6 minute read

Dehriet tal‑Madonna

Il‑Ħidma Evanġelika ta’ Marija Santissima Bħala Missjunarja

L‑Ewwel Parti

“Kien hemm ħdejn is‑salib ta’ Ġesù Ommu... Xħin Ġesù ra ’l Ommu u d‑dixxiplu l‑maħbub hemm wieqaf, qal lil Ommu: ‘Mara, ara ibnek’. Imbagħad qal lid‑dixxiplu: ‘Ara, ommok.’ U minn dak il‑ħin id‑dixxiplu ħadha għandu.” (Ġw. 19:26‑27) Fl‑aħħar att Tiegħu ta’ Imħabba rrivelat fuq l‑Għolja tal‑Golgota, Ġesù ried juri l‑importanza ta’ Ommu Marija. Il‑Missirijiet tal‑Knisja għallmu li din il‑laqgħa bejn Marija u Ġwanni l‑Appostlu kienet wisq aktar minn sempliċi relazzjoni materna bejn Marija u Ġwanni, imma kienet dwar it‑tkabbir u l‑espansjoni tal‑Knisja, il‑komunità li Ġesù waqqaf u li tagħha huwa l‑Kap. Ġesù bl‑ebda mod ma ried jimminimizza r‑relazzjoni tiegħu ma’ Ommu, imma għal kuntrarju huwa kien qiegħed jespandiha. Huwa ried jinkludi kull raġel u mara fiċ‑‘ċirku tal‑familja’ t’Alla. Hawnhekk Ġesù ħatar lil Ommu Marija bħala Omm il‑bnedmin kollha, irrappreżentati mill‑persuna ta’ Ġwanni l‑Appostlu. Dan huwa l‑irwol sublimi u uniku ta’ Marija, bħala Missjunarja u l‑ewwel evanġelizzatriċi, impenjata biex bil‑ħidma kontinwa tagħha ġġib lil kull raġel, mara, tifel u tifla, l‑umanità kollha, fil‑Ġisem Mistiku ta’ Kristu li hija l‑Knisja. Dan l‑irwol tagħha bħala Missjunarja, il‑Madonna baqgħet twettqu anki fi żminijietna, u dan jidher sew mill‑għadd kbir ta’ dehriet fid‑dinja matul iż‑żminijiet.

F’din is‑sensiela ta’ artikli se nagħtu ħarsa lejn id‑dehriet u l‑messaġġi li l‑Madonna tat lill‑umanità. Iżda, qabelxejn, importanti ngħidu li l‑Knisja Kattolika dejjem toqgħod attenta ħafna meta tiġi biex tapprova u tirrikonoxxi d‑dehriet Marjani jew xi dehriet oħra mistiċi u sopranaturali. Skont in‑normi tal‑Knisja Kattolika li ilhom fis‑seħħ mill‑Konċilju ta’ Trentu, li sar bejn l‑1545 u l‑1563, ir‑responsabbiltà inizjali tal‑evalwazzjoni tal‑merti ta’ kwalunkwe dehra taqa’ fuq l‑isqof tad‑djoċesi li allegatament ikunu seħħew, jew għadhom iseħħu d‑dehriet. Jekk, wara l‑investigazzjonijiet, l‑isqof jiddetermina li dehra tikkostitwixxi dehra sopranaturali awtentika ta’ Sidna Ġesù Kristu, tal‑Verġni Mbierka Marija jew xi qaddis, allura d‑dehra titqies approvata mill‑Knisja Kattolika kollha, sakemm is‑suċċessuri tiegħu jew is‑Santa Sede ma jkollhomx raġuni valida biex iwaqqfu jew jibdlu dik id‑deċiżjoni. Il‑linji gwida li fuqhom għandhom jimxu l‑isqfijiet Kattoliċi huma stabbiliti mid‑dokument Normae Congregationis li l‑Kongregazzjoni tal‑Vatikan għad‑Duttrina tal‑Fidi kienet ħarġet u li kien ġie approvat u ffirmat mill‑Papa Pawlu VI fi Frar 1978. Fi ħdan dan

id‑dokument, il‑Knisja tistabbilixxi tliet kriterji importanti biex tagħraf u tiddetermina l‑awtentiċità ta’ dehra.

