOSTA Me. You. Us. Together. 24