Malta Missjunarja Settembru 2024

Page 1


Il‑Ġimgħa 4 t’Ottubru fit‑8pm Il‑Ħadd 6 t’Ottubru fil‑5:30pm

Jien. Int. Aħna. Flimkien.

VO/1178

Missio ‑ [Uffiċċju Missjunarju], 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171.

Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑ Ġimgħa: 9.00am ‑ 1.00pm

Donazzjonijiet jistgħu jitħallew fil‑ħanut Faith Hope & Charity mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 1.00pm ‑ 7.00pm / Is‑Sibt: 9.00am ‑ 1.00pm

Missio: Nru. 150, Triq Lorenzo Gafà , il‑Mosta MST 4128. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.00am ‑ 4.00pm

Tel: 2123 6962 • Fax: 21231272

Imejl: info@missio.org.mt • Websajt: www.missio.org.mt

Uffiċċju Missjunarju, 7, Triq l‑Imgħallem, ir‑Rabat, Għawdex VCT 9066. Tel: 2155 0267 • Imejl: gozo@missio.org.mt

Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.30am ‑ 12.00pm

BORD EDITORJALI

Editur: Claudia Cini (claudia@missio.org.mt)

Membri:Mons. Valent Borg

Dun Victor Agius, Mario Scicluna, Dun Karm Portelli, Kav. Emmanuel Cutajar KCHS, Robert Farrugia

Websajt u Facebook: missiomalta

Qarrejja tal‑Provi: John Caruana, Mark Miruzzi, Noel Attard u Mario Sant.

Grafika: James Trapani (gakbu@gakbu.com)

Malta Missjunarja hija Rivista Missjunarja li toħroġ tliet darbiet f’sena. L‑ewwel ħarġa: Settembru 1932 bl‑isem ta’ Malta Missjunarja. Jannar 1978: bidla fl‑isem għal Knisja Missjunarja. Frar 2003: mill‑ġdid Malta Missjunarja.

Abbonament għal sena €10.00

Ritratt tal‑faċċata: Powster tal‑kunċert ta’ Dun Rob Galea

Ejjew Insalvaw Aktar Trabi

Swor Marija Goretti, flimkien ma’ sħabha s‑sorijiet u grupp ta’ voluntiera, tmexxi ċ‑Ċentru San Luqa, sptar għall‑ommijiet u wliedhom fl‑Uganda, li grazzi għad‑donazzjonijiet tal‑Maltin, l‑Għawdxin u l‑Awstraljani, Missio Malta u Missio Awstralja bnew f’dawn l‑aħħar snin. Minkejja li hija anzjana u għandha kanċer fil‑musrana l‑kbira, xorta waħda tmur ta’ kuljum taħdem u tassisti ’l dawk fil‑bżonn f’dan l‑isptar. Minkejja li tħossha dgħajfa, Swor Marija tgħid li sakemm għadha tgħix, lesta li tibqa’ taħdem, sa ma Alla jippermettilha.

Iċ‑Ċentru San Luqa jilqa’ fih ommijiet li waslu biex iwelldu u joffri s‑servizz ta’ tilqim bikri fit‑tfal, fost servizzi u programmi oħra. Ma tgħaddix ġurnata li dan l‑isptar ma jkunx ippakkjat sa ruħ ommu! Maż‑żmien iċ‑ċentru kompla jitranġa u jitkabbar biex jilħaq aktar nies, kif ukoll inxtrat ambulanza biex tilħaq lil dawk li jgħixu f’żoni remoti. Però, għad jonqos affarijiet oħra biex dan ikun jista’ jiffunzjona aħjar u ma jkomplux jintilfu ħafna trabi u ommijiet fil‑ħlas. Kull twelid ġdid iġib ferħ kbir, iżda b’xorti ħażina xi drabi dan il‑ferħ ma jdumx wisq għax it‑tarbija għal raġuni jew oħra tmut.

Każ partikolari huwa dak taċ‑ċkejken George li twieled żgħir ħafna u ma setax jixrob, u allura nqalgħulu aktar kumplikazzjonijiet. L‑unika tama biex iċ‑ċkejken ikollu ċans jgħix kien li jitpoġġa f’inkubatur li għall‑grazzja t’Alla l‑isptar għandu, iżda biex dawn l‑inkubaturi jaħdmu hemm bżonn tal‑elettriku. B’xorti ħażina, fiż‑żona fejn jinsab l‑isptar id‑dawl jinqata’ ta’ spiss u għal ħinijiet twal. Iċ‑ċkejken George ma damx wisq jgħix u miet ftit jiem wara fi ħdan ommu. Ħajjet George u dik ta’ ħafna trabi oħra tista’ faċilment tiġi salvata jekk l‑isptar ikollu l‑elettriku

biex iħaddem l‑inkubaturi. Kulma għandhom bżonn huma l‑panelli solari biex għall‑inqas ikollhom id‑dawl il‑ħin kollu.

Grazzi għad‑donazzjonijiet tagħkom il‑benefatturi u ta’ ħafna oħra ta’ qalb tajba, meta titwieled tarbija qabel iż‑żmien jew bi problemi oħra li jkollha bżonn tidħol f’inkubatur, ħafna trabi se jiġu salvati. Ix‑xewqa ta’ Swor Marija Goretti u tal‑istaff kollu taċ‑Ċentru San Luqa tista’ ssir realtà!

Matul ix‑Xahar Dinji Missjunarju kif ukoll fil‑Jum Dinji Missjunarju, li din is‑sena se jaħbat nhar il‑Ħadd 20 t’Ottubru,

bit‑tema: ‘Morru ... Stiednu Għall‑Festa Lil Kull Min Issibu’ (Mt. 22:9), nitolbu b’mod speċjali għall‑Knisja batuta fil‑missjoni u għall‑missjunarji kollha. Il‑kura tal‑Papa għall‑knejjes kollha hija espressa permezz tat‑talb u tas‑solidarjetà inkoraġġuti minn Missio. Permezz tal‑Kattoliċi

Maltin u Għawdxin, Missio jippermetti li knejjes f’djoċesijiet missjunarji jilħqu l‑komunitajiet tagħhom bl‑imħabba u bil‑kompassjoni ta’ Ġesù Kristu. Ejjew ilkoll ningħaqdu flimkien biex nuru solidarjetà ma’ dawn ħutna anqas ixxurtjati minna li jgħixu f’pajjiżi tat‑Tielet Dinja. Kull talba u kull donazzjoni huma apprezzati, żgħar kemm huma żgħar. Aktar tagħrif jinsab f’din ir‑rivista jew żur www.missio.org.mt. jew ċempel 21236962. Grazzi mill‑qalb! 

It‑Triq Missjunarja ta’ Marija

Ninsabu fl‑aħħar erba’ xhur tas‑sena, li fihom niċċelebraw diversi festi ddedikati lil Marija. Marija takkumpanjana fis‑sejħa tagħna bħala dixxipli u missjunarji ta’ Ġesù. Settembru jibda bil‑festa tat‑twelid ta’ Marija, li aħna l‑Maltin insejħulha wkoll ‘Il‑Festa tal‑Vitorja’ b’referenza għal kemm aħna l‑Maltin inqisu l‑ħarsien ta’ Marija fuqna fi żminijiet l‑aktar diffiċli fl‑istorja ta’ pajjiżna. Dan meta aħna rbaħna żewġ assedji u gwerer kbar mal‑Imperu

Ottoman u r‑Reġim Nazista, bħala parti mill‑istorja ta’ artna u tal‑fidi tagħna. Ottubru huwa x‑xahar iddedikat lill‑Madonna tar‑Rużarju, fejn ma nieqfu qatt nirrepetulha kemm inħobbuha: “Sliem għalik

Marija...” U f’Diċembru għandna l‑festi kbar tal‑Kunċizzjoni u tal‑Milied. Matul ix‑xhur l‑oħra kollha tas‑sena, Marija hija dejjem fil‑qalb tagħna l‑Maltin bħala Ommna, ħabiba u mudell għal ħajjitna.

Għalkemm Marija kienet mill‑ewwel mument ta’

ħajjitha meħlusa mit‑tebgħa tad‑dnub, nistgħu ngħidu li bħal kull persuna oħra, hija wkoll kellha mument partikolari fejn għamlet esperjenza personali ta’ mħabba kbira lejn Alla. Meta l‑Arkanġlu Gabrijel staqsieha taċċettax li tkun omm Alla, hekk kif qalet l‑‘IVA’ tagħha, imtliet bl‑Ispirtu s‑Santu u hemm bdiet il‑vokazzjoni missjunarja tagħha. L‑Ispirtu s‑Santu fiha qalilha: “Mur aqdi u evanġelizza.” Marija, b’Ġesù f’ġufha, ġriet għal għand Eliżabetta biex taqdiha u hekk kif Marija sellmet u għannqet lil

Eliżabetta, it‑tnejn li huma ħassewhom evanġelizzati minn Ġesù f’nofshom, u Eliżabetta rrispondiet għal din l‑aħbar ta’ ħajja ġdida u sabiħa, li waslet ukoll għand it‑tarbija fil‑ġuf tagħha, u qalet: “Il‑mument li t‑tislima

tiegħek waslet f’widnejja, it‑tarbija f’ġufi qabżet bil‑ferħ.”

Illum ukoll, id‑dixxiplu u missjunarju ta’ Ġesù, appena jiskopri kemm Alla jħobbu, iħalli daru u jmur jaqdi lil dawk fil‑bżonn li nsibuhom jgħidu:

“Il‑mument li ġejt fostna biex taqdina, aħna u wliedna fraħna, u ġrejna warajk u sirna bnedmin ġodda.” Hekk jitwieldu l‑komunitajiet kull fejn

Alla jibgħatna biex inservu u nħabbru l‑Evanġelu.

Imma l‑ħajja ta’ Marija ma kinitx ferħ biss, għax bħal binha, hija wkoll kellha diversi drabi tgħaddi mill‑esperjenza tas‑Salib. Mill‑mument li Erodi beda jfittex li joqtol lil Ġesù, sal‑mument meta

Marija kienet taħt is‑Salib fuq il‑Golgota. Imma Marija baqgħet il‑ħin kollu fidila lejn Ġesù u baqgħet tobdi dak il‑leħen tal‑Ispirtu s‑Santu fiha li kontinwament kien jgħidilha: “Ibqa’ aqdi, ibqa’ ħobb.”

L‑istess jiġri lid‑dixxiplu u missjunarju ta’ Ġesù, li meta tgħaddilu l‑fażi tal‑ferħ u l‑entużjażmu jibda jinduna kemm l‑imħabba vera ssibha biss meta tkun mibnija fuq is‑Salib. Meta wieħed fil‑mument tat‑tbatija jibqa’ jaqdi u jħobb, dak il‑mument isir mument ta’ grazzja mhux ta’ kastig. F’dan il‑mument l‑Ispirtu s‑Santu jiftaħlek qalbek għall‑umanità kollha u tħoss trasformazzjoni interjuri li twasslek biex dejjem aktar tmur għand kulħadd biex dejjem aktar taqdi u tevanġelizza, u turi li Ġesù Rxoxt huwa ħaj u preżenti, u kulħadd irid isibu u jsegwih. Marija hija l‑mudell veru ta’ dixxiplu u missjunarju. Hija ommna li tmexxina u tinkoraġġina bl‑imħabba u bl‑eżempju tagħha. 

Charity Shop

No.92, Qormi Road, Hamrun

Opening hours:

Monday‑Saturday 9.30am‑12.30pm

We sell:

Clothing for men, women, children and babies:

Jackets, trousers, t‑shirts, shirts, tops, socks, ties, suits, dresses, bags, gloves, baby grows, hats, etc.

Baby essentials: Push chairs, cots, car seats, potties, baby high‑chairs, etc.

Accessories: Jewellery

Books: Educational, classic, fiction, foreign, religious, etc.

School Items: Stationery, pencils, covers, etc.

Toys: Soft toys, games, puzzles, etc.

Cards: Birthday, anniversary, Holy Communion, Christmas, Easter, Wedding, Christening, etc.

Kitchenware: Crockery, cutlery, plates, bowls, glasses, utensils, waterjugs, etc.

Glassware: Adverts

Homeware: Ornaments, statuettes, china, frames, carpets, sheets, pillowcases, crochet, doilies, knitwear, prints, paintings, decorations, etc.

Household Goods: Shades

Gifts: Occasional cards, Holy Communion, Confirmation, Wedding party souvenirs, etc.

Bric & Brac: Knick knacks, and much more.

We accept plastic bottle caps.

Għandna bżonn voluntiera biex jiftħu l‑bażar ftit sigħat fil‑ġimgħa. Jekk inti interessat/a jew għal aktar tagħrif, jekk jogħġbok ikkuntattja lis‑Sinjura Moira Muscat fuq 7908 7647. Grazzi.

SETTEMBRU 2024

Għall‑Karba Tad‑Dinja.

Nitolbu sabiex kull wieħed u waħda minna jisma’ u jagħti kas tal‑karba tad‑dinja, tal‑vittmi tad‑diżastri naturali u tal‑bidla fil‑klima, ħalli kulħadd jieħu l‑impenn personali favur l‑iżvilupp sostenibbli sabiex nieħdu ħsieb id‑dinja fejn ngħixu.

Bħalissa hawn mas‑795 miljun ruħ li qegħdin ibatu l‑ġuħ fid‑dinja, u għalhekk dawn jagħmlu mal‑11 fil‑mija tal‑popolazzjoni tad‑dinja li tgħodd mat‑8 biljun ruħ. Dawn mhux biss huma foqra, imma litteralment m’għandhomx x’jieklu sa minn sbieħ il‑jum. Il‑kontinenti bl‑aktar popolazzjonijiet kbar fejn il‑popli qegħdin ibatu, huma l‑Afrika u l‑Asja. Ta’ kull sena jmutu mat‑3.1 miljun tifel u tifla taħt il‑ħames snin proprju minħabba l‑ġuħ, u

wieħed minn kull sitt itfal qiegħed ibati l‑ġuħ.

Matul is‑sekli, minħabba ċirkostanzi politiċi, gwerer, inġustizzji, diżastri naturali u nuqqas ta’ ilma, diversi reġjuni fid‑dinja nħakmu mill‑ġuħ. Ħafna drabi, minħabba n‑nixfa, in‑nuqqas ta’ ilma jikkawża nuqqas ta’ ikel, u għalhekk ġuħ kbir. Mal‑54 miljun ruħ jiġu affettwati ħażin kull sena. Sas‑sena 2025 nofs il‑popolazzjoni tad‑dinja se tkun tgħix f’post fejn ir‑riżors tal‑ilma mhux se jkun sodisfaċenti. Għandek diġà 2 biljun ruħ li jużaw għax‑xorb ilma mhux ittrattat tajjeb li jwassal għall‑mard ta’ kolera, dijarea, disenterija, tifojde, poljo u hepatite A. Mat‑842 elf ruħ imutu kull sena minħabba d‑dijarea li nofs miljun minnhom huma tfal taħt il‑5 snin. Hemm ukoll il‑problema tal‑bidla fil‑klima. Minħabba t‑tinġis tal‑arja l‑oċeani se jsiru aktar aċidużi b’150 fil‑mija sa 2099. Il‑ġungla tal‑Amażonja

li qiegħda dejjem tonqos, kapaċi tassorbi 200 biljun tunnellata ta’ arja mniġġsa fuq medda ta’ 30 sena. Madwar 7 miljun ruħ imutu kull sena minħabba t‑tniġġis tal‑arja. Sal‑2100 it‑temperatura tad‑dinja tista’ tiżdied sa 2.6 gradi selsjus. Fi Greenland, is‑silġ qiegħed jinħall b’rata ta’ għaxart elef tunnellata fis‑sekonda. Is‑silġ tal‑Artiku u tal‑Antartika jirrifletti 92 fil‑mija tas‑sħana tax‑xemx, mela aktar ma jonqos is‑silg aktar id‑dinja tisħon. Jekk jinħall dan is‑silġ kollu ta’ Greenland, il‑livell tal‑baħar jitla’ b’7 metri. Jekk jinħall is‑silġ tal‑Antartika, il‑livell tal‑baħar jitla’ 5 metri.

Hemm bżonn mela naħdmu sabiex nieħdu ħsieb lid‑dinja tagħna u nieħdu ħsieb lil xulxin. Ilkoll nafu li fid‑dinja hawn ikel biżżejjed għal kulħadd, imma lkoll nafu li m’hawnx distribuzzjoni ġusta tal‑ikel, fejn għandek ħafna rimi ta’ ikel f’ħafna pajjiżi fid‑dinja għaliex bħalma jgħidu, hawn min hu mejjet fis‑sakra u hawn min hu mejjet għall‑qatra. Naħdmu mela biex nitimgħu lil min hu bil‑ġuħ u nisqu li min hu bil‑għatx ħalli bl‑isforz tagħna ntaffu minn dan il‑ġuħ fid‑dinja.

Għal Missjoni Flimkien. Nitolbu sabiex il‑Knisja tkompli ssostni b’kull mod il‑ħajja sinodali, bħala sinjal ta’ ko‑responsabiltà u tal‑promozzjoni tal‑parteċipazzjoni, tal‑komunjoni u tal‑missjoni flimkien fost saċerdoti, reliġjużi u lajċi.

Il‑Knisja ta’ Alla għadha kemm għamlet sinodu speċjali fuq is‑sinodalità. Dan is‑sinodu huwa differenti minn dawk li saru qablu, għaliex huwa sinodu li involva lil kulħadd, litteralment mill‑kbir saż‑żgħir fil‑Knisja, sabiex kulħadd isemma’ leħnu u b’hekk kull Nisrani jħossu tassew parti importanti mill‑Knisja. B’din is‑sejħa, Papa Franġisku stieden lill‑Knisja kollha biex tirrifletti fuq tema deċiżiva għall‑ħajja u għall‑missjoni tagħha: “Il‑mixja tas‑sinodalità hija sewwa sew il‑mixja li Alla jistenna mill‑Knisja tat‑tielet millennju”. Għaliex meta timxi flimkien, u flimkien

OTTUBRU 2024

tirrifletti fuq il‑mixja li tkun għamlet, il‑Knisja tista’ titgħallem u tesperimenta proċessi u toroq li jistgħu jgħinuha tgħix il‑komunjoni, twettaq il‑parteċipazzjoni u tiftaħ għall‑missjoni. Fil‑fatt, il‑‘mixja flimkien’ tagħna hija dik li twettaq u turi x’inhi n‑natura tal‑Knisja bħala Poplu ta’ Alla; pellegrin u missjunarju. Dan huwa

l‑Ħajja”. (Ġw.1: 4‑6)

Il‑Kardinal Mons. Mario Grech, f’intervista fl‑Irlanda dwar dan is‑sinodu li ġie ppubblikat f’Intercom ta’ Frar 2023 f’paġni 6 sa 8, qalilna: “A Synodal Church is a Church where all the baptised feel engaged. Synodality is not an added element to the Church, it is the Church. There were already tensions within the people of God and this is something positive, because a tent cannot stand if the ropes are not tense.”

l‑ispirtu ġdid li qed jonfoħ l‑Ispirtu s‑Santu fil‑Knisja sabiex kulħadd ikun jista’ jagħti l‑kontribut tiegħu u hekk għall‑koperazzjoni iktar sħiħa. Il‑proċess għas‑sinodalità jgħin lill‑Knisja nfisha tiskopri iktar il‑verità u l‑missjoni li għalihom sejħilha Kristu li huwa: “It‑Triq, il‑Verità u

Permezz ta’ dan is‑sinodu l‑Knisja se tagħti ħajja ġdida lir‑relazzjonijiet bejn il‑membri tal‑komunitajiet

Insara kif ukoll bejn il‑komunitajiet u l‑gruppi soċjali l‑oħra, komunitajiet ta’ twemmin minn konfessjonijiet u reliġjonijiet oħra, organizzazzjonijiet tas‑soċjetà ċivili, u movimenti popolari.

Nitolbu għall‑Knisja sabiex taddotta s‑smigħ u d‑djalogu bħala stil ta’ ħajja f’kull livell u li tħalli lilha nfisha tiġi ggwidata mill‑Ispirtu s‑Santu għall‑periferiji tad‑dinja.

NOVEMBRU 2024

Għal Dawk Li Tilfu Xi Tarbija.

Nitolbu sabiex il‑ġenituri kollha li qegħdin jibku t‑telfa ta’ binhom jew binthom isibu l‑għajnuna fil‑komunità tagħhom, u jirċievu l‑paċi u l‑konsolazzjoni mill‑Ispirtu s‑Santu.

Il‑mewt hija realtà kiefra fil‑ħajja tal‑bniedem. Qegħdin fix‑xahar ta’ Novembru, ix‑xahar tal‑erwieħ, meta l‑aktar li nżuru lill‑għeżież tagħna fiċ‑ċimiterji fejn jistrieħu.

Il‑Papa f’dan ix‑xahar partikolari jixtieq ikun qrib lejn dawk il‑ġenituri li tilfu xi tarbija. Huwa jixtieq ikun qrib tagħhom f’din l‑esperjenza wisq diffiċli li tgħaddi minnha din il‑familja. Imma l‑fidi tagħna fi Kristu tgħinna nħarsu

lejn dawn uliedna bħala

‘l‑anġli tagħna’ fis‑sema. Għaliex aħna l‑Insara tassew niċċelebraw ir‑rebħa ta’

Kristu fuq il‑mewt fil‑misteru tal‑Għid. L‑Ittra enċiklika

‘Spe Salvi’ ta’ Papa Benedittu XVI tgħallem dwar is‑salvazzjoni tal‑bniedem u għalhekk il‑bniedem għandu jittama f’din it‑tama ċerta ta’ salvazzjoni minn Ġesù Kristu.

Nitolbu wkoll f’dan ix‑xahar għall‑mejtin kollha. Il‑liturġija tal‑Knisja tagħmel it‑Tifkira tal‑Mejtin kollha fit‑2 ta’ Novembru f’Jum l‑Erwieħ Kollha wara li fl‑1 ta’ Novembru tiċċelebra s‑Solennità tal‑Qaddisin kollha, għaliex din hija wkoll it‑tama għalina li għad ingawdu lill‑Mulej fis‑sema. Tkun ħaġa sabiħa bħalma dejjem nagħmlu, li niftakru u nitolbu għall‑għeżież tagħna mejtin u nżuruhom fiċ‑ċimiterji tagħna li huma tassew postijiet sagri.

“Agħtihom, O Mulej, il‑mistrieħ ta’ dejjem, id‑dawl ta’ dejjem jiddi lilhom, jistrieħu fil‑paċi. Ammen.”

DIĊEMBRU 2024

Għall‑Pellegrini Tat‑Tama. Nitolbu sabiex dan il‑ġublew isaħħaħ il‑fidi tagħna u jgħinna nagħrfu lil Kristu Rxoxt fil‑ħajja tagħna ta’ kuljum ħalli jittrasformana f’pellegrini tat‑tama Nisranija.

Il‑ġublew tas‑sena 2025 huwa t‑30 ġublew li qiegħda tiċċelebra l‑Knisja sa mis‑sena 1300 mibdi minn Papa Bonifaċju VIII. Dakinhar iċ‑ċittadini ta’ Ruma kienu obbligati li jżuru l‑bażiliċi maġġuri ta’ San Pietru fil‑Vatikan u dik ta’ San Pawl għal tletin ġurnata konsekuttiva sabiex jirbħu l‑indulġenza plenarja. Il‑pellegrini kienu obbligati li jagħmlu dan għal ħmistax‑il ġurnata

konsekuttiva. It‑titlu ta’ ‘Sena Mqaddsa’ daħal fil‑ġublew tas‑sena 1475. Papa Franġisku, qiegħed jistieden lill‑Insara kollha sabiex jiskopru l‑wiċċ tal‑ħniena ta’ Alla: “Ħenjin dawk li jħennu għax huma jsibu ħniena.” (Mt.5:7)

Lil Ġesù fl‑evanġelji narawh ixandar u jwettaq il‑ħniena kontinwament: “Mqanqal mill‑ħniena, Ġesù medd idu fuqu, messu u qallu: “Irrid, kun imnaddaf” . (Mk.1:41) F’din is‑sena ta’ grazzja kbira, l‑Insara jistgħu jirbħu l‑indulġenzi għalihom stess jew japplikawhom għall‑mejtin. Il‑morda u l‑ħabsin jistgħu jirbħu l‑indulġenża tal‑ġublew mill‑postijiet tagħhom. Din hija sena ta’ tama u ta’ fejqan mill‑ġrieħi ta’ min iħossu mweġġa’ u

mnikket, ta’ maħfra għal min jħossu midneb jew li wettaq xi żball u fuq kollox inwettqu l‑opri tal‑ħniena ma’ kulħadd, mal‑fqir, mal‑batut u mal‑marid. Papa Franġisku jistedinna sabiex nagħmlu din l‑esperjenza tal‑Bieb Imqaddes tal‑Ħniena ta’ Alla. Din hija l‑missjoni tal‑Knisja bħala omm li għandha missjoni li taqdi u tħenn: “Jalla jitkattru fuqkom il‑ħniena, is‑sliem u l‑imħabba” . (Ġuda 1:2)

Ejjew nafdaw din is‑sena ta’ grazzji kbar lil Ommna Verġni Marija li hija stess ipproklamat il‑ħniena ta’ Alla għalina: “Il‑ħniena tiegħu tinfirex f’kull żmien fuq dawk li jibżgħu minnu,” fil‑Magnifikat u tatna lil Ġesù li huwa l‑bieb tas‑salvazzjoni tagħna. 

Bini ta’ Skola u Spiera

Bħal kull sena, matul ix‑xahar t’Ottubru, li huwa x‑xahar

iddedikat lill‑missjoni, Missio Malta jiddedika l‑ġbir kollu għal proġett partikolari li jkun ġie magħżul minn qabel u dejjem bil‑barka tal‑Papa nnifsu. Il‑qofol tal‑ġbir jintlaħaq fil‑Jum Dinji Missjunarju, li din is‑sena se jaħbat il‑Ħadd 20 t’Ottubru. Dakinhar, huwa obbligu li l‑ġbir fil‑knejjes

komunità fqira fl‑Uganda jkollhom skola ġdida u spiera għall‑ilma nadif. Bħalissa, it‑tfal qed jitgħallmu f’żewġ klassijiet żgħar magħmula mill‑injam li aktar qishom stalel tal‑annimali għax la għandhom madum, la għandhom aperturi u wisq anqas elettriku. Kull m’hemm ftit bankijiet li mhux tajbin għalxejn ħlief biex jinħarqu! Din l‑iskola, jekk tista’ ssejħilha skola,

allura jista’ wieħed jimmaġina kif l‑istudenti jaslu mxarrbin għasra meta tkun ix‑xita. Dan minbarra li ħafna minnhom jaslu l‑iskola bil‑ġuħ għax mid‑dar ma jkunu kielu xejn! Saħansitra, tfal żgħar ta’ 3 snin, ikollhom ukoll jimxu d‑distanza ta’ madwar siegħa u nofs, minn u lejn l‑iskola aktarx ħafjin, maħmuġin u mġewħin tant li wħud minnhom jimirdu għax huma malnutriti.

lil kull min issibu MORRU

. Int. Aħna. Flimkien. (VO/1178)

IL‑VILLAĠĠ MISSIO:

Inwasslu l‑Missjoni lill‑Komunità.

Post: Iz‑Zuntier tas‑Santwarju tal‑Madonna tal‑Grazzja, Ħaż‑Żabbar.

Meta: Is‑Sibt 19 t’Ottubru mill‑4:30pm sat‑8:00pm u

Il‑Ħadd 20 t’ Ottubru mit‑8:00am sas‑7:00pm

 Esperjenza Virtwali  Mużika ‘unplugged ‘ miż‑żgħażagħ

 Rokna għat‑tfal  Kulħadd Jgħid Tiegħu  Ħanut tar‑Rigali

 Kultura u Arti  Rakkonti mill‑Missjunarji  U Ħafna Aktar

jixtiequ jibagħtuhom l‑iskola għax jafu li huwa għall‑ġid tagħhom. Il‑ġenituri għamlu u qed jagħmlu dak kollu li jistgħu biex uliedhom ikollhom skola aħjar fejn jitgħallmu. U minkejja li kważi m’għandhom xejn, raw kif għamlu biex jiġbru xi fondi għax‑xiri ta’ għalqa kbira fejn xi darba jixtiequ jibnu skola. Saħansitra biegħu xi annimali u xi affarijiet mid‑djar tagħhom biex jiffinanzjaw il‑bini tal‑iskola. Jekk għandhom tiġieġa li tbid il‑bajd, jippruvaw ibiegħu mqar bajda waħda biex il‑flus tagħha jtuhom lill‑qassis li qed iżomm dak kollu li jirnexxielhom jiġbru bejniethom. Però, minkejja li ppruvaw jagħmlu minn kollox, waslu biss sal‑ħames

filata u m’għandhom xejn aktar x’joffru biex ikomplu l‑bini tal‑iskola. Dan kollu juri d‑determinazzjoni li dawn il‑ġenituri għandhom, iżda bla dubju li għandhom bżonn ħafna għajnuna.

U proprju huwa għalhekk li Missio Malta se jkun qed jiġbor matul Ottubru. Mhux biss għall‑bini ta’ din l‑iskola, imma wkoll biex tiġi rranġata ż‑żona ta’ mad‑dawra tal‑iskola, u jekk bis‑saħħa tal‑ġenerożità tal‑poplu Malti u Għawdxi tinġabar somma sabiħa, il‑ħsieb hu li titħaffer spiera fiż‑żona stess ħalli jkollhom ukoll ilma nadif.

“Li nixtieq ngħid huwa li jien grat ħafna, f’isem il‑komunità. L‑ewwelnett

għall‑ispirtu tagħkom, għax huwa faċli ħafna li tara u sempliċiment titlaq, iżda li tara u mbagħad tħoss, tmiss u tifhem minn liema diffikultajiet jgħaddu dawn it‑tfal, dan huwa inkredibbli. Għalhekk nirringrazzjawkom talli għamiltu vjaġġ lejn dan il‑post u t‑tieni li għal darba se tagħmlu xi ħaġa dwaru. Grazzi ħafna, ħafna,” hekk qal il‑qassis tal‑komunità lill‑grupp minn Missio li ftit tax‑xhur ilu tela’ jara b’għajnejh u jmiss b’idejh dan il‑proġett futur.

Bid‑donazzjoni tiegħek, inti se tgħin lil dawn il‑ġenituri jkomplu jibnu din l‑iskola, filwaqt li lil dawn it‑tfal se tibdlilhom il‑preżent u l‑futur għall‑aħjar. Grazzi mill‑qalb. 

MILL‑ISTORJA TAʼ ĦAJTEK.

RIEDA LI TAGĦTI

Wirt dejjiemi li jibdel il‑ħajjiet

Billi tiftakar f'Missio Malta fil‑wirt tiegħek, inti tista' tagħmel differenza għal dejjem fid‑dinja li l‑ġenerazzjoni li jmiss qed tikber fiha.

Rigal mingħandek jista', ħafna snin oħra, jidher fit‑tbissim tat‑tfal f'pajjiżi tat‑Tielet Dinja li ser jibbenefikaw mill‑ħniena u l‑kompassjoni tiegħek.

Il‑legati tiegħek li tħalli warajk dejjem ser iħallu tbissima ħajja fil‑qlub ta' nies oħra.

Jien. Int. Aħna. Flimkien.

Nru. 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Tel: (+356) 2123 6962 | E‑Mail: info@missio.org.mt www.missio.org.mt VO/1178

Dun Rob Galea b’Żewġ Kunċerti G ħal

Missio Malta

Rispons eċċezzjonali għaIl‑kunċerti ‘PRAISE

YOU’ li se jittellgħu nhar l‑4 u 6 t’Ottubru 2024 fis‑Sala Temi

Zammit, fl‑Università

ta’ Malta

Is‑

saċerdot kantant

popolari Malti li jgħix

l‑Awstralja, Dun Rob Galea, se jkun qed jagħti żewġ kunċerti bl‑isem PRAISE

YOU għal Missio Malta nhar il‑Ġimgħa 4 u l‑Ħadd 6 t’Ottubru fis‑Sala Temi

Zammit, fl‑Università ta’ Malta, f’Tal‑Qroqq.

Dun Rob mistenni jagħti

prestazzjoni ta’ kanzunetti b’messaġġ spiritwali, kemm oriġinali kif ukoll xogħlijiet poplari mill‑ġeneru ‘praise’. Filwaqt li l‑kunċerti se jkunu okkażjoni ta’ divertiment għall‑familja kollha, se jwasslu wkoll messaġġ spiritwali b’saħħtu.

“Din se tkun okkażjoni sabiħa biex filwaqt li nisimgħu l‑mużika u xi rakkonti ta’ esperjenzi spiritwali, inħallu lil Alla jaħdem fina u f’ħajjitna,” qal Dun Rob f’kumment qasir li ta lil

Malta Missjunarja dwar il‑kunċerti ppjanati.

Huwa ħeġġeġ lill‑Maltin

sabiex jattendu dawn il‑kunċerti: “kemm jekk temmnu, kif ukoll jekk le, hekk kif din se tkun okkażjoni sabiħa miftuħa għall‑familji u l‑ħbieb.”

Dun Rob Galea, li huwa saċerdot Kattoliku u li jipprattika fid‑Djoċesi ta’ Sandhurst f’Viktorja l‑Awstralja, esprima l‑ferħ tiegħu li se jkun qed jerġa’ jżur Malta mill‑ġdid fejn huwa trabba.

“Permezz ta’ dawn iż‑żewġ kunċerti, Missio Malta qed tkompli tintroduċi modi innovattivi u friski kif twassal il‑messaġġ tal‑Vanġelu għand firxa wiesgħa ta’ nies. Il‑ħidma ta’ Missio mhijiex limitata għall‑missjonijiet f’pajjiżi ’l bogħod, iżda hija attiva wkoll f’Malta,” stqarr Robert Farrugia, Kap tal‑Komunikazzjoni u Ġbir ta’ Fondi ta’ Missio Malta.

“Ninsabu sodisfatti immens li rnexxielna nġibu lil

Dun Rob Galea għal dawn iż‑żewġ kunċerti, li mhux biss huwa artist rinomat internazzjonalment, iżda huwa wkoll eżempju ta’ Nisrani modern. Permezz tal‑evanġelizzazzjoni b’saħħitha tiegħu, Dun Rob ixerred il‑messaġġ pożittiv tal‑Vanġelu u ta’ Missio lill‑udjenzi żgħażagħ u żgħażagħ fl‑ispirtu,” kompla jgħid Robert Farrugia.

Dun Rob Galea huwa magħruf għall‑mod b’saħħtu u ġenwin li bih iwassal il‑messaġġ tas‑salvazzjoni. Kif deskritt fil‑kanzunetta tiegħu ‘Coming Back’, li hija ispirata mill‑parabbola tal‑iben il‑ħali, Alla dejjem jinsab b’idejh miftuħa beraħ biex jilqa’ lil uliedu lura għandu. Waqt iż‑żewġ kunċerti ‘Praise You’, Dun Rob mistenni jkanta numru ta’ siltiet fosthom din, kollha

b’messaġġ ħaj u attwali għall‑udjenzi moderni tal‑lum.

Dun Rob huwa l‑fundatur tal‑Ministeru ICON li għandu l‑għan li jibni komunità mifruxa madwar id‑dinja kollha, li twassal għall‑imħabba u t‑tama ta’ Ġesù Kristu. Huwa kantawtur ta’ suċċess li ppubblika xejn inqas minn tmien albums differenti, filwaqt li ta kunċerti waqt avvenimenti reliġjużi maġġuri, fosthom il‑‘World Youth Day’.

Kull min huwa interessat li jattendi għall‑kunċerti ‘Praise You’, għandu jaqta’ biljett mill‑aktar fis possibbli billi jżur is‑sit https://www. showshappening.com/ Missio‑Malta/PRAISE , hekk kif il‑postijiet huma limitati u baqa’ biss ftit. 

DINJA MUTUR DIN ID ‑DARBA MILL‑ASJA!

Mill‑Ħarifa fuq

Waslet it‑tieni sensiela ta’ Dinja Mutur, li se teħodna fil‑pajjiżi tal‑Lvant imbiegħed fil‑Kontinent tal‑Asja, hekk kif Stephen Formosa se jerġa’ jirkeb il mutur tiegħu u jeħodna fuq avventura inkredibbli!

Dinja Mutur se jlaqqagħna ma’ mijiet ta’ persuni u karattri ġodda huwa u jżur proġetti importanti li Missio Malta wettaq biex jgħin komunitajiet sħaħ itejbu ħajjithom. Dawn il proġetti saru kollha grazzi għall ġenerożità tal‑Maltin u l Għawdxin!

Mela segwi Dinja Mutur fuq ONE TV kull nhar ta’ Ħamis fl 10pm, b’ripetizzjoni l‑Ħadd fil‑5pm, u kun parti mill‑avventura!

Jien. Int. Aħna. Flimkien. (VO/1178)

Int Nisrani, Int Missjunarju, O ħroġ Minn Darek

Nistqarr magħkom għeżież qarrejja li jiena m’iniex wieħed li nieħu pjaċir naqra l‑messaġġi li jinkitbu għal xi okkażjoni jew ċelebrazzjoni annwali. Imma ngħid il‑verità l‑messaġġi li jikteb il‑Papa naqrahom b’interess kbir għaliex il‑Papa huwa dak li l‑Ispirtu s‑Santu għażel biex permezz tiegħu

Alla jkellimna llum fuq dak li jrid minna. Il‑Papa, aktar minn ħaddieħor għandu sensibilità speċjali biex iwasslilna ċar u tond dak li

Alla jrid minna. Il‑qalb u l‑ħsieb tal‑Papa huma dawk ta’ Ġesù.

Fil‑messaġġ għall‑Ġurnata

Missjunarja 2024, Papa

Franġisku qed juża l‑parabbola ta’ Ġesù li titkellem fuq il‑mistidnin għall‑ikla tat‑tieġ. Fl‑ewwel stedina l‑mistidnin ma sabux ħin imorru għall‑ikla tat‑tieġ għax kellhom ħafna x’jagħmlu u ma kellhomx moħħ affarijiet oħra. Ir‑re rrabja u bagħat lill‑qaddejja tiegħu biex jistiednu lil kull min jiltaqgħu miegħu fit‑triq. Fid‑dinja llum kulħadd bieżel bil‑ħajja tiegħu u m’għandux moħħ

għal affarijiet oħrajn. Ix‑xogħol l‑aktar importanti u primarju tal‑Knisja llum huwa li twassal lil kull persuna li tiltaqa’ magħha fit‑triq, l‑Aħbar it‑Tajba. Morru u stiednu. Il‑ħin kollu, morru, oħorġu, tgħajjewx, kontinwament, oħorġu u stiednu. Ivvintaw minn kollox, iċċaqalqu b’emerġenza u stiednu lil kulħadd. Tiqfux minħabba ostakli u diffikultajiet. Int Nisrani, int missjunarju, oħroġ minn darek, issogra, ħalli warajk dak li għandek u aħseb biex tistieden lil kulħadd sa truf l‑art kollha. Mur f’salib it‑toroq, hemm fl‑uffiċċju fejn taħdem, fit‑triq fejn toqgħod, fil‑każin fejn iddoqq mal‑banda, fil‑klabb sportiv fejn tilgħab, fejn tinsab... Ġesù qed iħabbat qawwi

fuq il‑bieb ta’ qalbek, le mhux biex jidħol, imma biex joħroġ u jasal għand kull persuna li tiltaqa’ magħha. Irridu nibdew ‘Moviment Ġdid ta’ Missjunarji’ għad‑dinja tal‑lum bħalma għamlu l‑ewwel Insara fl‑ewwel żminijiet tal‑Knisja.

Id‑dawl tad‑dinja ‑ William Holman Hunt (1827‑1910). Kulleġġ Keble, Oxford.

“Ejjew għall‑festa tat‑tieġ”, kien il‑kmand tar‑re. F’ismu qed nistiednu u allura fuq l‑istil tiegħu, b’rispett, b’imħabba u bi tjubija kbira. Id‑dixxipli missjunarji jagħmlu dan b’ferħ kbir, b’rispett u b’benevolenza, frott u mera tal‑Ispirtu s‑Santu preżenti f’qalbhom. Il‑festa tat‑tieġ fil‑parabbola hija dik li se nsibu dalwaqt hekk kif nispiċċaw dan il‑ftit żmien li għandna fid‑dinja, meta Ġesù jiġi fit‑tieni miġja tiegħu. Il‑Messija ħejjielna mejda b’abbundanza ta’ ikel fin u nbid mill‑aqwa għal din il‑festa, għax Alla qered il‑mewt għal dejjem. Id‑dinja toffrilna diversi ikliet: konsumeriżmu, kumditajiet,

sfrenat. Il‑Bxara t‑Tajba hija invit għal ikla divina mmarkata b’ferħ, qsim bejn kulħadd u fraternità m’Alla u mal‑oħrajn. Din il‑milja ta’ ħajja hija d‑don li qed joffrilna Ġesù minn issa fl‑ikla tal‑Ewkaristija, waqt il‑quddiesa fejn aħna nieklu mill‑kelma li nisimgħu, u mill‑ġisem u d‑demm li aħna nixorbu. Fil‑quddiesa aħna stess naċċettaw l‑istedina u ningħaqdu ma’ Ġesù fil‑missjoni li nistiednu n‑nies jingħaqdu magħna fil‑pellegrinaġġ lejn il‑ħajja vera li ma tispiċċa qatt: “Inħabbru l‑mewt tiegħek Mulej, inxandru bil‑ferħ il‑qawmien tiegħek sa ma tiġi fil‑glorja”.

ninsew qatt li fl‑attivitajiet missjunarji kollha, aħna mitluba nippritkaw l‑evanġelju lil kulħadd. Mhux nimponu obbligazzjonijiet ġodda, imma nkunu l‑poplu li jixtieq jaqsam il‑ferħ tiegħu u juri orizzonti ta’ sbuħija li lejha flimkien mixjin ħalli naslu għal din l‑ikla tant delizzjuża mħejjija minn Alla Missierna. Kulħadd, tajbin u ħżiena, foqra u b’diżabilità, għomja u zopop; kull wieħed, raġel jew mara, huwa mistieden minn Alla biex jirċievi l‑grazzja li tittrasforma u ssalva. Wieħed irid biss jgħid ‘iva’ għal dan ir‑rigal li huwa b’xejn u divin, billi jaċċetta u jħalli lilu nnifsu jinbidel bih billi jilbes il‑libsa tat‑tieġ, il‑libsa tal‑ferħ u tal‑imħabba! 

Jien. Int. Aħna. Flimkien. (VO/1178)

F’ISEM L‑ISTAFF U L‑VOLUNTIERA

KOLLHA TA’ MISSIO MALTA, NAWGURAW LILL‑QARREJA U

LILL‑FAMILJARI TAGĦHOM KOLLHA

L‑MILIED IT‑TAJJEB.

JALLA L‑FERĦ U L‑PAĊI TA’ DAWN

IL‑FESTI JIDĦLU FI DJARKOM, U JIBQGĦU MAGĦKOM TUL IS‑SENA L‑ĠDIDA KOLLHA.

Inkomplu Fejn Ħallejna

Fl‑ aħħar edizzjoni

ta’ Malta

Missjunarja kont spjegajt fuq il‑formazzjoni ta’ seminaristi f’diversi pajjiżi missjunarji, filwaqt li għamilt stedina għal aktar benefatturi ġenerużi sabiex jisponsorjaw boroż ta’ studju lil seminaristi ġodda. Nirringrazzja lil Mulej li l‑istedina bdiet tiġi milqugħa minn bosta, grazzi għall‑qalb kbira li aħna l‑Maltin u l‑Għawdxin magħrufin għaliha.

Xi jsir wara li seminarista jiġi ordnat saċerdot: Is‑saċerdoti ġodda jiġu mqassma mill‑isqfijiet f’diversi djoċesijiet madwar l‑Indja jew l‑Afrika. Fid‑djoċesi fejn ikun stazzjonat, is‑saċerdot jagħti appoġġ lill‑komunità l‑ewwel u qabel kollox fl‑amministrazzjoni tas‑sagramenti. Imma, ix‑xogħol tas‑saċerdot huwa wisq aktar minn hekk. Fil‑fatt, fiż‑żmien tal‑istudju tagħhom, is‑seminaristi jintbagħtu jagħmlu

xogħol pastorali fejn jitgħallmu jinvolvu rwieħhom f’dipartiment soċjali, li jinkludu fost l‑oħrajn, ġustizzja, paċi u saħħa fil‑komunità, joffru sapport lill‑familji fi kriżi, jgħinu fl‑edukazzjoni u bosta affarijiet oħra. Barra minn hekk, is‑saċerdoti jiżviluppaw it‑talenti ta’ individwi fil‑komunità biex jipparteċipaw fi proġetti li jkun hemm bżonn fid‑djoċesi, fosthom tħaffir ta’ bjar, u bini ta’ knejjes u skejjel.

Kif int tista’ tgħin

lis‑seminaristi

fl‑Asja, fl‑Afrika

jew fl‑Indja:

Ftakar fihom fit‑talb tiegħek, għaliex huma jiftakru fina fit‑talb tagħhom.

• Intenzjoni għal Quddiesa ‑ €5

• Tkabbir ta’ fażola ħadra, spinaċi, indivja u ħaxix ieħor ‑ €24

• Ħlas għal stipendju ta’ ġimgħa għal qassis fil‑missjoni ‑ €35

• Ikla nutrittiva lil seminarista għal ġimgħa ‑ €36

• Kotba għal semester lil seminarista f’seminarju ‑ €43

• Paga ta’ għalliem fis‑seminarju għall‑formazzjoni tas‑seminaristi ‑ €48

• Għotja ta’ rota lil katekist biex imur jgħallem ‑ €60

• Ħlas għal trasport biex seminaristi jagħmlu xogħol pastorali f’postijiet imbiegħda ‑ €115

• Viżta ta’ tabib f’seminarju għal xahar sħiħ biex jipprovdi għajnuna ta’ saħħa ‑ €143

Eluf ta’ żgħażagħ qed jiġu msejħa biex jaqdu lil Alla bħala qassisin, imma ħafna minnhom jiġu minn familji u parroċċi li huma fqar wisq biex iħallsulhom is‑snin twal ta’ formazzjoni u ordinazzjoni. Inti tista’ tgħinhom jilħqu komunitajiet li għadhom ma jafux b’Ġesù billi tħallas borża ta’ studju jew parti minnha. L‑għajnuna tiegħek, flimkien ma’ dik ta’ ħafna persuni ġenerużi bħalek tagħmel differenza kbira.

• Borża ta’ Studju għall‑edukazzjoni ta’ seminarista fl‑aħħar 4 snin:

€480 (parti mill‑ispejjeż) ‑ €600 (kwart tal‑ispejjeż) ‑ €2400 (l‑ispejjeż kollha)

Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil Missio: Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew: Nru. 138/140, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128

Onlajn fuq: www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.

GRAZZI MILL‑ QALB

Għaldaqstant, is‑saċerdot qed jikkontribwixxi mhux biss fil‑ħajja saċerdotali, imma wkoll f’oqsma oħra, jinvolvi

anke jekk ikunu ta’ reliġjonijiet differenti, u jifforma gruppi reliġjużi li jkunu jistgħu jgħinuh biex

Is‑sodisfazzjon tal‑isponsorjat: Għalhekk, parti kbira minn xogħolna bħala Missio Malta, hija l‑edukazzjoni missjunarja biex insibu aktar benefatturi b’qalb ġeneruża li lesti jikkontribwixxu għal borża ta’ studju fl‑Asja jew fl‑Afrika li twassal seminarist għas‑saċerdozju; u barra minn hekk li jwettaq dak kollu spejgat hawn fuq. X’sodisfazzjon iħossu f’qalbhom dawk il‑benefatturi meta jirċievu ritratti tal‑ordinazzjoni tas‑saċerdot u jafu li huma kienu strument ewlieni fil‑mixja tas‑seminarist. Min jaf, forsi fil‑futur aktar seminaristi sponsorjati minn benefatturi Maltin u Għawdxin jiġu bħala missjunarji f’pajjiżna. Fil‑fatt, minħabba li l‑vokazzjonijiet f’pajjiżna naqsu ħafna, diġà għandna fostna numru ta’ missjunarji minn diversi pajjiżi, kemm qassisin u kemm sorijiet li qegħdin jgħinu f’ħafna parroċċi u entitajiet tal‑Knisja.

Fl‑aħħar u mhux l‑inqas, il‑benefattur ikun mhux biss sponsorja lis‑seminarist, imma wkoll ħoloq ħbiberija speċjali u ta’ grazzja għal ħafna snin.

Inselli għalikom.

RELAZZJONIJIET

Programmi bi produzzjoni ta’ Missio Malta u preżentazzjoni ta’ Dun Victor Agius u Claudia Cini. Relazzjonijiet: bejn Ottubru u Diċembru ‑ Kull nhar ta’ Tlieta fis‑2:30pm. B’ripetizzjoni kull nhar ta’ Erbgħa fit‑3:30am.

● Fuq Radju Marija 102.3FM (Malta) 107.8FM (Għawdex).

Jien. Int. Aħna. Flimkien. (VO/1178)

Qiegħed nibgħat il‑ħlas ta’ € permezz ta’ ċekk pagabbli lil Missio Malta biex isiru Quddies fil‑missjoni għar‑ruħ/għall‑erwieħ ta’:

Isem u kunjom:

Indirizz: Belt/ Raħal: Kodiċi Postali:

Tel:

N.B. Napprezzaw il‑kontribuzzjoni ta’ mill‑inqas €5 għal kull quddiesa. Il‑quddies kollu jitqaddes fil‑pajjiżi tal‑missjoni.

Tarbija Tat‑Twelid Bla Omm

Naħseb li lkoll taqblu miegħi x’ferħ iġġib tarbija ġdida fil‑familja, b’mod speċjali lill‑ġenituri tagħha. Iżda kemm kieku nsewdu qalbna jekk dik il‑povra tarbija li għadha kemm fetħet għajnejha għall‑ewwel darba titlef proprju lil ommha! B’xorti ħażina din hija realtà li jħabbtu wiċċhom magħha pajjiżi tat‑Tielet Dinja.

Permezz tad‑donazzjoni li qed tagħtu intom il‑benefatturi, ftit tas‑snin ilu Missio Malta rnexxielu jibni ċ‑Ċentru San Luqa, sptar għan‑nisa u tfal fl‑Uganda. Riċentament saret ukoll estensjoni tas‑sala tal‑maternità, sala ġdida tat‑tfal u nxtrat ambulanza

li hija tant meħtieġa sabiex tilħaq lil dawk f’postijiet imbiegħda. Swor Marija Goretti tieħu ħsieb dan l‑isptar li fih imorru ħafna nisa jwelldu. Hija tgħid li joffru diversi programmi differenti, fosthom ta’ ‘out‑patients’, ‘in‑patients’ u tilqim tat‑trabi. Tista’ tgħid li l‑jum kollu, dan iċ‑ċentru

jkun ippakkjat b’ommijiet li marru biex iwelldu, kif ukoll b’ommijiet li jixtiequ jagħtu t‑tilqim lit‑trabi tagħhom.

Ftit tal‑ġimgħat ilu, omm tilfet ħajjitha waqt li kienet qed twelled lil bintha Evelyn. Kieku kien hemm sala tal‑operazzjonijiet, kieku din l‑omm żgur li salvat ħajjitha. Din hija l‑ħolma ta’ Swor Marija u sħabha, li jkollhom sala tal‑operazzjonijiet biex jekk jinqala’ xi ħaġa, pereżempju għandhom bżonn jagħmlu ċesarja, ikunu ppreparati biex ħafna ommijiet u t‑trabi tagħhom jiġu salvati.

Missio Malta qed ikompli jappoġġja s‑saħħa tan‑nisa u tat‑tfal li jiffrekwentaw iċ‑Ċentru San Luqa, ħalli missjunarji bħal Swor Marija jilħqu u jagħtu

l‑ħajja fl‑Uganda u madwar id‑dinja kollha. Mingħajr l‑appoġġ tagħna lkoll xejn minn dan ma jista’ jkun possibbli.

Għalhekk, Missio Malta wiegħed lis‑sorijiet li se jagħmel ħiltu kollha sabiex isib sponsers Maltin u Għawdxin li lesti jgħinu lit‑tfal ikollhom opportunità

li jitgħallmu. B’€0.41 kuljum, jew €150 fis‑sena, ikollok biżżejjed flus sabiex għal sena tisponsorja tifel jew tifla li m’għandhomx flus biex imorru l‑iskola. Din l‑inizjattiva jista’ jipparteċipa fiha kulħadd, sew persuni individwali kif ukoll gruppi, bħal pereżempju kollegi tax‑xogħol. Ftit taż‑żmien wara li ssir

l‑isponsorizzazzjoni, jintbagħat ritratt u d‑dettalji ta’ tifla jew tifel li se tkun qed tiġi megħjuna, filwaqt li darbtejn fis‑sena, għal għaxar snin, jibqgħu jintbagħtu ritratt riċenti tat‑tifel jew tifla, ittra u/ jew tpinġija mit‑tfal stess u r‑riżultat tal‑assessjar tas‑suġġetti li jitgħallmu l‑iskola.

Mixja G ħal Ilma Kkontaminat

Ma nistax nimmaġina li t‑tifel jew tifla tiegħi jitolbuni tazza ilma u jien m’għandix x’nagħtihom. X’weġgħa ta’ qalb kieku, meta aħna għal uliedna lesti li nagħtu kollox saħansitra ħajjitna stess. Imma b’xorti ħażina din hija realtà f’pajjiżi foqra fejn l‑ilma mhux faċli jinkiseb. Nies li jridu jgħixu ħajjithom kollha jinkwetaw minn fejn se jġibu qatra ilma nadifa biex jixorbu b’moħħhom mistrieħ li mhux se jimirdu.

Immaculate u Ivan, żewġt aħwa Ugandiżi huma xempju ta’ dan. Meta dawn jaqbadhom l‑għatx, ma jistgħux jiftħu vit u jinżel l‑ilma, għax ilma m’għandhomx. Ta’ kull filgħodu, iridu jimxu mixja

twila mhux ħażin bil‑laned tal‑plastik f’idejhom biex

jiġbru l‑ilma minn ġo xmara ħalli jkollhom x’jixorbu. L‑ilma li jiġbru fil‑laned xejn mhu ilma nadif, imma ilma kkontaminat li minkejja li jafu li se jagħmlilhom il‑ħsara xorta waħda jixorbu minnu għax m’hemmx alternattiva oħra. L‑aħwa mbagħad iridu jimxu b’dawn il‑laned tal‑plastik tqal lura lejn darhom; mixja li teħdilhom madwar tliet kwarti.

Bħal dawn it‑tfal hemm ħafna aktar għaddejjin minn sitwazzjonijiet simili. Jekk huma xortihom tajba li jistgħu jattendu l‑iskola, wara l‑mixja biex iġibu l‑ilma, uħud mit‑tfal jibqgħu sejrin l‑iskola. Naħseb ilkoll naqblu li huwa dritt li jkollok ilma nadif. Il‑Maltin u l‑Għawdxin, bid‑donazzjonijiet tagħhom, joffru tama lil dawn in‑nies li jkollhom spiera biex

il‑familji, mhux tal‑aħwa biss, imma l‑komunità kollha jista’ jkollhom dak is‑serħan tal‑moħħ li huma jistgħu jmorru fl‑ispiera u jkollhom ilma safi. Mhux hekk biss, imma permezz ta’

sponsorizzazzjoni, tfal bħal Immaculate u Ivan, ikollhom opportunità li jitgħallmu f’ambjent xieraq fejn minbarra edukazzjoni jirċievu wkoll ilma nadif għax‑xorb u ikla sustanzjuża kuljum. 

Kif tista’ tgħin lit‑tfal fil‑missjoni:

€ 104 Lavanja tal‑‘braille’ għal 40 tifel u tifla neqsin mid‑dawl

€ 25 Ikla sustanzjuża għal 25 tifel u tifla

€ 200 Trasport lejn l‑isptar għal nisa tqal li jgħixu f’żoni remoti

€ 60 Rota lil tifel jew tifla biex imorru l‑iskola

€ 2,000 Tħaffir u bini ta’ spiera għal ilma nadif biex jibbenefikaw komunitajiet sħaħ

Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek f’wieħed minn dawn l‑indirizzi: ‘Missio’, Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 ‘Missio’, Nru. 138/140, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128 Jew fuq www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 jew 20330015 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju. GRAZZI!

€150 – edukazzjoni għal sena sħiħa lil tifel jew tifla fil‑bżonn.

Bis‑saħħa tal‑programm ‘Missio Child Sponsorship’, int tkun raġġ ta’ dawl fil‑ħajja ta’ dawn it‑tfal foqra. Kull min jisponsorja tifel jew tifla jingħata ritratt u tagħrif dwarhom.

Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil Missio Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq www.missio.org.mt

Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.

Me. You. Us. Together. CHILD SPONSORSHIP Grazzi mill‑Qalb

Modi kif tista’ tgħin

 Ċekk indirizzat lil Missio Malta (7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171.) Infakkrukom li ma jistgħux jintbagħtu ċekkijiet t’inqas minn €21.

 Bank Transfer

Klijenti ta’ banek oħra jistgħu jagħmlu ‘Bank Transfer’ għal dawn il‑kontijiet bankarji. Min jagħmel donazzjoni f’dan il‑kont jibgħatilna nota dwar l‑ammont u meta sar id‑depożitu sabiex tintbagħat irċevuta.

Account holder name: Missio Malta

Bank’s name: APS BANK

Account No: 41474120039

IBAN: MT94APSB77013000000041474120039

Swift Code: APSBMTMT

 Donazzjoni b’SMS

• 5061 7383 ‑ €2.33

• 5061 8998 ‑ €6.99

(Numri miftuħin is‑sena kollha.)

 Donazzjoni bit‑telefon tad‑dar

• 5160 2036 ‑ €10 • 5170 2009 ‑ €15

• 5180 2026 ‑ €25

(Numri miftuħin is‑sena kollha.)

Account holder name: Missio Malta

Bank’s name: Bank of Valletta

Account No: 50011468005

IBAN: MT31VALL22013000000050011468005

Swift Code: VALLMTMT

www.missio.org.mt

 Iżżur il‑websajt u kklikkja fil‑parti Donations.

 Jew għal donazzjonijiet ‘direct debit’ ċempel: 2123 6962  Donazzjoni bil‑BOV Mobile 77236962

In Aid of Missio Malta

“I didn’t get there by wishing for it or hoping for it, but by working for it.”

Estée Lauder.

Ican actually apply this saying to myself, as I really wished and hoped for it all my life! However, the most important thing is that I worked and am still working for it! Dedicating your life to missionary work is the most rewarding experience and satisfying feeling you can ever come across in your life. I always wished I could one day go to a Third World country and help the children in the villages. My Form 5 Religion teacher, Father Gambin (God rest his soul) was a great inspiration to me. He used to relate stories to us about his mission in India. I used to love those experiences and in my heart I used to say: “One day I will go, too!”

I didn’t manage to go, however God found me a different way to help these poor countries. It’s been already eight and a half years since my teaching retirement, when I started straightaway volunteering

Hi, I am Joan Libreri, a retired grade one teacher, with a passion for crafts.

Since I have been retired, I embarked on a new mission, as a volunteer with MISSIO MALTA, working closely with children. I create workbooks, school resources, quiet books, charts, personalised work, personalised keychains etc.

All the profit goes towards projects which are run by MISSIO MALTA. So, with every workbook or school resource sold, a contribution is made towards a community in need in Africa, South America or Asia.

Life is never about being better than others. It’s about helping other people to be better. This is my principle value, which inspires me to help others every day.

Thank you all very much and God Bless!

• Cleft Lip Surgery for teenagers in Africa.

• Walkers for children with mobility problems.

• A Farming Project in Peru.

• Supply of rice for a village in the Philippines.

• School benches for teenagers in Malawi.

with Missio Malta. Sometimes, when I look back, I realise that God is always taking care and giving us energy and willpower to achieve our dreams; which turn to reality. Missio introduced me to Christine from Kenya. I helped her with her studies and her family with furniture and stuff. She is a really dedicated

missionary. She travels to poor villages and with my sponsor, gives them the basic items, like a double bed and mattress, medication, food, school fees and supplies. She is doing what I always wished to do myself! Yes, when there is a will there is a way! Keep in mind that I can only accomplish my mission if you keep your

CRAFTS FOR CHARITY By Joan Libreri

kind purchases, donations and support coming in!

Visit my website https:// www.joanscraftsforcharity. com or my Facebook page: Joan’s craft for charity and put in your orders. Thank you very much Missio Malta and all of you for your cooperation and support! These are the projects I managed to sponsor to date:

and mattress, medication, food, school fees and supplies for 15 poor families.

Christine missionary ‑ Medication and hospital fees for a child with skin disorder.

Christine missionary ‑ Medication and hospital fees for a child with feeding difficulties.

Food and

Christine missionary ‑ school supplies and fees.

Christine missionary ‑ bed and mattress, medication, food, school fees and supplies for another 15 poor families.

4. Sister Josephine Community
5. Sister Josephine Community
1. Eye surgery for a young boy.
2. Sister Lilian Community Medication for a young male.
3. Sister Josephine Community
Christine missionary ‑ bed
6. Sister Lilian Community
a shawl for some beautiful young ladies in the orphanage.
7. Sister Josephine Community
Christine missionary ‑ school fees.
8. Sister Josephine Community
9. Sister Josephine Community

Inħaddnu l‑Koperazzjoni u s‑Solidarjetà

Din is‑sena ċ‑CEME (Konferenza Ewropea dwar l‑Infanzja Missjunarja) saret fir‑Rumanija mis‑7 sal‑10 t’April bit‑tema: ‘Koperazzjoni Missjunarja, b’enfasi fuq l‑importanza tal‑unità u l‑kollaborazzjoni speċjalment ta’ kif nindirizzaw l‑isfidi u nwasslu t‑tama fil‑missjoni tagħna. Din il‑konferenza, li ssir kull sentejn u li ħadu sehem fiha rappreżentanti minn 23 pajjiż Ewropew, isservi biex il‑parteċipanti jpartu l‑ideat, jiddiskutu realtajiet f’pajjiżhom u jaqsmu r‑riżorsi li jużaw meta jkellmu lit‑tfal fl‑iskejjel u fil‑parroċċi.

Il‑konferenza

hija importanti għas‑Soċjetà

Missjunarja

Pontifika (PMS) għax‑xandir

tal‑fidi fil‑pajjiżi Ewropej b’temi proposti mill‑parteċipanti li jkunu ta’ interess għal kulħadd. Il‑kumitat taċ‑ĊEME, li huwa wkoll l‑organizzatur, huwa magħmul minni Nancy Camilleri MissioTfal Malta (president), Elke Grün mill‑PMS tal‑Lussemburgu (segretarja), u l‑membri onorarji Dun Vincent Goulmy, direttur nazzjonali tal‑PMS tal‑Olanda u Gerard Gouh, responsabbli għall‑Infanzja Missjunarja fl‑Iskozja. Swor Roberta Tremarelli, Segretarja Ġenerali tal‑PMS Ruma u delegata tal‑Papa għall‑Missjonijiet, kienet ukoll preżenti. Il‑ftuħ tal‑laqgħa kien immarkat

b’quddiesa l‑Ħadd filgħaxija kkonċelebrata mill‑qassisin fil‑knisja tal‑monasteru tal‑Karmelitani Skalzi f’Ċiofliceni. Dun Eugen Blaj, id‑Direttur Nazzjonali tal‑PMS fir‑Rumanija u l‑Moldova, laqa’ lill‑parteċipanti.

L‑għada, wara merħba minni Nancy, sħaqt li għandna nużaw l‑enerġija tagħna biex nesploraw modi ġodda biex nevanġelizzaw lit‑tfal u nrawmu fihom spirtu missjunarju, filwaqt li ningħaqdu ma’ entitajiet oħra biex flimkien nużaw ir‑riżorsi u naslu għand iktar tfal fl‑iskejjel u l‑knejjes. Flimkien nistgħu nidjalogaw ma’ tfal minn diversi pajjiżi, b’lingwa u twemmin differenti. L‑għan tagħna huwa li nwasslu l‑imħabba, u l‑ħidma lil tfal u familji fil‑bżonn madwar id‑dinja. Il‑valur tal‑koperazzjoni kien iċ‑ċentru fit‑tagħlim ta’ Kristu li hija tema

fil‑ħsieb ta’ Ġesù li dejjem jipprietka l‑importanza tal‑unità u relazzjonijiet ġenwini. Ġesù wriena x’jiġifieri kollaborazzjoni permezz tal‑ministeru tiegħu flimkien mal‑Missier. It‑tema ta’ ‘Koperazzjoni’ mhix sempliċiment suġġeriment, imma mandat divin. Papa Franġisku sejjaħ il‑koperazzjoni bħala għodda qawwija u miraklu. Għalih, il‑koperazzjoni flimkien hija forza qawwija li kapaċi tibdel il‑qlub, tneħħi l‑indifferenza u l‑esklużjoni, u tħaddan ħafna nies vulnerabbli fis‑soċjetà.

Elke Grün spjegat l‑istruttura organizzattiva. Matul il‑konferenza, il‑parteċipanti ħadu sehem f’workshop ippreparat mill‑membri tal‑Iżvilupp Spiritwali għat‑Tfal, mill‑Arċidjoċesi ta’ Malta. Dun Reuben Gauci u s‑Sinjura Silvana Cardona ppreparaw sessjoni ta’ Spazji ta’ Talb, talb interattiv fejn il‑parteċipanti riedu jsegwu l‑istruzzjonijiet fuq kull stazzjon u jagħmluhom, filwaqt li jitolbu u jirriflettu. Wara, inqsamna fi gruppi biex kulħadd seta’ jaqsam l‑esperjenza tiegħu. Filgħaxija mbagħad iltqajna

mat‑Tfal Missjunarji Rumeni minn parroċċa li wkoll għamlu l‑ispazji ta’ talb. Tant ħadu gost li lanqas riedu jitilqu. Saret ukoll preżentazzjoni minn Patri Marius Taloș SJ dwar it‑tema tal‑koperazzjoni missjunarja dwar l‑immaġni tat‑Trinità Ħanina, li tinkludi tliet tifsiriet missjunarji: Missio Dei: il‑missjoni t’Alla biex jistabbilixxi s‑Saltna Tiegħu, Missjoni: dak li l‑Knisja għandha tagħmel għal Alla fid‑dinja, u Missjonijiet: evanġelizzazzjoni, dixxipulat u fondazzjoni tal‑Knisja. Patri Marius tkellem fuq is‑sinifikat tal‑koperazzjoni missjunarja, spjega espressjonijiet użati fil‑Konċilju Vatikan II u għaraf kif il‑mument fil‑quddiesa jsir missjoni ta’ koperazzjoni bejn Alla u l‑poplu tiegħu permezz ta’ Ġesù Kristu li jwettaq il‑missjoni tal‑Missier billi jilqa’ l‑volontà tiegħu, joffri lilu nnifsu u x‑xhieda tal‑fidili li jsiru ambaxxaturi

tal‑missjoni. Dawk li jwettqu l‑missjoni huma meqjusa bħala d‑dawl t’Alla li jxerrdu l‑kelma tiegħu, narraturi tal‑istorja tiegħu, aħwa għall‑barranin u bennejja tas‑saltna tiegħu f’kull aspett tal‑ħajja tagħhom.

Wara tlett ijiem intensivi fejn kulħadd seta’ jaqsam l‑esperjenza tiegħu fuq il‑ħidma mat‑tfal u koperazzjoni missjunarja, xi parteċipanti marru lura lejn pajjiżhom, filwaqt li oħrajn komplew l‑esperjenza tagħhom billi żaru missjunarji tfal u adoloxxenti f’Transilvanja. Kienu mumenti sbieħ fejn iltqajna mat‑tfal żingari li janimaw il‑quddies u jiltaqgħu fiċ‑ċentru taż‑żgħażagħ tal‑parroċċa tagħhom u żorna wkoll raħalhom. Bla dubju esperjenza sabiħa għalina lkoll li ħadna sehem f’din il‑konferenza. Il‑laqgħa taċ‑ĊEME li jmiss se ssir fis‑Slovakja fl‑2026. 

Casa Leone

Nhar it‑Tlieta 4 ta’ Ġunju, Dun Victor Agius, Direttur ta’ Missio Malta, mar iqaddes fid‑dar tal‑anzjani Casa Leone f’San Ġiljan. Mumenti bħal dawn huma għal qalbu

ħafna: l‑anzjani jilqgħuh u jkellmuh b’tant imħabba. Minbarra li jgħid kelmtejn dwar il‑missjoni, Dun Victor dejjem ikun lest jisma’ u jaqsam mal‑anzjani tad‑djar li jżur il‑piż tal‑ħajja. 

Inawgurazzjoni

Il‑Kardinal Luis Tagle żar l‑uffiċċji ta’ Missio Malta fil‑Mosta nhar il‑Ħamis 9 ta’ Mejju. Waqt din iż‑żjara inawgura kappella ġdida fl‑istess uffiċċji li se sservi bħala post ta’ meditazzjoni u talb għall‑ħaddiema, voluntiera u viżitaturi.

“Dan mhux biss uffiċċju u din il‑kappella hija l‑prova li xogħolna bħala missjunarji huwa ċentrali għar‑ruħ tal‑Knisja,” qal il‑Kardinal Tagle waqt l‑inawgurazzjoni. Huwa qal li l‑Knisja tmut mingħajr il‑ħidma missjunarja, hekk kif iż‑żelu Nisrani jisparixxi. “Ebda

Kristjan m’huwa eżentat milli jsir missjunarju, hekk kif aħna lkoll imsejħin biex inxerrdu l‑Vanġelu ta’ Ġesù,” huwa qal.

F’diskors qasir ta’ merħba, Dun Victor Agius, Direttur ta’ Missio Malta, qal li kienet grazzja li l‑inawgurazzjoni tal‑kappella kienet qed issir nhar il‑festa ta’ San Ġorġ Preca, hekk kif enfasizza fuq il‑missjoni tal‑Evanġelizzazzjoni, li kienet tant ċentrali għall‑missjoni tal‑qaddis Malti. Robert Farrugia, Kap tal‑Komunikazzjoni u Ġbir ta’ Fondi ta’ Missio Malta, qal li l‑kappella kienet maħsuba li toffri rokna ta’ paċi fl‑uffiċċju ta’ Missio u li tagħti importanza għat‑talb fil‑ħajja ta’ kuljum. Huwa nnota li t‑twaqqif tal‑kappella kien jifforma parti minn proċess ta’ tisbiħ li seħħ fil‑binja kollha li

sservi bħala l‑uffiċċji ewlenin ta’ Missio Malta.

Id‑disinn tal‑kappella ġie fdat f’idejn l‑artist lokali

Anthony P. Vella fisser kif hija spirata mill‑vjaġġ Nisrani li jibda mis‑salib ta’ Kristu u jsib il‑milja fil‑Qawmien tiegħu. Il‑Kardinal Tagle, li huwa l‑Pro‑Prefett għas‑Sezzjoni tal‑Evanġelizzazzjoni tad‑Dekasteru tal‑Evanġelizzazzjoni, żar Malta fuq stedina tal‑Fakultà tat‑Teoloġija u l‑Għaqda Studenti tat‑Teoloġija, fi ħdan l‑Università ta’ Malta. 

KAPPELLA ĠDIDA FL‑UFFIĊĊJU TA’ MISSIO – EDWARD BONELLO
Kunsill Lokali Mosta

ĦOBŻ ĦELU TAL‑QADDISIN KOLLHA

Kurżità: Din ir‑riċetta tradizzjonali ta’ ħobż ħelu hija mit‑Toskana l‑Italja u jaħmuh għall‑1 ta’ Novembru, festa tal‑qaddisin kollha.

X’għandek bżonn:

• 700 gramma dqiq

• 2 kuċċarini ħmira

• 2 tazzi ilma fietel

• Tazza u nofs żejt taż‑żebbuġa

• 4 mgħaref zokkor

• 300 gramma lewż inkaljat u mfarrak

• 500 gramma żbib

• Niskata melħ

• Kuċċarina bżar iswed imfarrak

• Isfar ta’ bajda

Metodu:

1. Ġo skutella żgħira itfa’ l‑ilma fietel u l‑ħmira, ħawwad sew u ħalliha tiffermenta ftit.

2. Ġo skutella kbira itfa’ d‑dqiq, iz‑zokkor u l‑melħ, u ħawwadhom sew flimkien.

3. Żid iż‑żbib, il‑lewż, il‑bżar u ż‑żejt, u ħawwad sew flimkien.

4. Żid l‑ilma bil‑ħmira, erġa’ ħawwad u fforma f’għaġina.

5. Ferrex ftit dqiq fuq il‑bank tal‑kċina u agħġen sew.

6. Itfa’ ftit dqiq ġo skutella

nadifa, poġġi l‑għaġina fiha, għattiha b’sarvetta, u ħalliha togħla għal 3 sigħat.

7. Erġa’ agħġen b’idejk fuq il‑bank tal‑kċina u aqsamha f’erba’ porzjonijiet.

8. Ifforma 4 ħobżiet tondi u poġġihom fuq tilar miksi bil‑karta forn, imbagħad b’sikkina aqta’ forma ta’ salib fil‑wiċċ ta’ kull ħobża.

9. Ħallihom jitilgħu għal 30 minuta u aħmihom f’forn 180°Ċ għal madwar nofs siegħa.

Meħuda mir‑rivista Dawl Franġiskan.

&CHAR

VALLETTA  MOSTA

Sibna wkoll fuq

Facebook: Faith

Hope & Charity

Qed nagħmlu ‘Home Deliveries’

Il‑ħanut qed ikun miftuħ mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa bejn id‑9:00am u s‑6:00pm.

Is‑Sibt bejn id‑9:00am u s‑1:00pm.

Nru.7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta

Faith Hope & Charity fetħu ħanut ieħor fil‑Mosta, Nru. 138/140, Triq Lorenzo Gafà.

Hawn issibu ħafna rigali sbieħ għal kull okkażjoni, bħal Preċetti, Griżma, Birthdays, Tiġijiet u oħrajn.

Għal aktar informazzjoni ċemplilna Mosta: 2123 6962 jew Valletta: 2123 4328.

Il‑Milied

TISLIBA: Ibgħat it‑tisliba kompluta flimkien ma’ ismek, kunjomok u l‑indirizz, hekk: Malta Missjunarja – Kompetizzjonijiet, Nru.150, Missio, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128. Erba’ tweġibiet tajbin li jittellgħu bil‑polza jirbħu kupun ta’ €15 li jissarraf mill‑ħanut ta’ Missio, ‘Faith, Hope & Charity’ fil‑Belt Valletta.

7. L‑Anġlu t’Alla li ħabbar lil Marija li kellha ssir omm Alla kien jismu ________________.

10. Biex infakkru din il‑ġrajja, ħafna minna jibnu u jarmaw il‑________________.

13. ________________, li dak iż‑żmien kien ir‑re ta’ Ġerusalemm, ma ħax gost bit‑twelid ta’ re ġdid għax beża’ li se jeħodlu postu.

Mimdudin

4. Ir‑rgħajja kienu l‑ewwel nies li semgħu bil‑bxara t‑tajba waqt li kienu jirgħu n‑ ________________ tagħhom.

5. Ġwanni l‑________________ għamel żmien twil jipprepara lil‑Lhud għall‑miġja ta’ Ġesù.

Ħjiliet:

Weqfin

1. Ġużeppi u Marija damu ħafna jduru sabiex isibu post fejn iqattgħu l‑lejl u fl‑aħħar sabu post fi stalla tal‑________________.

2. Ġesù l‑iben t’Alla kellu jitwieled u jitpoġġa f’________________ minn fejn jieklu l‑annimali.

3. Wara xi żmien, saru jafu bl‑aħbar tliet Slaten _________ li telqu kollox biex ifittxu lit‑tarbija.

6. Aħna nippreparaw għall‑Milied permezz ta’ Żmien l‑________________.

8. Għalkemm ma kienx miżżewweġ lil Marija, ________________ xorta ħadha bħala martu.

9. Marija marret iżżur lill‑kuġina tagħha ________________ li kienet tqila.

11. lż‑żmien ta’ preparazzjoni għall‑Milied idum erba’ ________________.

12. Marija u Ġużeppi kellhom imorru fl‑art ta’ ________________ minħabba ċ‑ċensiment.

14. It‑tliet maġi taw lil Ġesù dawn it‑tliet rigali: ________________, inċens u mirra.

15. Minħabba r‑Re Erodi, Ġużeppi u Marija kellhom jaħarbu lejn l‑ ________________.

Kompetizzjoni ta’ Jannar – April 2024:

Ir‑rebbieħa tal‑kompetizzjoni huma Remi Caruana mill‑Qrendi, Agnes Mifsud mill‑Mosta, Aldo Cassar minn Santa Venera u Emily Barbaro Sant mill‑Mosta. Grazzi lil kull min bagħtilna t‑tweġibiet. Prosit lir‑rebbieħa. Huma jirċievu ittra bil‑posta mingħandna biex ikunu jistgħu jsarrfu l‑kupun.

Nitbissmu ftit:

Salvinu kien il‑Belt u ltaqa’ ma’ sieħbu li kien ilu xi snin ma jarah. “Kif int, sieħbi, għadek għarus lil Ċettina?” staqsieh Salvinu, waqt li taptaplu fuq dahru.

“Le tafx, m’għadniex għarajjes .....” wieġbu sieħbu. Salvinu qatagħlu kliemu u qallu: “Sewwa għamilt tlaqtha, ma kellekx xi tridha lil dik il‑…..”

Hawn sieħbu qatagħlu kliemu u qallu: “Issa miżżewġin!”

Mulej

ilqa’ f’Saltnatek

lill‑benefatturi tagħna, familjari u ħbieb.

• 24 ta’ Diċembru, 2022 Mary Jane Schembri mill‑Mosta

• 24 ta’ April, 2024 Rose Agius mir‑Rabat

• 28 ta’ April, 2024 Mario Farrugia mis‑Siġġiewi

• 29 ta’ April, 2024 Ċettina Pace minn Bormla

• 06 ta’ Mejju, 2024 Joe Mifsud mill‑Mosta

• 13 ta’ Mejju, 2024 Joseph Cilia minn Santa Venera

• 06 ta’ Ġunju, 2024 Carmelo Aquilina mill‑Mosta

• 11 ta’ Ġunju, 2024 Leli Agius minn Ħal Qormi

• 28 ta’ Ġunju, 2024 Carmen Casha minn Ħal Qormi

• 14 ta’ Lulju, 2024 Maria Bonello mis‑Siġġiewi

• 28 ta’ Lulju, 2024 Kevin Carachi mill‑Marsa

• 5 ta’ Awwissu, 2024 Rita Galea mis‑Siġġiewi

• 6 ta’ Awwissu, 2024 Francis Debattista mill‑Marsa

Agħtihom O Mulej il‑mistrieħ ta’ dejjem.

Eżempji sbieħ

• Knisja Parrokkjali Santa Katerina, iż‑Żurrieq

• Raymond Falzon mill‑Gudja

• Louis Portelli mill‑Għarb

Taw bolol użati li jinbiegħu lill‑kollezzjonisti, kif ukoll irċevuti fiskali u muniti antiki.

Nota: Missio jixtieq javża li ma jaċċettax kartolini użati la tal‑Milied u lanqas tal‑‘Birthdays’. Grazzi.

Websajt Missio

• Informazzjoni dwar il‑missjoni u l‑missjunarji • Proġetti li twettqu u qed jitwettqu • Animazzjoni missjunarja

• Attivitajiet • Rivisti tal‑passat

• MissioTfal ‑ stejjer, attivitajiet, kompetizzjonijiet, rivisti tal‑passat

Jien. Int. Aħna. Flimkien (VO/1178)

Nota: It‑tfal kollha huma mħeġġa jidħlu fil‑paġna ta' Facebook Missio Malta Events Page/ Tfal Missjunarji fejn jistgħu jsibu diversi logħbiet u attivitajiet ta' interess.

Missio Malta • Missio Tfal

Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.