L‑ewwel nett, fil‑kwistjoni dwar dehriet u rivelazzjonijijiet mogħtija għandhom jiġu indirizzati l‑aspetti pożittivi jew negattivi tad‑dehriet:

Aspetti pożittivi jsegwu kriterji ġenerali li jkunu jinkludu ċertezza raġonevoli tal‑okkurrenza fattwali tad‑dehriet u rivelazzjonijiet, kwalitajiet pożittivi ta’ dik l‑persuna li tkun esperjenzat dawn d‑dehriet (bilanċ mentali, onestà, sinċerità, rettitudni morali, ubbidjenza lejn l‑Awtorità tal‑Knisja, abbilità li tipprattika l‑Fidi b’mod normali apparti mill‑fenomeni straordinarji, eċċ...); kontenut teoloġiku preċiż tal‑messaġġi u l‑promozzjoni ta’ frott spiritwali pożittiv fil‑ħajja tan‑nies (spirtu ta’ talb, konverżjonijiet, opri ta’ karità li jirriżultaw eċċ).

Aspetti negattivi li jservu ta’ sinjali ta’ dubji jew nuqqas ta’ provi ċari fl‑evalwazzjoni ta’ dehriet jew rivelazzjonijiet jinkludu: l‑inkapaċità li tiġi stabbilita ċertezza fattwali, żbalji teoloġiċi fil‑messaġġi, żbalji dwar Alla, Marija Santissima, il‑qaddisin, u/jew tagħlim tal‑Knisja; evidenzi li d‑dehra kienet immirata direttament biex tikseb xi tip ta’ xi qligħ finanzjarju; u kumplikazzjonijiet psikoloġiċi rigward ix‑xhieda tad‑dehra jew atti immorali li twettqu fil‑ħin tad‑dehra.

Fl‑aħħar nett, jekk l‑isqof għal xi raġuni jsibha diffiċli biex jagħraf l‑awtentiċità tad‑dehriet jew ir‑rivelazzjonijiet, allura l‑investigazzjoni tista’ tiġi mgħoddija lill‑Awtorità tal‑Knisja. F’dan il‑każ, il‑Vatikan jista’ jitlob li jsiru investigazzjonijiet taħt l‑Awtorità tiegħu.

Id‑Dehra tal‑Madonna f’Guadalupe, il‑Messiku

Waħda mill‑aktar dehriet magħrufa fost l‑Insara hija dik tal‑Madonna ta’ Guadalupe, fil‑Messiku, li seħħet fis‑seklu sittax lil armel illum qaddis, San Juan Diego. Jingħad li l‑Madonna dehritlu għal ħames darbiet; l‑ewwel darba s‑Sibt 9 ta’ Diċembru 1531 u l‑aħħar darba t‑Tlieta 12 ta’ Diċembru 1531, fuq il‑Muntanja Tepeyacac, u tatu struzzjonijiet biex imur jgħid lill‑isqof tad‑djoċesi biex jibni knisja fuq dik il‑muntanja. Biex jagħmel dan, il‑Madonna qalet lil Juan Diego biex jiġbor bukkett fjuri minn dawk l‑inħawi u jeħodhom fit‑tilma tiegħu (tip ta’ libsa ta’ barra jew mantell tipiku għal dak iż‑żmien) u jmur jagħtihom lill‑isqof bħala prova tad‑dehra li kellu. Juan Diego mhux biss wassal dawk il‑fjuri li kienu barra mill‑istaġun tagħhom, iżda wkoll il‑mantell tiegħu li fuqu kien hemm stampata l‑immaġni sabiħa tal‑Madonna ta’ dak li llum nafuha bħala l‑Madonna ta’ Guadalupe. Meta l‑isqof ra dawk il‑fjuri kif ukoll l‑immaġini tal‑Madonna fuq il‑mantell, emmen li kien hemm xi intervent sopranaturali u wara studji u konsiderazzjonijiet approfonditi, aċċetta li jibni l‑knisja kif xtaqet il‑Madonna. Dawn id‑dehriet kienu ġew approvati wkoll mill‑Arċisqof Alonso de Montúfar fis‑sena 1555.

Il‑festa ta’ din id‑dehra tiġi ċċelebrata fil‑Messiku fit‑12 ta’ Diċembru.

Il‑Messaġġ Ewlieni ta’

Guadalupe: L‑Ewwel Dehra ‑ is‑Sibt

Il‑Verġni Mbierka: “Juanito, l‑aktar umli fost uliedi, fejn sejjer?”

Juan Diego: “Sinjura tiegħi u ibnek, jiena sejjer fil‑knisja tiegħek fil‑Messiku, Tlatilolco, biex insegwi affarijiet divini, mgħallma u mogħtija lilna mis‑saċerdoti tagħna, delegati tal‑Mulej tagħna.”

Il‑Verġni Mbierka: “Kun af u ifhem sew, inti l‑aktar iben umli tiegħi, li jien il‑Verġni Marija Qaddisa dejjem, l‑Omm t’Alla veru li għalih aħna ngħixu, Ħallieq ta’ kollox, Mulej tas‑Sema u tal‑Art. Nixtieq li jinbena tempju hawn malajr, biex fih jiena nista’ nuri u nagħti l‑Imħabba kollha tiegħi, il‑kumpassjoni, l‑lamentazzjonijiet tagħhom u nirrimedja l‑miżerji kollha tagħhom, l‑afflizzjonijiet u n‑niket kollha tagħhom. U biex inwettaq dak li l‑klemenza tiegħi tippretendi, mur fil‑Palazz tal‑Isqof tal‑Messiku u għidlu li jiena nimmanifesta x‑xewqa kbira tiegħi, li hawn fuq din il‑pjanura jinbena tempju għalija; inti għandek tirrapporta b’mod preċiż dak kollu li rajt u ammirajt, u dak li smajt. Kun żgur li jiena se nkun l‑aktar grata lejk u għad nippremjak...”

l‑għajnuna u l‑protezzjoni kollha tiegħi, għaliex jien omm ħanina tiegħek, għalik u għall‑abitanti kollha f’din l‑art u l‑bqija kollha li jħobbuni, isejħuli u jafdaw fija; nisma’ Juan Diego: “Sinjura tiegħi, jiena ser inħares il‑mandat tiegħek. Jiena l‑qaddej umli tiegħek”(Mhux possibbli li nġibu l‑messaġġi kollha ta’ dawn id‑dehriet minħabba t‑tul tagħhom.) 

Il‑ħanut qed ikun miftuħ mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa bejn id‑9.00am u l‑5.00pm. Is‑Sibt bejn id‑9.00am u s‑1.00pm. Tista’ wkoll tixtri onlajn mill‑ħanut Faith Hope & Charity billi żżur https://zaype.com/FHCshop

Sibna wkoll fuq Facebook: Faith Hope & Charity

Qed nagħmlu ‘Home Deliveries’

Programm li jixxandar kull nhar ta' Tnejn fl‑10pm b'ripetizzjoni s‑Sibt fit‑3:30pm fuq NET TV.

It‑18‑il programm ser jittellgħu wkoll fuq il‑kanal ta' youtube u l‑pjattaforma tal‑midja soċjali.

Individwi u personalitajiet minn sfondi differenti tal‑ħajja jiġu intervistati u introdotti lill‑udjenza tat‑TV bil‑għan li jaqsmu l‑esperjenza kollha tagħhom fil‑missjoni; mill‑bidu nett tal‑preparazzjoni għall‑vjaġġ ta' esperjenza attwali li għamlu barra mill‑pajjiż, kif ukoll il‑konsegwenza ladarba l‑individwu jkun lura d‑dar. L‑intervista ta’ 50 minuta ddur ukoll madwar il‑kwalitajiet u l‑karatteristiċi tal‑mistednin, allura t‑telespettaturi huma assigurati bi programm divertenti u ta' għarfien! Taħlita ta' mistednin, minn personalitajiet tat‑TV sa membri tal‑Knisja u żgħażagħ! Għal aktar tagħrif sibuna fuq il‑paġna ta' Facebook!

Rivista missjunarja b’40 paġna, kollha bil‑kulur, maħruġa minn Missio (Uffiċċju Missjunarju) għal aktar minn 80 sena

Aġġorna ruħek fuq id‑Dinja Missjunarja. Abbona fir‑Rivista Malta Missjunarja fejn issib:

Aħbarijiet mid‑dinja missjunarja | Intenzjoni tax‑xahar Esperjenzi missjunarji Maltin u Għawdxin | Ċajt u kompetizzjonijiet

Dan kollu għall‑prezz ta’ €10.00 fis‑sena

This article is from: